EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/306/02

Att Finali tal-Konferenza Intergovernattiva

OJ C 306, 17.12.2007, p. 231–271 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 306/231


ATT FINALI

(2007/C 306/02)


IL-KONFERENZA TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI, mlaqqa' fi Brussell fit-23 ta' Lulju 2007 biex tadotta bi qbil komuni l-emendi għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, adottat it-testi li ġejjin:

I.

Trattat ta' Lisbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea

II.   Protokolli

A.   Protokolli li għandhom jiġu annessi għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għat-Trattat dwar il-funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u, skond il-każ, għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika

Protokoll dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea

Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità

Protokoll dwar il-Grupp ta' l-Euro

Protokoll dwar il-kooperazzjoni strutturata permanenti stabbilita mill-Artikolu 28 A tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Protokoll dwar l-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar l-adeżjoni ta' l-Unjoni għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali

Protokoll dwar is-suq intern u l-kompetizzjoni

Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea għall-Polonja u għar-Renju Unit

Protokoll dwar l-eżerċizzju tal-kompetenzi kondiviżi

Protokoll dwar is-servizzi ta' interess ġenerali

Protokoll dwar id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 9 C(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 205 (2) tat-Trattat dwar il-funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea bejn l-1 ta' Novembru 2014 u l-31 ta' Marzu 2017 min-naħa l-waħda, u mill-1 ta' April 2017 min-naħa l-oħra

Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet transitorji

B.   Protokoli li għandhom jiġu annessi għat-Trattat ta' Lisbona

Protokoll Nru 1 li jemenda l-protokolli annessi għat-trattat dwar l-unjoni ewropea, għat-trattat li jistabbilixxi l-komunità ewropea u/jew għat-trattat li jistabbilixxi l-komunità ewropea ta' l-energija atomika

Tabella ta' Korrispondenza prevista fl-Artikolu 2 tal-Protokoll li jemenda l-Protokoll anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u/jew mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika

Protokoll Nru 2 li jemenda t-trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Energija Atomika

III.   Annessi għat-Trattat ta' Lisbona:

Tabella ta' korrispondenza prevista fl-Artikolu 5 tat-Trattat ta' Lisbona

Il-Konferenza adottat id-dikjarazzjonijiet elenkati kif ġej u annessi ma' dan l-att finali:

A.   Dikjarazzjonijiet dwar dispożizzjonijiet tat-trattati

1.

Dikjarazzjoni dwar il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea

2.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

3.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 7a tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

4.

Dikjarazzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew

5.

Dikjarazzjoni dwar il-qbil politiku mill-Kunsill Ewropew fir-rigward ta' l-abbozz ta' Deċiżjoni dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew

6.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 9 B(5) u (6), l-Artikolu 9 D(6) u (7) u l-Artikolu 9 E tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

7.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 9 C(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 205(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

8.

Dikjarazzjoni dwar il-miżuri prattiċi li għandhom jittieħdu mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fir-rigward tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill ta' l-Affarijiet Barranin

9.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 9 C(9) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew rigward l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill

10.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 9 D tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

11.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 9 D(6) u (7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

12.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 9 E tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

13.

Dikjarazzjoni dwar il-politika barranija u ta' sigurtà komuni

14.

Dikjarazzjoni dwar il-politika barranija u ta' sigurtà komuni

15.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 13a tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

16.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 53(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

17.

Dikjarazzjoni dwar il-Primat

18.

Dikjarazzjoni dwar id-delimitazzjoni tal-kompetenzi

19.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

20.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 16 B tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

21.

Dikjarazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali

22.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 42 u l-Artikolu 63a tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

23.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 42, it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

24.

Dikjarazzjoni dwar il-personalità ġuridika ta' l-Unjoni Ewropea

25.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 61 H u l-Artikolu 188 K tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

26.

Dikjarazzjoni dwar in-non-parteċipazzjoni ta' Stat Membru f'miżura bbażata fuq it-Titolu IV tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

27.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 69 D(1), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

28.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 78 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

29.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 87(2)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

30.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 104 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

31.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 140 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

32.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 152(4)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

33.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 158 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

34.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 163 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

35.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 176 A tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

36.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 188 N tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni dwar in-negozjar u l-konklużjoni ta' ftehim internazzjonali mill-Istati Membri dwar spazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja

37.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 188 R tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

38.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 222 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea dwar in-numru ta' Avukati-Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja

39.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 249 B tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

40.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 280 D tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

41.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 308 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

42.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 308 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

43.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 311a(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

B.   Dikjarazzjonijiet dwar Protokolli annessi għat-Trattati

44.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea

45.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 5(2) tal-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea

46.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 5(3) tal-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea

47.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 5(3), (4) u (5) tal-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea

48.

Dikjarazzjoni dwar il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka

49.

Dikjarazzjoni dwar l-Italja

50.

Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 10 tal-Protokoll dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji

Minbarra dan, il-Konferenza ħadet nota tad-dikjarazzjonijiet elenkati kif ġej u annessi ma' dan l-att finali:

51.

Dikjarazzjoni tar-Renju tal-Belġju dwar il-parlamenti nazzjonali

52.

Dikjarazzjoni mir-Renju tal-Belġju, mir-Repubblika tal-Bulgarija, mir-Repubblika federali tal-Ġermanja, mir-Repubblika Ellenika, mir-Renju ta' Spanja, mir-Repubblika Taljana, mir-Repubblika ta' Ċipru, mir-Repubblika tal-Litwanja, mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, mir-Repubblika ta' l-Ungerija, mir-Repubblika ta' Malta, mir-Repubblika ta' l-Awstrija, mir-Repubblika Portugiża, mir-Rumanija, mir-Repubblika Slovena u mir-Repubblika Slovakka dwar is-simboli ta' l-Unjoni Ewropea

53.

Dikjarazzjoni tar-Repubblika Ċeka dwar il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea

54.

Dikjarazzjoni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-Irlanda, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' l-Awstrija u r-Renju ta' l-Isvezja

55.

Dikjarazzjoni tar-Renju ta' Spanja u tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

56.

Dikjarazzjoni mill-Irlanda dwar l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward ta' l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja

57.

Dikjarazzjoni tar-Repubblika Taljana dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew

58.

Dikjarazzjoni tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija u tar-Repubblika ta' Malta dwar l-ortografija ta' l-isem tal-munita unika fit-Trattati

59.

Dikjarazzjoni tar-Renju ta' l-Olanda dwar l-Artikolu 270a tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

60.

Dikjarazzjoni tar-Renju ta' l-Olanda dwar l-Artikolu 311a tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

61.

Dikjarazzjoni tar-Repubblika tal-Polonja dwar il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea

62.

Dikjarazzjoni tar-Repubblika tal-Polonja dwar il-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea għall-Polonja u għar-Renju Unit

63.

Dikjarazzjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq dwar id-definizzjoni tat-terminu “ċittadini”

64.

Dikjarazzjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq dwar id-dritt tal-vot fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew

65.

Dikjarazzjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq dwar l-Artikolu 61 H tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Съставено в Лисабон на тринадесети декември две хиляди и седма година.

Hecho en Lisboa, el trece de diciembre de dos mil siete.

V Lisabonu dne třináctého prosince dva tisíce sedm.

Udfærdiget i Lissabon den trettende december to tusind og syv.

Geschehen zu Lissabon am dreizehnten Dezember zweitausendsieben.

Kahe tuhande seitsmenda aasta detsembrikuu kolmeteistkümnendal päeval Lissabonis.

Έγινε στη Λισσαβώνα, στις δέκα τρεις Δεκεμβρίου δύο χιλιάδες επτά.

Done at Lisbon on the thirteenth day of December in the year two thousand and seven.

Fait à Lisbonne, le treize décembre deux mille sept.

Arna dhéanamh i Liospóin, an tríú lá déag de Nollaig sa bhliain dhá mhíle a seacht.

Fatto a Lisbona, addì tredici dicembre duemilasette.

Lisabonā, divtūkstoš septītā gada trīspadsmitajā decembrī.

Priimta Lisabonoje du tūkstančiai septintųjų metų gruodžio tryliktą dieną.

Kelt Lisszabonban, a kétezer-hetedik év december tizenharmadik napján.

