EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014DC0057
REPORT FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT AND THE COUNCIL on the implementation by the Member States of the Framework Decisions 2008/909/JHA, 2008/947/JHA and 2009/829/JHA on the mutual recognition of judicial decisions on custodial sentences or measures involving deprivation of liberty, on probation decisions and alternative sanctions and on supervision measures as an alternative to provisional detention
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tad-Deċiżjonijiet Qafas 2008/909/ĠAI, 2008/947/ĠAI u 2009/829/ĠAI dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi dwar pieni ta’ kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà, dwar sentenzi u deċiżjonijiet li jinvolvu probation bil-ħsieb ta' sorveljanza ta' miżuri ta' probation u ta’ sanzjonijiet alternattivi u dwar miżuri ta’ superviżjoni bħala alternattiva għal detenzjoni provviżorja
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tad-Deċiżjonijiet Qafas 2008/909/ĠAI, 2008/947/ĠAI u 2009/829/ĠAI dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi dwar pieni ta’ kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà, dwar sentenzi u deċiżjonijiet li jinvolvu probation bil-ħsieb ta' sorveljanza ta' miżuri ta' probation u ta’ sanzjonijiet alternattivi u dwar miżuri ta’ superviżjoni bħala alternattiva għal detenzjoni provviżorja
/* COM/2014/057 final */
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tad-Deċiżjonijiet Qafas 2008/909/ĠAI, 2008/947/ĠAI u 2009/829/ĠAI dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi dwar pieni ta’ kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà, dwar sentenzi u deċiżjonijiet li jinvolvu probation bil-ħsieb ta' sorveljanza ta' miżuri ta' probation u ta’ sanzjonijiet alternattivi u dwar miżuri ta’ superviżjoni bħala alternattiva għal detenzjoni provviżorja /* COM/2014/057 final */
WERREJ 1........... Introduzzjoni................................................................................................................ 3 2........... L-isfond
tad-Deċiżjonijiet Qafas: pakkett leġiżlattiv koerenti u
kumplimentari.......... 4 3........... Is-sitwazzjoni attwali
tal-implimentazzjoni u l-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ traspożizzjoni 5 4........... Evalwazzjoni preliminari
tal-liġijiet ta’ traspożizzjoni rċevuti...................................... 6 4.1........ L-irwol tal-persuna kkonċernata
fil-proċess ta' trasferiment......................................... 7 4.2........ Il-prinċipju tal-fiduċja
reċiproka: fil-prinċipju l-ebda adattament tas-sentenza............ 7 4.3........ Deċiżjonijiet sussegwenti:
differenzi fl-eżekuzzjoni tas-sentenza................................ 8 4.4........ L-obbligu li jiġi
aċċettat trasferiment, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet
għar-rifjut. 9 4.5........ Il-limitu taż-żmien......................................................................................................... 9 4.6........ Ir-rabta bejn
id-Deċiżjonijiet Qafas u l-Mandat ta’ Arrest Ewropew......................... 10 4.7........ Dikjarazzjonijiet dwar
id-dispożizzjonijiet tranżitorji................................................. 11 5........... Spazju ġudizzjarju ġdid
biex jiżgura li l-liġi tat-tielet pilastru tiġi applikata
fil-prattika 11 6........... Konklużjoni................................................................................................................ 11 RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT
EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-implimentazzjoni mill-Istati Membri
tad-Deċiżjonijiet Qafas 2008/909/ĠAI, 2008/947/ĠAI u
2009/829/ĠAI dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi dwar pieni
ta’ kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà,
dwar sentenzi u deċiżjonijiet li jinvolvu probation bil-ħsieb
ta' sorveljanza ta' miżuri ta' probation u ta’ sanzjonijiet alternattivi u
dwar miżuri ta’ superviżjoni bħala alternattiva għal
detenzjoni provviżorja 1. Introduzzjoni Fi spazju komuni Ewropew tal-ġustizzja
bbażat fuq il-fiduċja reċiproka, l-UE ħadet azzjoni biex
tiżgura li persuni mhux residenti soġġetti għal
proċeduri kriminali ma jiġux ittrattati b’mod differenti minn persuni
residenti. Dan huwa partikolarment importanti minħabba n-numru sinifikattiv
ta’ ċittadini tal-UE li jinsabu l-ħabs fi Stati Membri oħra. Huwa f’dan l-ispirtu li l-UE fl-2008 u l-2009
adottat tliet Deċiżjonijiet Qafas kumplimentari li d-data ta'
traspożizzjoni rispettiva tagħhom skadiet: –
Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill
2008/909/ĠAI[1]
dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’
sentenzi f'materji kriminali li jimponu pieni ta’ kustodja jew miżuri li
jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bl-għan li jiġu infurzati
fl-Unjoni Ewropea (Trasferiment ta' Priġunieri) kellha tiġi
implimentata sal-5 ta' Diċembru 2011. Minn naħa
waħda, din tawtorizza Stat Membru biex jeżegwixxi sentenza ta’
priġunerija maħruġa minn Stat Membru ieħor kontra persuna
li tibqa’ fl-ewwel Stat Membru. Min-naħa l-oħra, din tistabbilixxi
sistema għat-trasferiment ta’ ħabsin li ngħataw kundanna lura
lejn dak l-Istat Membru li huma ċittadini tiegħu jew li normalment
jirrisjedu fih (jew lejn Stat Membru ieħor li għandhom rabtiet
mill-qrib miegħu) biex iservu s-sentenza ta’ ħabs tagħhom. –
Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill
2008/947/ĠAI [2]
dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta’
sentenzi u deċiżjonijiet li jinvolvu probation bil-ħsieb ta’
sorveljanza ta’ miżuri ta’ probation u ta’ sanzjonijiet alternattivi (Probation
u Sanzjonijiet Alternattivi) kellha tiġi implimentata sas-6 ta' Diċembru 2011.
