EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/223/10

Kawża C-368/07: Rikors imressaq fit- 2 ta' Awwissu 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

OJ C 223, 22.9.2007, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/8


Rikors imressaq fit-2 ta' Awwissu 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-368/07)

(2007/C 223/10)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Simonsson, E. Montaguti, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

tikkonstata li, peress li ma żviluppatx u ma adottatx pjan għall-akkoljenza u t-tqandil ta' l-iskart għal kull port Taljan, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 5(1) u 16(1) tad-Direttiva 2000/59/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta' Novembru 2000, dwar il-faċilitajiet ta' l-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija;

tikkundanna lir-Repubblika Taljana tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fit-28 ta' Diċembru 2002.


(1)  ĠU L 332, p. 81.


Top