Magħmul f'Lisbona, fit-tlettax-il jum ta' Diċembru tas-sena elfejn u sebgħa.

Gedaan te Lissabon, de dertiende december tweeduizend zeven.

Sporządzono w Lizbonie dnia trzynastego grudnia roku dwa tysiące siódmego.

Feito em Lisboa, em treze de Dezembro de dois mil e sete.

Întocmit la Lisabona la treisprezece decembrie două mii șapte.

V Lisabone dňa trinásteho decembra dvetisícsedem.

V Lizboni, dne trinajstega decembra leta dva tisoč sedem.

Tehty Lissabonissa kolmantenatoista päivänä joulukuuta vuonna kaksituhattaseitsemän.

Som skedde i Lissabon den trettonde december tjugohundrasju.

Voor Zijne Majesteit de Koning der Belgen

Pour Sa Majesté le Roi des Belges

Für Seine Majestät den König der Belgier

Image

„Deze handtekening verbindt eveneens de Vlaamse Gemeenschap, de Franse Gemeenschap, de Duitstalige Gemeenschap, het Vlaamse Gewest, het Waalse Gewest en het Brussels Hoofdstedelijk Gewest.”

«Cette signature engage également la Communauté française, la Communauté flamande, la Communauté germanophone, la Région wallonne, la Région flamande et la Région de Bruxelles-Capitale.»

„Diese Unterschrift bindet zugleich die Deutschsprachige Gemeinschaft, die Flämische Gemeinschaft, die Französische Gemeinschaft, die Wallonische Region, die Flämische Region und die Region Brüssel-Hauptstadt.“

За Правителството на Република България

Image

Za prezidenta České republiky

Image

For Hendes Majestæt Danmarks Dronning

Image

Für den Präsidenten der Bundesrepublik Deutschland

Image

Eesti Vabariigi Presidendi nimel

Image

Thar ceann Uachtarán na hÉireann

For the President of Ireland

Image

Για τον Πρόεδρο της Ελληνικής Δημοκρατίας

Image

Por Su Majestad el Rey de España

Image

Pour le Président de la République française

Image

Per il Presidente della Repubblica italiana

Image

Για τον Πρόεδρο της Κυπριακής Δημοκρατίας

Image

Latvijas Republikas Valsts prezidenta vārdā

Image

Lietuvos Respublikos Prezidento vardu

Image

Pour Son Altesse Royale le Grand-Duc de Luxembourg

Image

A Magyar Köztársaság Elnöke részéről

Image

Għall-President ta' Malta

Image

Voor Hare Majesteit de Koningin der Nederlanden

Image

Für den Bundespräsidenten der Republik Österreich

Image

Za Prezydenta Rzeczypospolitej Polskiej

Image

Pelo Presidente da República Portuguesa

Image

Pentru Președintele României

Image

Za predsednika Republike Slovenije

Image

Za prezidenta Slovenskej republiky

Image

Suomen Tasavallan Presidentin puolesta

För Republiken Finlands President

Image

För Konungariket Sveriges regering

Image

For Her Majesty the Queen of the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland

Image


A.   DIKJARAZZJONIJIET DWAR DISPOŻIZZJONIJIET TAT-TRATTATI

1.   Dikjarazzjoni dwar il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea, li hija legalment vinkolanti, tikkonferma d-drittijiet fundamentali garantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u kif jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri.

Il-Karta ma testendix il-kamp ta' applikazzjoni tad-dritt ta' l-Unjoni lil hinn mill-kompetenzi ta' l-Unjoni, u la toħloq kompetenzi jew kompiti ġodda għall-Unjoni, u lanqas timmodifika l-kompetenzi u l-kompiti kif definiti fit-Trattati.

2.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza taqbel li l-adeżjoni ta' l-Unjoni mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali għandha ssir b'mod li jiġu ppreservati l-karatteristiċi speċifiċi ta' l-ordni ġuridiku ta' l-Unjoni. F'dan ir-rigward, il-Konferenza tinnota l-eżistenza ta' djalogu regolari bejn il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, tali djalogu jista' jiġi msaħħaħ meta l-Unjoni Ewropea taderixxi ma' din il-Konvenzjoni.

3.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 7a tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

L-Unjoni ser tqis is-sitwazzjoni partikolari ta' pajjiżi ta' daqs territorjali żgħir li jżommu magħha relazzjonijiet speċifiċi mill-qrib.

4.   Dikjarazzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew

Is-siġġu addizzjonali fil-Parlament Ewropew ser jingħata lill-Italja.

5.   Dikjarazzjoni dwar il-qbil politiku mill-Kunsill Ewropew fir-rigward ta' l-abbozz ta' Deċiżjoni dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew

Il-Kunsill Ewropew ser jagħti l-qbil politiku tiegħu dwar l-abozz rivedut ta' Deċiżjoni dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew għal-leġislatura 2009-2014, abbażi ta' proposta mill-Parlament Ewropew.

6.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 9 B(5) u (6), l-Artikolu 9 D(6) u (7) u l-Artikolu 9 E tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Fl-għażla tal-persuni msejħa sabiex jassumu l-funzjonijiet ta' President tal-Kunsill Ewropew, ta' President tal-Kummissjoni u ta' Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jittieħed kont debitu tal-ħtieġa li tiġi rispettata d-diversità ġeografika u demografika ta' l-Unjoni u ta' l-Istati Membri tagħha.

7.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 9 C(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 205(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tiddikjara li d-deċiżjoni dwar l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 9 C(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 205(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea ser tiġi adottata mill-Kunsill fid-data ta' l-iffirmar tat-Trattat ta' Lisbona u ser tidħol fis-seħħ fil-jum li fih jidħol fis-seħħ it-Trattat imsemmi. L-abbozz tad-deċiżjoni jidher hawn taħt:

Abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 9 C(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 205(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea bejn l-1 ta' Novembru 2014 u l-31 ta' Marzu 2017 min-naħa l-waħda, u mill-1 ta' April 2017 min-naħa l-oħra

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Billi:

(1)

Huwa kkunsidrat xieraq li jiġu adottati dispożizzjonijiet li jippermettu transizzjoni bla xkiel mis-sistema ta' teħid ta' deċiżjonijiet b'maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill, kif definit fl-Artikolu 3(3) tal-Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, li ser jibqa' japplika sal-31 ta' Ottubru 2014,għas-sistema ta' votazzjoni prevista fl-Artikolu l-Artikolu 9 C(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 205(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, li għandha tapplika mill-1 ta' Novembru 2014, inkluż, matul perijodu transitorju sal-31 ta' Marzu 2017, dispożizzjonijiet speċifiċi previsti fl-Artikolu 3(2), tal-Protokoll imsemmi hawn fuq.

(2)

Huwa mfakkar li l-prattika tal-Kunsill hija li jiddedika kull sforz biex tissaħħaħ il-leġittimità demokratika ta' l-atti adottati bil-maġġoranza kwalifikata.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet applikabbli bejn l-1 ta' Novembru 2014 u l-31 ta' Marzu 2017

Artikolu 1

Bejn l-1 ta' Novembru 2014 u l-31 ta' Marzu 2017, jekk membri tal-Kunsill, li jirrappreżentaw:

a)

mill-inqas tliet kwarti tal-popolazzjoni, jew

b)

mill-inqas tliet kwarti ta' l-għadd ta' Stati Membri

meħtieġa biex jikkostitwixxu minoranza li timblokka b'riżultat ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu l-Artikolu 9 C(4), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 205(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, jindikaw l-oppożizzjoni tagħhom għall-adozzjoni ta' att mill-Kunsill bil-maġġoranza kwalifikata, il-Kunsill għandu jiddiskuti din il-kwistjoni.

Artikolu 2

Il-Kunsill għandu, matul dawn id-diskussjonijiet, jagħmel kull ma jkun fis-setgħa tiegħu sabiex isib soluzzjoni sodisfaċenti, fi żmien raġonevoli u bla ħsara għat-termini perentorji stabbiliti bil-liġi ta' l-Unjoni, sabiex jindirizza t-tħassib imqajjem mill-membri tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 1.