Id-Deċiżjoni tapplika għal ħafna alternattivi
għall-kustodja u għal miżuri li jiffaċilitaw
il-ħelsien bikri (pereż. l-obbligu li persuna ma tidħolx
f’ċerti lokalitajiet, tagħmel servizz fil-komunità jew issegwi
struzzjonijiet relatati mar-residenza jew taħriġ jew attivitajiet
professjonali). Id-deċiżjoni dwar il-perjodu ta’ probation jew dwar
sanzjonijiet alternattivi oħrajn jistgħu jiġu eżegwiti fi
Stat Membru ieħor, sakemm il-persuna tagħti l-kunsens tagħha. –
Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill
2009/829/ĠAI dwar[3]
l-applikazzjoni bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tal-prinċipju ta'
rikonoxximent reċiproku għal deċiżjonijiet dwar miżuri
ta’ superviżjoni bħala alternattiva għal detenzjoni
provviżorja (Ordni ta' Superviżjoni Ġudizzjarja) kellha
tiġi implimentata sal-1 ta' Diċembru 2012. Din
id-Deċiżjoni tikkonċerna l-ħelsien provviżorju
fl-istadju ta' qabel il-proċess. Dan għandu jippermetti li
miżura mhux ta’ kustodja (pereż. l-obbligu li persuna tibqa’ f’post
speċifiku jew l-obbligu li persuna tirrapporta f’ħinijiet
speċifiċi lil awtorità speċifika) tiġi ttrasferita
mill-Istat Membru fejn il-persuna mhux residenti hija ssuspettata li tkun
wettqet reat, lejn Stat Membru ieħor fejn dik il-persuna tirresjedi normalment.
B'hekk, persuna ssuspettata tista’ tiġi suġġetta għal
miżura ta’ superviżjoni fl-Istat Membru tagħha sakemm jibda
l-proċess fi Stat Membru ieħor, minflok ma titqiegħed
f’detenzjoni provviżorja qabel is-smigħ tal-proċess. L-evalwazzjoni tal-bosta tweġibiet dwar
il-Green Paper tal-Kummissjoni ta’ Ġunju 2011 dwar l-applikazzjoni
tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-ġustizzja kriminali fil-qasam
tad-detenzjoni[4],
uriet li l-implimentazzjoni xierqa u f’waqtha tad-Deċiżjonijiet Qafas
għandu jkollha l-prijorità assoluta. L-għan ta’ dan ir-rapport għalhekk huwa
doppju: l-ewwel nett, biex jivvaluta l-istat ta’ implimentazzjoni
tad-Deċiżjonijiet Qafas fl-isfond tas-setgħa tal-Kummissjoni
biex tibda proċeduri ta’ ksur mill-1 ta’ Diċembru 2014[5]; it-tieni nett, biex
issir evalwazzjoni preliminari tal-liġijiet ta’ traspożizzjoni
nazzjonali diġà rċevuti mill-Kummissjoni. 2. L-isfond
tad-Deċiżjonijiet Qafas: pakkett leġiżlattiv koerenti u
kumplimentari Kull sena għexieren ta’ eluf ta’
ċittadini tal-UE jiġu mixlija b'allegati reati jew misjuba ħatja
fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea. Ħafna drabi, il-qrati
kriminali jordnaw id-detenzjoni ta’ persuni mhux residenti minħabba
l-biża' li ma jidhrux fil-ġurnata tal-proċess. Persuna
suspettata residenti fil-pajjiż f’sitwazzjoni simili s-soltu tibbenefika
minn miżura ta’ sorveljanza inqas koerċittiva, bħal rapport
lill-pulizija jew projbizzjoni tal-ivvjaġġar. Id-Deċiżjonijiet Qafas għandhom
jitqiesu bħala pakkett ta’ leġiżlazzjoni koerenti u
kumplimentari li jindirizza l-kwistjoni ta’ detenzjoni ta’ ċittadini
tal-UE fi Stati Membri oħra u li għandu l-potenzjal li jwassal
għal tnaqqis fid-detenzjoni ta’ qabel is-smigħ tal-proċess, jew
jiffaċilita r-riabilitazzjoni soċjali tal-priġunieri f’kuntest
transfruntier. Hemm rabtiet operattivi bejn it-tliet Deċiżjonijiet
Qafas, iżda wkoll bejn id-Deċiżjonijiet Qafas u
d-Deċiżjoni Qafas dwar il-Mandat ta’ Arrest Ewropew[6]. Bl-implimentazzjoni xierqa tal-Ordni ta'
Superviżjoni Ġudizzjarja mill-Istati Membri kollha, persuni
suspettati li huma suġġetti għal Mandat ta’ Arrest Ewropew ma
jdumux ma jmorru lura lejn il-pajjiż ta’ residenza tagħhom waqt li
jkunu qed jistennew il-proċess fi Stat Membru ieħor. Dan jevita
detenzjoni twila qabel is-smigħ tal-proċess f’pajjiż barrani
wara l-eżekuzzjoni ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew u qabel ma jibda
l-proċess innifsu. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni xierqa tal- Probation
u Sanzjonijiet Alternattivi se tħeġġeġ
lill-Imħallfin, li jistgħu jserrħu rashom li persuna tkun se
tkun sorveljata kif jixraq fi Stat Membru ieħor, biex jimponu sanzjoni
alternattiva biex tiġi eżegwita barra mill-pajjiż minflok piena
ta' ħabs. Hemm ukoll rabta bejn l-Ordni ta'
Superviżjoni Ġudizzjarja u l-Probation u Sanzjonijiet
Alternattivi. Tabilħaqq, ladarba l-akkużat jkun diġà
ġie mibgħut lura skont l-Ordni ta' Superviżjoni
