EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013PC0071

Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL li timplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji

/* COM/2013/071 final - 2013/0045 (CNS) */

52013PC0071

Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL li timplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji /* COM/2013/071 final - 2013/0045 (CNS) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

1.1.        L-isfond u l-istorja

L-aħħar kriżi ekonomika u finanzjarja globali kellha impatt serju fuq l-ekonomiji tagħna u fuq il-finanzi pubbliċi. Is-settur finanzjarju kellu rwol maġġuri biex wassal għall-kriżi ekonomika filwaqt li l-gvernijiet u ċ-ċittadini Ewropej in ġenerali kellhom iġarrbu l-konsegwenzi. Hemm kunsens qawwi fl-Ewropa u fil-livell internazzjonali li s-settur finanzjarju għandu jikkontribwixxi b’mod aktar ekwu meta jitqiesu l-ispejjeż biex tinstab soluzzjoni għall-kriżi u t-tassazzjoni baxxa attwali ta’ dan is-settur. Diversi Stati Membri tal-UE diġà ħadu azzjonijiet diverġenti fil-qasam tat-tassazzjoni tas-settur finanzjarju.

Għalhekk, fit-28 ta’ Settembru 2011 il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar sistema komuni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (TTF) u li temenda d-Direttiva 2008/7/KE[1]. Il-bażi legali għad-Direttiva tal-Kunsill proposta kienet l-Artikolu 113 TFUE, hekk kif id-dispożizzjonijiet proposti jimmiraw għall-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni li tikkonċerna t-tassazzjoni tat-tranżazzjonijiet finanzjarji sal-punt meħtieġ biex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq intern għal tranżazzjonijiet fi strumenti finanzjarji u sabiex tiġi evitata distorsjoni tal-kompetizzjoni. Din il-bażi legali tippreskrivi l-unanimità tal-Kunsill skont il-proċedura leġiżlattiva speċjali, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali.

L-għanijiet ewlenin ta’ din il-proposta kienu:

– li jarmonizzaw il-leġiżlazzjoni dwar tassazzjoni indiretta fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji, li hija meħtieġa biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern għal tranżazzjonijiet fi strumenti finanzjarji u sabiex tiġi evitata distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn strumenti finanzjarji, atturi u postijiet tas-suq madwar l-Unjoni Ewropea, u fl-istess ħin

– jiżguraw li l-istituzzjonijiet finanzjarji jagħtu kontribut ġust u sostanzjali biex ikopru l-ispejjeż tal-kriżi reċenti u biex joħolqu kundizzjonijiet ekwi ma’ setturi oħrajn mill-perspettiva tat-tassazzjoni[2], u

– li joħolqu diżinċentivi xierqa għal tranżazzjonijiet li ma jtejbux l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji u b’hekk jiġu kkumplimentati dawk il-miżuri regolatorji li l-għan tagħhom huwa li jevitaw kriżijiet fil-ġejjieni.

Minħabba l-mobilità estremament għolja ta’ ħafna mit-tranżazzjonijiet li potenzjalment se jiġu intaxxati, huwa u jibqa’ importanti li jiġu evitati distorsjonijiet ikkawżati minn regoli tat-taxxa maħluqa mill-Istati Membri li jaġixxu b’mod unilaterali. Tabilħaqq, il-frammentazzjoni tas-swieq finanzjarji fost l-attivitajiet u bejn il-fruntieri, u bejn il-prodotti u l-atturi tista’ tiġi evitata biss u t-trattament ugwali tal-istituzzjonijiet finanzjarji fl-UE u fl-aħħar mill-aħħar, il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, jistgħu jiġu żgurati biss permezz ta’ azzjoni fuq il-livell tal-UE. L-iżvilupp ta’ sistema komuni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji fl-UE jnaqqas ir-riskju ta’ distorsjoni tas-swieq permezz ta’ delokalizzazzjoni ġeografika tal-attivitajiet indotta mit-tassazzjoni. Barra minn hekk, it-tali sistema komuni tista’ wkoll tiżgura n-newtralità fiskali permezz ta’ armonizzazzjoni b’kamp ta’ applikazzjoni wiesa’, notevolment biex tkopri wkoll prodotti mobbli ħafna bħal derivati, atturi mobbli u postijiet tas-suq, b’hekk jikkontribwixxu għal inqas tassazzjoni doppja jew non-tassazzjoni doppja.

Għaldaqstant, il-proposta pprevediet l-armonizzazzjoni tat-taxxi tal-Istati Membri fuq tranżazzjonijiet finanzjarji biex tiżgura t-tħaddim bla xkiel tas-suq uniku u għalhekk tistabbilixxi l-karatteristiċi essenzjali ta’ sistema komuni għal TTF wiesgħa fl-UE.

Billi fiż-żmien tal-proposta inizjali tal-Kummissjoni l-każ għall-armonizzazzjoni ħareġ iktar biċ-ċar minn żviluppi fil-prattika: Franza introduċiet taxxa nazzjonali fuq ċerti tranżazzjonijiet finanzjarji mill-1 ta’ Awwissu 2012 u Spanja, l-Italja u l-Portugall dan l-aħħar għamlu avviżi li jintroduċu t-tali taxxi nazzjonali wkoll – kollha b’kamp ta’ applikazzjoni, rati u karatteristiċi tad-disinn tekniku differenti.

Il-Parlament Ewropew ta l-opinjoni favorevoli tiegħu dwar il-proposta inizjali tal-Kummissjoni fit-23 ta’ Mejju 2012[3] u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali fid-29 ta’ Marzu 2012[4]. Il-Kumitat tar-Reġjuni adotta wkoll opinjoni favorevoli fil-15 ta’ Frar 2012[5].

Il-proposta u l-varjanti tagħha ġew diskussi b’mod estensiv fil-laqgħat tal-Kunsill, li bdew taħt il-Presidenza Pollakka[6] u komplew b’pass aktar mgħaġġel taħt il-Presidenza Daniża, iżda fallew milli jiksbu l-appoġġ unanimu meħtieġ minħabba differenzi fundamentali u rrikonċiljabbli fost l-Istati Membri.

Waqt il-laqgħat tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju u l-10 ta’ Lulju 2012, ġie aċċertat li d-differenzi essenzjali fl-opinjonijiet jippersistu fir-rigward tal-ħtieġa għat-twaqqif ta’ sistema komuni ta’ TTF fil-livell tal-UE u li l-prinċipju ta’ taxxa armonizzata fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji mhux se jirċievi appoġġ unanimu fil-Kunsill fil-futur prevedibbli.

Minn dan ta’ hawn fuq isegwi li l-għanijiet ta’ sistema komuni ta’ TTF, kif diskussi fil-Kunsill wara l-proposta inizjali tal-Kummissjoni, ma jistgħux jintlaħqu fi żmien raġonevoli mill-Unjoni sħiħa.

Abbażi tat-talba ta’ 11-il Stat Membru (il-Belġju, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, l-Awstrija, il-Portugall, is-Slovenja u s-Slovakkja) il-Kummissjoni ppreżentat proposta[7] lill-Kunsill biex jawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji.

Fit-talbiet tagħhom l-Istati Membri kollha speċifikaw li l-kamp ta’ applikazzjoni u l-għanijiet tal-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni li jimplimentaw kooperazzjoni msaħħa għandhom ikunu bbażati fuq il-proposta tat-TFF inizjali tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, huma speċifikaw li azzjonijiet evażivi, distorsjonijiet u trasferimenti lejn ġurisdizzjonijiet oħra għandhom jiġu evitati.

Din il-proposta għal Direttiva tikkonċerna l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tat-TTF, skont l-awtorizzazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Jannar 2013, maħruġa wara li ngħata l-kunsens mill-Parlament Ewropew mogħti fit-12 ta’ Diċembru 2012.

Fid-dawl ta’ dan il-kuntest ġdid ta’ kooperazzjoni msaħħa, il-proposta tal-Kummissjoni tal-2011 imsemmija hawn fuq issir mingħajr skop u għalhekk il-Kummissjoni biħsiebha tirtiraha.

Il-Proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill f’sistema ta’ riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea tad-29 ta’ Ġunju 2011[8], kif emendata fid-9 ta’ Novembru 2011[9], tistabbilixxi li parti mill-irċevuti maħruġa bit-TTF għandhom jikkonstitwixxu riżors proprju tal-baġit tal-UE. Dan ikun jimplika li r-riżorsi bbażati fuq l-ING imfassla mill-Istati Membri parteċipanti jkunu mnaqqsa skont dan.

1.2. L-għanijiet tal-proposta

L-għanijiet ġenerali ta’ din il-proposta huma dawk tal-proposta oriġinali tal-Kummissjoni tal-2011. L-aħħar kriżi ekonomika u finanzjarja globali riċenti u li għadha għaddejja kellha impatt serju fuq l-ekonomiji u l-finanzi pubbliċi fl-UE. Is-settur finanzjarju kellu rwol maġġuri biex ikkawża l-kriżi ekonomika filwaqt li l-gvernijiet u ċ-ċittadini Ewropej in ġenerali kellhom iġarrbu l-ispejjeż. Is-settur finanzjarju, għalkemm hu magħmul minn varjetà wiesa’ ta’ atturi tas-suq, esperjenza b’mod ġenerali profittabilità għolja tul l-aħħar żewġ deċennji li tista’ tkun parzjalment ir-riżultat ta’ xibka tas-sigurtà (impliċita jew espliċita) provduta mill-gvernijiet, flimkien mar-regolamenti tas-settur finanzjarju u l-eżenzjoni mill-VAT.

F’dawn iċ-ċirkostanzi, xi Stati Membri bdew jimplimentaw forom addizzjonali tat-tassazzjoni tas-settur finanzjarju, filwaqt li Stati Membri oħra diġà kellhom fis-seħħ reġimi tat-taxxa speċifiċi għal tranżazzjonijiet finanzjarji. Is-sitwazzjoni attwali twassal għall-effetti mhux mixtieqa li ġejjin:

– frammentazzjoni tat-trattament tat-taxxa fis-suq intern għas-servizzi finanzjarji - filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu l-għadd dejjem jikber ta’ miżuri tat-taxxa nazzjonali mhux koordinati li qed jiddaħħlu - bil-possibbiltajiet konsegwenti ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni bejn strumenti finanzjarji, atturi u postijiet tas-suq madwar l-Unjoni Ewropea u t-tassazzjoni doppja jew in-non-tassazzjoni;

– l-istituzzjonijiet finanzjarji ma jagħmlux kontribut ġust u sostanzjali biex ikopru l-ispiża tal-kriżi reċenti u kundizzjonijiet ekwi ma’ setturi oħra mil-lat tat-tassazzjoni mhumiex żgurati;

– il-politika tat-tassazzjoni ma tikkontribwixxix la biex tipprovdi diżinċentivi għal tranżazzjonijiet li ma jtejbux l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji, iżda li tista’ biss tiżvija kirjiet mis-settur mhux finanzjarju tal-ekonomija lill-istituzzjonijiet finanzjarji u, għalhekk, twassal għal investiment eċċessiv f’attivitajiet li ma jkattrux il-benessri, u lanqas biex tikkontribwixxi miżuri attwali regolatorji u li jissorvelja biex jiġu evitati kriżijiet futuri fis-settur tas-servizzi finanzjarji.