Artikolu 3

Għal dan il-għan, il-President tal-Kunsill, bl-assistenza tal-Kummissjoni u filwaqt li jirrispetta r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill, għandu jieħu kwalunkwe inizjattiva meħtieġa biex jiffaċilita l-kisba ta' ftehim fuq bażi aktar wiesgħa fil-Kunsill. Il-membri tal-Kunsill għandhom jagħtuh l-għajnuna tagħhom.

Taqsima 2

Dispożizzjonijiet li għandhom jiġu applikati mill-1 ta' April 2017

Artikolu 4

Mill-1 ta' April 2017, jekk membri tal-Kunsill, li jirrappreżentaw:

(a)

mill-inqas 55 % tal-popolazzjoni, jew

(b)

mill-inqas 55 % ta' l-għadd ta' Stati Membri

meħtieġa biex jikkostitwixxu minoranza li timblokka b' riżultat ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu l-Artikolu 9 C(4), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 205(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, jindikaw l-oppożizzjoni tagħhom għall-adozzjoni ta' att mill-Kunsill bil-maġġoranza kwalifikata, il-Kunsill għandu jiddiskuti din il-kwistjoni.

Artikolu 5

Il-Kunsill għandu, matul din id-diskussjoni, jagħmel kull ma jista' biex jilħaq soluzzjoni sodisfaċenti, fi żmien raġonevoli u bla ħsara għat-termini perentorji stabbiliti fil-liġi ta' l-Unjoni, biex jindirizza t-tħassib imqajjem mill-membri tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 4.

Artikolu 6

Għal dan il-għan, il-President tal-Kunsill, bl-assistenza tal-Kummissjoni u filwaqt li jirrispetta r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill, għandu jieħu kwalunkwe inizjattiva meħtieġa biex jiffaċilita l-kisba ta' ftehim fuq bażi aktar wiesgħa fil-Kunsill. Il-membri tal-Kunsill għandhom jagħtuh l-għajnuna tagħhom.

Taqsima 3

Dħul fis-seħħ

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona.

8.   Dikjarazzjoni dwar il-miżuri prattiċi li għandhom jittieħdu mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fir-rigward tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill ta' l-Affarijiet Barranin

Fil-każ li t-Trattat ta' Lisbona jidħol fis-seħħ wara l-1 ta' Jannar 2009, il-Konferenza tistieden lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li jeżerċita l-presidenza semestrali tal-Kunsill f'dak iż-żmien, minn naħa, u lill-persuna li tkun eletta President tal-Kunsill Ewropew u lill-persuna li tinħatar Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, min-naħa l-oħra, biex, f'konsultazzjoni mal-presidenza semestrali li jkun imiss, jieħdu l-miżuri konkreti meħtieġa li jippermettu transizzjoni effiċjenti ta' l-aspetti materjali u organizzattivi ta' l-eżerċizzju tal-presidenza tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill ta' l-Affarijiet Barranin.

9.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 9 C(9) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill

Il-Konferenza tiddikjara li l-Kunsill għandu jibda jħejji d-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-proċeduri għall-applikazzjoni tad-Deċiżjoni dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill hekk kif jiġi ffirmat it-Trattat li jemenda t-Trattat ta' Lisbona u jagħtiha l-approvazzjoni politika tiegħu fi żmien sitt xhur. Abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew, li ser tiġi adottata fil-jum tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat imsemmi, tidher hawn taħt:

Abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill.

Artikolu 1

1.   Il-Presidenza tal-Kunsill, bl-eċċezzjoni tal-formazzjoni ta' l-Affarijiet Barranin għandha tiġi eżerċitata minn gruppi pre-stabbiliti ta' tliet Stati Membri għal perjodu ta' 18-il xahar. Dawn il-gruppi għandhom ikunu ffurmati fuq bażi ta' rotazzjoni ndaqs bejn l-Istati Membri, li tieħu kont tad-diversità tagħhom u tal-bilanċ ġeografiku fi ħdan l-Unjoni.

2.   Kull membru tal-grupp għandu jippresjedi f' rotazzjoni, għal perijodu ta' sitt xhur, il-presidenza tal-formazzjonijiet kollha tal-Kunsill, minbarra l-formazzjoni Affarijiet Barranin. Il-membri l-oħra tal-grupp għandhom jassistu lill-Presidenza fir-responsabbiltajiet tagħha kollha, abbażi ta' programm komuni. Il-Membri tal-grupp jistgħu jiddeċiedu dwar arranġamenti alternattivi bejniethom.

Artikolu 2

Il-presidenza tal-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri għandha tiġi eżerċitata minn rappreżentant ta' l-Istat Membru li jeżerċita l-presidenza tal-Kunsill ta' l-Affarijiet Ġenerali.

Il-presidenza tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà għandha tiġi eżerċitata minn rappreżentant tar-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

Il-presidenza tal-korpi preparatorji tal-formazzjonijiet differenti tal-Kunsill, minbarra l-formazzjoni ta' l-Affarijiet Barranin, għandha taqa' fuq il-membru tal-grupp li jeżerċita l-Presidenza tal-formazzjoni relevanti, sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor skond l-Artikolu 4.

Artikolu 3

Il-Kunsill ta' l-Affarijiet Ġenerali, bil-kooperazzjoni tal-Kummissjoni, għandu jassigura l-koerenza u l-kontinwità fix-xogħol tal-formazzjonijiet differenti tal-Kunsill fil-qafas ta' programmazzjoni pluriennali. L-Istati Membri li jeżerċitaw il-Presidenza għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa għall-organizzazzjoni u t-tħaddim tajjeb tax-xogħol tal-Kunsill, bl-assistenza tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

Artikolu 4

Il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi l-miżuri għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

10.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 9 D tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tikkunsidra li, meta l-Kummissjoni ma tibqax tinkludi ċittadini ta' l-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari għall-ħtieġa li tiżgura trasparenza sħiħa fir-relazzjonijiet tagħha ma' l-Istati Membri kollha. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha tkun f'kuntatt mill-qrib ma' l-Istati Membri kollha, kemm jekk għandhom ċittadin li qed iservi bħala Membru tal-Kummissjoni kif ukoll jekk m' għandhomx, u f'dan il-kuntest għandha tagħti attenzjoni partikolari għall-ħtieġa li jkun hemm skambju ta' informazzjoni u konsultazzjoni ma' l-Istati Membri kollha.

Il-Konferenza tikkunsidra wkoll li l-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura li jitqiesu b'mod sħiħ ir-realtajiet politiċi, soċjali u ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, inklużi dawk li ma għandhomx ċittadin li qed iservi bħala Membru tal-Kummissjoni. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu l-garanzija li l-pożizzjoni ta' dawk l-Istati Membri tittieħed in kunsiderazzjoni peremzz ta' l-adozzjoni ta' arranġamenti ta' organizzazzjoni xierqa.

11.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 9 D(6) u (7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tikkunsidra li, skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill Ewropew għandhom responsabbiltà konġunta li jaraw li l-proċess li jwassal għall-elezzjoni tal-President tal-Kummissjoni Ewropea jimxi tajjeb. Qabel id-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew, rappreżentanti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Ewropew għandhom għaldaqstant jagħmlu l-konsultazzjonijiet meħtieġa fil-qafas li jqisu l-aktar xieraq. Skond l-Artikolu 9 D(7), l-ewwel subparagrafu, dawn il-konsultazzjonijiet għandhom jiffukaw fuq il-profil tal-kandidati għall-Presidenza tal-Kummissjoni, wara li jieħdu kont ta' l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew. L-arranġamenti għal dawn il-konsultazzjonijiet jistgħu jiġu stabbiliti, fiż-żmien opportun, bi qbil komuni bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill Ewropew.

12.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 9 E tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

1.

Il-Konferenza tiddikjara li ser isiru l-kuntatti adegwati mal-Parlament Ewropew matul il-ħidma preparatorja li tippreċedi l-ħatra tar-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, li għandha sseħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona skond l-Artikolu 9 E tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, il-mandat tiegħu ser ikun minn dik id-data sa tmiem il-mandat tal-Kummissjoni fil-kariga f'dik id-data.

2.

