EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/223/08

Kawża C-338/07 P: Appell imressaq fl- 20 ta' Lulju 2007 minn Distribuidora Vizcaína de Papeles, S.L., kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) fis- 26 ta' April 2007 , fil-Kawżi magħquda T-109/02 (Bolloré vs Il-Kummissjoni), T-118/02 (Arjo Wiggins Appleton vs Il-Kummissjoni), T-122/02 (Mitsubishi HiTec Paper Bielefeld vs Il-Kummissjoni), T-125/02 (Papierfabrik August Koehler vs Il-Kummissjoni), T-126/02 (M-real Zanders vs Il-Kummissjoni), T-128/02 (Papeteries Mougeot vs Il-Kummissjoni), T-129/02 (Torraspapel vs Il-Kummissjoni), T-132/02 (Distribuidora Vizcaína de Papeles vs Il-Kummissjoni) u T-136/02 (Papelera Guipuzcoana de Zicuñaga vs Il-Kummissjoni)

OJ C 223, 22.9.2007, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/7


Appell imressaq fl-20 ta' Lulju 2007 minn Distribuidora Vizcaína de Papeles, S.L., kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) fis-26 ta' April 2007, fil-Kawżi magħquda T-109/02 (Bolloré vs Il-Kummissjoni), T-118/02 (Arjo Wiggins Appleton vs Il-Kummissjoni), T-122/02 (Mitsubishi HiTec Paper Bielefeld vs Il-Kummissjoni), T-125/02 (Papierfabrik August Koehler vs Il-Kummissjoni), T-126/02 (M-real Zanders vs Il-Kummissjoni), T-128/02 (Papeteries Mougeot vs Il-Kummissjoni), T-129/02 (Torraspapel vs Il-Kummissjoni), T-132/02 (Distribuidora Vizcaína de Papeles vs Il-Kummissjoni) u T-136/02 (Papelera Guipuzcoana de Zicuñaga vs Il-Kummissjoni)

(Kawża C-338/07 P)

(2007/C 223/08)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Distribuidora Vizcaína de Papeles, S.L. (rappreżentant: E. Pérez Medrano, avukat)

Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

li jiġi ddikjarat li dan l-appell huwa ammissibbli u fondat,

li s-sentenza kkontestata tiġi annullata in toto jew parzjalment sa fejn din tippreġudika lir-rikorrenti, għall-motivi kollha ta' dritt ikkunsidrati jew uħud minnhom, u li mill-annullament ta' din is-sentenza jitqiesu l-konsegwenzi kollha ta' dritt li joħorġu minnha, kemm jekk jiġi deċiż espressament fil-mertu kemm jekk l-eżami ta' dan ta' l-aħħar jiġi rreferit lill-Qorti tal-Prim'Istanza,

li titneħħa jew titnaqqas il-multa imposta fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-20 ta' Diċembru 2001, 2004/337/CE, dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u ta' l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (każ COMP/E-1/36.212 — Karta saħħara) (1), is-suġġett tar-rikors quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza,

li l-Kummissjoni tiġi kkundanata tbati l-ispejjeż ta' dawn l-istanzi,

li l-Kummissjoni tiġi kkundanata tbati l-ispejjeż ta' l-istanzi dwar is-sentenza kkontestata.

Motivi u argumenti prinċipali

1)

Ksur tal-prinċipju tad-dritt għal smigħ xieraq f'dak li jirrigwarda l-evalwazzjoni ta' l-allegata parteċipazzjoni f'laqgħat speċifiċi ta' akkordju fis-suq Spanjol u parteċipazzjoni f'akkordju Ewropew.

2)

Ksur tal-preżunzjoni ta' innoċenza f'dak li jirrigwarda l-evalwazzjoni tal-ksur allegatament imwettaq permezz ta' prova indizzjarja.

3)

Ksur tad-dritt Komunitarju f'dak li jirrigwarda n-natura sproporzjonata u inġusta tal-multa fir-rigward tal-gravità, tal kalkolu u ta' l-applikazzjoni ta' attenwanti u n-nuqqas ta' motivazzjoni fl-evalwazzjoni ta' xi attenwanti.

4)

Ksur tad-dritt għal smigħ xieraq f'perijodu ta' żmien raġonevoli.


(1)  GU 2004, L 115, p. 1.


Top