EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0325

Kawża T-325/10: Rikors ippreżentat fit- 3 ta’ Awissu 2010 — Iliad et vs Il-Kummissjoni

OJ C 288, 23.10.2010, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/43


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awissu 2010 — Iliad et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-325/10)

()

(2010/C 288/82)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Iliad SA (Pariġi, Franza), Free infrastructure SAS (Pariġi) u Free SA (Pariġi) (rappreżentant: T. Cabot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-30 ta’ Settembru 2009 li tapprova l-finanzjament pubbliku ta’ EUR 59 miljun tal-proġett ta’ netwerk b’veloċità qawwija ħafna (very high speed broadband network) fid-dipartiment tal-Hauts-de-Seine, skont l-Artikolu 263 TFUE

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 7426 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009 (1), li tiddikjara li l-kumpens għal spejjeż ta’ servizz pubbliku ta’ EUR 59 miljun, mogħti mill-awtoritajiet Franċiżi lil grupp ta’ impriżi għall-istabbiliment u l-użu ta’ netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi b’veloċità qawwija ħafna (proġett THD 92) fid-dipartiment tal-Hauts-de-Seine, ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jissollevaw tliet motivi bbażati fuq:

ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, peress li l-Kummissjoni ma rrispettat l-ebda wieħed mill-erba’ kriterji stabbiliti fil-kawża Altmark (2) meta ddeċidiet illi l-miżura inkwistjoni ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat;

ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, peress li d-deċiżjoni kkontestata ma fihiex elementi biżżejjed sabiex jista’ jiġi konkluż illi l-kriterji kollha tal-kawża Altmark li għandhom jiġu applikati, huma sodisfatti;

ksur tal-obbligu tal-ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali stipulata fl-Artikolu 108(2) TFUE, peress li numru ta’ indizji bbażati fuq it-tul tal-proċedura ta’ eżami preliminari, fuq id-dokumenti li juru l-portata u l-kumplessità tal-eżami li kellu jsir u fuq il-kontenut parzjalment inkomplet u insuffiċjenti tad-deċiżjoni kkontestata, juru li l-Kummissjoni ħadet id-deċiżjoni kkontestata minkejja l-fatt illi hija kellha diffikultajiet serji sabiex tevalwa jekk il-miżura inkwistjoni kinitx kompatibbli mas-suq komuni.


(1)  Għajnuna mill-Istat N 331/2008 — Franza

(2)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Lulju 2003, Altmark Trans u Regierungsprasidium Magdeburg (C-280/00, Ġabra 2003, p. I-7747)


Top