Barra minn hekk, il-Konferenza tfakkar illi, ir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, li l-mandat tiegħu ser jibda f'Novembru 2009 fl-istess żmien u għall-istess durata bħall-Kummissjoni li jmiss, ser ikun/tkun maħtur/a skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 9 D u 9E tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

13.   Dikjarazzjoni dwar il-politika barranija u ta' sigurtà komuni

Il-Konferenza tissottolinja li d-dispożizzjonijiet fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li jkopru l-politika barranija u ta' sigurtà komuni, inkluż il-ħolqien tal-funzjoni ta' Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-istabbiliment ta' Servizz għall-Azzjoni Esterna, ma jaffetwawx ir-responsabbilitajiet ta' l-Istati Membri, kif jeżistu attwalment, għall-formulazzjoni u t-twettiq tal-politika barranija tagħhom u lanqas ir-rappreżentanza nazzjonali tagħhom f'pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

Il-Konferenza tfakkar ukoll li d-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni ma jippreġudikawx il-karattru speċifiku tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża ta' l-Istati Membri.

Hija tisħaq li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha ser jibqgħu marbutin bid-dispożizzjonijiet tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u, b'mod partikolari, bir-responsabbiltà primarja tal-Kunsill tas-Sigurtà u ta' l-Istati Membri tiegħu għaż-żamma tal-paċi u s-sigurtà internazzjonali.

14.   Dikjarazzjoni dwar il-politika barranija u ta' sigurtà komuni

Flimkien mar-regoli u l-proċeduri speċifiċi msemmija fl-Artikolu 11(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Konferenza tenfasizza li d-dispożizzjonijiet dwar il-Politika Barranija u ta' Sigurtà Komuni, inkluż f'relazzjoni mar-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u s-Servizz għall-Azzjoni Esterna mhux ser jaffettwaw il-bażi legali, ir-responsabbiltajiet, u l-kompetenzi eżistenti ta' kull Stat Membru fir-rigward tal-formulazzjoni u t-tmexxija tal-politika barranija tiegħu, tas-servizz diplomatiku nazzjonali tiegħu, ir-relazzjonijiet tiegħu ma' pajjiżi terzi u l-parteċipazzjoni tiegħu f'organizzazzjonijiet internazzjonali, inkluż is-sħubija ta' Stat Membru fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

Il-Konferenza tinnota wkoll li d-dispożizzjonijiet dwar il-Politika Barranija u ta' Sigurtà Komuni ma jagħtux kompetenzi ġodda lill-Kummissjoni biex tieħu l-inizjattiva f'deċiżjonijiet u lanqas ma jkabbru r-rwol tal-Parlament Ewropew.

Il-Konferenza tfakkar ukoll li d-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-politika Ewropea ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni ma jippreġudikawx il-karattru speċifiku tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża ta' l-Istati Membri.

15.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 13a tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tiddikjara li, hekk kif jiġi ffirmat it-Trattat ta' Lisbona, is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u ta' Sigurtà Komuni, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jibdew il-ħidma preparatorja dwar is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

16.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 53(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tikkunsidra li l-possibilità li t-Trattati jiġu tradotti fil-lingwi previsti fl-Artikolu 53(2) tikkontribwixxi sabiex jintlaħaq l-objettiv previst fl-Artikolu 2(3), ir-raba' subparagrafu li jipprevedi li l-Unjoni tirrispetta r-rikkezza tad-diversità kulturali u lingwistika tagħha. F'dan il-kuntest, il-Konferenza tikkonferma r-rabta ta' l-Unjoni mad-diversità kulturali ta' l-Ewropa u l-attenzjoni speċjali li ser tkompli tagħti lil dawn il-lingwi u lil lingwi oħrajn.

Il-Konferenza tirrakkomanda lil dawk l-Istati Membri li jixtiequ jużaw il-possibbiltà prevista fl-Artikolu 53(2) li jikkomunikaw lill-Kunsill, il-lingwa jew lingwi li fihom ser ikunu tradotti t-Trattati, fi żmien sitt xhur mid-data ta' l-iffirmar tat-Trattat ta' Lisbona.

17.   Dikjarazzjoni dwar il-Primat

Il-Konferenza tfakkar li, skond każistika stabbilita sew tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea, it-Trattati u l-liġijiet adottati mill-Unjoni abbażi tat-Trattati għandhom il-primat fuq il-liġi ta' l-Istati Membri, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti bil-każistika msemmija.

Barra minn hekk, il-Konferenza ddeċidiet li tehmeż ma' dan l-Att Finali bħala anness, l-opinjoni tas-Servizz Legali tal-Kunsill dwar il-primat kif tidher fid-dokument 11197/07 (JUR 260):

Opinjoni tas-Servizzi Legali tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 2007:

Jirriżulta mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-primat tal-liġi tal-KE huwa prinċipju fundamentali tal-liġi Komunitarja. Skond il-Qorti, dan il-prinċipju huwa inerenti għan-natura speċifika tal-Komunità Ewropea. Fiż-żmien ta' l-ewwel sentenza ta' din il-każistika stabbilita (Costa/ENEL, il-15 ta' Lulju 1964, Każ 6/64  (1) il-primat ma kienx jissemma fit-trattat. L-istess għadu llum. Il-fatt li l-prinċipju tal-primat ma jkunx inkluż fit-Trattat futur bl-ebda mod mhu ser ibiddel l-eżistenza tal-prinċipju jew il-każistika eżistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja.

18.   Dikjarazzjoni dwar id-delimitazzjoni tal-kompetenzi

Il-Konferenza tissottolinja li, skond is-sistema tat-tqassim tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri kif previst fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, il-kompetenzi mhux mogħtija lill-Unjoni fit-Trattati jibqgħu ta' l-Istati Membri.

Meta t-Trattati jagħtu lill-Unjoni kompetenza kondiviża ma' l-Istati Membri f'qasam speċifiku, l-Istati Membri għandhom jeżerċitaw il-kompetenza tagħhom sa fejn l-Unjoni ma tkunx eżerċitat, jew tkun iddeċidiet li ma tkomplix teżerċita, il-kompetenza tagħha. Is-sitwazzjoni ta' l-aħħar tista' tinqala' meta l-istituzzjonijiet kompetenti ta' l-UE jiddeċiedu li jirrevokaw att leġislattiv, b'mod partikolari bil-ħsieb li jassiguraw aħjar ir-rispett kostanti għall-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità. Il-Kunsill jista' jitlob lill-Kummissjoni, fuq l-inizjattiva ta' Membru wieħed jew aktar (rappreżentanti ta' l-Istati Membri) u skond l-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, biex tippreżenta proposti għar-revoka ta' att leġislattiv. Il-Konferenza tilqa' d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li ser tagħti attenzjoni partikolari lil dawn it-talbiet.

Bl-istess mod, ir-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri, imlaqqgħin f'Konferenza Intergovernattiva, skond il-proċedura ta' reviżjoni ordinarja prevista fl-Artikolu 48(2) sa (5) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jistgħu jiddeċiedu li jemendaw it-Trattati li fuqhom hija bbażata l-Unjoni inkluż sabiex jiżdiedu jew jitnaqqsu l-kompetenzi mogħtija lill-Unjoni fit-Trattati msemmija.

19.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza taqbel li, fl-isforzi ġenerali ta' l-Unjoni sabiex telimina l-inugwaljanzi bejn in-nisa u l-irġiel, l-Unjoni timmira, fil-politika differenti tagħha, sabiex tiġġieled kontra kull xorta ta' vjolenza domestika. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jipprevjenu u jikkastigaw dawn l-atti kriminali kif ukoll sabiex jappoġġaw u jipproteġu lill-vittmi

20.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 16 B tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tiddikjara li kull meta għandhom jiġu adottati regoli dwar il-protezzjoni ta' data personali abbażi ta' l-Artikolu 16 B u dawn jista' jkollhom implikazzjonijiet diretti għas-sigurtà nazzjonali, irid jittieħed kont xieraq tal-karatteristiċi speċifiċi tal-kwistjoni. Hija tfakkar li l-leġislazzjoni applikabbli fil-preżent (ara b'mod partikolari d-Direttiva 95/46/KE) tinkludi derogi speċifiċi f'dan ir-rigward.