Ġudizzjarja fl-istadju ta’ qabel il-proċess u wera li kkonforma
mal-kundizzjonijiet imposti fuqu fl-istadju ta’ qabel il-proċess,
l-Imħallef naturalment ikun aktar inklinat li jimponi sanzjoni
alternattiva (minflok priġunerija) li tista’ tiġi eżegwita barra
mill-pajjiż wara l-istadju tal-proċess. Barra minn hekk, l-Artikolu 25 tat-Trasferiment
ta' Priġunieri jipprovdi għal rabta mal-Mandat ta' Arrest
Ewropew. Permezz ta' din id-dispożizzjoni, flimkien
mal-Artikolu 4(6) u 5(3) tal- Mandat ta' Arrest Ewropew, Stat
Membru jista' jirrifjuta li jċedi ċ-ċittadini jew residenti
tiegħu jew persuni li joqogħdu f'dak l-Istat Membru jekk dak l-Istat
Membru jobbliga ruħu li jeżegwixxi s-sentenza ta’ ħabs skont it-Trasferiment
ta' Priġunieri. L-użu sħiħ tal-potenzjal ta’ dan
il-pakkett leġiżlattiv jeħtieġ it-traspożizzjoni
xierqa tad-Deċiżjonijiet Qafas fil-leġiżlazzjoni
nazzjonali. 3. Is-sitwazzjoni
attwali tal-implimentazzjoni u l-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ traspożizzjoni Fi żmien tal-kitba ta’ dan id-dokument,
rispettivament 10, 14 u 16-il Stat Membru għad iridu jittrasponu
d-Deċiżjonijiet Qafas, aktar minn sentejn u sena wara d-data
tal-implimentazzjoni. Il-Kummissjoni kienet irċeviet notifiki dwar
liġijiet ta’ traspożizzjoni nazzjonali minn dawn l-Istati Membri li
ġejjin biss: –
Trasferiment ta' Priġunieri: mid-DK, il-FI, l-IT, il-LU u r-UK sad-data
tal-implimentazzjoni u mill-AT, il-BE, ir-CZ, FR, il-HR, l-HU, il-LV, MT,
il-NL, il-PL, ir-RO, is-SI u s-SK wara d-data ta' implimentazzjoni. –
Probation u Sanzjonijiet Alternattivi: Mid-DK u l-FI sad-data ta’ implimentazzjoni u mill-AT,
il-BE, il-BG, ir-CZ, il-HR, l-HU, il-LV, il-NL, il-PL, ir-RO, is-SI u s-SK wara
d-data tal-implimentazzjoni. –
Ordni ta' Superviżjoni Ġudizzjarja: mid-DK, il-FI, il-LV u l-PL sad-data ta'
implimentazzjoni u mill-AT, ir-CZ, il-HR, l-HU, il-NL, ir-RO, is-SI u s-SK wara
d-data ta' implimentazzjoni. L-ebda
notifika ma saret mill-Istati Membri li ġejjin[7]: –
Trasferiment ta' Priġunieri: il-BG, CY, il-DE, l-EE, il-EL, ES, l-IE, il-LT, il-PT u l-SE. –
Probation u Sanzjonijiet Alternattivi: CY, il-DE, l-EE, il-EL, ES, FR, l-IE, l-IT, il-LT, il-LU, MT,
il-PT, l-SE u r-UK. –
Ordni ta' Superviżjoni Ġudizzjarja: il-BE, il-BG, CY, il-DE, l-EE, il-EL, ES, FR, l-IE, l-IT, il-LT,
il-LU, MT, il-PT, l-SE u r-UK. Tabella dwar il-qagħda attwali
tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet Qafas tinsab fid-Dokument ta’
Ħidma tal-Persunal mehmuż flimkien ma’ tabella bid-dikjarazzjonijiet
magħmula mill-Istati Membri f’dan il-kuntest. Id-Deċiżjonijiet Qafas għandhom
jiġu implimentati mill-Istati Membri bħal kull element ieħor
tal- acquis tal-UE. Min-natura tagħhom, id-Deċiżjonijiet
Qafas jorbtu lill-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam mar-riżultat
li jrid jinkiseb, imma jħallu l-għażla ta' forom u metodi
tal-implimentazzjoni f’idejn l-awtoritajiet nazzjonali.
Id-Deċiżjonijiet Qafas mhumiex direttament applikabbli. Madankollu
l-prinċipju ta’ interpretazzjoni konformi hu obbligatorju f’dak li
għandu x’jaqsam mad-Deċiżjonijiet Qafas adottati fil-kuntest
tat-Titolu VI tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea l-antik[8]. Dawk l-Istati Membri li jkunu implimentaw b’mod
xieraq id-Deċiżjonijiet Qafas ma jistgħux jibbenefikaw minn
dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni tagħhom fir-relazzjonijiet
tagħhom ma’ dawk l-Istati Membri li ma implimentawhomx fil-ħin.
Il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku, li huwa s-sies fil-qasam
ġudizzjarju tal-ġustizzja, jeħtieġ traspożizzjoni
reċiproka; dan ma jistax jaħdem jekk l-istrumenti ma jkunux ġew
implimentati b’mod korrett fiż-żewġ Stati Membri kkonċernati.
Bħala konsegwenza, meta jikkooperaw ma’ Stat Membru li ma jkunx implimenta
l-istrument fil-ħin, anki dawk l-Istati Membri li għamlu dan se
jkollhom ikomplu japplikaw il-konvenzjonijiet korrispondenti tal-Kunsill
tal-Ewropa waqt it-trasferiment ta’ priġunieri tal-UE jew sentenzi lejn
Stati Membri oħra. 4. Evalwazzjoni
preliminari tal-liġijiet ta’ traspożizzjoni riċevuti Matul il-laqgħat tal-Esperti mal-Istati
Membri, ħareġ ċar li ċerti kwistjonijiet u
dispożizzjonijiet ġuridiċi jeħtieġu iktar attenzjoni.
