EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0458

Kawża T-458/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 8 ta’ Settembru 2010 — Wilfer vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ parti ta’ fuq ta’ kitarra) ( “Trade mark Komunitarja — Talba għal trade mark figurattiva li tirrapreżenta parti ta’ fuq ta’ kitarra bil-kuluri fidda, griż u kannella — Raġuni assoluta ta’ rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — L-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li issa sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Eżami ex officio tal-fatti — L-Artikolu 74(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li issa sar l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Obbligu ta’ motivazzjoni — L-ewwel sentenza tal-Artikolu 73 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li issa saret l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Trattament ugwali” )

OJ C 288, 23.10.2010, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2010 — Wilfer vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ parti ta’ fuq ta’ kitarra)

(Kawża T-458/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Talba għal trade mark figurattiva li tirrapreżenta parti ta’ fuq ta’ kitarra bil-kuluri fidda, griż u kannella - Raġuni assoluta ta’ rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - L-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li issa sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Eżami ex officio tal-fatti - L-Artikolu 74(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li issa sar l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Obbligu ta’ motivazzjoni - L-ewwel sentenza tal-Artikolu 73 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li issa saret l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Trattament ugwali)

(2010/C 288/67)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Hans-Peter Wilfer (Markeneukirchen, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Kockläuner, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ tal-Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Lulju 2008 (Każ R 78/2007-4), dwar talba għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv li jirrappreżenta parti ta’ fuq ta’ kitarra bil-kuluri fidda, griż u kannella, bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Hans-Peter Wilfer huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 6, 10.01.2008.


Top