21.   Dikjarazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali

Il-Konferenza tagħraf li jistgħu jkunu meħtieġa regoli speċifiċi dwar il-protezzjoni tad-data personali u l-moviment liberu ta' din id-data fl-oqsma tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u l-kooperazzjoni tal-pulizija abbażi ta' l-Artikolu 16B tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea minħabba n-natura speċifika ta' dawn l-oqsma.

22.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 42 u l-Artikolu 63 a tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tikkunsidra li, fil-każ li abbozz ta' att leġislattiv ibbażat fuq l-Artikolu 63 a (2) jolqot aspetti importanti tas-sistema tas-sigurtà soċjali ta' Stat Membru, b'mod partikolari l-kamp ta' applikazzjoni, l-ispiża jew l-istruttura finanzjarja tagħha, jew jolqot l-ekwilibriju finanzjarju kif previst fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 42, l-interessi ta' l-Istati Membri ser jittieħdu in konsiderazzjoni kif dovut.

23.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 42, it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tfakkar li, f'dak il-każ, f'konformità ma' l-Artikolu 9 B(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill Ewropew jaġixxi b'konsenus.

24.   Dikjarazzjoni dwar il-personalità ġuridika ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tikkonferma li l-fatt li l-Unjoni Ewropea għandha personalità ġuridika bl-ebda mod m'hu ser jawtorizza lill-Unjoni biex tilleġisla jew taġixxi lil hinn mill-kompetenzi mogħtija lilha mill-Istati Membri fit-Trattati

25.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 61H u l-Artikolu 188 K tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tfakkar li r-rispett għad-drittijiet u għal-libertajiet fundamentali jimplika, b'mod partikolari, li tingħata attenzjoni xierqa lill-protezzjoni u r-rispett tad-dritt ta' persuni fiżiċi jew entitajiet konċernati li jgawdu mill-garanziji previsti mil-liġi. Għal dan il-għan u sabiex ikun garantit kontroll ġudizzjarju strett tad-deċiżjonijiet li jimponu miżuri restrittivi fuq persuna fiżika jew entità, tali deċiżjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq kriterji ċari u definiti. Dawn il-kriterji għandhom ikunu adattati skond l-ispeċifiċità ta' kull miżura restrittiva.

26.   Dikjarazzjoni dwar in-non-parteċipazzjoni ta' Stat Membru f'miżura bbażata fuq it-Titolu IV tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tiddikjara li meta Stat Membru jagħżel li ma jieħux sehem f'miżura bbażata fuq it-Titolu IV tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill ikollu diskussjoni sħiħa dwar l-implikazzjonijiet u l-effetti possibbli tan-non-parteċipazzjoni ta' dan l-Istat Membru f'din il-miżura.

Barra minn hekk, kull Stat Membru jista' jistieden lill-Kummissjoni teżamina s-sitwazzjoni abbażi ta' l-Artikolu 96 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

Is-subparagrafi preċedenti huma mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li Stat Membru jippreżenta din il-kwistjoni quddiem il-Kunsill Ewropew skond ir-regoli ta' proċedura tiegħu.

27.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 69D(1), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tikkunsidra li r-Regolamenti imsemmija fl-Artikolu 69D(1), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea għandhom jieħdu kont tar-regoli u l-prattiċi nazzjonali dwar il-bidu ta' investigazzjonijiet kriminali.

28.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 78 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tinnota li d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 78 għandhom jiġu japplikati skond il-prattika attwali. Il-frażi “il-miżuri (…) meħtieġa sabiex jikkumpensaw għall-iżvantaġġi ekonomiċi kkawżati mid-diviżjoni tal-Ġermanja lill-ekonomija ta' ċerti żoni tar-Repubblika Federali milquta minn dik id-diviżjoni” għandha tiġi interpretata skond il-każistika eżistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea.

29.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 87(2)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tinnota li l-Artikolu 87(2)(c) għandu jkun interpretat skond il-każistika eżistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet għal għajnuna mogħtija lil ċerti żoni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja milquta mid-diviżjoni preċedenti tal-Ġermanja.

30.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 104 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Fir-rigward ta' l-Artikolu 104, il-Konferenza tikkonferma li t-tisħiħ tal-potenzjal ta' tkabbir ekonomiku u l-kisba ta' pożizzjonijiet baġitarji sodi huma ż-żewġ kolonni tal-politika ekonomika u baġitarja ta' l-Unjoni u ta' l-Istati Membri. Il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir huwa strument importanti għall-kisba ta' dawn l-objettivi.

Il-Konferenza tafferma mill-ġdid l-impenn tagħha għad-dispożizzjonijiet dwar il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, bħala l-qafas għall-koordinazzjoni tal-politika baġitarja fl-Istati Membri.

Il-Konferenza tikkonferma li sistema bbażata fuq ir-regoli hija l-aqwa garanzija tar-rispett ta' l-impenji u sabiex l-Istati Membri kollha jiġu trattati b'mod ugwali.

F'dan il-qafas, il-Konferenza tafferma wkoll mill-ġdid l-impenn tagħha għall-objettivi ta' l-Istrateġija ta' Lisbona: il-ħolqien ta' impjiegi, ir-riformi strutturali u l-koeżjoni soċjali.

L-Unjoni timmira għall-kisba ta' tkabbir ekonomiku bilanċjat u ta' l-istabbilità tal-prezzijiet. Għaldaqstant, il-politika ekonomika u baġitarja għandha tistabbilixxi l-prioritajiet adegwati rigward riformi ekonomiċi, ta' innovazzjoni, ta' kompetittività u ta' tisħiħ ta' l-investiment privat u l-konsum fi żminijiet ta' tkabbir ekonomiku dgħajjef. Dan għandu jiġi rifless fl-orjentazzjonijiet tad-deċiżjonijiet baġitarji kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell ta' l-Unjoni, b'mod partikolari permezz ta' ristrutturazzjoni tad-dħul u ta' l-infiq pubbliku, b'rispett għad-dixxiplina baġitarja skond it-Trattati u l-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir.

L-isfidi finanzjarji u ekonomiċi li jiffaċċjaw l-Istati Membri jissottolinjaw l-importanza ta' politika baġitarja soda matul il-ċiklu ekonomiku.

Il-Konferenza taqbel li l-Istati Membri għandhom jużaw il-perijodi ta' rkupru ekonomiku b'mod attiv sabiex jikkonsolidaw il-finanzi pubbliċi tagħhom u jtejbu l-pożizzjonijiet baġitarji tagħhom. L-objettiv huwa li progressivament tinkiseb żieda fil-bilanċ fi żminijiet tajba, li toħloq il-marġni meħtieġ biex jiġi ffaċċat kull tnaqqis fl-attività ekonomika u b'hekk jikkontribwixxi għas-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi.

L-Istati Membri jistennew bil-ħerqa l-proposti eventwali mill-Kummissjoni kif ukoll kontributi ġodda mill-Istati Membri għat-tisħiħ u l-iċċarar ta' l-implimentazzjoni tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex itejbu l-potenzjal tat-tkabbir ta' l-ekonomiji tagħhom. Il-koordinazzjoni aħjar tal-politika ekonomika tista' tiffavorixxi dan l-objettiv. Din id-Dikjarazzjoni ma tippreġudikax id-dibattitu futur dwar il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir.

31.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 140 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tikkonferma li l-politika deskritta fl-Artikolu 140 essenzjalment taqa' taħt il-kompetenza ta' l-Istati Membri. Il-miżuri ta' inkoraġġiment u ta' koordinazzjoni li għandhom jittieħdu fil-livell ta' l-Unjoni skond id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu ta' natura komplementari. Dawn iservu biex isaħħu l-kooperazzjoni bejn Stati Membri u mhux biex jarmonizzaw sistemi nazzjonali. Il-garanziji u l-prattiċi eżistenti f'kull Stat Membru fir-rigward tar-responsabbiltà ta' l-imsieħba soċjali ma jiġux milquta.

Din id-Dikjarazzjoni hija mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-Trattati li jagħtu kompetenzi lill-Unjoni, inkluż fil-qasam soċjali.