Dan ġie kkonfermat ukoll mill-analiżi preliminari
tal-leġiżlazzjoni implimentattiva ta’ Stati Membri diġà
rċevuti mill-Kummissjoni. Għaldaqstant, dan ir-rapport jiffoka fuq
Artikoli li jiffurmaw il-qalba tad-Deċiżjonijiet Qafas fid-dawl
tal-għanijiet tagħhom. Billi dan ir-rapport ikopri t-tliet
Deċiżjonijiet Qafas, l-Artikli huma miġbura skont
is-suġġett. Billi din hija valutazzjoni preliminari, huwa
kmieni wisq biex wieħed jasal għal konklużjonijiet ġenerali
dwar il-kwalità ta’ implimentazzjoni. Dan ukoll minħabba li bosta Stati
Membri għadhom ma ssodisfawx l-obbligu tagħhom li jittrasponu
d-Deċiżjonijiet Qafas. Barra minn hekk, sa issa l-Istati Membri ftit
għandhom esperjenza prattika fl-applikazzjoni tad-Deċiżjonijiet
Qafas. Fi żmien tal-kitba ta’ dan id-dokument, il-Kummissjoni kienet
irċeviet informazzjoni indikattiva limitata dwar l-applikazzjoni prattika
tad-Deċiżjonijiet Qafas minn tliet Stati Membri (il-BE, il-FI u
l-NL). Iċ-ċifri limitati disponibbli juru li t-Trasferiment
tal-Priġunieri diġà jintuża filwaqt li sa issa għadu ma
sar l-ebda trasferiment skont il-Probation u Sanzjonijiet Alternattivi u
l-Ordni ta' Superviżjoni Ġudizzjarja. L-isforzi tal-Istati Membri li implimentaw
id-Deċiżjonijiet Qafas fiż-żmien stabbilit għandhom
jiġu enfasizzati u l-kummenti dwar dawk l-Istati Membri għandhom
jinftiehmu fid-dawl tal-approċċ tal-Kummissjoni biex tipprovdi
l-għajnuna fil-proċess ta’ implimentazzjoni. 4.1. L-irwol
tal-persuna kkonċernata fil-proċess ta' trasferiment (L-Artikolu 6 Trasferiment ta’ Priġunieri,
l-Artikolu 5 Probation u Sanzjonijiet Alternattivi u l-Artikolu 9
Ordni ta’ Superviżjoni Ġudizzjarja) Minħabba l-importanza tar-riabilitazzjoni
soċjali bħala prinċipju ewlieni tad-Deċiżjonijiet
Qafas, il-leġiżlazzjoni ta' implimentazzjoni tal-Istati Membri
għandha tiżgura li l-persuna kkonċernata tiġi kkonsultata
kif jixraq f’deċiżjonijiet ta’ trasferiment. Madankollu, l-Artikolu 6 it-Trasferiment
tal-Priġunieri jipprovdi għall-possibbilità tat-trasferiment
mingħajr il-kunsens tal-persuni kkundannati f'ċerti ċirkostanzi.
Billi dan huwa aspett ġdid meta mqabbel mal-Konvenzjoni tal-Kunsill
tal-Ewropa tal-1983[9],
huwa importanti li l-Istati Membri jipproduċu r-rapporti ttrasponew kif
suppost din id-dispożizzjoni. Il-leġiżlazzjoni ta’
implimentazzjoni għandha tipprovdi biss għat-trasferiment tal-persuna
kkundannata mingħajr il-kunsens tagħha fit-tliet ċirkostanzi
limitati kif indikat f’dan l-Artikolu. Għandu jkun hemm bħala minimu
dispożizzjonijiet dwar il-konsiderazzjoni tal-opinjoni tal-persuna
kkundannata (fejn tkun għadha fl-Istat emittenti); dwar l-għoti ta’
informazzjoni lill-persuna kkundannata; dwar il-konsultazzjoni bejn
l-Awtoritajiet Kompetenti; u dwar il-possibbiltà għall-awtoritajiet
tal-Istat ta’ eżekuzzjoni biex jagħtu opinjoni motivata. Mill-analiżi preliminari
tal-leġiżlazzjoni ta' implimentazzjoni tal-Istati Membri, jidher li
mhux dejjem huwa espressament previst li l-persuna trid tiġi nnotifikata u
tingħata l-opportunità li tesprimi l-opinjoni tagħha, ħaġa
li trid tiġi meqjusa. Skont il-Probation u Sanzjonijiet Alternattivi l-kunsens
tal-persuna kkundannata huwa dejjem meħtieġ, sakemm il-persuna ma
tkunx marret lura lejn l-Istat ta’ eżekuzzjoni, meta l-kunsens tagħha
jsir impliċitu. Dan huwa importanti billi din id-Deċiżjoni Qafas
ma tistax tintuża kontra r-rieda tal-persuna kkonċernata.
Ir-raġuni għal dan hija li din id-Deċiżjoni Qafas
għandha effett biss jekk il-persuna tkun diġà ġiet irrilaxxata
fl-Istat emittenti u tixtieq tirritorna bħala “persuna libera” lejn
pajjiżha u hija lesta li tikkoopera mal-awtoritajiet ta’ sorveljanza.