L-implimentazzjoni ta’ sistema komuni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji fost għadd suffiċjenti ta’ Stati Membri tkun tinvolvi vantaġġi tanġibbli immedjati fuq it-tliet punti elenkati hawn fuq, fir-rigward tat-tranżazzjonijiet finanzjarji koperti bil-kooperazzjoni msaħħa. B’konnessjoni ma’ dawn il-punti, il-pożizzjoni tal-Istati Membri parteċipanti f’termini tar-riskji ta’ rilokazzjoni, id-dħul mit-taxxa u l-effiċjenza tas-suq finanzjarju u l-evitar ta’ tassazzjoni doppja jew non-tassazzjoni, tiġi mtejba.

Id-deċiżjoni li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa sabet li r-rekwiżiti kollha tat-Trattat fir-rigward ta’ kooperazzjoni bħal din huma ssodisfati, u b’mod partikolari li l-kompetenzi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet ta’ Stati Membri mhux parteċipanti huma rrispettati. Il-proposta preżenti tistabbilixxi s-sustanza meħtieġa għall-kooperazzjoni b’hekk awtorizzata, skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat.

1.3.        Approċċ ġenerali u relazzjoni mal-proposta inizjali tal-Kummissjoni

Din il-proposta hija bbażata fuq il-proposta oriġinali tal-Kummissjoni tal-2011 jiġifieri li tirrispetta l-prinċipji essenzjali kollha tagħha. Madankollu, saru xi adattamenti:

– biex jitqies il-kuntest il-ġdid ta’ kooperazzjoni msaħħa; dan partikolarment ifisser li “l-ġurisdizzjoni tat-TTF” hija limitata għall-Istati Membri parteċipanti, li t-tranżazzjonijiet imwettqa fi Stat Membru parteċipanti li kien ikun intaxxat skont il-proposta oriġinali jibqa’ taxxabbli, u li jkun żgurat li d-Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE tat-12 ta’ Frar 2008 dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital[10], li l-modifika tagħha kienet ġiet proposta fil-proposta inizjali, tibqa’ mhux affettwata;

– għal xi wħud mid-dispożizzjonijiet proposti għal raġunijiet ta’ ċarezza u

– biex jissaħħaħ aktar in-nuqqas tal-evitar tat-tassazzjoni; dan jinkiseb permezz ta’ regoli li permezz tagħhom it-tassazzjoni ssegwi “il-prinċipju tal-ħruġ” bħala l-aħħar għażla, li jħallat “il-prinċipju ta’ stabbiliment”, li huwa miżmum bħala l-prinċipju ewlieni. Din iż-żieda tirrifletti notevolment it-talbiet tal-Istati Membri interessati li semmew il-bżonn li jiġu evitati azzjonijiet evażivi, distorsjonijiet u trasferimenti lejn ġurisdizzjonijiet oħra. Tabilħaqq, billi wieħed jikkumplimenta l-prinċipju tar-residenza b’elementi tal-prinċipju tal-ħruġ, se jkun anqas vantaġġuż li jiġu rrilokati attivitajiet u stabbilimenti barra l-ġurisdizzjonijiet tat-TTF, billi n-negozju fl-istrumenti finanzjarji soġġetti għat-tassazzjoni taħt il-prinċipju tal-aħħar u maħruġ f’ġurisdizzjonijiet tat-TTF se jkun taxxabbli xorta waħda.

2.           IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

2.1.        Konsultazzjoni u għarfien espert esterni

Il-proposta oriġinali ġiet ifformulata fl-isfond ta’ firxa wiesgħa ta’ kontribuzzjonijiet esterni. Dawn il-kontribuzzjonijiet ħadu l-forma ta’ reazzjonijiet li ġew riċevuti matul il-konsultazzjoni pubblika dwar it-tassazzjoni tas-settur finanzjarju, konsultazzjonijiet immirati mal-Istati Membri, mal-esperti u mal-partijiet interessati tas-settur finanzjarju, kif ukoll tliet studji esterni differenti kkummissjonati għall-fini tal-valutazzjoni tal-impatt li jakkompanjaw il-proposta oriġinali. Ir-riżultati tal-proċess ta’ konsultazzjoni u l-kontribut estern huma riflessi f’din il-valutazzjoni tal-impatt.

Din il-Proposta ma tvarjax b’mod ċar mill-proposta tal-Kummissjoni ta’ Settembru 2011 u żżomm l-istess soluzzjonijiet ta’ prinċipju għal sistema komuni tat-TTF b’kooperazzjoni msaħħa (eż. fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tat-taxxa, l-istabbiliment ta’ istituzzjoni finanzjarja involuta fi tranżazzjoni bħala l-fattur li jorbot, l-ammont taxxabbli u r-rati u l-persuna soġġetta li tħallas it-taxxa lill-awtoritajiet tat-taxxa) u għalhekk l-ebda konsultazzjonijiet speċifiċi ġodda ma ġew mibdija mill-Kummissjoni.Madankollu, il-Kummissjoni bbenefikat ukoll minn konsultazzjoni tal-partijiet interessati kollha matul l-aħħar sena, bħall-Istati Membri, il-parlamenti nazzjonali u l-Parlament Ewropew, ir-rappreżentanti tal-industrija finanzjarja minn ġewwa u minn barra l-Unjoni Ewropea, id-dinja akkademika, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, u r-riżultati ta’ studji esterni ad hoc li kienu ġew ippubblikati wara t-tressiq tal-proposta inizjali tal-Kummissjoni dwar sistema komuni tat-TTF għall-Unjoni Ewropea kollha.

Rappreżentanti tal-Kummissjoni ħadu sehem f’bosta avvenimenti pubbliċi madwar u barra l-Ewropa dwar l-istabbiliment ta’ sistema komuni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji. Il-Kummissjoni ħadet sehem ukoll b’mod attiv fi djalogu ma’ dawk il-parlamenti nazzjonali u l-kumitati relevanti tagħhom li xtaqu li jiddiskuti l-proposta oriġinali tal-Kummissjoni.

2.2.        Valutazzjonai tal-impatt

Is-servizzi tal-Kummissjoni wettqu valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-proposta oriġinali tagħha adottata fit-28 ta’ Settembru 2011. Aktar analiżi teknika addizzjonali ta’ din il-proposta ġiet ippreżentata fuq il-websajt tal-Kummissjoni[11]. Kif mitlub mill-Istati Membri li talbu l-awtorizzazzjoni għal kooperazzjoni msaħħa, il-kamp ta’ applikazzjoni u l-għanijiet ta’ din il-proposta huma bbażati fuq il-proposta inizjali tal-Kummissjoni. Għalhekk, l-elementi fundamentali tal-proposta tal-aħħar ma jinbidlux, u għalhekk valutazzjoni ġdida tal-impatt li tkopri l-istess suġġett ma kienx meqjus xieraq.

Madankollu, l-Istati Membri qiesu għażliet alternattivi ta’ politika differenti fil-qafas tal-proposta inizjali tal-Kummissjoni. Din il-proposta l-ġdida għandha wkoll l-għan li timplimenta kooperazzjoni msaħħa, meta mqabbla mal-proposta inizjali għal Direttiva li għandha tiġi applikata mill-Istati Membri kollha, u l-Istati Membri wrew speċifikament interess li jitgħallmu aktar dwar il-mekkaniżmi speċifiċi li jistgħu jkunu qed jintużaw f’dan il-kuntest u l-effetti ewlenin tagħhom. Għalhekk, is-servizzi tal-Kummissjoni għamlu analiżi addizzjonali ta’ dawn l-għażliet u l-impatti ta’ politika li tikkumplimenta u tirrevedi, fejn xieraq, is-sejbiet tal-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-proposta inizjali tal-2011.

3.           L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

3.1.        Il-bażi legali

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/52/UE tat-22 ta’ Jannar 2013 li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji[12] awtorizzat lill-Istati Membri elenkati fl-Artikolu 1 tagħha sabiex jistabbilixxu kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tat-TTF.

Il-bażi legali rilevanti għad-Direttiva proposta hija l-Artikolu 113 TFUE. Il-proposta għandha l-għan li tarmonizza l-leġiżlazzjoni li tikkonċerna t-tassazzjoni indiretta fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji, li hija meħtieġa sabiex tiżgura l-funzjonament tajjeb tas-suq intern u tevita distorsjoni tal-kompetizzjoni. Istituzzjonijiet finanzjari ta’ Stati mhux parteċipanti se jibbenefikaw mill-kooperazzjoni msaħħa, billi dawn se jkunu ffaċċjati b’sistema waħda biss komuni ta’ TTF applikabbli fl-Istati Membri parteċipanti minflok għadd kbir ta’ sistemi.

3.2.        Sussidjarjetà u proporzjonalità

L-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni li tikkonċerna t-tassazzjoni tat-tranżazzjonijiet finanzjarji meħtieġa għal funzjonament tajjeb tas-suq intern u sabiex tiġi evitata distorsjoni tal-kompetizzjoni, anki jekk tkun fost l-Istati Membri parteċipanti biss, tista’ tinkiseb biss permezz ta’ att tal-Unjoni, jiġifieri permezz ta’ definizzjoni uniformi tal-karatteristiċi essenzjali ta’ TTF. Ir-regoli komuni huma meħtieġa biex jiġu evitati rilokalizzazzjonijiet żejda ta’ tranżazzjonijiet u parteċipanti fis-suq u sostituzzjoni ta’ strumenti finanzjarji.

Bl-istess mod, definizzjoni uniformi fil-livell tal-UE jista’ jkollha rwol kruċjali fit-tnaqqis tal-frammentazzjoni eżistenti tas-suq intern, inkluż għall-prodotti differenti tas-settur finanzjarju li ħafna drabi jservu bħala sostituti mill-qrib. Nuqqas ta’ armonizzazzjoni tat-TTF iwassal għal arbitraġġ tat-taxxa u l-potenzjal ta’ tassazzjoni doppja jew non-tassazzjoni. Dan mhux biss jevita li t-tranżazzjonijiet finanzjarji jsiru f’kundizzjonijiet ekwi, iżda jaffettwa wkoll id-dħul tal-Istati Membri. Barra minn hekk, jimponi spejjeż addizzjonali ta’ konformità fuq is-settur finanzjarju minħabba sistemi tat-taxxa wisq differenti. Dawn is-sejbiet jibqgħu validi f’kuntest ta’ kooperazzjoni msaħħa, anki jekk it-tali kooperazzjoni timplika firxa ġeografika aktar imnaqqsa minn skema simili adottata fil-livell tas-27 Stat Membru kollha.

