EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Regolament dwar il-lobbying: ir-reġistru ta’ trasparenza tal-UE

Dawk li jfasslu l-politika tal-Unjoni Ewropea (UE) ma jilleġiżlawx u ma jirregolawx fil-vojt. Dawn iżommu djalogu regolari mas-soċjetà ċivili u firxa ta’ gruppi ta’ interess, li kollha jgħinu fit-tiswir tal-fehmiet u l-politiki tagħhom. Huwa kruċjali li dawn il-kuntatti jkunu kemm jista’ jkun miftuħa u trasparenti.

ATT

Ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea dwar ir-reġistru tat-trasparenza għal organizzazzjonijiet u individwi li jaħdmu għal rashom involuti fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE(ĠU L 277, 19.9.2014, p. 11-24).

SOMMARJU

Dawk li jfasslu l-politika tal-Unjoni Ewropea (UE) ma jilleġiżlawx u ma jirregolawx fil-vojt. Dawn iżommu djalogu regolari mas-soċjetà ċivili u firxa ta’ gruppi ta’ interess, li kollha jgħinu fit-tiswir tal-fehmiet u l-politiki tagħhom. Huwa kruċjali li dawn il-kuntatti jkunu kemm jista’ jkun miftuħa u trasparenti.

X’JAGĦMEL DAN IL-FTEHIM INTERISTITUZZJONALI?

Il-ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea jistabbilixxi reġistru. Rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess, magħrufa aktar bħala lobbyists, li jixtiequ jkollhom kuntatt regolari ma’ dawk li jfasslu l-politika jiffirmaw ir-reġistru, jipprovdu informazzjoni bażika dwar l-attivitajiet tagħhom u jaqblu li josservaw il-kodiċi ta’ kondotta tiegħu.

PUNTI EWLENIN

  • Ir-reġistru jkopri l-attivitajiet kollha li huma mmirati sabiex jinfluwenzaw it-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE u l-implimentazzjoni tal-politika direttament jew indirettament,
  • Dawn l-attivitajiet jinkludu l-kuntatt mal-MPEs, l-assistenti tagħhom u l-uffiċjali tal-UE; it-tqassim ta’ ittri u dokumenti ta’ diskussjoni, l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti u laqgħat; u l-parteċipazzjoni f’konsultazzjonijiet jew smigħ formali,
  • Ċerti attivitajiet, bħall-għoti ta’ konsulenza legali jew professjonali oħrajn mhumiex koperti u dawk involuti ma għandhomx għalfejn jiffirmaw ir-reġistru,
  • Ir-reġistru ma japplikax għal knejjes, komunitajiet reliġjużi, partiti politiċi, servizzi ċivili nazzjonali jew organizzazzjonijiet internazzjonali,
  • L-organizzazzjonijiet u l-individwi jaqblu li l-informazzjoni li jkunu pprovdew fir-reġistru hija korretta u disponibbli għall-pubbliku u li josservaw il-kodiċi ta’ kondotta.
  • Dawk li jirreġistraw jingħataw permessi ta’ aċċess annwali għall-bini tal-Parlament Ewropew.
  • Jistgħu jingħataw inċentivi addizzjonali, bħal awtorizzazzjoni sabiex jospitaw avvenimenti b’mod konġunt fil-bini tal-Parlament jew ikunu infurmati mill-Kummissjoni meta jitnedew konsultazzjonijiet pubbliċi,
  • Il-kodiċi ta’ kondotta fiha lista ta’ regoli, li l-lobbyists iridu josservaw fir-relazzjonijiet tagħhom mal-MPEs u l-uffiċjali tal-UE. Dawn ivarjaw mill-identifikazzjoni ċara tagħhom infushom sar-regola li ma jbiegħux dokumenti tal-UE lil partijiet terzi.
  • Is-sanzjonijiet għall-ksur ta’ kwalunkwe regola jinkludu l-irtirar tal-permess ta’ aċċess għall-Parlament u t-tneħħija mir-reġistru.

META DAĦAL FIS-SEĦĦ IL-FTEHIM?

Fl-1 ta’ Jannar 2015.

Għal aktar informazzjoni, ara:

l-aħħar aġġornament 09.07.2015

Top