L-istess japplika għall-Ordni ta' Superviżjoni Ġudizzjarja
li għandu x’jaqsam mal-istadju ta’ qabel il-proċess fejn il-persuna
tkun għadha meqjusa innoċenti. Il-Kummissjoni se tivvaluta jekk l-Istati Membri
stabbilixxewx b’mod korrett fil-leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni
tagħhom proċedura biex jagħtu rwol lill-persuna kkundannata
fil-proċess ta' trasferiment. 4.2. Il-prinċipju
tal-fiduċja reċiproka: fil-prinċipju l-ebda adattament
tas-sentenza (L-Artikolu 8 Trasferiment ta’
Priġunieri, l-Artikolu 9 Probation u Sanzjonijiet Alternattivi u
l-Artikolu 13 Ordni ta’ Superviżjoni Ġudizzjarja) Huwa importanti li jinstab bilanċ ġust
bejn ir-rispett tas-sentenza oriġinarjament mogħtija u
t-tradizzjonijiet ġuridiċi tal-Istati Membri sabiex ma
jirriżultawx kunflitti li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv
il-funzjonament tad-Deċiżjonijiet Qafas. Billi
d-Deċiżjonijiet Qafas huma bbażati fuq il-fiduċja
reċiproka tas-sistemi ġuridiċi tal-Istati Membri l-oħra,
id-deċiżjoni tal-Imħallef fl-Istat emittenti għandha
tiġi mħarsa u, fil-prinċipju, ma għandu jkun hemm l-ebda
reviżjoni jew adattament ta’ din id-deċiżjoni. Huwa biss meta
t-tul jew in-natura tas-sentenza ma jkunux kompatibbli mal-liġi nazzjonali
tal-Istat ta’ eżekuzzjoni (bħal sentenza massima legali), li din
is-sentenza tista' tiġi adattata. Madankollu, is-sentenza adattata
għandha tikkorrispondi mill-aktar viċin possibbli mas-sentenza
oriġinali. Adattament ma jistax jaggrava sentenza mogħtija fl-Istat
emittenti f’dak li għandu x'jaqsam man-natura jew it-tul ta’ żmien
tagħha. Xi Stati Membri kabbru l-possibbiltajiet ta’
adattament billi żiedu kundizzjonijiet addizzjonali (PL, LV). Dan
jiftaħ il-possibbiltà għall-Istat ta’ eżekuzzjoni biex jivvaluta
jekk is-sentenza mogħtija fl-Istat emittenti tikkorrispondix jew le
mas-sentenza li normalment tingħata għal dak ir-reat fl-Istat ta’
eżekuzzjoni. Dan jidher li huwa kontra l-ittra u l-ispirtu
tad-Deċiżjonijiet Qafas. Fir-rigward ta’ sentenzi mhux ta’ kustodja, il- Probation
u Sanzjonijiet Alternattivi tiżgura li sanzjoni alternattiva tkun
tista' tiġi trasferita anki jekk din is-sanzjoni ma teżistix jew ma
tingħatax għal reat simili fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni.
Madankollu, billi l-Istati Membri jridu jipprovdu għal mill-inqas
il-miżuri ta’ probation u s-sanzjonijiet alternattivi kif imsemmija
fl-Artikolu 4(1) ta’ din id-Deċiżjoni Qafas, effett sekondarju
pożittiv se jkun il-promozzjoni u approssimazzjoni ta’ alternattivi
għad-detenzjoni fl-Istati Membri differenti. Valutazzjoni preliminari dwar
il-leġiżlazzjonijiet turi li xi Stati Membri ma implimentawx
il-miżuri obbligatorji kollha (il-BG, il-PL). L-istess japplika għall-Ordni ta'
Superviżjoni Ġudizzjarja li bih l-Istati Membri jridu jipprovdu
għal mill-inqas sitt miżuri obbligatorji kif stabbilit
fl-Artikolu 8(1). L-HU tippermetti biss it-trasferiment ta’ tliet
miżuri ta’ superviżjoni. 4.3. Deċiżjonijiet
sussegwenti: differenzi fl-eżekuzzjoni tas-sentenza (L-Artikolu 17 Trasferiment ta’
Priġunieri, l-Artikolu 14 Probation u Sanzjonijiet Alternattivi u
l-Artikolu 18 Ordni ta’ Superviżjoni Ġudizzjarja) Kemm iddum il-ħabs il-persuna kkundannata
jiddependi ħafna fuq id-dispożizzjonijiet dwar ir-rilaxx bikri u
kundizzjonali fl-Istat ta’ eżekuzzjoni. Id-differenzi bejn l-Istati Membri
huma konsiderevoli f’dan ir-rigward: f’xi Stati Membri l-persuna kkundannata
tinħeles wara li tiskonta żewġ terzi tas-sentenza, f’oħrajn
wara terz tas-sentenza. Fil-prinċipju, isegwi mill-Artikolu 17
tat- Trasferiment tal-Priġunieri li l-infurzar ta’ sentenza
inklużi r-raġunijiet għar-rilaxx bikri u kundizzjonali
għandu jkun regolat mil-liġi tal-Istat ta’ eżekuzzjoni.
Madankollu, dan l-Istat Membru għandu jinforma, jekk hekk mitlub,
lill-Istat Membru li ta s-sentenza oriġinali bir-regoli tal-Istat ta'
eżekuzzjoni dwar ir-rilaxx bikri u kundizzjonali. Jekk l-Istat emittenti
jibża’ li t-trasferiment jista' jwassal għal dak li kieku l-partijiet
jikkunsidraw bħala rilaxx bikri, huwa jista’ jiddeċiedi li ma
jittrasferixxix lill-persuna kkonċernata u li jirrevoka
ċ-ċertifikat. Għalhekk huwa importanti li l-Istati Membri jkunu
implimentaw sewwa dan l-obbligu li jipprovdu din l-informazzjoni wara talba
għal dan qabel it-trasferiment u l-eżekuzzjoni tal-piena, li mhuwiex
il-każ fil-leġiżlazzjoni ta' implimentazzjoni ta' xi Stat
Membri. Il-Kummissjoni se tinkoraġġixxi
l-iskambju tal-informazzjoni dwar ir-rilaxx bikri u kundizzjonali permezz ta’
bażi tad-dejta b’kooperazzjoni mal-Istati Membri u l-partijiet
interessati. 4.4. L-obbligu
li jiġi aċċettat trasferiment, sakemm ma jkunx hemm
raġunijiet għar-rifjut (L-Artikolu 9 Trasferiment ta’
Priġunieri, l-Artikolu 11 Probation u Sanzjonijiet Alternattivi u
l-Artikolu 15 Ordni ta’ Superviżjoni Ġudizzjarja) Waħda mill-affarijiet innovattivi dwar
id-Deċiżjonijiet Qafas hija li jimponu fil-prinċipju l-obbligu
li jiġu aċċettati t-talbiet għal trasferiment. Dan ġej
mill-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku li fuqu huma bbażati
d-Deċiżjonijiet Qafas u li huwa rifless fid-dispożizzjoni komuni
għal dawn id-Deċiżjonijiet Qafas li l-Istat ta’ eżekuzzjoni
għandu jirrikonoxxi sentenza li ġiet mgħoddija mill-Istat
emittenti. It-trasferimenti jistgħu jkunu rifjutati biss
f’ċirkostanzi limitati, pereżempju jekk japplikaw ir-raġunijiet
għar-rifjut kif imsemmija fid-Deċiżjonijiet Qafas differenti.
