EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2010/288/08
Criteria for assigning cases to Chambers
Kriterji ta’ assenjazzjoni tal-kawżi lill-awli
Kriterji ta’ assenjazzjoni tal-kawżi lill-awli
OJ C 288, 23.10.2010, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 288/5 |
Kriterji ta’ assenjazzjoni tal-kawżi lill-awli
(2010/C 288/08)
Fl-20 ta’ Settembru 2010, il-Qorti Ġenerali stabbilixxiet kif ġej il-kriterji għall-assenjazzjoni tal-kawżi lill-awli għall-perijodu mill-20 ta’ Settembru 2010 sal-31 ta’ Awwissu 2011, skont l-Artikolu 12 tar-Regoli tal-Proċedura:
1. |
L-appelli mid-deċiżjonijiet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku huma assenjati, mill-preżentata tar-rikors, bla ħsara għal applikazzjoni ulterjuri tal-Artikoli 14 u 51 tar-Regoli tal-Proċedura, lill-Awla tal-Appell. |
2. |
Il-kawżi l-oħra li ma jaqgħux taħt il-paragrafu 1 huma assenjati, mill-preżentata tar-rikors u bla ħsara għal applikazzjoni ulterjuri tal-Artikoli 14 u 51 tar-Regoli tal-Proċedura, lill-awli komposti minn tliet Imħallfin. Il-kawżi li jaqgħu taħt dan il-paragrafu jitqassmu bejn l-awli skont tliet listi differenti stabbiliti skont l-ordni ta’ reġistrazzjoni tal-kawżi fir-Reġistru:
|
Fil-kuntest ta’ dawn il-listi, l-awla bi tliet Imħallfin komposta minn erba’ Mħallfin ser tittieħed inkunsiderazzjoni darbtejn kull darba li t-tielet lista tiġi applikata.
Il-President tal-Qorti Ġenerali jista’ jidderoga minn dawn il-listi sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-konnessjoni ta’ ċerti kawżi jew sabiex jiżgura li x-xogħol jiġi assenjat b’mod ibbilanċjat.