EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012AP0329

Importazzjonijiet ta’ żejt taż-żebbuġa u prodotti agrikoli oħra mit-Turkija fir-rigward tas-setgħat ta’ delegazzjoni u implimentazzjoni li se jingħataw lill-Kummissjoni ***I Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit- 12 ta' Settembru 2012 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2008/97, (KE) Nru 779/98 u (KE) Nru 1506/98 fil-qasam ta’ importazzjonijiet ta’ żejt taż-żebbuġa u prodotti agrikoli oħra mit-Turkija fir-rigward tas-setgħat ta' delegazzjoni u implimentazzjoni li ser jingħataw lill-Kummissjoni (COM(2011)0918 – C7-0005/2012 – 2011/0453(COD))

OJ C 353E, 3.12.2013, p. 204–209 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 353/204


L-Erbgħa 12 ta’ Settembru 2012
Importazzjonijiet ta’ żejt taż-żebbuġa u prodotti agrikoli oħra mit-Turkija fir-rigward tas-setgħat ta’ delegazzjoni u implimentazzjoni li se jingħataw lill-Kummissjoni ***I

P7_TA(2012)0329

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-12 ta' Settembru 2012 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2008/97, (KE) Nru 779/98 u (KE) Nru 1506/98 fil-qasam ta’ importazzjonijiet ta’ żejt taż-żebbuġa u prodotti agrikoli oħra mit-Turkija fir-rigward tas-setgħat ta' delegazzjoni u implimentazzjoni li ser jingħataw lill-Kummissjoni (COM(2011)0918 – C7-0005/2012 – 2011/0453(COD)) (1)

2013/C 353 E/39

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari):

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDA

Emenda 1

Proposta għal Regolament

Premessa 5

5.

Għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward tal-adozzjoni tal-emendi meħtieġa li jirriżultaw għal dak ir-Regolament, sabiex tissuplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 2008/97 , meta l-kundizzjonijiet attwali tal-arranġamenti speċjali previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jiġu emendati, b’mod partikolari fir-rigward tal-ammonti, jew meta jiġi konkluż ftehim ġdid. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda l-Anness V sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta' adattament fil-ġejjieni . Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, waqt li tkun qed tipprepara u tfassal atti delegati, għandha tiżgura, trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa ta' dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.

Sabiex jiġu ssupplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 2008/97, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni tal-emendi meħtieġa li jirriżultaw għal dak ir-Regolament, meta l-kundizzjonijiet attwali tal-arranġamenti speċjali previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jiġu emendati, b’mod partikolari fir-rigward tal-ammonti, jew meta jiġi konkluż ftehim ġdid. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura, trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa ta' dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi kull tagħrif u dokumentazzjoni dwar il-laqgħat tagħha mal-esperti nazzjonali fil-qafas tal-ħidma tagħha għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ atti delegati. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Parlament ikun involut kif xieraq, billi tibni fuq l-aħjar prattika miksubaminn esperjenza preċedenti f'oqsma ta' politiki oħra sabiex toħloq l-aħjar kundizzjonijiet possibbli għall-iskrutinju futur tal-atti delegati mill-Parlament Ewropew.

Emenda 2

Proposta għal Regolament

Artikolu 1, punt -1 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 2008/97

Premessa 5a (ġdida)

 

-1.

Tiddaħħal il-premessa li ġejja:

"Billi, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġi kkonferiti setgħat implimentattivi lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (2).

Emenda 3

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 2008/97

Premessa 6

 

-1a.

Il-Premessa 6 tinbidel b’dan li ġej:

"Billi, sabiex jiġu ssupplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni tal-emendi meħtieġa li jirriżultaw għal dan ir-Regolament, meta l-kundizzjonijiet attwali tal-arranġamenti speċjali previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jiġu emendati, b’mod partikolari fir-rigward tal-ammonti, jew meta jiġi konkluż ftehim ġdid. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi kull tagħrif u dokumentazzjoni dwar il-laqgħat tagħha mal-esperti nazzjonali fil-qafas tal-ħidma tagħha għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ atti delegati. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Parlament Ewropew ikun involut kif xieraq, billi tibni fuq l-aħjar prattika miksuba minn esperjenza preċedenti f'oqsma ta' politiki oħra sabiex toħloq l-aħjar kundizzjonijiet possibbli għall-iskrutinju futur tal-atti delegati mill-Parlament Ewropew.".