Għall-kuntrarju, ma hemm l-ebda obbligu għall-Istat emittenti biex
jgħaddi sentenza (ara l-Artikolu 4(5) Trasferiment tal-Priġunieri). Analiżi preliminari
tal-leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni fl-Istati Membri turi li
jeżistu varjazzjonijiet wiesgħa fit-traspożizzjoni
tar-raġunijiet għal rifjut. Xi Stati Membri ma implimentawx
ir-raġunijiet kollha għal rifjut, kif indikat fid-Deċiżjonijiet
Qafas (HU, LU, NL, DK, LV) filwaqt li oħrajn żiedu raġunijiet
addizzjonali (AT, BE, DK). Xi Stati Membri implimentaw b’mod korrett
ir-raġunijiet għar-rifjut bħala fakultattivi għall-awtorità
kompetenti (FI, LV, BG), oħrajn implimentawhom bħala obbligatorji
(AT, IT, MT, SK) u fit-tielet grupp ir-riżultat finali jikkonsisti f'tip
ta’ “għażla selettiva” bejn raġunijiet fakultattivi u
obbligatorji (BE, DK, HU, LU, NL, PL). L-implimentazzjoni ta' raġunijiet
addizzjonali għar-rifjut li wara jsiru obbligatorji, mal-ewwel daqqa
t’għajn donnhom imorru kontra kemm l-ittra u kemm l-ispirtu
tad-Deċiżjonijiet Qafas. Dwar il-kwistjoni dwar jekk l-applikazzjoni
tar-raġunijiet għar-rifjut għandhiex tkun fakultattiva
għall-awtoritajiet kompetenti, li eventwalement jieħdu
d-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent u l-infurzar, it-test
tad-Deċiżjonijiet Qafas jgħid b’mod ċar li l-awtorità
kompetenti “tista’” tirrifjuta li tirrikonoxxi s-sentenza u tinfurzaha jekk
ir-raġunijiet għar-rifjut japplikaw. Dan il-kliem jindika li
l-awtorità kompetenti għandu jkollha d-diskrezzjoni li tiddeċiedi
każ b’każ jekk għandhiex tapplika jew le raġuni
għar-rifjut, billi tikkunsidra r-riabilitazzjoni soċjali komuni
għat-tliet Deċiżjonijiet Qafas. Ir-raġunijiet
għar-rifjut għandhom għalhekk jiġu implimentati bħala
fakultattivi għall-awtorità kompetenti. Dan l-approċċ huwa fl-ispirtu
tad-Deċiżjonijiet Qafas, li jeħtieġu li t-trasferiment
għandu jtejjeb il-prospetti ta’ riabilitazzjoni soċjali u jista’ jsir
wara talba espliċita tal-persuna akkużata jew misjuba ħatja.
F'dan il-każ, l-obbligu li jiġi rifjutat tali trasferiment
minħabba li tapplika waħda mir-raġunijiet għar-rifjut,
normalment ma jkunx fl-interess tal-persuna kkundannata nnifisha. 4.5. Il-limitu
taż-żmien (L-Artikolu 12 Trasferiment ta’
Priġunieri, l-Artikolu 12 Probation u Sanzjonijiet Alternattivi u
l-Artikolu 12 Ordni ta’ Superviżjoni Ġudizzjarja) Id-Deċiżjonijiet Qafas joħolqu
sistema ġdida ssimplifikata u aktar effettiva għat-trasferiment ta’
sentenzi biex tiġi ffaċilitata u mħaffa l-kooperazzjoni
ġudizzjarja. Għalhekk, huma jipprovdu għal limiti
taż-żmien fissi biex isir trasferiment. Il-limiti taż-żmien għandhom
jiġu implimentati mill-Istati Membri b’tali mod li bħala regola
ġenerali, id-deċiżjoni finali, inkluż il-proċedura ta'
appell, tintemm fil-limitu taż-żmien stabbilit. Il-limitu
taż-żmien jista’ jinqabeż biss f’ċirkostanzi
eċċezzjonali. Għalkemm hija ħaġa komuni li
l-Istati Membri kollha għandhom jiżguraw li l-persuni kkundannati
jkollhom aċċess għal drittijiet u rimedji ġuridiċi
skont il-liġi nazzjonali tagħhom, l-AT, l-HU u l-LV ma għandhomx
dispożizzjonijiet fil-leġiżlazzjoni ta' implimentazzjoni
tagħhom dwar il-limitu ta’ żmien massimu
għad-deċiżjonijiet tal-Qorti superjuri dwar trasferimenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li
r-rimedji fis-sistema tagħhom għandhom ikunu bilanċjati
mal-importanza li jiġu rispettati l-limiti ta’ żmien
fid-Deċiżjonijiet Qafas[10]. 4.6. Ir-rabta
bejn id-Deċiżjonijiet Qafas u l-Mandat ta’ Arrest Ewropew (L-Artikolu 25 Trasferiment ta’ Priġunieri
u l-Artikolu 21 Ordni ta’ Superviżjoni Ġudizzjarja) L-Artikolu 25 tat-Trasferiment
tal-Priġunieri flimkien mal-Artikoli 4(6) u 5(3) tal-Mandat
ta' Arrest Ewropew jippermetti lill-Istati Membri li jirrifjutaw li
jċedu persuna taħt Mandat ta’ Arrest Ewropew (jew jippermettu
l-konsenja tagħha bil-kundizzjoni li tiġi rritornata lil dak l-Istat
Membru) fejn il-persuna rikjesta tkun ċittadin, residenti jew toqgħod
f’dak l-Istat Membru jekk dak l-Istat Membru jimpenja ruħu li jinforza
sentenza ta’ ħabs skont it- Trasferiment tal-Priġunieri. Xi Stati Membri ma indikawx
fil-leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni tagħhom li
d-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom li jittrasponu t-Trasferiment
