EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2013/332/04

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.7019 – TRIMET/EDF/NEWCO) Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ C 332, 15.11.2013, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 332/14


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.7019 – TRIMET/EDF/NEWCO)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 332/04

1.

Fit-8 ta’ Novembru 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha TRIMET Group (“Trimet”, il-Ġermanja) u EDF SA (“EDF”, Franza) jakkwistaw, fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ żewġ impjanti tal-aluminju f'Saint-Jean-de-Maurienne (Franza) u Castelsarrasin (Franza) minn Rio Tinto Alcan Group (ir-Renju Unit), permezz tax-xiri ta’ ishma f'entità bi skop speċjali (“NEWCO”).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal TRIMET: il-produzzjoni u l-kummeċ ta' prodotti tal-aluminju kif ukoll il-kummerċ ta' prodotti tar-ram,

għal EDF: il-ġenerazzjoni, il-bejgħ bl-ingrossa, it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni u l-provvista bl-imnut tal-elettriku kif ukoll il-forniment ta' servizzi relatati mal-elettriku fi Franza u pajjiżi oħrajn,

għal NEWCO: il-produzzjoni ta' vireg tal-wajer tal-aluminju għal-industrija elettrika, mekkanika u tal-iwweldjar.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7019 – TRIMET/EDF/NEWCO, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


Top