Il-proposta attwali għalhekk tikkonċentra fuq it-twaqqif ta’ struttura komuni tat-taxxa u dispożizzjonijiet komuni dwar il-ħlas. Għalhekk, il-proposta tħalli marġni biżżejjed għall-immanuvrar għall-Istati Membri parteċipanti meta niġu għall-issettjar attwali tar-rati tat-taxxa ’l fuq mill-minimu. Min-naħa l-oħra, huwa propost li jikkonferixxu setgħat delegati lill-Kummissjoni rigward l-ispeċifikazzjoni tar-reġistrazzjoni, il-kontabbiltà, ir-rappurtar u obbligi oħra maħsuba biex jiżguraw li t-TTF minħabba l-awtoritajiet tat-taxxa hija effettivament imħallsa lilhom. Fir-rigward tal-metodi uniformi tal-ġbir tat-TTF dovuta, huma proposti setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni.

Qafas komuni għal TTF għaldaqstant jirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. L-għan ta’ din il-proposta ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jista’, permezz tal-iżgurar tal-funzjonament xieraq tas-suq intern, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, jekk meħtieġ permezz ta’ kooperazzjoni msaħħa.

L-armonizzazzjoni proposta, fil-forma ta’ Direttiva aktar milli Regolament, ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet segwiti, l-ewwel u qabel kollox għall-funzjonament xieraq tas-suq intern. Għalhekk hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità.

3.3.        Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta

3.3.1.     Kapitolu I (Is-suġġett u d-definizzjonijiet)

Dan il-Kapitolu jiddefinixxi s-suġġett ta’ din id-Direttiva proposta li fiha l-proposta għall-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tat-TTF. Barra minn hekk, dan il-Kapitolu jipprovdi definizzjonijiet tat-termini ewlenin użati f’din il-proposta.

3.3.2.     Il-Kapitolu II (Kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema komuni ta’ TTF)

Dan il-kapitolu jiddefinixxi l-qafas essenzjali tas-sistema komuni proposta tat-TTF b’kooperazzjoni msaħħa. Din t-TTF għandha l-għan li tintaxxa tranżazzjonijiet grossi qabel xi kalkolazzjoni tat-totalizzar.

Il-kamp ta’ applikazzjoni tat-taxxa huwa wiesa', minħabba li l-għan tiegħu huwa li jkopri tranżazzjonijiet relatati mat-tipi kollha ta’ strumenti finanzjarji minħabba li ħafna drabi huma sostituti viċini għal xulxin. B’hekk, il-kamp ta’ applikazzjoni jkopri strumenti li huma negozjabbli fis-suq tal-kapital, strumenti tas-suq monetarju (bl-eċċezzjoni tal-istrumenti tal-ħlas), unitajiet jew ishma f’impriżi ta’ investiment kollettiv - li jinkludu impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) u fondi ta’ investiment alternattiv (AIF)[13] u kuntratti tad-derivati. Barra minn hekk, il-kamp ta’ applikazzjoni tat-taxxa mhuwiex limitat għall-kummerċ fis-swieq organizzati, bħas-swieq regolati, faċilitajiet multilaterali tan-negozju jew internalizzaturi sistematiċi, iżda tkopri wkoll tipi oħra ta’ kummerċ inkluż negozju barra l-Borża. Lanqas mhuwa limitat għat-trasferiment ta’ sjieda iżda pjuttost jirrappreżenta l-obbligu li sar, li jirrifletti jekk il-parti kkonċernata tassumix ir-riskju implikat minn strument finanzjarju partikolari (“xiri u bejgħ”) jew le.

Barra minn hekk, meta l-istrumenti finanzjarji li x-xiri u l-bejgħ tagħhom huwa taxxabbli jiffurmaw l-oġġett ta’ trasferiment bejn entitajiet separati ta’ grupp, dan it-trasferiment għandu jkun taxxabbli anki jekk jista’ ma jkunx xiri jew bejgħ.

Skambji ta’ strumenti finanzjarji u riakkwist u riakkwist invers u self ta’ titoli u ftehimiet ta’ self huma espliċitament inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-taxxa. Għal raġunijiet biex jevitaw ċ-ċirkomvenzjoni tat-taxxa, l-iskambji tal-istrumenti finanzjarji huma meqjusa li jagħtu lok għal żewġ tranżazzjonijiet finanzjarji. Min-naħa l-oħra, permezz ta’ ftehim ta’ riakkwist u riakkwist invers u self ta’ titoli u ftehimiet ta’ self, strument finanzjarju huwa poġġut għad-dispożizzjoni ta’ persuna partikolari għal perjodu ta’ żmien definit. Kull ftehim bħal dawn għandu għalhekk jitqies bħala li jagħti lok għal tranżazzjoni finanzjarja waħda biss.

Barra minn hekk, sabiex jipprevjeni l-evitar tat-taxxa, kull modifika materjali ta’ tranżazzjoni finanzjarja taxxabbli għandha titqies bħala tranżazzjoni finanzjarja taxxabbli ġdida tal-istess tip bħat-tranżazzjoni oriġinali. Huwa propost li tiżdied lista mhux limitata ta’ dak li jista’ jiġi kkunsidrat bħala modifika materjali.

Barra minn hekk, meta kuntratt tad-derivati jirriżulta fi provvista ta’ strumenti finanzjarji, minbarra l-kuntratt tad-derivati taxxabbli, il-provvista ta’ dawn l-istrumenti finanzjarji tkun soġġetta wkoll għat-taxxa, sakemm il-kundizzjonijiet kollha l-oħra għat-tassazzjoni jkunu sodisfatti.

Għall-istrumenti finanzjarji li jistgħu jiffurmaw l-oġġett ta’ tranżazzjoni finanzjarja taxxabbli, il-qafas regolatorju relevanti fil-livell tal-UE jipprovdi ġabra ta’ definizzjonijiet ċara, komprensiva u aċċettata[14]. Mid-definizzjonijiet użati jirriżulta li tranżazzjonijiet tal-munita immedjati mhumiex tranżazzjonijiet finanzjarji taxxabbli, filwaqt li kuntratti tad-derivati tal-munita huma. Il-kuntratti tad-derivati li jirreletaw ma’ komoditajiet huma koperti wkoll, filwaqt li t-tranżazzjonijiet ta’ komoditajiet fiżiċi mhumiex.

Prodotti strutturati, jiġifieri titoli kummerċjabbli jew strumenti finanzjarji oħra offruti permezz ta’ titolizzazzjoni jistgħu wkoll jiffurmaw l-iskop ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji taxxabbli . Prodotti bħal dawn huma komparabbli ma’ kwalunkwe strument finanzjarju ieħor u għalhekk jeħtieġu li jiġu koperti bit-terminu strument finanzjarju kif użat f’din il-proposta. L-esklużjoni tagħhom mill-kamp ta’ applikazzjoni tat-TTF tiftaħ opportunitajiet ta’ evitar. Din il-kategorija ta’ prodotti tinkludi b’mod partikolari ċerti noti, warrants u ċertifikati kif ukoll titolizzazzjonijiet bankarji li ġeneralment jittrasferixxu parti kbira mir-riskju ta’ kreditu assoċjat ma’ assi bħal ipoteki jew self fis-suq, kif ukoll titolizzazzjonijiet ta’ assigurazzjoni, li jinvolvu t-trasferiment ta’ tipi oħra ta’ riskju, pereżempju r-riskju ta’ sottoskrizzjoni.

Madankollu, il-kamp ta’ applikazzjoni tat-taxxa huwa ffukat fuq tranżazzjonijiet finanzjarji li jsiru minn istituzzjonijiet finanzjarji li jaġixxu bħala parti minn tranżazzjoni finanzjarja, jew għal kont tagħhom stess jew għal kont ta’ persuni oħra, jew li jaġixxu għan-nom ta’ parti għat-tranżazzjoni. Dan l-approċċ jiżgura li t-TTF tiġi applikata b’mod komprensiv. F’termini prattiċi l-preżenza ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji normalment hija evidenti permezz ta’ annotazzjonijiet rispettivi fil-kotba. L-impożizzjoni ta’ TTF ma għandhiex taffettwa b’mod negattiv il-possibbiltajiet tar-rifinanzjament ta’ istituzzjonijiet finanzjarji u Stati, u lanqas politiki monetarji in ġenerali jew amministrazzjoni ta’ dejn pubbliku. Għalhekk, tranżazzjonijiet mal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja, il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà, l-Unjoni Ewropea meta hi teżerċita l-funzjoni ta’ maniġment tal-assi tagħha, tal-bilanċ ta’ pagamenti ta’ self u attivitajiet simili, u l-banek ċentrali tal-Istati Membri għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE jibqgħu applikabbli bis-sħiħ. L-Artikolu 5(1)(e) u (2) ta’ dik id-Direttiva huwa rilevanti għall-qasam kopert minn din id-Direttiva u tipprojbixxi l-impożizzjoni ta’ kwalunkwe taxxa fuq it-tranżazzjonijiet imsemmija fit-termini tiegħu, bla ħsara għall-Artikolu 6(1)(a) tal-istess Direttiva. Għalhekk, sa fejn id-Direttiva 2008/7/KE tipprojbixxi jew tista’ tipprojbixxi l-impożizzjoni tat-taxxi fuq ċerti tranżazzjonijiet, partikolarment it-tranżazzjonijiet finanzjarji bħala parti mir-ristrutturar tal-operati jew tal-ħruġ ta’ titoli kif definit f’din id-Direttiva, dawn ma għandhomx ikunu soġġetti għal TTF. L-għan huwa li wieħed jevita kwalunkwe kunflitt possibbli mad-Direttiva 2008/7/KE, mingħajr ma jkun meħtieġ li jiġi aċċertat il-limiti preċiżi tal-obbligi imposti minn dik id-Direttiva. Barra minn hekk, indipendentement mil-limitu li d-Direttiva 2008/7/KE tipprojbixxi t-tassazzjoni tal-ħruġ ta’ ishma u unitajiet ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv, il-kunsiderazzjonijiet tan-newtralità fiskali jeħtieġu trattament singolu ta’ ħruġ minn dawn l-impriżi kollha. It-tifdija ta’ ishma u unitajiet hekk maħruġa madankollu mhijiex fin-natura ta’ tranżazzjoni fis-suq primarju u għalhekk għandha tkun taxxabbli.

Minbarra l-esklużjoni tas-swieq primarji spjegata hawn fuq, ħafna mill-attivitajiet finanzjarji ta’ kuljum li huma rilevanti għaċ-ċittadini u għan-negozji jibqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tat-TTF. Dan huwa l-każ għall-konklużjoni ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni, self ipotekarju, krediti tal-konsumatur, self ta’ intrapriża, servizzi ta’ pagament eċċ. (għalkemm in-negozjar sussegwenti ta’ dawn permezz ta’ prodotti strutturati huwa inkluż). Barra minn hekk, tranżazzjonijiet tal-munita fi swieq immedjati huma barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tat-TTF, li dan jippreserva l-moviment liberu tal-kapital. Madankollu, kuntratti tad-derivati bbażati fuq tranżazzjonijiet tal-munita huma koperti mit-TTF minħabba li dawn fil-fatt mhumiex tranżazzjonijiet tal-munita.

