EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007XA1031(01)

Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni mill-Qorti ta' l-Awdituri dwar is-sitt, is-seba', it-tmien u d-disa' Fondi Ewropej Għall-Iżvilupp (FEI) għas-sena finanzjarja 2006

OJ C 260, 31.10.2007, p. 258–259 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

31.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 260/258


DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI MILL-QORTI TA' L-AWDITURI DWAR IS-SITT, IS-SEBA', IT-TMIEN U D-DISA' FONDI EWROPEJ GĦALL-IŻVILUPP (FEI) GĦAS-SENA FINANZJARJA 2006

(2007/C 260/02)

I.   Il-Qorti Europea ta' l-Awdituri (il-Qorti) eżaminat il-kontijiet tas-sitt, is-seba', it-tmien, u d-disa' FEI u t-tranżazzjonijiet ta' bażi għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2006. Dawn il-kontijiet jinkludu r-rendikonti finanzjarji, ir-rapport dwar l-implimentazzjoni finanzjarja, u r-rendikonti finanzjarji u l-informazzjoni provduti mill-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI) (1). Skond ir-regolamenti finanzjarji l-Qorti hija meħtieġa li tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'Dikjarazzjoni t'Assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi għar-rigward tal-parti tar-riżorsi tal-FEI għall-ġestjoni finanzjarja ta' liema l-Kummissjoni hija responsabbli (2). Il-Qorti wettqet il-verifika skond il-politika u l-istandards tal-verifika tagħha. Dawn huma ġeneralment ibbażati fuq standards tal-verifika internazzjonali aċċettati b'mod ġenerali u illi ġew adottati għall-kuntest tal-FEI. Il-Qorti għalhekk kisbet bażi raġonevoli għall-opinjonijiet espressi hawn taħt.Affidabiltità tal-KontijietII.   Il-Qorti hija ta' l-opinjoni illi r-rapporti dwar l-implimentazzjoni finanzjarja għas-sena finanzjarja 2006 u r-rendikonti finanzjarji fil-31 ta' Diċembru 2006 jirriflettu affidabbilment id-dħul u n-nefqa relatati mas-sitt, is-seba', it-tmien u d-disa' FEI għas-sena finanzjarja u s-sitwazzjoni finanzjarja fi tmiem is-sena. Mingħajr ma tikkwalifika l-opinjoni t'hawn fuq, il-Qorti tiġbed l-attenzjoni għal:

(a)

il-fatt illi l-validità tas-suppożizzjonijiet użati għall-istima għad-dispożizzjoni dwar il-fatturi li jridu jiġu ricevuti ma ġietx murija mill-Kummissjoni;

(b)

id-dikjarazzjoni żejda ta' l-ammont tal-garanziji fin-noti għar-rendikonti finanzjarji.

Il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażiIII.   Fuq bażi tar-riżultati tal-verifika tagħha, u b'eċċezzjoni għall-kwistjoni espressa fil-paragrafu IV, il-Qorti hija ta' l-opinjoni illi t-tranżazzjonijiet ta' bażi tad-dħul, allokazzjonijiet, impenji u pagamenti għas-sena finanzjarja huma, meħuda f'daqqa, legali u regolari.IV.   Il-verifika tal-Qorti wriet inċidenza materjali ta' żbalji li affettwaw it-tranżazzjonjijiet ta' bażi awtorizzati mid-Delegazzjonijiet.V.   Għal dak li jirrigwarda l-għajnuna mill-baġit, u mingħajr ma tikkwalifika aktar l-opinjoni tal-verifika t'hawn fuq, il-verifika tal-Qorti wriet illi d-deċiżjonijiet ta' diżbors tal-Kummissjoni ma jurux b'mod formali u strutturat biżżejjed illi hemm konformità tal-Ftehim ta' Kotonu.VI.   Minkejja l-progress magħmul mill-Kummissjoni għal dak li jirrigwarda s-sistemi ta' sorveljanza u kontroll tagħha, il-verifika tal-Qorti wriet illi xi sistemi għandhom jiġu mtejjba u għandha tiġi żviluppata strateġija tal-kontroll ġenerali sabiex tassigura implimentazzjoni aktar effiċjenti u effettiva ta' l-attivitajiet ta' sorveljanza u kontroll. Il-Qorti tinnota illi ħafna mill-kwistjonijiet imqajjma fir-rapport tagħha qed jiġu indirizzati mill-Kummissjoni u tilqa' r-rispons pożittiv mogħti mill-Kummissjoni għar-rakkomandazzjonijiet tagħha.

is-27 ta' Settembru 2007

Hubert WEBER

President

Qorti Ewropea ta' l-Awdituri

12, rue Alcide de Gasperi, L-1615 Luxembourg


(1)  Skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 96(1), 100, 101, 125(2) tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għad-disa' FEI; fil-prattika, dan jirreferi, l-ewwel nett, għall-karti tal-bilanċ u r-rendikonti assoċjati preparati mill-uffiċjal kontabilist u, it-tieni, għall-kontijiet tal-maniġment li jinkludu t-tabelli preparati mill-uffiċjal li jawtorizza prinċipali b'konsultazzjoni mal-kontabilist. Dawn ir-rendikonti finanzjarji huma preżentati għal kull wieħed mill-erba' FEI u f'forma kompresndiva, konsolidata. Ir-rendikonti finanzjarji u l-informazzjoni provduta mill-BEI mhumiex koperti minn din id-Dikjarazzjoni (ara n-nota tal-qiegħ 14).

(2)  Skond l-Artikolu 103(3) tar-Regolament Finanzjarju imsemmi fuq; meħud flimkien ma' l-Artikolu 1 ta' l-istess Regolament, dan ifisser illi d-Dikjarazzjoni ma testendix għall-parti tar-riżorsi tad-disa' FEI li hija ġestita mill-BEI u li għal liema huwa responsabbli.


Top