EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CB0350
Case C-350/09 P: Order of the Court of 12 May 2010 — Centre de promotion de l'emploi par la micro-entreprise (CPEM) v European Commission (Appeal — European Social Fund — Financial assistance — Cancellation)
Kawża C-350/09 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat- 12 ta’ Mejju 2010 — Centre de promotion de l’emploi par la micro-entreprise (CPEM) vs Il-Kummissjoni Ewropea ( “Appell — Fond Soċjali Ewropew — Għajnuna finanzjarja — Kanċellament” )
Kawża C-350/09 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat- 12 ta’ Mejju 2010 — Centre de promotion de l’emploi par la micro-entreprise (CPEM) vs Il-Kummissjoni Ewropea ( “Appell — Fond Soċjali Ewropew — Għajnuna finanzjarja — Kanċellament” )
OJ C 288, 23.10.2010, p. 15–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 288/15 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Mejju 2010 — Centre de promotion de l’emploi par la micro-entreprise (CPEM) vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-350/09 P) (1)
(Appell - Fond Soċjali Ewropew - Għajnuna finanzjarja - Kanċellament)
(2010/C 288/24)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Centre de promotion de l’emploi par la micro-entreprise (CPEM) (rappreżentant: C. Bonnefoi, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u A. Steiblytė, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2009, CPEM vs Il-Kummissjoni (T-444/07) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza (li llum saret il-Qorti ġenerali) ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 4645, tal-4 ta’ Ottubru 2007, li tikkanċella l-għajnuna mogħtija mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE) permezz tad-Deċiżjoni C(1999) 2645, tas-17 ta’ Awwissu 1999 — Mikroproġetti li jiffavorixxu l-impjieg u l-koeżjoni soċjali — Ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-prinċipju ta’ trattament ugwali — Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-kunċett ta’ “responsabbiltà in solidum” — Nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ ċertezza legali li jirriżulta mill-eżistenza ta’ diversi verżjonijiet differenti tal-“gwida ta’ promotur” — Dubji fir-rigward tal-applikabbiltà tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, tal-25 ta’ Ġunju 2002, rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 74) li fuqu hija bbażata d-deċiżjoni tal-OLAF
Dispożittiv
(1) |
L-appell huwa miċħud. |
(2) |
Is-Centre de promotion de l’emploi par la micro-entreprise (CPEM) huwa kkundannat għall-ispejjeż. |