Id-definizzjoni ta’ istituzzjonijiet finanzjarji hija wiesgħa u essenzjalment tinkludi ditti tal-investiment, swieq organizzati, istituzzjonijiet ta’ kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni u ta’ riassigurazzjoni, impriżi ta’ investiment kollettiv u l-maniġers tagħhom, fondi tal-pensjonijiet u l-maniġers tagħhom, kumpaniji holding, kumpaniji ta’ kiri finanzjarju, entitajiet b’għan speċjali, u fejn possibbli tirreferi għad-definizzjonijiet pprovduti mil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE adottata għal finijiet regolatorji. Barra minn hekk, impriżi oħra, istituzzjonijiet, korpi jew persuni li jwettqu ċerti attivitajiet finanzjarji b’valur medju annwali sinifikanti ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji għandhom jitqiesu bħala istituzzjonijiet finanzjarji. Din il-proposta tistabbilixxi limitu minimu ta’ 50 % tal-fatturat annwali nett medju globali tagħha tal-entità kkonċernata.

Id-Direttiva proposta tipprovdi għal aktar dettalji tekniċi tal-kalkolu tal-valur tat-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-medja tal-valuri msemmija fir-rigward ta’ entitajiet li jistgħu jitqiesu bħala istituzzjonijiet finanzjarji biss skont il-valur tat-tranżazzjonijiet finanzjarji li huma jwettqu, u tagħmel dispożizzjoni għal sitwazzjonijiet fejn it-tali entitajiet ma għadhomx jikkwalifikaw bħala istituzzjonijiet finanzjarji.

Kontropartijiet ċentrali (CCPs), Depożitarji Ċentrali tat-Titoli (CSDs), Depożitarji Ċentrali tat-Titoli Internazzjonali (ICSDs) u Stati Membri u korpi pubbliċi fdata bil-funzjoni tal-immaniġġjar tad-dejn pubbliku, meta jeżerċitaw din il-funzjoni ma jitqisux istituzzjonijiet finanzjarji safejn dawn ma jkunux involuti f’attività kummerċjali fiha nnifsa. Dawn huma importanti wkoll għal aktar effiċjenza u aktar trasparenza fil-funzjonament tas-swieq finanzjarji u għall-ġestjoni tajba tad-dejn pubbliku. Madankollu, minħabba r-rwol ċentrali tagħhom ċerti obbligi dwar l-iżgurar tal-ħlas tat-taxxa lill-awtoritajiet tat-taxxa u l-verifika tal-ħlas għandhom ikomplu japplikaw.

L-applikazzjoni territorjali tat-TTF propost u d-drittijiet tat-taxxa tal-Istati Membri parteċipanti huma definiti fuq il-bażi tar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 4. Din id-dispożizzjoni tirreferi għall-idea ta’ “stabbiliment”. Fl-aħħar mill-aħħar, din hija bbażata fuq il-“prinċipju ta’ residenza” supplimentata b’elementi tal-prinċipju tal-ħruġ bil-ħsieb l-aktar biex tissaħħaħ l-antirilokazzjoni (dettalji rigward dan l-aħħar aspett huma stabbiliti hawn taħt).

Sabiex tranżazzjoni finanzjarja tkun taxxabbli fl-Istati Membri parteċipanti, waħda mill-partijiet fit-tranżazzjoni teħtieġ li tkun stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru parteċipanti skont il-kriterji tal-Artikolu 4. It-tassazzjoni se sseħħ fi Stat Membru parteċipanti fit-territorju li fih jinstab l-istabbiliment ta’ istituzzjoni finanzjarja, bil-kundizzjoni li din l-istituzzjoni hija parti għat-tranżazzjoni, li taġixxi jew għal kont tagħha stess jew għal kont ta’ persuna oħra, jew qiegħda taġixxi f’isem parti għat-tranżazzjoni.

Fil-każ li l-istituzzjonijiet finanzjarji differenti, bħala partijiet għat-tranżazzjoni jew li jaġixxu f’isem dawn il-partijiet, huma stabbiliti fit-territorju ta’ Stati Membri parteċipanti differenti, skont il-kriterji tal-Artikolu 4, kull wieħed minn dawn l-Istati Membri differenti se jkun kompetenti sabiex jissoġġetta t-tranżazzjoni għal taxxa bir-rati li jkun stabbilixxa skont din il-proposta. Meta l-istabbilimenti kkonċernati jinsabu fit-territorju ta’ Stat li ma jkunx Stat Membru parteċipanti t-tranżazzjoni ma tkunx soġġetta għal TTF fi Stat Membru parteċipanti, sakemm waħda mill-partijiet għat-tranżazzjoni tkun stabbilita fi Stat Membru parteċipanti li f’liema każ l-istituzzjoni finanzjarja li mhijiex stabbilita fi Stat Membru parteċipanti għandha wkoll tiġi meqjusa li hija stabbilita f’dak l-Istat Membru parteċipanti u t-tranżazzjoni taxxabbli ssir hemmhekk.

Bidla waħda partikolari minħabba l-kuntest il-ġdid ta’ kooperazzjoni msaħħa tikkonċerna dak li kien l-Artikolu 3(1)(a) tal-proposta inizjali. F’dik il-proposta, ir-referenza għal istituzzjoni finanzjarja “awtorizzata” minn Stat Membru kopriet l-awtorizzazzjonijiet mill-kwartieri ġenerali u l-awtorizzazzjonijiet ipprovduti mill-Istat Membru kkonċernat fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet operati minn istituzzjonijiet finanzjarji ta’ pajjiż terz mingħajr il-preżenza fiżika fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru. Fil-konfigurazzjoni ta' qabel, it-tranżazzjonijiet jistgħu jiġu koperti, skont il-każ, permezz ta’ “passaport” previst fil-leġiżlazzjoni tal-UE. L-unika “awtorizzazzjoni” hija mbagħad dik mogħtija għall-kwartieri ġenerali tal-istituzzjoni finanzjarja. F’kuntest ta’ kooperazzjoni msaħħa, tista’ titqajjem konfigurazzjoni ġdida, jiġifieri ta’ istituzzjonijiet bil-kwartieri ġenerali fi Stat Membru mhux parteċipanti li joperaw fuq il-bażi ta’ “passaport” fil-ġurisdizzjoni tat-TTF (ara pereżempju l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2004/39/KE). Fis-sitwazzjoni tal-aħħar għandhom ikunu assimilati għas-sitwazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-pajjiż terz li joperaw fuq il-bażi ta’ awtorizzazzjoni speċifika pprovduta mill-Istat Membru kkonċernat mit-tranżazzjoni.

Il-prinċipju tar-residenza huwa supplimentat wkoll minn elementi tal-“prinċipju tal-ħruġ” bħala l-aħħar rimedju, sabiex titjieb ir-reżiljenza tas-sistema kontra r-rilokazzjoni. Billi wieħed jikkumplimenta l-prinċipju tar-residenza bil-prinċipju tal-ħruġ, se jkun anqas vantaġġuż biex wieħed jirriloka attivitajiet u stabbilimenti barra l-ġurisdizzjonijiet tat-TTF, minħabba li n-negozju fl-istrumenti finanzjarji soġġetti għat-tassazzjoni skont il-prinċipju tal-aħħar u maħruġ f’ġurisdizzjonijiet tat-TTF se jkun taxxabbli xorta waħda. Dan japplika meta l-ebda waħda miż-żewġ partijiet fit-tranżazzjoni ma tkun ġiet “stabbilita” fi Stat Membru parteċipanti, fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti tal-proposta inizjali tal-Kummissjoni iżda fejn dawn il-partijiet qed jagħmlu kummerċ fi strumenti finanzjarji maħruġa f’dak l-Istat Membru. Dan jikkonċerna essenzjalment ishma, bonds u titoli ekwivalenti, strumenti tas-suq monetarju, prodotti strutturati, unitajiet u ishma f’impriżi ta’ investiment kollettiv u d-derivati kkummerċjalizzati f’postijiet tal-kummerċ jew ta’ pjattaformi organizzati. Fil-kuntest tal-prinċipju tal-ħruġ, li jinkludi ukoll ċerti taxxi attwali tas-settur finanzjarju nazzjonali, it-tranżazzjoni hija marbuta ma’ Stat Membru parteċipanti li fih l-emittent huwa lokalizzat. Il-persuni involuti fi tranżazzjoni bħal din se jitqiesu li jkunu stabbiliti f’dak l-Istat Membru minħabba din ir-rabta, u l-istituzzjoni finanzjarja/i kkonċernati se jkollhom iħallsu TTF f’dak l-Istat.

Il-kriterji kollha msemmija hawn fuq huma soġġetti għal regola ġenerali, fir-rigward tal-każ fejn il-persuna obbligata li tħallas it-taxxa turi li ma hemm l-ebda rabta bejn is-sustanza ekonomika tat-tranżazzjoni u t-territorju ta’ kull Stat Membru parteċipanti. F’dak il-każ, l-istituzzjoni finanzjarja jew persuna oħra ma għandhiex tiġi kkunsidrata stabbilita fi Stat Membru parteċipanti.

Kollox ma’ kollox, permezz tal-fatturi ta’ konnessjoni magħżula flimkien mar-regola ġenerali msemmija hawn fuq, huwa żgurat li t-tassazzjoni tista’ ssir biss fil-preżenza ta’ rabta suffiċjenti bejn it-tranżazzjoni u t-territorju tal-ġurisdizzjoni tat-TTF. Bħal fil-leġiżlazzjoni attwali tal-UE fil-qasam tat-taxxi indiretti, il-prinċipji ta’ territorjalità huma rrispettati.

3.3.3.     Kapitolu III (ħlas, ammont taxxabbli u rati)

Il-mument tal-impożizzjoni tal-ħlas huwa definit bħala l-mument meta sseħħ it-tranżazzjoni finanzjarja. Kanċellazzjoni sussegwenti ma tistax titqies bħala raġuni biex jiġi eskluż il-ħlas tat-taxxa, ħlief f’każijiet ta’ żbalji.

Bħala tranżazzjonijiet f’derivati u strumenti finanzjarji minbarra d-derivati għandhom natura u karatteristiċi differenti, huma għandhom ikunu assoċjati ma’ ammonti taxxabbli differenti.

Għax-xiri u l-bejgħ ta’ strumenti finanzjarji (minbarra derivati), ġeneralment jiġi ddeterminat prezz jew forma oħra ta’ remunerazzjoni. Loġikament, dan għandu jiġi definit bħala l-ammont taxxabbli. Madankollu, biex jiġu evitati distorsjonijiet tas-suq hemm il-ħtieġa ta’ regoli speċjali meta r-rimunerazzjoni tkun aktar baxx mill-prezz tas-suq jew fil-każ ta’ tranżazzjonijiet li jkunu qegħdin iseħħu bejn entitajiet ta’ grupp u li mhumiex koperti mill-kunċetti ta’ “xiri” u “bejgħ”. F’dawn il-każijiet, l-ammont taxxabbli għandu jkun il-prezz tas-suq stabbilit f’distakk fiż-żmien meta l-TTF issir dovuta. It-tali tranżazzjonijiet bejn entitajiet ta’ grupp aktarx li jinvolvu trasferimenti mingħajr kunsiderazzjoni, filwaqt li t-trasferimenti għal kunsiderazzjoni jikkorrispondu mal-kunċetti ta’ “xiri” u “bejgħ”.

