EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010XC1015(01)

Sommarju tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 4 ta' Mejju 2010 dwar proċediment skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/39.317 – E.ON Gas) (notifikata bid-dokument numru C(2010) 2863 finali) Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ C 278, 15.10.2010, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 278/9


Sommarju tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-4 ta' Mejju 2010

dwar proċediment skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE

(Każ COMP/39.317 – E.ON Gas)

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 2863 finali)

(It-test bil-Ġermaniż biss hu awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 278/06

Fl-4 ta’ Mejju 2010, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni dwar proċediment skont l-Artikolu 102 tat-TFUE. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003  (1), il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u tal-kontenut prinċipali tad-Deċiżjoni, inkluża kull penalità imposta, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-deċiżjoni tinsab fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni fl-indirizz li ġej:

http://ec.europa.eu/comm/competition/antitrust/cases/index/

(1)

Id-deċiżjoni annessa hija dwar E.ON AG, il-Ġermanja, is-sussidjarji tagħha E.ON Ruhrgas AG u E.ON Gastransport GmbH, kif ukoll is-sussidjarji kkontrollati minnhom (flimkien “E.ON”). L-adozzjoni tad-deċiżjoni se tagħmel vinkolanti l-impenji proposti minn E.ON sabiex issolvi l-problemi dwar il-kompetizzjoni li jirriżultaw minn investigazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar is-swieq tal-gass Ġermaniżi.

(2)

Il-Kummissjoni kellha tħassib dwar il-fatt li bl-esklużjoni tal-aċċess għall-kapaċità għad-dħul fin-netwerk tad-distribuzzjoni tal-gass tagħha, E.ON setgħet abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha fis-swieq tat-trasport tal-gass fin-netwerk tal-L-Gas tagħha u fil-qasam tas- suq tal-H-gas ta’ NetConnect Germany skont l-Artikolu 102 tat-TFUE.

(3)

Dan seta' jsir permezz ta' prenotazzjonijiet fit-tul fuq in-netwerk ta' trażmissjoni tal-gass ta' E.ON li kienu jeskludu lill-kompetituri milli jaċċedu għal dak in-netwerk. E.ON ipprenotat partijiet kbar mill-kapaċitajiet kontinwi għad-dħul disponibbli u allokabbli b'mod ħieles tal-kumpanija, fin-netwerk tal-gass tagħha stess, li, skont il-Valutazzjoni Preliminari, setgħu waqqfu lill-kompetituri milli jittrasportaw il-gass fin-netwerk ta' E.ON u lill-klijenti konnessi ma' dan in-netwerk. B'hekk E.ON setgħet irrestrinġiet il-kompetizzjoni fis-swieq downstream tal-forniment tal-gass.

(4)

E.ON ipproponiet impenji lill-Kummissjoni sabiex tindirizza t-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni. Bħala l-ewwel pass, E.ON ipproponiet li tirrilaxxa kapaċitajiet kontinwi għad-dħul allokabbli b'mod ħieles fin-netwerk ta' trażmissjoni tal-gass tagħha, ta' volum ta' 17,8 GWh/h, sa Ottubru 2010. Bħala t-tieni pass, E.ON se tkompli tnaqqas is-sehem globali tagħha fil-prenotazzjonijiet tal-kumpanija u l-kapaċitajiet kontinwi għad-dħul allokabbli b'mod ħieles fil-qasam tas-suq tal-H-gas (NetConnect Germany) għal 50 % sa Ottubru 2015 u fin-netwerk tal-L-gas għal 64 % sa Ottubru 2015. E.ON tista' tilħaq dawn il-limiti billi tirritorna kapaċitajiet lill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni, permezz ta' miżuri li jżidu l-kapaċità fin-netwerk rispettiv, jew billi tidħol f’kooperazzjonijiet fil-qasam tas-suq li jżidu l-volum totali tal-kapaċitajiet fin-netwerk tagħha. E.ON timpenja ruħha li ma taqbiżx dawn il-limiti stabbiliti sal-2025.

(5)

L-Impenji Finali huma suffiċjenti biex jeliminaw it-tħassib inizjali tal-Kummissjoni, mingħajr ma jkunu sproporzjonati. L-Impenji Finali huma adatti biex jeliminaw it-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni espressi fil-Valutazzjoni Preliminari. It-tnaqqis tal-ishma ta' E.ON fil-kapaċitajiet kontinwi għad-dħul allokabbli b'mod ħieles u d-dewmien ta' dawn l-impenji se jiżguraw li l-kompetituri u l-fornituri l-ġodda jkunu jistgħu jsiru attivi malajr u b'mod permanenti fis-swieq downstream għall-forniment tal-gass. L-Impenji Finali offruti minn E.ON huma wkoll neċessarji peress li ma jeżistu l-ebda miżuri alternattivi biex jitneħħa t-tħassib li espremiet il-Kummissjoni, li jkunu effettivi daqs ir-rilaxx ta' kapaċità li ġie propost. Fil-fatt, l-esklużjoni mill-aċċess għall-infrastruttura tat-trasport neċessarja tista' biss tiġi rrimedjata permezz ta' rilaxx ta' kapaċità tat- trasport. Fid-dawl tas-sehem għoli ta' E.ON fis-suq tal-kapaċità tad-dħul fis-swieq rilevanti u tat-tul ta' żmien twil tal-prenotazzjonijiet, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Impenji Finali huwa wkoll neċessarju. Minħabba n-numru kbir ta' klijenti konnessi man-netwerk tat-trażmissjoni tal-gass ta' E.ON u d-dannu potenzjalment imdaqqas għal dawn il-klijent, l-Impenji Finali għandhom finalment jitqiesu bħala adegwati u proporzjonati.

(6)

Fid-dawl tal-Impenji proposti, ma għadx hemm raġunijiet għal azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni u, bla ħsara għall-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-proċedimenti f'dan il-każ għandhom għalhekk jintemmu.

(7)

Fil-15 ta' April 2010, il-Kumitat Konsultattiv fil-qasam tal-Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ġie kkonsultat u ta opinjoni favorevoli. Fis-16 ta' April 2010 l-Uffiċjal tas-Seduta ppreżenta r-rapport finali tiegħu.


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.


Top