Emenda 4

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 2008/97

Artikolu 7

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri meħtieġa biex timplimenta r-regoli ta’ applikazzjoni tal-arranġamenti speċjali għall-importazzjoni stipulati f'dan ir-Regolament. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu [323(2)] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/ssss] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Regolament allinjat dwar l-OKS Unika]* .

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri meħtieġa biex timplimenta r-regoli ta’ applikazzjoni tal-arranġamenti speċjali għall-importazzjoni stipulati f'dan ir-Regolament. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 7a(2) .

Emenda 5

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 2008/97

Artikolu 7a (ġdid)

 

Artikolu 7a

Proċedura ta' kumitat

1.     Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn … Kumitat imwaqqaf mill-Artikolu [xx] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/yyyy] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill … [Regolament allinjat dwar l-OKS Unika] (3). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 (4).

2.     Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.     Fejn l-opinjoni tal-kumitat tkun se tingħata permezz tal-proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tiġi terminata mingħajr riżultat fejn, fil-limitu ta' żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu li jsir dan.

Emenda 6

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 2008/97

Artikolu 8a – paragrafu 2

2.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn [daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament ta' emenda] .

2.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn … (5) . Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

Emenda 7

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 2008/97

Artikolu 8a – paragrafu 5

5.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 8 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkunx ġiet espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel it-tmiem ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn b’ inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 8 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’erba' xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda 8

Proposta għal Regolament

Artikolu 2, punt -1 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 779/98

Premessa 4a (ġdida)

 

-1.

Tiddaħħal il-premessa li ġejja:

"Billi, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjonii lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (6).

Emenda 9

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – punt 1

Regolament (KE) Nru 779/98

Artikolu 1

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli meħtieġa għall-applikazzjoni tal-iskema ta’ importazzjoni għal prodotti elenkati fl-Anness I għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li joriġinaw mit-Turkija u li jiġu importati fl-Unjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni KE-Turkija. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu [323(2)] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/ssss] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Regolament allinjat dwar l-OKS Unika]* .

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli meħtieġa għall-applikazzjoni tal-iskema ta’ importazzjoni għal prodotti elenkati fl-Anness I għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li joriġinaw mit-Turkija u li jiġu importati fl-Unjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni KE-Turkija. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal -proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 2a(2) .

Emenda 10

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – punt 1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 779/98

Artikolu 2a (ġdid)

 

-1a.

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 2a

Proċedura ta' kumitat

1.     Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn … Kumitat imwaqqaf mill-Artikolu [xx] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/yyyy] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill … [Regolament allinjat dwar l-OKS Unika] (7). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 (8).

2.     Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.     Fejn l-opinjoni tal-kumitat tkun se tingħata permezz tal-proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tiġi terminata mingħajr riżultat fejn, fil-limitu ta' żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu li jsir dan.

Emenda 11

Proposta għal Regolament

Artikolu 3, punt -1 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1506/98

Premessa 6a (ġdida)

 

-1.

Qed tiddaħħal il-premessa li ġejja:

"Billi, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jipu kkonferiti setgħat ta' impliementazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni.  (9)

Emenda 12

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1506/98

Artikolu 3

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tikkonferma t-tmiem tas-sospensjoni msemmija fl-Artikolu 2 meta jitneħħew l-ostakli għall-esportazzjonijiet preferenzjali mill-Unjoni għat-Turkija. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu [323(2)] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/ssss] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Regolament allinjat dwar l-OKS Unika]* .

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tikkonferma t-tmiem tas-sospensjoni msemmija fl-Artikolu 2 meta jitneħħew l-ostakli għall-esportazzjonijiet preferenzjali mill-Unjoni għat-Turkija. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 3a(2) .

Emenda 13

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – punt 1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1506/98

Artikolu 3a (ġdid)

 

-1a.

Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

"Artikolu 3a

Proċedura ta' kumitat

1.     Il-Kummissjoni tkun megħjuna minn … Kumitat imwaqqaf mill-Artikolu [xx] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/yyyy] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill … [Regolament allinjat dwar l-OKS Unika] (10). Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 (11).

2.     Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.     Fejn l-opinjoni tal-kumitat tkun se tingħata permezz tal-proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tiġi terminata mingħajr riżultat fejn, fil-limitu ta' żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu li jsir dan.


(1)  Il-każ kien riferut lura lill-kumitat responsabbli biex jerġà jiġi kkunsidrat skont it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 57(2) (A7-0209/2012).

(2)   ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.".

(3)   ĠU L …, …, p. ….

(4)   ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(5)   Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(6)   ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.".

(7)   ĠU L …, …, p. ….

(8)   ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.".

(9)   ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.".

(10)   ĠU L …, …, p.

(11)   ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.".


Top