EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

DCI - l-istrumenti ta' finanzjament tal-UE tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp (2014-2020)

Permezz tal-Istrumenti tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, l-Unjoni Ewropea (UE) timmira li tnaqqas il-faqar fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, kif ukoll li tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli, id-demokrazija, ir-regola tal-liġi, id-drittijiet tal-bniedem u governanza tajba.

ATT

Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp għall-perjodu 2014-2020.

SOMMARJU

Skont il-politika tagħha deskritta fl-istudju “Aġenda għal Bidla”, l-UE tfittex li timmira l-finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tagħha fejn hija se jkollha l-aktar impatt. Il-prijorità tmur għall-pajjiżi li huma l-aktar fil-bżonn: il-pajjiżi l-inqas żviluppati f'termini tad-dħul nazzjonali gross baxx tagħhom u l-assi umani dgħajfin tagħhom, dawk f'sitwazzjonijiet ta' kriżi jew ta' wara l-kriżi u dawk li huma fraġli jew vulnerabbli. L-UE tħaddem approċċ differenzjat biex twieġeb għall-ħtiġijiet, kapaċitajiet u prestazzjoni ta' pajjiżi sieħba.

L-Istrument ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) tal-UE jinkludi:

  • 1

    Programmi ġeografiċi: dawn jappoġġaw programmi ta' kooperazzjoni bilaterali u reġjonali f'oqsma bħalma huma l-ħtiġijiet essenzjali (saħħa u edukazzjoni), impjiegi, infrastruttura, drittijiet tal-bniedem, demokrazija, governenza tajba u żvilupp sostenibbli. Dawn ikopru lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw fl-Asja, fl-Asja Ċentrali, fil-Lvant Nofsani u fl-Amerika Latina, kif ukoll fl-Afrika t'Isfel.

  • 2
    Programmi tematiċi: dawn jaqgħu f'2 gruppi:
    • Oġġetti pubbliċi globali u sfidi: dan ikopri aspetti bħalma huma t-tibdil fil-klima, l-ambjent, l-enerġija, l-iżvilupp tal-bniedem, is-sigurtà tal-ikel u l-migrazzjoni filwaqt li jiżgura l-koerenza mal-objettiv tat-tnaqqis tal-faqar. 27% ta' dan il-programm sejrin jintnefqu fuq it-tibdil fil-klima u l-objettivi ambjentali u għallinqas 25% tal-programm sejrin jappoġġaw l-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp tal-bniedem.
    • Organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u awtoritajiet lokali: dan il-programm sejjer iħeġġeġ lis-soċjetà ċivili (jiġifieri atturi mhux statali, organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) u organizzazzjonijiet taċ-ċittadini) u awtoritajiet lokali sabiex ikollhom rwol akbar fl-istrateġijii tal-iżvilupp.
  • 3

    Programm Pan-Afrikan: Barra mill-programmi ta' hawn fuq, permezz ta' programm Pan-Afrikan ġdid, id-DCI sejjer jappoġġa l-isħubija strateġika tal-UE mal-Afrika. Dan il-programm sejjer jikkumplimenta lil strumenti ta' finanzjament oħrajn li jintużaw fl-Afrika bħall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u l-Istrument Ewropew ta' Viċinat. Attivitajiet taħt dan il-programm sejrin ikunu ta' natura transreġjonali, kontinentali jew globali.

Baġit

B'baġit ta' aktar minn €19.6 biljuni (prezzijiet attwali) għall-perjodu 2014-2020, id-DCI ikopri lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw kollha.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (KE) Nru 233/2014

1.1.2014

-

ĠU L 77 tal-15.3.2014

ATTI RELATATI

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Inżidu l-impatt tal-Politika tal-UE għall-Iżvilupp: Aġenda għall-Bidla” (COM(2011) 637 final tat-13 ta' Ottubru 2011).

l-aħħar aġġornament 18.06.2014

Top