EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2012/326/

Nota lill-qarrej (Ara paġna 2 tal-qoxra)

OJ C 326, 26.10.2012, p. s002–s002 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/s2


AVVIŻ LILL-QARREJ

Din il-pubblikazzjoni fiha l-verżjonijiet konsolidati tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-Protokolli u l-Annessi tagħhom hekk kif jirriżultaw wara l-modifiki li saru permezz tat-Trattat ta' Lisbona li ġie ffirmat fit-13 ta' Diċembru 2007 f'Lisbona u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009. Din il-pubblikazzjoni fiha wkoll id-Dikjarazzjonijiet annessi mal-Att Finali tal-Konferenza Intergovernattiva li adottat it-Trattat ta' Lisbona.

Barra minn hekk, din il-pubblikazzjoni fiha l-emenda introdotta permezz tal-Protokoll li jemenda l-Protokoll dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

Din il-pubblikazzjoni tinkludi wkoll il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, proklamata fi Strasburgu fit-12 ta’ Diċembru 2007 mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni (ĠU C 303, 14.12.2007, p. 1). Dan it-test jirriproduċi, b’adattamenti, il-Karta proklamata fis-7 ta’ Diċembru 2000, u jissostitwixxiha mill-1 ta’ Diċembru 2009, id-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona. Bis-saħħa tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Karta proklamata fl-2007 għandha l-istess valur legali bħat-Trattati.

Din il-pubblikazzjoni tikkostitwixxi strument ta' dokumentazzjoni li għalih l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ma jassumu l-ebda responsabbiltà.


Top