EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TN0267

Kawża T-267/07: Rikors ippreżentat fid- 9 ta' Lulju 2007 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

OJ C 223, 22.9.2007, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/12


Rikors ippreżentat fid-9 ta' Lulju 2007 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-267/07)

(2007/C 223/18)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Aiello u S. Fiorentino, Avvocati dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Kommunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C (2007) 1901 tas-27.04.2007, dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ta' l-aġenziji tal-ħlas ta' l-Istati membri għas-sena finanzjarja 2006, iffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji (FAEGG), Taqsima tal-Garanziji, fil-parti li fiha titfa' fuq ir-Repubblika Taljana, sa 50 % skond l-Artikolu 32(5) tar-Regolament Nru 1290/2005, ir-reponsabbiltà finanzjarja tan-nuqqas ta' rkupru ta' dħul fil-każijiet ta' irregolaritajiet jew negliġenza kkunsidrati fil-preżenti rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-gvern Taljan ikkontesta quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C (2007) 1901 tas-27.04.2007, innotifikata fl-istess data, dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ta' l-aġenziji tal-ħlas ta' l-Istati membri għas-sena finanzjarja 2006, iffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji (FAEGG), Taqsima tal-Garanziji, fil-parti li fiha titfa' fuq ir-Repubblika Taljana, sa 50 % skond l-Artikolu 32(5) tar-Regolament Nru 1290/2005, ir-reponsabbiltà finanzjarja tan-nuqqas ta' rkupru ta' dħul fil-każijiet ta' irregolaritajiet jew negliġenza.

In sostenn tal-kontestazzjoni l-gvern Taljan semma l-inklużjoni, fid-deċiżjoni, ta' każijiet li l-Kummissjoni kellha, b'diliġenza u fi żmien raġonevoli, espressament taqta' qabel, b'imputazzjoni integrali lill-FAEGG. Dan ukoll fid-dawl tal-fatt li, għal diversi minn dawn il-każijiet, kien hemm pożizzjoni favorevoli tad-dipartimenti tal-Kummissjoni.

Il-gvern Taljan, għaldaqstant, ressaq dawn il-motivi fir-rikors:

a)

ksur u/jew applikazzjoni falza ta' l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KEE) Nru 595/91, kif ukoll ta' l-Artikolu 8 tar-regolament (KE) Nru 1663/95. Ksur ta' l-Artikolu 253 KE fil-forma tal-vizzju ta' motivazzjoni;

b)

ksur u/jew applikazzjoni falza ta' l-Artikolu 8(2) tar-Regolamenti (KEE) Nru 729/70 u (KE) Nru 1258/99. Ksur ta' l-Artikolu 253 KE fil-forma tal-vizzju ta' motivazzjoni;

c)

ksur u/jew applikazzjoni falza ta' l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KEE) Nru 595/91 u ta' l-Artikolu 8 tar-regolament (KE) nru 1663/95 kif ukoll ta' l-Artikolu 8(2) tar-Regolamenti (KEE) Nru 729/70 u (KE) Nru 1258/99 (fil-każijiet ta' ammonti inqas minn EUR 500 000,00). Ksur ta' l-Artikolu 253 KE fil-forma tal-vizzju ta' motivazzjoni (fil-każijiet ta' ammonti inqas minn EUR 500 000,00).


Top