EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52006XA1031(02)
Statement of Assurance by the Court of Auditors on the 6th, 7th, 8th and 9th European Development Funds (EDFs) for the financial year 2005
Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni mill-Qorti ta' l-Awdituri dwar is-sitt, is-seba', it-tmien u d-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEI) għas-sena finanzjarja 2005
Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni mill-Qorti ta' l-Awdituri dwar is-sitt, is-seba', it-tmien u d-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEI) għas-sena finanzjarja 2005
OJ C 265, 31.10.2006, p. 256–257
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
31.10.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C NaN/256 |
DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI MILL-QORTI TA' L-AWDITURI DWAR IS-SITT, IS-SEBA', IT-TMIEN U D-DISA' FOND EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP (FEI) GĦAS-SENA FINANZJARJA 2005
I. |
Il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri (il-Qorti) eżaminat il-kontijiet tas-sitt, is-seba', it-tmien u d-disa' FEI u t-tranżazzjonijiet ta' bażi għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2005. Dawn il-kontijiet jinkludu r-rednikonti finanzjarji, ir-rapport dwar l-implimentazzjoni finanzjarja, u r-rendikonti finanzjarji u l-informazzjoni pprovduta mill-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI) (1).Skond ir-regolamenti finanzjarji l-Qorti hija meħtieġa li tagħti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi fir-rigward tal-parti tar-riżorsi tal-FEI li l-Kummissjoni hija responsabbli mill-ġestjoni finanzjarja tagħhom (2). Il-Qorti wettqet il-verifika skond il-politiki u l-istandards tal-verifika tagħha. Dawn huma bbażati fuq standards internazzjonali tal-verifika ġeneralment aċċettati li ġew adattati għall-kuntest tal-FEI. Għaldaqstant, il-Qorti kisbet bażi raġonevoli għall-opinjonijiet mogħtija hawn taħt. |
II. L-affidabilità tal-kontijiet
Il-Qorti hi ta' l-opinjoni li r-rapporti dwar l-implimentazzjoni finanzjarja għas-sena finanzjarja 2005 u r-rendikonti finanzjarji fil-31 ta' Diċembru 2005 jirriflettu d-dħul u l-infiq relatat mas-sitt, is-seba', it-tmien u d-disa' FEI għas-sena finanzjarja u s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom fl-aħħar tas-sena.
Mingħajr ma tikkwalifika l-opinjoni mogħtija hawn fuq, il-Qorti tiġbed l-attenzjoni:
a) |
għar-riżerva magħmula mid-Direttur Ġenerali għall-Baġit dwar l-inkapaċità tas-sistema eżistenti ta' l-IT biex tipprovdi informazzjoni sħiħa dwar il-kontabilità u n-nuqqas ta' disponibilità ta' dejta definittiva dwar ir-riżultat tal-kontrolli tal-kontabilità li jistgħu jwasslu għall-preżentazzjoni mhux perfetta tal-kontijiet (ara l-paragrafu 15); |
b) |
għas-sotto-stima ta' l-ammont ta' garanziji murija fin-noti dwar ir-rendikonti finanzjarji (ara l-paragrafu 17). |
III. Il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi
A. Testijiet sostantivi ta' tranżazzjonijiet
Fir-rigward ta' tranżazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità unika tal-Kummissjoni, il-verifika tal-Qorti ma kixfet ebda żbalji. Fir-rigward ta' tranżazzjonijiet mibdija fl-Istati AKP taħt ir-responsabilità ta' l-uffiċjali nazzjonali li jawtorizzaw:
a) |
il-Qorti sabet li l-impatt finanzjarju ta' l-iżbalji misjuba mhux materjali (ara l-paragrafi 19-21); |
b) |
għall-estimi tal-programmi u l-ftehim ta' għotjiet, li l-verifika tal-Qorti għamlet enfasi akbar fuqhom, instabu żbalji fl-applikazzjoni tal-proċeduri għas-sejħa għall-offerti (ara l-paragrafi 191.1.1.a) u 22). |
B. Analiżi tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll
Il-verifika tal-Qorti kkonfermat il-bżonn għall-Kummissjoni, fil-kuntest tal-pjan ta' azzjoni tagħha lejn Qafas Integrat ta' Kontroll Intern, biex ikomplu jiġu mtejba s-sistemi ta' sorveljanza u kontroll (ara l-paragrafi 40-42) sabiex ikun indirizzat aħjar ir-riskju ta' iżbalji li jeffettwaw il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi.
Konklużjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi
Fid-dawl tal-punti msemmija hawn fuq, il-Qorti hi ta' l-opinjoni li d-dħul, l-allokazzjonijiet tal-FEI, l-impenji u l-pagamenti għas-sena finanzjarja, b'mod ġenerali, huma legali u regolari.
Mingħajr ma tikkwalifika l-opinjoni tal-verifika ta' hawn fuq, il-Qorti tiġbed l-attenzjoni għaż-żieda fir-riskju li żbalji jeffettwaw tranżazzjonijiet mibdija f'pajjiżi AKP taħt ir-responsabilità ta' l-uffiċjali nazzjonali li jawtorizzaw (ara l-paragrafi 19-21).
7 ta' Settembru 2006
Hubert WEBER
President
(1) Skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 96(1), 100, 101 u 125(2) tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għad-disa' FEI; fil-prattika, dan jirreferi, l-ewwel, għall-karti ta' bilanċ u rendikonti assoċjati preparati mill-uffiċjal tal-kontabilità u, it-tieni, għall-kontijiet tal-ġestjoni inklużi t-tabelli preparati mill-uffiċjal prinċipali li jawtorizza b'konsultazzjoni mal-kontabilista. Dawn ir-rendikonti finanzjarji huma preżentati għal kull wieħed mill-erba' FEI u f'forma konsolidata, komprensiva. Ir-rendikonti finanzjarji u l-informazzjoni pprovduta mill-BEI mhumiex koperti minn din id-Dikjarazzjoni (ara footnote 13).
(2) Skond l-Artikolu 103(3) tar-Regolament Finanzjarju msemmi hawn fuq; flimkien ma' l-Artikolu 1 ta' l-istess Regolament, dan ifisser li d-Dikjarazzjoni ma testendix għal parti tar-riżorsi tad-disa' FEI li huwa mmexxi mill-BEI u għal liema huwa responsabbli.