ta' Priġunieri għandhom japplikaw fis-sitwazzjonijiet imsemmija
hawn fuq (id-DK, l-HU, il-LU, il-LV, MT u s-SK). L-AT tipprovdi biss għal
din il-possibbiltà meta t-talba għaċ-ċediment ikollha x’taqsam
maċ-ċittadini tiegħu stess. Minflok jirrispettaw l-obbligu li
jinfurzaw is-sentenza kif mogħtija fl-Istat emittenti, il-NL irriservaw
id-dritt li jagħmlu valutazzjoni dwar jekk is-sentenza ta’ kustodja
imposta taqbilx mas-sentenza li kieku kienet tingħata fil-Pajjiżi
l-Baxxi għal dan ir-reat. Dan jidher li huwa kontra l-ittra u l-ispirtu
tad-Deċiżjonijiet Qafas. L-Artikolu 21 tal- Ordni ta'
Superviżjoni Ġudizzjarja jistabbilixxi l-possibbiltà li
jinħareġ Mandat ta’ Arrest Ewropew biex ireġġa’ lura
persuna ladarba tkun mitluba tidher quddiem il-Qorti jew jekk tiġi mitluba
tirritorna għaliex ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kif imposti permezz
tal-Ordni ta’ Superviżjoni Ġudizzjarja. Mhux l-Istati Membri kollha
implimentaw l-Artikolu 21 (l-HU, il-LV u l-PL). Dan huwa ta’ dispjaċir minħabba li
min-natura tiegħu l-Ordni ta’ Superviżjoni Ġudizzjarja jkun utli
ħafna biex persuni li qed jistennew proċess għal reati
relattivament żgħar imorru lura lejn pajjiżhom. Minħabba
din ir-realtà, l-Artikolu 21 tal-Ordni ta' Superviżjoni
Ġudizzjarja ma japplikax ir-rekwiżit ġenerali għal
ħruġ ta' Mandat ta' Arrest Ewropew ta' att punibbli b'sentenza ta’
kustodja ta’ mill-inqas 12-il xahar[11]. 4.7. Dikjarazzjonijiet
dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji (L-Artikolu 28 dwar it-Trasferiment ta’
Priġunieri) L-Artikolu 28 dwar it-Trasferiment ta’
Priġunieri jippermetti lill-Istati Membri, fl-adozzjoni tad-Deċiżjoni
Qafas, li jagħmlu dikjarazzjoni li tindika li, fir-rigward ta’ sentenzi
finali maħruġa qabel data speċifika (mhux aktar tard
mill-5 ta’ Diċembru 2011), se jkomplu japplikaw
l-istrumenti legali eżistenti dwar it-trasferiment ta’ persuni
kkundannati. Id-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Qafas kienet
is-27 ta’ Novembru 2008. Isegwi mill-informazzjoni kif mibgħuta
lill-Kummissjoni li erba’ Stati Membri (IE, MT, NL u PL) għamlu
dikjarazzjonijiet bħal dawn. Madankollu, skont l-aħħar
tagħrif li wasal mill-Kummissjoni l-IE, MT u l-PL għamlu dan wara
d-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru, jiġifieri
s-27 ta' Novembru 2008. Fil-fehma tal-Kummissjoni, dawn
id-dikjarazzjonijiet mhumiex validi u l-ħin il-limitazzjoni għandhom
jitneħħew mill-Istati Membri eżistenti tagħhom jew proposta
leġiżlazzjoni ta’ Implimentazzjoni minnufih. 5. Spazju
ġudizzjarju ġdid biex jiżgura li l-liġi tat-tielet pilastru
tiġi applikata fil-prattika Id-Deċiżjonijiet Qafas li ġew
adottati taħt l-hekk imsejjaħ “tielet pilastru” ġew miftiehma
unanimament mill-Istati Membri kollha li obbligaw ruħhom li
jimplimentawhom qabel l-iskadenza tad-data ta' traspożizzjoni. Għaldaqstant l-Istati Membri ħolqu ordni
legali li jorbot fuqhom, bħal f'oqsma oħra tal-liġi tal-UE, anki
jekk l-ebda mekkaniżmu ta' infurzar mhu disponnibbli sa meta jiskadi
l-perjodu tranżitorju skont il-Protokoll 36 tat-Trattat ta’ Lisbona. Hija ħaġa komuni li l-forza
eżekuttiva tal-liġi tal-UE, inklużi l-miżuri adottati
taħt it-tielet pilastru, ma jistgħux ivarjaw minn Stat Membru
għall-ieħor skont il-livell tal-implimentazzjoni fid-dritt
nazzjonali, mingħajr ma titfixkel il-kisba ta’ kooperazzjoni
ġudizzjarja effettiva. Mill-1 ta’ Diċembru 2014,
il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE se jkollha ġurisdizzjoni
sħiħa, inklużi d-deċiżjonijiet preliminari dwar
l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni, fil-qasam ta’ kooperazzjoni
tal-pulizija u ġudizzjarja f'materji kriminali. Il-Kummissjoni kif ukoll
l-Istati Membri se jkunu intitolati li jniedu proċeduri ta’ ksur kontra
dawk l-Istati Membri li ma implimentawx jew ma implimentawx b’mod korrett
il-liġi tal-UE. Dawn l-opportunitajiet ġodda se jkunu
partikolarment rilevanti għall-aktar leġiżlazzjonijiet
importanti li kienu jeżisti qabel it-Trattat ta’ Lisbona fil-qasam
tal-ġustizzja kriminali, li għaliha jappartjenu t-tliet
Deċiżjonijiet Qafas, skont il-Kummissjoni. 6. Konklużjoni Filwaqt li jiġu rikonoxxuti l-isforzi li saru