Għax-xiri/bejgħ, it-trasferiment, l-iskambju, il-konklużjoni ta’ kuntratti tad-derivati, u l-modifiki materjali tagħhom, l-ammont taxxabbli tat-TTF għandu jkun l-ammont konċettwali msemmi fil-kuntratt tad-derivati fiż-żmien li jkun inxtara/inbiegħ, ġie trasferit, skambjat, konkluż jew meta l-operat ikkonċernat huwa modifikat materjalment. Dan l-approċċ se jippermetti applikazzjoni sempliċi u faċli ta’ TTF fuq kuntratti tad-derivati filwaqt li jiġu żgurati spejjeż baxxi għall-konformità u fuq l-amministrazzjoni. Barra minn hekk, dan l-approċċ jagħmilha aktar diffiċli li l-piż tat-taxxa jitnaqqas b’mod artifiċjali permezz ta’ tfassil kreattiv tal-kuntratt għall-kuntratt tad-derivati għaliex ma jkun għad fadal l-ebda inċentiv tat-taxxa biex dan isir, pereżempju li wieħed jidħol f’kuntratt dwar differenzi fi prezzijiet jew valuri biss. Barra minn hekk, jimplika t-tassazzjoni fil-mument tax-xiri/bejgħ, it-trasferiment, l-iskambju, il-konklużjoni tal-kuntratt jew il-modifika materjali tal-operazzjoni kkonċernata, meta mqabbel mal-intaxxar tal-fluss ta’ flus f’perjodi differenti waqt iċ-ċiklu tal-ħajja tal-kuntratt. Ir-rata li għandha tintuża f’dan il-każ teħtieġ li tkun pjuttost baxxa sabiex jiġi definit piż tat-taxxa adegwat.

Dispożizzjonijiet speċjali jistgħu jkunu meħtieġa fl-Istati Membri parteċipanti sabiex jipprevjenu l-frodi u l-evażjoni u r-regola ġenerali ta’ kontra l-abbuż hija proposta (ara wkoll it-Taqsima 3.3.4). Din ir-regola tista’ pereżempju tkun applikata f’każijiet fejn l-ammont konċettwali huwa artifiċjalment diviż: l-ammont konċettwali ta’ tpartita jista’ pereżempju jiġi diviż b’fattur arbitrarjament kbir u l-pagamenti kollha jistgħu jiġu mmultiplikati bl-istess fattur. Dan iħalli l-flussi tal-flus tal-istrument mhux mibdula, iżda arbitrarjament inaqqas id-daqs tal-bażi tat-taxxa.

Hemm bżonn ta’ dispożizzjonijiet speċjali sabiex jiddeterminaw l-ammont taxxabbli fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet fejn l-ammont taxxabbli jew il-partijiet tagħhom huma mfissra f’munita oħra minn dik tal-Istat Membru parteċipant ta’ valutazzjoni.

It-tranżazzjonijiet f’derivati u t-tranżazzjonijiet fi strumenti finanzjarji oħra ta’ natura differenti. Barra minn hekk, x’aktarx li s-swieq jirreaġixxu b’mod differenti għal taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji applikata għal kull waħda minn dawn iż-żewġ kategoriji. Għal dawn ir-raġunijiet, u sabiex tiġi żgurata tassazzjoni ugwali fuq bażi ġenerali, ir-rati għandhom jiġu differenzjati bejn iż-żewġ kategoriji.

Ir-rati għandhom ukoll jikkunsidraw id-differenzi fil-metodi applikabbli għad-determinazzjoni tal-ammonti taxxabbli.

Ġeneralment, ir-rati minimi tat-taxxa (li ’l fuq minnhom hemm lok ta’ manuvrar għall-politiki nazzjonali) huma proposti biex jiġu stabbiliti fuq livell għoli biżżejjed sabiex jintlaħaq l-għan ta’ armonizzazzjoni ta’ din id-Direttiva. Fl-istess ħin, ir-rati proposti huma baxxi biżżejjed sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ delokalizzazzjoni.

3.3.4.     Kapitolu IV (Ħlas ta’ TTF, obbligi relatati u l-prevenzjoni tal-evażjoni, l-evitar u l-abbuż)

Din il-proposta tiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tat-TTF b’referenza għat-tranżazzjonijiet finanzjarji li għalihom istituzzjoni finanzjarja stabbilita fit-territorju tal-Istat Membru parteċipanti kkonċernat huwa parti (li taġixxi jew għal kont tagħha stess jew għal kont ta’ persuna oħra) jew tranżazzjonijiet fejn l-istituzzjoni taġixxi f’isem ta’ parti. Istituzzjonijiet finanzjarji jeżegwixxu l-biċċa l-kbira tat-tranżazzjonijiet fis-swieq finanzjarji, u t-TTF għandha tikkonċentra fuq is-settur finanzjarju, aktar milli fuq iċ-ċittadini. Għalhekk, dawn l-istituzzjonijiet għandhom ikunu obbligati li jħallsu t-taxxa lill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri parteċipanti fit-territorji li dawn l-istituzzjonijiet finanzjarji huma meqjusa li jiġu stabbiliti. Madankollu, sabiex jevitaw ċertu kaskata tat-taxxa, meta istituzzjoni finanzjarja taġixxi f’isem jew għal kont ta’ istituzzjoni finanzjarja oħra, dik l-istituzzjoni finanzjarja l-oħra biss għandha tħallas it-taxxa.

Huwa propost ukoll li wieħed jiżgura kemm jista’ jkun li t-TTF hija mħallsa b’mod effettiv. Skont it-termini ta’ din il-proposta, għalhekk, fil-każ tat-TTF dovuta f’isem tranżazzjoni ma tkunx ġiet mħallsa f’waqtha kull parti għal dik it-tranżazzjoni għandha tiġi meqjusa konġuntament u separatament responsabbli għall-ħlas tat-taxxa. Barra minn hekk, l-Istati Membri parteċipanti għandu jkollhom il-possibbiltà li jżommu persuni oħra responsabbli b’mod konġunt għall-ħlas tat-taxxa, inkluż f’każijiet fejn parti għat-tranżazzjoni għandha l-kwartieri ġenerali tagħha li jinsabu barra mit-territorju tal-Istati Membri parteċipanti.

Din il-proposta tipprevedi wkoll limiti ta’ żmien għall-ħlas tat-TTF f’kontijiet determinati mill-Istati Membri parteċipanti. Il-biċċa l-kbira tat-tranżazzjonijiet finanzjarji jsiru permezz ta’ mezzi elettroniċi. F’dawn il-każijiet, it-TTF għandha titħallas immedjatament fil-mument tal-impożizzjoni tal-ħlas. F’każijiet oħra, it-taxxa għandha titħallas f’perjodu li, filwaqt li jkun twil biżżejjed sabiex jippermetti l-ipproċessar manwali tal-ħlas, jevita li jiġu akkumulati vantaġġi inġustifikabbli ta’ fluss ta’ flus għall-istituzzjoni finanzjarja kkonċernata. Perjodu ta’ tlett ijiem xogħol mill-mument tal-impożizzjoni tal-ħlas jista’ jitqies xieraq f’dan is-sens.

L-Istati Membri parteċipanti għandhom ikunu obbligati li jieħdu l-miżuri xierqa għar-reġistrazzjoni, il-kontabbiltà, ir-rappurtar u obbligi oħra għat-TTF li għanda tinġabar b’mod preċiż u fil-ħin u b’mod effettiv imħallas lill-awtoritajiet tat-taxxa. F’dan ir-rigward, huwa propost li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tipprovdi aktar dettalji. Dan huwa meħtieġ sabiex jiġu żgurati miżuri armonizzati li jnaqqsu l-ispejjeż tal-konformità għall-operaturi u biex jippermettu adattamenti tekniċi malajr kull meta dawn ikunu meħtieġa. F’dan il-kuntest, l-Istati Membri parteċipanti għandhom jieħdu vantaġġ mill-leġiżlazzjoni tal-UE eżistenti u li ġejja dwar is-swieq finanzjarji li tinkludi rapportar u obbligi ta’ manutenzjoni tad-dejta fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji.

Id-Direttiva proposta għandha tobbliga wkoll lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri sabiex jipprevjenu l-frodi u l-evażjoni.

Barra minn hekk, sabiex jiġi indirizzat ir-riskju ta’ abbuż li jista’ jdgħajjef l-operazzjoni proprja tas-sistema komuni, qed jiġi propost li tistabbilixxi numru ta’ dettalji fid-Direttiva. Għalhekk, il-proposta fiha regola ġenerali kontra l-abbużi, ibbażata fuq il-klawżola simili inkluża fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Diċembru 2012 dwar pjanifikazzjoni fiskali aggressiva[15], kif ukoll bħala provvediment ibbażat fuq l-istess prinċipji iżda jindirizza problemi partikolari marbuta ma’ rċevuti depożitarji u titoli simili.

Sabiex jiġu evitati komplikazzjonijiet fil-ġbir tat-taxxa permezz tal-metodi differenti tal-ġbir, u li jirriżultaw fi spejjeż ta’ konformità mhux meħtieġa, il-metodi applikati mill-Istati Membri parteċipanti għall-ġbir tat-TTF dovuti għandhom ikunu uniformi, sal-punt meħtieġ għal dawk il-finijiet. Metodi uniformi bħal dawn jistgħu jikkontribwixxi wkoll għal trattament ugwali għal kull min iħallas it-taxxa. Għalhekk, id-Direttiva proposta tipprovdi għoti ta’ setgħa lill-Kummissjoni li tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni għal dan l-għan.

Sabiex titħaffef l-amministrazzjoni tat-taxxa, l-Istati Membri parteċipanti jistgħu jintroduċu reġistri nazzjonali (aċċessibbli pubblikament) għall-entitajiet tat-TTF. Fil-prattika, setgħu jagħmlu użu tal-kodifikazzjoni eżistenti, pereżempju l-Kodiċijiet tal-Identifikazzjoni tan-Negozju (BIC/ISO 9362) għaż-żewġ istituzzjonijiet finanzjarji u mhux finanzjarji, il-Klassifikazzjoni ta’ Strumenti Finanzjarji (CFI/L-ISO 10962) għal strumenti finanzjarji u Kodiċi tal-Identifikatur tas-Suq (MIC/ISO 10383) għal swieq differenti.

Barra minn hekk, għal diskussjonijiet dwar id-definizzjoni ta’ metodi ta’ ġbir uniformi fil-Kumitat rilevanti, il-Kummissjoni tista’ torganizza laqgħat ta’ esperti regolari bl-għan li jiġi diskuss mal-Istati Membri parteċipanti l-operat tad-Direttiva ladarba tiġi adottata, b’modi partikolari li jiggarantixxi l-ħlas tat-taxxa u l-verifika tal-pagament, kif ukoll kwistjonijiet marbuta mal-prevenzjoni tal-evażjoni tat-taxxa, l-evitar u l-abbuż.