32.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 152(4)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tiddikjara li l-miżuri li ser jiġu adottati skond l-Artikolu 152(4)(c) iridu jirrispettaw t-tħassib komuni ta' sigurtà u jridu jkollhom l-objettiv li jistabbilixxu standards għoljin ta' kwalità u ta' sigurtà, f'każijiet meta standards nazzjonali li jaffettwaw is-suq intern ikunu ta' xkiel għall-kisba ta' livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

33.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 158 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tikkunsidra li l-frażi “reġjuni insulari” prevista fl-Artikolu 158 tista' tinkludi Stati gżejjer fit-totalità tagħhom, bil-kondizzjoni li jintlaħqu l-kriterji meħtieġa.

34.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 163 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza taqbel li l-azzjoni ta' l-Unjoni fil-qasam tar-riċerka u ta' l-iżvilupp teknoloġiku tieħu kont debitu ta' l-orjentazzjoni u l-għażliet fundamentali tal-politika ta' riċerka ta' l-Istati Membri.

35.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 176 A tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tikkunsidra li l-Artikolu 176 A ma jolqotx id-dritt ta' l-Istati Membri li jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw il-provvista ta' l-enerġija tagħhom skond il-kondizzjonijiet previsti fl-Artikolu 297.

36.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 188 N tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni dwar in-negozjar u l-konklużjoni ta' ftehim internazzjonali mill-Istati Membri dwar spazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja

Il-Konferenza tikkonferma li l-Istati Membri jistgħu jinnegozjaw u jikkonkludu ftehim ma' pajjiżi terzi jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali fl-oqsma koperti mill-Kapitoli 3, 4, 5 tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta, safejn dawn il-ftehim ikunu konformi mad-dritt ta' l-Unjoni.

37.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 188 R tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Mingħajr preġudizzju għall-miżuri adottati mill-Unjoni biex taqdi l-obbligu tagħha ta' solidarjetà fir-rigward ta' Stat Membru li jkun soġġett għal attakk terroristiku jew ikun vittma ta' diżastru naturali jew ikkaġunat mill-bniedem, l-ebda waħda mid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 188 R ma hija maħsuba li tirrestrinġi d-dritt ta' Stat Membru ieħor li jagħżel il-mezzi l-aktar xierqa sabiex jaqdi l-obbligu tiegħu ta' solidarjetà fir-rigward ta' dak l-Istat Membru.

38.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 222 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea dwar in-numru ta' Avukati-Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja

Il-Konferenza tiddikjara li jekk, skond l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 222, tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja titlob li n-numru ta' Avukati Ġenerali jiżdied bi tlieta (ħdax minflok tmienja), il-Kunsill, li jaġixxi b'unanimità, ser jaqbel dwar tali żieda.

F'dak il-każ, il-Konferenza taqbel li l-Polonja, kif diġà huwa l-każ għall-Ġermanja, Franza, l-Italja, Spanja u r-Renju Unit, ser ikollha Avukat-Ġenerali permanenti u mhux ser tibqa' tieħu sehem fis-sistema ta' rotazzjoni; filwaqt li s-sistema attwali ta' rotazzjoni ser tibda tinkludi r-rotazzjoni ta' ħames Avukati-Ġenerali minflok tlieta.

39.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 249 B tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tinnota l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tibqa' tikkonsulta l-esperti maħtura mill-Istati Membri fit-tħejjija ta' atti delegati fil-qasam tas-servizz finanzjarju skond il-prattika stabbilita tagħha.

40.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 280 D tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tiddikkjara li l-Istati Membri jistgħu jindikaw, meta huma jippreżentaw talba biex tiġi stabbilita kooperazzjoni msaħħa, jekk huma għandhomx diġà l-intenzjoni f'dak l-istadju li jagħmlu użu mill-Artikolu 280 H, li jipprevedi estensjoni tal-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata, jew li jirrikorru għall-proċedura leġislattiva ordinarja.

41.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 308 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tiddikjara li r-referenza għall-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 308(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea tirrigwarda l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2(2) u (3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea kif ukoll l-objettivi ta' l-Artikolu 2(5) ta' dak it-Trattat fir-rigward ta' l-azzjoni esterna taħt il-Parti V tat-Trattat dwar il-funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea. Huwa għalhekk eskluż li azzjoni bbażata fuq l-Artikolu 308 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea tkun tfittex biss l-objettivi stabbilti fl-Artikolu 2(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'rabta ma' dan, il-Konferenza tinnota li, skond l-Artikolu 15b(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, ma jistgħux jiġu adottati atti leġislattivi fil-qasam tal-Politika Barranija u ta' Sigurtà Komuni.

42.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 308 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tissottolinja li, skond il-każistika stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 308 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea li huwa parti integrali minn sistema istituzzjonali bbażata fuq il-prinċipju ta' l-għoti tal-kompetenzi, ma jistax iservi bħala bażi għat-twessigħ tal-kamp ta' applikazzjoni tal-kompetenzi ta' l-Unjoni lil hinn mill-qafas ġenerali maħluq bid-dispożizzjonijiet tat-Trattati fl-intier tagħhom u, b'mod partikolari, b'dawk li jiddefinixxu l-missjonijiet u l-attivitajiet ta' l-Unjoni. Fi kwalunkwe każ, dan l-Artikolu ma jistax jintuża bħala bażi għall-adozzjoni ta' dispożizzjonijiet li l-effett tagħhom ikun, fis-sustanza, li jemendaw it-Trattati bla ma jsegwu l-proċedura prevista fl-istess Trattati.

43.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 311a(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Partijiet Kontraenti Għolja jaqblu li l-Kunsill Ewropew, fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 311a(6) ser jieħu deċiżjoni li twassal għall-modifika ta' l-istatus ta' Mayotte fir-rigward ta' l-Unjoni, sabiex dan it-territorju jiġi kkunsidrat bħala reġjun l' aktar 'il bogħod fis-sens ta' Artikolu 311a(1) u l-Artikolu 299 meta l-awtoritajiet Franċiżi jinnotifikaw lill-Kunsill Ewropew u lill-Kummissjoni li l-evoluzzjoni kurrenti fl-istatus intern tal-gżira tippermetti dan.


(1)  ‘Jirriżulta (...) li l-liġi li toħroġ mit-trattat, sors awtonomu ta' liġi, ma tistax, minħabba n-natura speċjali u oriġinali tagħha, tingħeleb minn dispożizzjonijiet legali interni ikunu xi jkunu mingħajr ma din titlef il-karattru tagħha ta' liġi Komunitarja u mingħajr ma titpoġġa f' dubju l-bażi legali nnifisha tal-Komunità.’”


B.   DIKJARAZZJONIJIET DWAR PROTOKOLLI ANNESSI GĦAT-TRATTATI

44.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tinnota li meta Stat Membru jkun għamel notifika skond l-Artikolu 5(2) tal-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea li hu ma jkunx jixtieq jieħu sehem fi proposta jew inizjattiva, dik in-notifika tista' tkun irtirata fi kwalunkwe ħin qabel l-adozzjoni tal-miżura li tibni fuq l-acquis ta' Schengen.

45.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 5(2) tal-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tiddikjara li kull meta r-Renju Unit jew l-Irlanda jindikaw lill-Kunsill l-intenzjoni tagħhom li ma jieħdux sehem f'miżura bbażata fuq parti mill-acquis ta' Schengen li fih wieħed minnhom jipparteċipa, il-Kunsill għandu jkollu diskussjoni sħiħa dwar l-implikazzjonijiet possibbli tan-non-parteċipazzjoni ta' dak l-Istat Membru f'dik il-miżura. Id-diskussjoni fil-Kunsill għandha ssir fid-dawl ta' l-indikazzjonijiet mogħtija mill-Kummissjoni dwar ir-relazzjoni bejn il-proposta u l-acquis ta' Schengen.

46.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 5(3) tal-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tfakkar li jekk il-Kunsill ma jieħux deċiżjoni wara l-ewwel diskussjoni sostantiva dwar il-kwistjoni, il-Kummissjoni tista' tippreżenta proposta emendata biex terġa' tgħaddi għal eżami ulterjuri tas-sustanza fil-Kunsill fil-limitu ta' żmien ta' 4 xhur.

47.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 5(3), (4) u (5) tal-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tinnota li l-kondizzjonijiet li għandhom ikunu determinati fid-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 5(3), (4) jew (5) tal-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea jistgħu jiddeterminaw li l-Istat Membru konċernat għandu jkun responsabbli għal konsegwenzi finanzjarji diretti, jekk ikun hemm, li jirriżultaw neċessarjament u inevitabbilment mill-waqfien tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-acquis kollu jew parti minnu msemmi fi kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-Kunsill skond l-Artikolu 4 tal-Protokoll imsemmi..

