EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

L-istazzjonar ta’ persunal minn pajjiżi barra mill-UE

Xi drabi kumpaniji multinazzjonali jkunu jeħtieġu li jittrasferixxu persunal minn pajjiż għal ieħor. Il-prattika twessa’ l-esperjenza tal-individwu u tista’ tipprovdi lill-kumpanija ospitanti b’kompetenzi ta’ valur. Bħala parti mill-politika komuni tagħha dwar l-immigrazzjoni, l-Unjoni Ewropea (UE) għandha regoli standard għall-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għal trasferiment u biex tiżgura li l-persuni kkonċernati jiġu ttrattati b’mod ġust meta jaslu u jaħdmu fl-UE.

ATT

Direttiva 2014/66/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-kondizzjonijiet għad-dħul u r-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz fil-qafas ta’ trasferiment intra-azjendali.

SOMMARJU

Xi drabi kumpaniji multinazzjonali jkunu jeħtieġu li jittrasferixxu persunal minn pajjiż għal ieħor. Il-prattika twessa’ l-esperjenza tal-individwu u tista’ tipprovdi lill-kumpanija ospitanti b’kompetenzi ta’ valur. Bħala parti mill-politika komuni tagħha dwar l-immigrazzjoni, l-Unjoni Ewropea (UE) għandha regoli standard għall-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għal trasferiment u biex tiżgura li l-persuni kkonċernati jiġu ttrattati b’mod ġust meta jaslu u jaħdmu fl-UE.

X’TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

Il-leġiżlazzjoni tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet li japplikaw għal ċittadini mhux tal-UE (magħrufa bħala ċittadini ta’ pajjiżi terzi) u l-familji tagħhom, meta dawn jiġu trasferiti mill-kumpanija tagħhom biex jaħdmu f’wieħed jew aktar miċ-ċentri tagħha fl-UE għal aktar minn disgħin jum. Ma tapplikax għall-ħaddiema li jaħdmu għal rashom, studenti jew persuni assenjati minn aġenziji tal-impjieg.

PUNTI EWLENIN

  • Id-direttiva tipprovdi mekkaniżmu li permezz tiegħu, il-ħaddiem bi trasferiment jista’ jwettaq il-kompitu tiegħu f’diversi pajjiżi tal-UE mingħajr interruzzjoni u mingħajr il-ħtieġa li jerġa’ japplika għall-ammissjoni kull darba li jiċċaqlaq minn pajjiż għal ieħor.
  • Il-membri tal-familja jistgħu jingħaqdu mal-persuna li ġiet trasferita u jistgħu jaħdmu għal rashom jew bħala impjegati.
  • Il-persuna li ġiet trasferita trid tkun ħadmet għal ċertu żmien mal-kumpanija tagħha qabel ma tiġi ttrasferita. Huma għandu jkollhom kuntratt tax-xogħol u jipprovdu evidenza li se jkunu jistgħu jerġgħu jiġu trasferiti lura barra mill-UE ladarba l-kompitu tagħhom fl-UE jintemm. Impjegati apprendisti għandhom jipprovdu evidenza ta’ lawrja universitarja u jistgħu jintalbu jippreżentaw ftehim ta’ taħriġ.
  • Il-ħlas lil persuna li ġiet trasferita ma għandux ikun inqas minn dak mogħti lil ċittadin tal-UE li jkun qiegħed jagħmel xogħol komparabbli.
  • It-tul massimu ta’ trasferiment ma għandux ikun aktar minn tliet snin għal maniġers u speċjalisti u sena għal apprendisti.
  • L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jinsistu li l-persuna li qed tiġi trasferita jrid ikollha biżżejjed finanzi għaliha u għall-familja tant li ma jkollhiex bżonn tiddependi fuq is-sistema ta’ assistenza soċjali lokali.
  • Kwalunkwe persuna li titqies bħala theddida għall-politika pubblika, is-sigurtà pubblika jew is-saħħa pubblika tista’ tiġi rrifjutata milli tidħol fl-UE.
  • Applikazzjoni tista’ tiġi rrifjutata wkoll, pereżempju, jekk min iħaddem jew il-kumpanija ospitanti tkun naqset milli tirrispetta d-diversi obbligi legali u fiskali tiegħu jew tagħha jew ikun/tkun qed jiġi/tiġi stralċjat(a).

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Mit-28 ta’ Mejju 2014.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 2014/66/UE

28.5.2014

29.11.2016

ĠU L 157, 27.5.2014, p. 1-22.

l-aħħar aġġornament 15.12.2014

Top