L-abbozz tad-Direttiva ma jindirizzax kwistjonijiet ta’ kooperazzjoni amministrattiva relatati mal-valutazzjoni u l-irkupru tat-taxxi, b’mod partikolari d-Direttiva 2011/16/UE tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE[16] (applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2013), id-Direttiva 2010/24/UE tal-Kunsill tas-16 ta’ Marzu 2010 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra[17] (applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2012). Id-Direttiva proposta hawnhekk la żżid ma’ dawn l-istrumenti, u lanqas tnaqqas il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom. Huma jkomplu japplikaw għat-taxxi kollha ta’ kwalunkwe tip miġbura minn jew f’isem Stat Membru[18], u din tinkludi TTF kif jagħmel kwalunkwe taxxa oħra b’hekk miġbura. Dawn l-istrumenti japplikaw għall-Istati Membri li għandhom jipprovdu assistenza fil-limiti u l-kundizzjonijiet tagħhom. Strumenti oħra li huma rilevanti f’dan il-kuntest l-OECD – Konvenzjoni Multilaterali tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka fi Kwistjonijiet ta’ Taxxa[19].

Flimkien mal-approċċ kunċettwali bażi għat-TTF (kamp ta’ applikazzjoni wiesa’, prinċipju tar-residenza definit b’mod wiesa’, l-ebda eżenzjoni), ir-regoli msemmija hawn fuq jippermettu li jiġu minimizzati l-evażjoni, l-evitar u l-abbuż mit-taxxa.

3.3.5.     Kapitolu V (Dispożizzjonijiet finali)

Mill-għan ta’ din il-proposta għall-armonizzazzjoni jirriżulta li l-Istati Membri ma għandhomx jitħallew iżommu jew jintroduċu taxxi fuq tranżazzjonijiet finanzjarji kif definit f’din il-proposta għajr t-TTF tad-Direttiva jew tal-VAT proposta. Tabilħaqq, safejn il-VAT hija kkonċernata, għandu jkompli japplika d-dritt ta’ taxxa alternattiva kif previst fl-Artikolu 137(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud[20]. Taxxi oħra bħal dawk fuq primjums ta’ assigurazzjoni eċċ. naturalment għandhom natura differenti, l-istess kif għandhom il-ħlasijiet għar-reġistrazzjoni fuq tranżazzjonijiet finanzjarji, fil-każ li jirrappreżentaw rimborż ġenwin ta’ spejjeż jew kunsiderazzjoni għal servizz mogħti. Għalhekk dawn it-taxxi u l-ħlasijiet mhumiex affettwati minn din il-proposta.

Huwa propost li l-Istati Membri parteċipanti jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet li jittrasponu d-Direttiva proposta fid-dispożizzjonijiet legali nazzjonali. L-ebda provvista ta’ dokumenti ta’ spjegazzjoni mhija proposta f’dan ir-rigward, minħabba l-għadd limitat tal-Artikoli fil-proposta u li jirriżultaw f’obbligi fuq l-Istati Membri.

4.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Stimi preliminari jindikaw li, skont ir-reazzjonijiet tas-suq, id-dħul minn din it-taxxa seta’ kien bejn EUR 30 u 35 biljun fl-Istati Membri parteċipanti kollha fuq bażi annwali li l-proposta oriġinali għall-UE27 ġiet applikata għall-UE11. Madankollu, meta wieħed jikkunsidra l-effetti netti tal-aġġustamenti li saru, imqabbla mal-proposta oriġinali, notevolment (i) il-kwistjoni tal-unitajiet u l-ishma tal-UCITS u l-AIF ma għadhiex ikkunsidrata li ma tkunx tranżazzjoni ta’ suq primarja, u (ii) id-dispożizzjonijiet ta’ kontra r-rilokazzjoni tal-prinċipju tar-residenza kif definiti inizjalment ġew imsaħħa billi jikkumpilmentawhom mal-elementi tal-prinċipju tal-ħruġ, l-istimi preliminari jindikaw li d-dħul tat-taxxa jista’ jkun fl-ordni ta’ kobor ta’ EUR 31 biljun fis-sena.

Il-Proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill f’sistema ta’ riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea tad-29 ta’Ġunju 2011[21], kif emendata fid-9 ta’ Novembru 2011[22], tistabbilixxili parti mill-irċevuti maħruġa bit-TTF għandhom jikkostitwixxu riżors proprju tal-baġit tal-UE. Ir-riżorsi bbażati fuq l-ING imfassla mill-Istati Membri parteċipanti jkunu mnaqqsa skont dan.

Il-Kunsill Ewropew tas-7/tat-8 ta’ Frar 2013 stieden l-Istati Membri parteċipanti biex jeżaminaw jekk it-TTF tistax tiġi bbażata għal riżors proprju ġdid għall-Baġit tal-UE.

2013/0045 (CNS)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-KUNSILL

li timplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2013/52/UE tat-22 ta’ Jannar 2013 li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji[23],

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[24],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[25],

Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1)       Fl-2011, il-Kummissjoni innotat dibattitu li kien għaddej fil-livelli kollha dwar it-tassazzjoni addizzjonali tas-settur finanzjarju. Id-dibattitu joriġina mix-xewqa li jiġi żgurat li s-settur finanzjarju jikkontribwixxi b’mod ġust u sostanzjali għall-ispejjeż tal-kriżi u li jiġi ntaxxat b’mod ekwu fil-konfront ta’ setturi oħrajn fil-ġejjieni, biex jiġu disinċentivati attivitajiet riskjużi wisq minn istituzzjonijiet finanzjarji, biex jiġu kkumplimentati miżuri regolatorji maħsuba biex jiġu evitati kriżijiet futuri u biex jiġi ġġenerat dħul addizzjonali għall-baġits ġenerali jew għal finijiet speċifiċi ta’ politika.

(2)       Bid-Deċiżjoni 2013/52/UE il-Kunsill awtorizza kooperazzjoni msaħħa bejn il-Belġju, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, l-Awstrija, il-Portugall, is-Slovenja u s-Slovakkja (minn hawn ’il quddiem “l-Istati Membri parteċipanti”) fiż-żona ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (TTF).

(3)       Sabiex jiġu evitati distorsjonijiet permezz ta’ miżuri meħudin unilateralment mill-Istati Membri parteċipanti, filwaqt li jingħata kas tal-mobilità estremament għolja ta’ ħafna mit-tranżazzjonijiet finanzjarji rilevanti, u biex b’hekk jiġi mtejjeb il-funzjonament xieraq tas-suq intern, huwa importanti li l-karatteristiċi bażiċi ta’ TTF fl-Istati Membri parteċipanti jiġu armonizzati fil-livell tal-Unjoni. Inċentivi għal arbitraġġ tat-taxxa bejn l-Istati Membri parteċipanti u distorsjonijiet tal-allokazzjoni bejn is-swieq finanzjarji f’dawk l-Istati, kif ukoll il-possibbiltajiet għal tassazzjoni doppja jew non-tassazzjoni għandhom b’hekk jiġu evitati.

(4)       It-titjib tal-operat tas-suq intern, b’mod partikolari l-evitar ta’ distorsjonijiet bejn l-Istati Membri parteċipanti jeħtieġ li TTF tapplika għal firxa wiesgħa ta’ istituzzjonijiet u tranżazzjonijiet finanzjarji, għall-kummerċ f’firxa wiesgħa ta’ strumenti finanzjarji, inklużi prodotti strutturati, kemm fi swieq organizzati u “barra l-Borża”, kif ukoll għall-konklużjoni tal-kuntratti tad-derivati kollha u l-modifiki materjali tal-operazzjonijiet kkonċernati.

(5)       Fil-prinċipju, kull trasferiment miftiehem, ta’ strument finanzjarju wieħed jew iktar, huwa marbut ma’ tranżazzjoni partikolari li min-naħa tagħha għandha tkun soġġetta għal TTF minħabba trasferiment bħal dan miftiehem. Billi skambju ta’ strumenti finanzjarji jagħti lok għal żewġ trasferimenti bħal dawn, kull skambju bħal dan għandu jitqies bħala li jagħti lok għal żewġ tranżazzjonijiet, sabiex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni tat-taxxa. Permezz ta’ riakkwist u riakkwist invers u self ta’ titoli u ftehimiet ta’ self, strument finanzjarju huwa poġġut għad-dispożizzjoni ta’ persuna partikolari għal perjodu ta’ żmien speċifikat. Kull ftehim ta’ dan it-tip, kif ukoll il-modifika materjali tagħhom, għandhom għalhekk jiġu kkunsidrati bħala li jagħtu lok għal tranżazzjoni waħda biss.

(6)       Sabiex wieħed jippreserva l-effiċjenza u l-funzjonament trasparenti tas-swieq finanzjarji jew ta’ amministrazzjoni ta’ debitu pubbliku, huwa meħtieġ li jiġu esklużi ċerti entitajiet mill-kamp ta’ applikazzjoni tat-TTF, safejn dawn qed jeżerċitaw funzjonijiet li ma jitqisux bħala attività kummerċjali fiha nnifisha iżda pjuttost li jiffaċilitaw il-kummerċ jew jipproteġu l-ġestjoni tad-dejn pubbliku. Madankollu, l-entitajiet esklużi speċifikament minħabba r-rwol ċentrali tagħhom għall-funzjonament tas-swieq finanzjarji jew ta’ amministrazzjoni ta’ debitu pubbliku għandhom ikunu soġġetti għar-regoli li jiżguraw il-ħlas tajjeb tat-taxxa lill-awtoritajiet tat-taxxa u l-verifika tal-ħlas.

(7)       L-impożizzjoni ta’ TTF ma għandhiex taffettwa b’mod negattiv l-possibbiltajiet tar-rifinanzjament ta’ istituzzjonijiet u Stati finanzjarji, u lanqas politiki monetarji b’mod ġenerali. Għalhekk, tranżazzjonijiet mal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja, il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà, l-Unjoni Ewropea meta hi teżerċita l-funzjoni ta’ maniġment tal-assi tagħha, tal-bilanċ ta’ pagamenti ta’ self u attivitajiet simili, u l-banek ċentrali tal-Istati Membri ma għandhomx ikunu soġġetti għal TTF.

(8)       Bl-eċċezzjoni tal-konklużjoni jew l-modifika materjali ta’ kuntratti tad-derivati, il-kummerċ fis-swieq primarji u t-tranżazzjonijiet relevanti għaċ-ċittadini u n-negozji bħall-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni, self b’ipoteka, krediti tal-konsumatur jew ħlas ta’ servizzi għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tat-TTF, sabiex il-kumpaniji u l-gvernijiet ikunu jistgħu jiksbu kapital mingħajr problemi u biex jiġi evitat l-impatt fuq l-entitajiet domestiċi.