48.   Dikjarazzjoni dwar il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka

Il-Konferenza tinnota li, fir-rigward ta' atti legislattivi li jridu jiġu adottati mill-Kunsill, waħdu jew b'mod konġunt mal-Parlament Ewropew, u li fihom dispożizzjonijiet applikabbli għad-Danimarka kif ukoll dispożizzjonijiet li mhumiex applikabbli għad-Danimarka għaliex għandhom bażi legali li għaliha tapplika l-Parti I tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, id-Danimarka tiddikjara li mhix ser tuża d-dritt tal-vot tagħha biex timpedixxi l-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet li mhumiex applikabbli għad-Danimarka.

Barra minn dan, il-Konferenza tinnota li, abbażi tad-Dikjarazzjoni tal-Konferenza dwar l-Artikolu 188 R, id-Danimarka tiddikjara li l-parteċipazzjoni tagħha f'azzjonijiet jew f'atti leġislattivi skond l-Artikolu 188 R ser isseħħ skond il-Parti I u l-Parti II tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka.

49.   Dikjarazzjoni dwar l-Italja

Il-Konferenza tinnota li l-Protokoll dwar l-Italja, anness fl-1957 għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, kif emendat hekk kif ġie adottat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea kien jiddikjara li:

“IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA

WAQT LI JIXTIEQU li jsolvu ċerti problemi partikolari relatati ma' l-Italja,

FTEHMU fuq id-disposizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jiġu annessi ma' dan it-Trattat:

L-ISTATI MEMBRI TAL-KOMUNITÀ

JIEĦDU NOTA tal-fatt li l-Gvern Taljan qed iwettaq program ta' għaxar snin ta' espansjoni ekonomika ddisinjat biex jirrettifika d-disekwilibri fl-istruttura ta' l-ekonomija Taljana, b'mod partikolari billi jipprovdi infrastruttura għaż-żoni inqas żviluppati fl-Italja t'isfel u fil-gżejjer Taljani u billi joħloq impiegi oħrajn sabiex jelimina l-qagħad.

IFAKKRU li l-prinċipji u l-objettivi ta' dan il-programm tal-Gvern Taljan ġew ikkunsidrati u approvati mill-organizzazzjonijiet għall-kooperazzjoni internazzjonali li tagħhom l-Istati Membru huma membri.

JIRRIKONOXXU li hu fl-interess komuni tagħhom li l-objettivi tal-programm Taljan jintlaħqu;

JIFTIEHMU, li sabiex tiġi ffaċilitata r-realizzazzjoni ta' dan ix-xogħol mill-Gvern Taljan, li jirrakkomandaw lill-istituzzjonijiet tal-Komunità li għandhom jimpjegaw il-metodi u l-proċeduri kollha provduti f'dan it-Trattat u, b'mod partikolari, jagħmlu użu xieraq tar-riżorsi tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment u tal-Fond Soċjali Ewropew.

HUMA TA' L-OPINJONI li l-istituzzjonijiet tal-Komunità għandhom, fl-applikazzjoni ta' dan it-Trattat, jieħdu kont ta' l-isforz li għandu jsir mill-ekonomija Taljana fis-snin fil-ġejjieni u tax-xewqa li tiġi evitata tensjoni perikoluża fil-bilanċ tal-pagamenti jew fil-livell ta' mpjieg, li jista' jipperikola l-applikazzjoni ta' dan it-Trattat fl-Italja.

JIRRIKONOXXU li fil-każ ta' l-Artikoli 109 H u 109 I li qed jiġu applikati jkun meħtieġ li jieħdu ħsieb li kull miżura meħtieġa mill-Gvern Taljan ma tipperġudikax it-twettiq sħiħ tal-programm tiegħu għall-espansjoni ekonomika u biex jittejjeb il-livell ta' għixien tal-popolazzjoni.”

50.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 10 tal-Protokoll dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji

Il-Konferenza tistieden lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, fil-qafas tas-setgħat rispettivi tagħhom, biex jagħmlu ħilithom biex jadottaw, fil-każijiet xierqa u fejn ikun possibbli fi żmien ħames snin kif imsemmi fl-Artikolu 10(3) tal-Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, l-atti leġislattivi li jemendaw jew jissostitwixxu l-atti msemmija fl-Artikolu 10(1) tal-Protokoll imsemmi.


C.   DIKJARAZZJONIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI

Minbarra dan, il-Konferenza ħadet nota tad-dikjarazzjonijiet elenkati kif ġej u annessi ma' dan l-att finali:

51.   Dikjarazzjoni tar-Renju tal-Belġju dwar il-parlamenti nazzjonali

Il-Belġju jixtieq jagħmilha ċara li, skond il-liġi kostituzzjonali tiegħu, kemm il-Kamra tar-Rappreżentanti u s-Senat tal-Parlament Federali kif ukoll l-assemblei parlamentari tal-Komunitajiet u tar-Reġjuni jaġixxu, skond il-kompetenzi eżerċitati mill-Unjoni, bħala komponenti tas-sistema parlamentari nazzjonali jew kmamar tal-Parlament nazzjonali.

52.   Dikjarazzjoni mir-Renju tal-Belġju, mir-Repubblika tal-Bulgarija, mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, mir-Repubblika Ellenika, mir-Renju ta' Spanja, mir-Repubblika Taljana, mir-Repubblika ta' Ċipru, mir-Repubblika tal-Litwanja, mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, mir-Repubblika ta' l-Ungerija, mir-Repubblika ta' Malta, mir-Repubblika ta' l-Awstrija, mir-Repubblika Portugiża, mir-Rumanija, mir-Repubblika Slovena u mir-Repubblika Slovakka dwar is-simboli ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Belġju, il-Bulgarija, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, l-Italja, Ċipru, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Awstrija, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja jiddikjaraw li l-bandiera li tirrappreżenta ċirku ta' tnax-il stilla tad-deheb fuq sfond blu, l-innu meħud minn “Odi lil Hena” meħud mid-Disa' Sinfonia ta' Ludwig van Beethoven, il-motto “Magħquda fid-diversità”, l-euro bħala munita ta' l-Unjoni Ewropea u Jum l-Ewropa fid-9 ta' Mejju ser jibqgħu għalihom is-simboli ta' l-appartenenza komuni taċ-ċittadini fl-Unjoni Ewropea u tar-rabta tagħhom magħha.

53.   Dikjarazzjoni tar-Repubblika Ċeka dwar il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea

1.

Ir-Repubblika Ċeka tfakkar li d-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea huma indirizzati lill-istituzzjonijiet u l-korpi ta' l-Unjoni Ewropea b'rispett għall-prinċipju tas-sussidjarjetà u t-tqassim tal-kompetenzi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, kif affermat mill-ġdid fid-Dikjarazzjoni (nru 18) fir-rigward tad-delimitazzjoni tal-kompetenzi. Ir-Repubblika Ċeka tenfasizza li d-dispożizzjonijiet tal-Karta huma indirizzati lill-Istati Membri biss meta huma jkunu qed jimplimentaw il-liġi ta' l-Unjoni, u mhux meta jkunu qed jadottaw jew jimplimentaw liġi nazzjonali indipendentement mil-liġi ta' l-Unjoni.

2.

Ir-Repubblika Ċeka tenfasizza wkoll li l-Karta ma testendix il-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi ta' l-Unjoni u ma toħloq l-ebda kompetenza ġdida għall-Unjoni. Hija ma tnaqqasx il-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi nazzjonali u ma tirrestrinġi l-ebda kompetenza attwali ta' l-awtoritajiet nazzjonali f'dan il-qasam.

3.

Ir-Repubblika Ċeka tenfasizza li, safejn il-Karta tirrikonoxxi d-drittijiet u l-prinċipji fundamentali kif jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri, dawk id-drittijiet u l-prinċipji għandhom ikunu interpretati f'armonija ma' dawk it-tradizzjonijiet.

4.