minn xi Stati Membri sa issa, il-livell ta’ implimentazzjoni ta’ dawn it-tliet
biċċiet ta’ leġiżlazzjoni importanti għad jonqsu
ħafna biex jitqies sodisfaċenti. L-għan ta' żona ta’ libertà, sigurtà u
ġustizzja għaċ-ċittadini kollha tal-UE kif stipulat
fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ma jistax jintlaħaq
jekk l-Istati Membri ma jimplimentawx korrettament l-istrumenti kollha li qablu
dwarhom. It-traspożizzjoni parzjali u mhux kompleta
tad-Deċiżjonijiet Qafas tfixkel l-applikazzjoni tal-prinċipju
tar-rikonoxximent reċiproku fil-qasam tal-ġustizzja kriminali. Barra
minn hekk, hija tmur kontra l-aspettattivi leġittimi
taċ-ċittadini tal-UE billi huma jitilfu għodda prezzjuża
biex jitnaqqas l-impatt negattiv fuq ħajjithom jekk ikunu suspettati jew
akkużati fi Stat Membru ieħor, b’mod partikolari dawk
iċ-ċittadini li huma soġġetti għal Mandat ta’ Arrest
Ewropew fl-istadju ta’ qabel il-proċess. Fl-istess ħin
l-għanijiet tad-Deċiżjonijiet Qafas, sabiex jiżguraw li
ssir ġustizzja, li l-vittmi u x-xhieda jiġu protetti, l-evidenza
tiġi ppreservata u l-persuni suspettati ma jinħelsux
mill-prosekuzzjoni, ma jistgħux jintlaħqu. Fl-aħħar nett, l-implimentazzjoni li
ssir tard hija ta’ dispjaċir għaliex id-Deċiżjonijiet Qafas
għandhom il-potenzjal li jwasslu għal tnaqqis f’sentenzi ta’
ħabs mogħtija mill-Imħallfin għal persuni mhux residenti. It-tnaqqis tas-sentenzi
mhux biss inaqqas l-iffullar fil-ħabsijiet u b’hekk jittejbu
l-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni, iżda wkoll — bħala konsegwenza —
iwassal għal iffrankar konsiderevoli fil-baġits li l-Istati Membri
jonfqu fuq il-ħabsijiet. Meta tiġi kkunsidrata s-setgħa
tal-Kummissjoni li tagħti bidu għal proċeduri ta’ ksur
mill-1 ta’ Diċembru 2014, huwa importanti ħafna
għall-Istati Membri kollha li jqisu dan ir-Rapport u jagħtu
tagħrif ieħor rilevanti kollu lill-Kummissjoni, sabiex jissodisfaw
l-obbligi tagħhom skont it-Trattat. Il-Kummissjoni tinkoraġġixxi
wkoll lil dawk l-Istati Membri li indikaw li qegħdin jippreparaw
il-leġiżlazzjoni relevanti biex jippromulgaw u jinnotifikaw dawn
il-miżuri nazzjonali kemm jista' jkun malajr. Il-Kummissjoni tħeġġeġ
lil dawk l-Istati Membri kollha li għadhom ma għamlux hekk biex
jieħdu azzjoni malajr biex jimplimentaw bis-sħiħ dawn
id-Deċiżjonijiet Qafas. Barra minn hekk, hija tistieden lil dawk li
ttrasponewhom b’mod inkorrett biex jirreveduhom u jiżguraw li l-leġiżlazzjoni
nazzjonali ta’ implimentazzjoni tagħhom tkun konformi
mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjonijiet Qafas. [1] Id-Deċiżjoni Qafas
tal-Kunsill 2008/909/ĠAI ġiet adottata
fis-27 ta' Novembru 2008 (ĠU L 327, 5.12.2008,
p. 27). [2] Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill
2008/947/ĠAI ġiet adottata fis-27 ta' Novembru 2008
(ĠU L 337, 16.12.2008, p. 102). [3] Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill
2009/829/ĠAI ġiet adottata fit-23 ta' Ottubru 2009
(ĠU L 294, 11.11.2009, p. 20). [4] COM(2011) 327 finali. http://ec.europa.eu/justice/newsroom/criminal/opinion/110614_en.htm. [5] Id-data tal-iskadenza tal-perjodu tranżitorju skont
il-Protokoll 36 tat-Trattat ta’ Lisbona (ara t-Taqsima 5). [6] Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill
2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-Mandat ta’
Arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (Mandat
ta' Arrest Ewropew), ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1. [7] Xi Stati Membri informaw lill-Kummissjoni
bil-proċess ta' preparazzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti fuq
livell nazzjonali. Madankollu, l-ebda wieħed minn dawn l-Istati Membri ma
adotta l-leġiżlazzjoni jew innotifika lill-Kummissjoni qabel
Ottubru 2013. [8] Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE,
16 ta’ Ġunju 2005, il-Kawża C-105/03, Pupino. [9] Il-Protokoll Addizzjonali tal-1997 għal din
il-Konvenzjoni diġà kien jipprovdi għat-trasferiment ta'
priġunieri mingħajr il-kunsens tagħhom f'ċirkostanzi
limitati. Iżda, dan il-Protokoll ma kienx ratifikat mill-Istati Membri
kollha. [10] Ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE,
30 ta’ Mejju 2013, il-Kawża C-168/13 PPU, Jeremy F. v.
Premier ministre. [11] Ara l-Artikolu 2(1) tal- Mandat ta' Arrest
Ewropew.