(9)       Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE tat-12 ta’ Frar 2008 dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital[26] jibqgħu applikabbli bis-sħiħ. L-Artikolu 5(1)(e) u (2) ta’ dik id-Direttiva huwa rilevanti għall-qasam kopert minn din id-Direttiva u jipprojbixxi, bla ħsara għall-Artikolu 6(1)(a) ta’ dik id-Direttiva, l-impożizzjoni ta’ kwalunkwe taxxa fuq tranżazzjonijiet msemmija fid-dispożizzjonijiet tiegħu. Tranżazzjonijiet li fir-rigward tagħhom id-Direttiva 2008/7/KE tipprojbixxi jew tista’ tipprojbixxi l-impożizzjoni tat-taxxi għalhekk ma għandhomx ikunu soġġetti għal TTF. Indipendentement mil-limitu li d-Direttiva 2008/7/KE tipprojbixxi t-tassazzjoni tal-ħruġ ta’ ishma u unitajiet ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv, il-kunsiderazzjonijiet tan-newtralità fiskali jeħtieġu trattament singolu ta’ ħruġ minn dawn l-impriżi kollha. It-tifdija ta’ ishma u unitajiet hekk maħruġa huma madankollu mhux fin-natura ta’ tranżazzjoni fis-suq primarju u għalhekk għandha tkun taxxabbli.

(10)     Il-ħlas u l-ammont taxxabbli għandhom jiġu armonizzati sabiex jiġu evitati distorsjonijiet fis-suq intern.

(11)     Ma għandux ikun hemm dewmien bla bżonn għall-mument tal-impożizzjoni tal-ħlas u dan għandu jaħbat mal-mument meta sseħħ it-tranżazzjoni finanzjarja.

(12)     Sabiex jiġi permess li l-ammont taxxabbli jiġi stabbilit bil-mod l-aktar faċli possibbli sabiex jiġu limitati l-ispejjeż għan-negozji u għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa, fil-każ ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji minbarra dawk relatati ma’ kuntratti tad-derivati, b’mod ġenerali għandha ssir referenza għall-kunsiderazzjoni mogħtija fil-kuntest tat-tranżazzjoni. Fejn ma tingħata ebda kunsiderazzjoni jew fejn il-kunsiderazzjoni mogħtija hija inqas mill-prezz tas-suq, il-prezz tas-suq għandu jissemma bħala riflessjoni ġusta tal-valur tat-tranżazzjoni. Bl-istess mod għal raġunijiet ta’ faċilità fil-kalkolu, fejn kuntratti tad-derivati huma mixtrija/mibjugħa, trasferiti, skambjati, konklużi jew fejn dawn l-operazzjonijiet huma materjalment modifikati, għandu jintuża l-ammont konċettwali msemmi fil-kuntratt.

(13)     Fl-interess ta’ trattament indaqs, rata waħda tat-taxxa għandha tapplika f'kull kategorija ta’ tranżazzjonijiet, jiġifieri l-kummerċ fi strumenti finanzjarji minbarra d-derivati u l-modifika materjali tal-operati kkonċernati, fuq naħa, u x-xiri/bejgħ, trasferiment, skambju, konklużjoni ta’ kuntratti tad-derivati, u modifika materjali ta’ dawn l-operazzjonijiet fuq in-naħa l-oħra.

(14)     Sabiex it-tassazzjoni tiġi kkonċentrata fuq is-settur finanzjarju bħala t-tali aktar milli fuq iċ-ċittadini u minħabba li l-istituzzjonijiet finanzjarji jesegwixxu l-maġġoranza vasta ta’ tranżazzjonijiet fis-swieq finanzjarji, it-taxxa għandha tapplika għal dawk l-istituzzjonijiet, sew jekk jinnegozjaw f’isimhom stess, f’isem persuni oħra, għal kont tagħhom stess jew għal kont ta’ persuni oħra.

(15)     Minħabba l-mobilità għolja ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji u sabiex tgħin biex ittaffi l-potenzjali ta’ evażjoni tat-taxxa, it-TTF għandha tiġi applikata abbażi tal-prinċipju ta’ residenza. Biex ikomplu jnaqqsu r-riskju tar-rilokazzjoni ta’ tranżazzjonijiet, filwaqt li tinżamm referenza unika għal “stabbiliment” biex l-applikazzjoni tkun aktar faċli, dan il-prinċipju għandu jiġi supplimentat b’elementi tal-prinċipju tal-ħruġ. Għalhekk, għal tranżazzjonijiet f’ċerti strumenti finanzjarji, il-persuni involuti għandhom jiġu kkunsidrati stabbiliti fi Stat Membru parteċipanti li fih l-istrumenti jkunu nħarġu.

(16)     Ir-rati minimi tat-taxxa għandhom jiġu stabbiliti f'livell għoli biżżejjed biex jintlaħħaq l-għan ta’ armonizzazzjoni ta’ TTF komuni. Fl-istess ħin, dawn għandhom ikunu baxxi biżżejjed sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ delokalizzazzjoni.

(17)     Għandu jkun evitat li xi parti minn tranżazzjoni waħda tiġi intaxxata aktar minn darba. Għalhekk, fejn istituzzjoni finanzjarja taġixxi f’isem jew għal kont ta’ istituzzjoni finanzjarja oħra, l-istituzzjoni finanzjarja l-oħra biss għandha tħallas it-taxxa.

(18)     Sabiex it-TTF tinġabar b’mod preċiż u f'waqtu, l-Istati Membri parteċipanti għandhom ikunu obbligati li jieħdu l-miżuri meħtieġa.

(19)     Sabiex jipprevjenu l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa l-Istati Membri parteċipanti għandhom ikunu obbligati li jadottaw miżuri xierqa.

(20)     Sabiex jipprevjenu l-evitar tat-taxxa u abbuż permezz ta’ skemi artifiċjali, huwa meħtieġ li wieħed jipprovdi regola ġenerali kontra l-abbużi. Regola speċifika bbażata fuq l-istess prinċipji għandha tkun miżjuda bil-għan li tindirizza l-problemi partikolari marbuta ma’ rċevuti depożitarji u titoli simili.

(21)     Sabiex tippermetti l-adozzjoni ta’ regoli aktar dettaljati f’ċerti oqsma tekniċi, fir-rigward tar-reġistrazzjoni, il-kontabilità, l-obbligi ta’ rappurtar u obbligi oħra maħsuba biex jiżguraw li TTF dovuta lill-awtoritajiet tat-taxxa hija effettivament mħallsa lill-awtoritajiet tat-taxxa, u l-adattament tagħhom fil-ħin kif xieraq, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward li jispeċifikaw il-miżuri meħtieġa għal dan l-għan. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adegwati waqt il-ħidma preparatorja, inkluż fuq il-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, waqt li tkun qiegħda tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni fil-ħin u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Kunsill.

(22)     Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, fir-rigward tal-ġbir tat-taxxa fl-Istati Membri parteċipanti, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu konferiti lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni[27].

(23)     Billi l-operaturi tas-suq se jkollhom bżonn ftit taż-żmien biex jaġġustaw għar-regoli l-ġodda, għandu jkun ipprovdut perjodu ta’ żmien xieraq bejn l-adozzjoni tar-regoli nazzjonali meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva u l-applikazzjoni ta’ dawk ir-regoli.

(24)     Minħabba li l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jiġu armonizzati l-karatteristiċi essenzjali ta’ TTF fl-Istati Membri parteċipanti, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti minn dawn l-Istati Membri u jista’ għalhekk, sabiex jiġi mtejjeb il-funzjonament xieraq tas-Suq Uniku, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-għan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Kapitolu I Is-suġġett u d-definizzjonijiet

Artikolu 1 Suġġett

1.           Din id-Direttiva timplimenta l-kooperazzjoni msaħħa awtorizzata bid-Deċiżjoni 2013/52/UE billi jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għal taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji armonizzata (TTF).

2.           L-Istati Membri parteċipanti għandhom jitolbu TTF skont din id-Direttiva.

Artikolu 2 Definizzjonijiet

1.           Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) "Stat Membru parteċipanti" tfisser Stat Membru li jipparteċipa, fil-ħin meta t-TTF ssir dovuta skont din id-Direttiva, f’kooperazzjoni msaħħa fil-qasam ta’ TTF bis-saħħa tad-Deċiżjoni 2013/52/UE, jew bis-saħħa ta’ deċiżjoni adottata skont it-tieni jew it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 331(1) tat-TFUE;

(2) "Tranżazzjoni finanzjarja" tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a) ix-xiri u l-bejgħ ta’ strument finanzjarju qabel it-totalizzar jew is-saldu;

(b) it-trasferiment bejn entitajiet ta’ grupp tad-dritt li jiddisponu minn strument finanzjarju bħala s-sid u kwalunkwe operat ekwivalenti li jimplika t-trasferiment tar-riskju assoċjat mal-istrument finanzjarju, f’każijiet li mhumiex soġġetti għall-punt (a);

(c) il-konklużjoni ta’ kuntratti tad-derivati qabel it-totalizzar jew is-saldu;

(d) skambju ta’ strumenti finanzjarji;

(e) ftehim ta’ riakkwist u ftehim ta’ riakkwist invers, ftehim ta’ self ta’ titoli u self;

(3) "Strumenti finanzjarji" tfisser strumenti finanzjarji kif definiti fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[28], u prodotti strutturati;

(4) "Kuntratt tad-derivati" tfisser strument finanzjarju kif definit fil-punti minn (4) sa (10) tat-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE, kif implimentata bl-Artikoli 38 u 39 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1287/2006[29];

(5) "Ftehim ta’ riakkwist" u "ftehim ta’ riakkwist invers" tfisser ftehim kif definit fl-Artikolu 3(1)(m) tad-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[30];

(6) "Ftehim ta’ self ta’ titoli" u "ftehim ta’ self" tfisser ftehim imsemmi fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2006/49/KE;

(7) "Prodott strutturat" tfisser titoli negozjabbli jew strumenti finanzjarji oħra offruti permezz ta’ titolizzazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(36) tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[31] jew permezz ta’ tranżazzjonijiet ekwivalenti li jinvolvu t-trasferiment ta’ riskji minbarra r-riskji ta’ kreditu;

(8) "Istituzzjoni finanzjarja" tfisser xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a) ditta tal-investiment kif definita fl-Artikolu 4(1)(1) tad-Direttiva 2004/39/KE;

(b) suq regolat kif definit fl-Artikolu 4(1)(14) tad-Direttiva 2004/39/KE u kwalunkwe post jew pjattaforma kummerċjali organizzata oħra;

(c) istituzzjoni ta’ kreditu kif ġiet definita fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/48/KE;

(d) impriża ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni kif definita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[32];

(e) impriża ta’ investimenti kollettivi f’titoli trasferibbli (UCITS) kif definita fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[33] u l-kumpanija maniġerjali kif definit fl-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2009/65/KE;

(f) fond tal-pensjonijiet jew istituzzjoni għall-provvista tal-irtirar okkupazzjonali kif definiti fl-Artikolu 6(a) tad-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[34], maniġer ta’ investiment ta’ tali fond jew istituzzjoni;

(g) fond ta’ investiment alternattiv (AIF) u maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattiv (AIFM) kif definiti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[35];