Ir-Repubblika Ċeka tenfasizza wkoll li xejn f'din il-Karta ma jista' jiġi interpretat bħala li jirrestrinġi jew li jaffettwa b'mod ħażin id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali rikonoxxuti, fil-kamp ta' applikazzjoni rispettiv tagħhom, mil-liġi ta' l-Unjoni u minn ftehim internazzjonali li fih l-Unjoni jew l-Istati Membri kollha huma parti, inkluż il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, u mill-Kostituzzjonijiet ta' l-Istati Membri.

54.   Dikjarazzjoni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-Irlanda, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' l-Awstrija u r-Renju ta' l-Isvezja

Il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Ungerija, l-Awstrija u l-Isvezja jinnutaw li d-dispożizzjonijiet essenzjali tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika ma ġewx emendati sostanzjalment mindu dan daħal fis-seħħ, u li jeħtieġ li jiġu aġġornati. Huma għalhekk jappoġġaw l-idea ta' Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, li għandha tiġi konvokata mill-aktar fis possibbli.

55.   Dikjarazzjoni tar-Renju ta' Spanja u tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

It-Trattati japplikaw ukoll għall-Ġibiltà bħala territorju Ewropew li għar-relazzjonijiet esterni tiegħu huwa responsabbli Stat Membru. Dan ma jimplikax bidliet fil-pożizzjonijiet rispettivi ta' l-Istati Membri kkonċernati.

56.   Dikjarazzjoni mill-Irlanda dwar l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward ta' l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja

L-Irlanda tafferma l-impenn tagħha lejn l-Unjoni bħala spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja li jirrispetta d-drittijiet fundamentali u s-sistemi u t-tradizzjonijiet legali differenti ta' l-Istati Membri li fih iċ-ċittadini jingħataw livell għoli ta' sigurezza.

Għaldaqstant, l-Irlanda tiddikjara l-intenzjoni ferma tagħha li teżerċita d-dritt tagħha taħt l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward ta' l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja li tieħu sehem fl-adozzjoni ta' miżuri skond it-Titolu IV tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea safejn hi tqis li jista' jkun.

B'mod partikolari, l-Irlanda ser tipparteċipa safejn ukun possibli fil-miżuri fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija.

Barra minn hekk, l-Irlanda tfakkar li skond l-Artikolu 8 tal-Protokoll hija tista' tinnotifika lill- Kunsill bil-miktub li ma tixtieqx tkun aktar koperta mit-termini tal-Protokoll. L-Irlanda bi ħsiebha tirrevedi l-operat ta' dawn l-arranġamenti fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat.

57.   Dikjarazzjoni tar-Repubblika Taljana dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew

L-Italja tinnota li, skond l-Artikoli 8 A (innumerat mill-ġdid bħala l-Artikolu 10) u 9 A (innumerat mill-ġdid bħala l-Artikolu 14) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew huwa magħmul minn rappreżentanti taċ-ċittadini ta' l-Unjoni, li r-rappreżentazzjoni tagħhom hija garantita b'mod digressivament proporzjonali.

L-Italja tinnota wkoll li, bis-saħħa ta' l-Artikolu 8 (innumerat mill-ġdid bħala l-Artikolu 9) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u ta' l-Artikolu 17 (innumerat mill-ġdid bħala l-Artikolu 20) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, kwalunkwe persuna li għandha n-nazzjonalità ta' Stat Membru hija ċittadin ta' l-Unjoni.

Konsegwentement, l-Italja tqis li, mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni dwar il-leġislatura 2009-2014, kull deċiżjoni adottata mill-Kunsill Ewropew, fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew u bl-approvazzjoni tiegħu, li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew, għandha tirrispetta l-prinċipji msemmija fl-Artikolu 9 A (innumerat mill-ġdid bħala l-Artikolu 14), it-tieni paragrafu, l-ewwel subparagrafu.

58.   Dikjarazzjoni tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija u tar-Repubblika ta' Malta dwar l-ortografija ta' l-isem tal-munita unika fit-Trattati

Mingħajr preġudizzju għall-ortografija unifikata ta' l-isem tal-munita unika ta' l-Unjoni Ewropea msemmija fit-Trattati u hekk kif muri fuq il-karti tal-flus u fuq il-muniti, il-Latvja, l-Ungerija u Malta jiddikjaraw li l-ortografija ta' l-isem tal-munita unika, inklużi d-derivattivi, kif użati fit-test kollu bil-Latvjan, bl-Ungeriż u bil-Malti tat-Trattati, m' għandha l-ebda effett fuq ir-regoli eżistenti tal-lingwa Latvjana, tal-lingwa Ungeriża u tal-lingwa Maltija.

59.   Dikjarazzjoni tar-Renju ta' l-Olanda dwar l-Artikolu 270a tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Ir-Renju ta' l-Olanda ser japprova deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 270a(2), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea ladarba reviżjoni tad-deċiżjoni prevista fl-Artikolu 269, it-tielet subparagrafu, ta' dak it-Trattat tkun provdiet lill-Olanda b'soluzzjoni sodisfaċenti għall-qagħda tagħha ta' ħlas nett negativ u eċċessiv vis-à-vis il-baġit ta' l-Unjoni Ewropea.

60.   Dikjarazzjoni tar-Renju ta' l-Olanda dwar l-Artikolu 311a tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Ir-Renju ta' l-Olanda jiddikjara li inizjattiva għal deċiżjoni, kif imsemmija fl-Artikolu 311a(6) li timmira li temenda l-istatus ta' l-Antilli Olandiżi u/jew ta' Aruba fir-rigward ta' l-Unjoni Ewropea, ser tiġi ppreżentata biss abbażi ta' deċiżjoni meħuda skond il-Karta tar-Renju ta' l-Olanda.

61.   Dikjarazzjoni tar-Repubblika tal-Polonja dwar il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Karta ma taffettwa bl-ebda mod id-dritt ta' Stat Membru li jilleġisla fil-qasam tal-moralità pubblika, id-dritt tal-familja kif ukoll il-protezzjoni tad-dinjità tal-bniedem u r-rispett għall-integrità fiżika u morali tal-bniedem.

62.   Dikjarazzjoni tar-Repubblika tal-Polonja dwar il-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea għall-Polonja u għar-Renju Unit

Ir-Repubblika tal-Polonja tiddikjara li, b' kont meħud tat-tradizzjoni tal-moviment soċjali “Solidarità” u l-kontribut importanti tiegħu fil-ġlieda għad-drittijiet soċjali u tal-ħaddiema, hija tirrispetta bi sħiħ id-drittijiet soċjali u tal-ħaddiema kif stabbiliti mid-dritt ta' l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari dawk imtennija fit-Titolu IV tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

63.   Dikjarazzjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq dwar id-definizzjoni tat-terminu “ċittadini”

Fir-rigward tat-Trattati u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u ta' kwalunkwe att li joħroġ minn dawk it-Trattati jew li baqa' fis-seħħ bis-saħħa ta' dawk it-Trattati, ir-Renju Unit jerġa' jtenni d-Dikjarazzjoni li għamel fil-31 ta' Diċembru 1982 dwar id-definizzjoni tat-terminu “ċittadini”, fejn ir-referenza għal “Ċittadini ta' Territorji Dipendenti Brittanniċi” għandha tinqara bħala li tfisser “Ċittadini ta' Territorji Brittanniċi extra-Ewropej”.

64.   Dikjarazzjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq dwar id-dritt tal-vot fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew

Ir-Renju Unit jinnota li l-Artikolu 9 A tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u dispożizzjonijiet oħra tat-Trattati mhumiex maħsuba sabiex li jemendaw il-bażi għad-dritt tal-vot għall-elezzjonijiet parlamentari Ewropej.

65.   Dikjarazzjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq dwar l-Artikolu 61 H tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Ir-Renju Unit jappoġġa bis-sħiħ azzjoni robusta fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' sanzjonijiet finanzjarji mfassla biex jipprevjenu u jiġġieldu t-terroriżmu u attivitajiet relatati. Għaldaqstant, ir-Renju Unit jiddikjara li għandu l-intenzjoni jeżerċita d-dritt tiegħu taħt l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u ta' l-Irlanda fir-rigward ta' l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja li jieħu sehem fl-adozzjoni tal-proposti kollha li saru taħt l-Artikolu 61 H tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.


Top