EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CA0293
Joined Cases C-293/12 and C-594/12: Judgment of the Court (Grand Chamber) of 8 April 2014 (requests for a preliminary ruling from the High Court of Ireland (Ireland) and the Verfassungsgerichtshof (Austria)) — Digital Rights Ireland Ltd (C-293/12) v Minister for Communications, Marine and Natural Resources, Minister for Justice, Equality and Law Reform, The Commissioner of the Garda Síochána, Ireland and the Attorney General, and Kärntner Landesregierung, Michael Seitlinger, Christof Tschohl and Others (C-594/12) (Electronic communications — Directive 2006/24/EC — Publicly available electronic communications services or public communications networks services — Retention of data generated or processed in connection with the provision of such services — Validity — Articles 7, 8 and 11 of the Charter of Fundamental Rights of the European Union)
Kawżi Magħquda C-293/12 u C-594/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat- 8 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Ireland, Verfassungsgerichtshof – l-Irlanda, l-Awstrija) – Digital Rights Ireland Ltd (C-293/12), Kärntner Landesregierung, Michael Seitlinger, Christof Tschohl et (C-594/12) vs Minister for Communications, Marine and Natural Resources, Minister for Justice, Equality and Law Reform, The Commissioner of the Garda Síochána, Ireland and the Attorney General (Komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttiva 2006/24/KE — Servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika — Żamma ta’ data ġġenerata jew ipproċessata fil-kuntest tal-provvista ta’ tali servizzi — Validità — Artikoli 7, 8 u 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea)
Kawżi Magħquda C-293/12 u C-594/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat- 8 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Ireland, Verfassungsgerichtshof – l-Irlanda, l-Awstrija) – Digital Rights Ireland Ltd (C-293/12), Kärntner Landesregierung, Michael Seitlinger, Christof Tschohl et (C-594/12) vs Minister for Communications, Marine and Natural Resources, Minister for Justice, Equality and Law Reform, The Commissioner of the Garda Síochána, Ireland and the Attorney General (Komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttiva 2006/24/KE — Servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika — Żamma ta’ data ġġenerata jew ipproċessata fil-kuntest tal-provvista ta’ tali servizzi — Validità — Artikoli 7, 8 u 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea)
OJ C 175, 10.6.2014, p. 6–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 175/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Ireland, Verfassungsgerichtshof – l-Irlanda, l-Awstrija) – Digital Rights Ireland Ltd (C-293/12), Kärntner Landesregierung, Michael Seitlinger, Christof Tschohl et (C-594/12) vs Minister for Communications, Marine and Natural Resources, Minister for Justice, Equality and Law Reform, The Commissioner of the Garda Síochána, Ireland and the Attorney General
(Kawżi Magħquda C-293/12 u C-594/12) (1)
((Komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 2006/24/KE - Servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika - Żamma ta’ data ġġenerata jew ipproċessata fil-kuntest tal-provvista ta’ tali servizzi - Validità - Artikoli 7, 8 u 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea))
2014/C 175/07
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż u l-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
High Court of Ireland, Verfassungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Digital Rights Ireland Ltd (C-293/12), Kärntner Landesregierung, Michael Seitlinger, Christof Tschohl et (C-594/12)
Konvenuti: Minister for Communications, Marine and Natural Resources, Minister for Justice, Equality and Law Reform, The Commissioner of the Garda Síochána, Ireland and the Attorney General
Fil-preżenza ta’: Irish Human Rights Commission
Suġġett
(Kawża C-293/12)
Talba għal deċiżjoni preliminari – High Court of Ireland – Interpretazzjoni tal-Artikoli 3, 4 u 6 tad-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temendi d-Direttiva 2002/58/KE (ĠU L 106, p. 54) – Limitazzjoni tad-drittijiet tar-rikorrenti fil-qasam tat-telefonija mobbli – Kompatibbiltà mal-Artikoli 7, 8, 10 u 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-594/12)
Talba għal deċiżjoni preliminari – Verfassungsgerichtshof – Validità tal-Artikoli 3 sa 9 tad-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temendi d-Direttiva 2002/58/KE (ĠU L 105, p. 54) fid-dawl tal-Artikoli 7, 9 u 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Interpretazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, tal-Artikoli 7, 8, 52 u 53 tagħha, tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355) kif ukoll tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2000, dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 26, p. 102) – Rikors kostituzzjonali fuq l-eventwali inkostituzzjonalità ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-liġi federali fuq it-telekomunikazzjoni li tittrasponi d-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika
Dispożittiv
Id-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal 15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temenda d-Direttiva 2002/58/KE, hija invalida.