(h) entità ta’ titolizzazzjoni b’għan speċjali kif definita fl-Artikolu 4(44) tad-Direttiva 2006/48/KE;

(i) strument b’għan speċjali kif definita fl-Artikolu 13(26) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(j) kwalunkwe impriża oħra, istituzzjoni, korp jew persuna li twettaq waħda jew aktar mill-attivitajiet li ġejjin, f’każ li l-valur annwali medju tranżazzjonijiet finanzjarji tagħha jikkostitwixxi aktar minn ħamsin fil-mija tal-fatturat annwali nett medju globali tagħha, kif imsemmi fl-Artikolu 28 tad-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE[36]:

(i)      attivitajiet imsemmija fil-punti 1, 2, 3 u 6 tal-Anness I tad-Direttiva 2006/48/KE;

ii)       kummmerċ ghal kont proprju jew għal kont jew f’isem il-konsumaturi fir-rigward ta' kwalunkwe strument finanzjarju;

(iii)     l-akkwist ta’ holdings f’impriżi;

(iv)    parteċipazzjoni fi jew ħruġ ta’ strumenti finanzjarji;

(v)     il-provvista ta’ servizzi relatati mal-attivitajiet imsemmija fil-punt (iv);

(9) "Kontroparti Ċentrali" (CCP) tfisser CCP kif definit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[37];

(10) "Totalizzar" tfisser totalizzar kif definit fl-Artikolu 2(k) tad-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[38];

(11) "strument finanzjarju msemmi fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE u prodotti strutturati maħruġa fit-territorju ta’ Stat Membru parteċipanti" tfisser strument finanzjarju bħal dan li jinħareġ minn persuna li għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha jew, fil-każ ta’ persuna naturali, l-indirizz permanenti tagħha jew, jekk l-ebda indirizz permanenti ma jista’ jkun aċċertat, ir-residenza tas-soltu tagħha f’dak l-Istat;

(12) "Ammont konċettwali" tfisser l-ammont nominali sottostanti li jintuża għall-kalkolu ta’ pagamenti li jsiru fuq kuntratt tad-derivati.

2.           Kull wieħed mill-operati msemmi fil-punti (a), (b), (c) u (e) tal-paragrafu 1(2) għandhom jitqiesu bħala li jwasslu għal tranżazzjoni finanzjarja unika. Kull skambju kif imsemmi fil-punt (d) tiegħu għandu jitqies li jagħti lok għal żewġ tranżazzjonijiet finanzjarji. Kull modifika materjali ta’ operat kif imsemmi fil-punti minn (a) sa (e) tal-paragrafu 1(2) għandha titqies bħala operat ġdid tal-istess tip bħall-operat oriġinali. Modifika titqies li tagħmel differenza b’mod partikolari fejn jinvolvi sostituzzjoni ta’ mill-inqas parti waħda, f’każ li l-għan jew il-kamp ta’ applikazzjoni tal-operat, inkluż il-kamp ta’ applikazzjoni temporali tiegħu, jew il-kunsiderazzjoni miftiehma jinbidel, jew meta l-operat oriġinali jkun attira taxxa ogħla kieku ġie konkluż kif modifikat.

3.           Għall-finijiet tal-punt (8)(j) tal-paragrafu 1:

(a) il-valur medju annwali msemmi f’dak il-punt għandu jiġi kkalkulat jew matul it-tliet snin kalendarji preċedenti jew, fil-każ ta’ perjodu iqsar ta’ attività preċedenti, fuq dak il-perjodu iqsar;

(b) il-valur ta’ kull tranżazzjoni msemmija fl-Artikolu 6 għandu jkun l-ammont taxxabbli kif imfisser f' dak l-Artikolu;

(c) il-valur ta’ kull tranżazzjoni msemmija fl-Artikolu 7 għandu jkun 10 fil-mija tal-ammont taxxabbli kif definit f’dak l-Artikolu;

(d) fejn il-valur medju annwali ta’ tranżazzjonjiet finanzjarji f’sentejn kalendarji konsekuttivi ma jeċċedux ħamsin fil-mija tal-medja totali tal-fatturat annwali nett, kif definit fl-Artikolu 28 tad-Direttiva 78/660/KEE, l-impriża, l-istituzzjoni, il-korp jew il-persuna kkonċernata għandha tkun intitolata, wara talba, li titqies bħala li mhix jew ma baqgħetx istituzzjoni finanzjarja.

Kapitolu II Il-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema komuni ta’ TTF

Artikolu 3 Kamp ta’ Applikazzjoni

1.           Din id-Direttiva għandha tapplika għat-tranżazzjonijiet finanzjarji kollha, bil-kundizzjoni li mill-inqas parti waħda tat-tranżazzjoni tkun stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru parteċipanti u li istituzzjoni finanzjarja stabbilita fit-territorju tal-Istat Membru parteċipanti tkun parti mit-tranżazzjoni, li taġixxi jew għal kont tagħha stess jew għal kont ta’ persuna oħra, jew li tkun qiegħda taġixxi f’isem parti għat-tranżazzjoni.

2.           Din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 10 u mill-paragrafu minn 1 sa 4 tal-Artikolu 11, ma għandhiex tapplika għall-entitajiet li ġejjin:

(a) Kontropartijiet Ċentrali (CCPs) meta jeżerċitaw il-funzjoni ta’ CCP;

(b) Depożitarji Ċentrali tat-Titoli (CSDs) u Depożitarji Ċentrali Internazzjonali tat-Titoli (ICSDs) meta jeżerċitaw il-funzjoni ta’ CSD jew ICSD;

(c) L-Istati Membri, inklużi korpi pubbliċi fdati bil-funzjoni li jimmaniġġjaw id-dejn pubbliku, meta jeżerċitaw din il-funzjoni.

3.           Meta entità mhix taxxabbli skont il-paragrafu 2, dan ma għandux jipprekludi obbligu ta’ taxxa tal-kontroparti tagħha.

4.           Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għat-tranżazzjonijiet li ġejjin:

(a) tranżazzjonijiet primarji tas-suq msemmija fl-Artikolu 5(c) tar-Regolament (KE) Nru 1287/2006, inkluża l-attività ta’ sottoskrizzjoni u allokazzjoni sussegwenti ta’ strumenti finanzjarji fil-qafas tal-ħruġ tagħhom;

(b) tranżazzjonijiet mal-banek ċentrali tal-Istati Membri;

(c) tranżazzjonijiet mal-Bank Ċentrali Ewropew;

(d) tranżazzjonijiet mal-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà, tranżazzjonijiet mal-Unjoni Ewropea relatati mal-assistenza finanzjarja li saret disponibbli skont l-Artikolu 143 tat-TFUE u l-assistenza finanzjarja li saret disponibbli skont l-Artikolu 122(2) tat-TFUE, kif ukoll tranżazzjonijiet mal-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika relatata mal-maniġment tal-assi tagħhom;

(e) Bla ħsara għall-punti (c) u (d), it-tranżazzjonijiet mal-Unjoni Ewropea, mal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, mal-Bank Ewropew tal-Investiment u mal-korpi stabbiliti mill-Unjoni Ewropea jew mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li għalihom japplika l-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, fil-limiti u skont il-kundizzjonijiet ta’ dak il-Protokoll, l-ftehimiet tal-kwartieri ġenerali jew kwalunkwe ftehim konkluż ieħor għall-implimentazzjoni tal-Protokoll;

(f) it-tranżazzjonijiet ma’ organizzazzjoni jew korpi internazzjonali, għajr dawk imsemmija fil-punti (c), (d) u (e), rikonoxxuti bħala tali mill-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati ospitanti, fil-limiti jew skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-konvenzjonijiet internazzjonali li jistabbilixxu l-korpi jew mill-ftehimiet tal-kwartieri ġenerali;

(g) tranżazzjonijiet imwettqa bħala parti minn operati ta’ ristrutturar imsemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE[39].

Artikolu 4 Stabbiliment

1.           Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, istituzzjoni finanzjarja għandha titqies li hija stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru parteċipanti meta xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin hija sodisfatta:

(a) tkun ġiet awtorizzata mill-awtoritajiet ta’ dak l-Istat Membru biex taġixxi bħala t-tali, fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet koperti minn dik l-awtorizzazzjoni;

(b) hija awtorizzata jew intitolata xorta oħra biex topera, minn barra, bħala istituzzjoni finanzjarja fir-rigward tat-territorju ta’ dak l-Istat Membru, fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet koperti minn din l-awtorizzazzjoni jew id-dritt;

(c) għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha f’dak l-Istat Membru;

(d) l-indirizz permanenti tagħha jew, jekk l-ebda indirizz permanenti ma jista’ jkun aċċertat, ir-residenza tas-soltu tagħha tkun tinstab f’dak l-Istat Membru;

(e) għandha fergħa f’dak l-Istati Membru, fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet imwettqa minn dik il-fergħa;

(f) hija parti, li qiegħda taġixxi għal kont tagħha stess jew għal kont ta’ persuna oħra, jew qiegħda taġixxi f’isem parti għat-tranżazzjoni, għal tranżazzjoni finanzjarja ma’ istituzzjoni finanzjarja oħra stabbilita f’dak l-Istat Membru skont il-punti (a), (b), (c), (d) jew (e), jew ma’ parti stabbilita fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru u li mhijiex istituzzjoni finanzjarja;

(g) hija parti, li taġixxi jew għal kont tagħha stess jew għal kont ta’ persuna oħra, jew taġixxi f’isem parti għat-tranżazzjoni, għal tranżazzjoni finanzjarja fi prodott strutturat jew wieħed mill-istrumenti finanzjarji msemmija fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE maħruġa fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, bl-eċċezzjoni tal-istrumenti msemmija fil-punti minn (4) sa (10) ta’ dik it-Taqsima li ma jiġux innegozjati f’pjattaforma organizzata.

2.           Persuna li mhijiex istituzzjoni finanzjarja għandha titqies bħala stabbilita fi Stat Membru parteċipanti fejn kwalunkwe minn dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin huma sodisfatti:

(a) l-uffiċċju reġistrat tagħha jew, fil-każ ta’ persuna naturali, l-indirizz permanenti tagħha jew, jekk l-ebda indirizz permanenti ma jista’ jkun aċċertat, ir-residenza tas-soltu tagħha tkun tinstab f’dak l-Istat Membru;

(b) hija għandha fergħa f’dak l-Istat, fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji mwettqa minn dik il-fergħa;

(c) hija parti għal tranżazzjoni finanzjarja fi prodott strutturat jew wieħed mill-istrumenti finanzjarji msemmija fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE maħruġa fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, bl-eċċezzjoni ta’ strumenti msemmija fil-punti minn (4) sa (10) ta’ dik it-Taqsima li ma jiġux innegozjati f’pjattaforma organizzata.

3.           Minkejja l-paragrafi 1 u 2, istituzzjoni finanzjarja jew persuna li mhijiex istituzzjoni finanzjarja ma għandhiex titqies bħala stabbilita skont it-tifsira ta’ dawk il-paragrafi, fejn il-persuna responsabbli għall-ħlas ta’ TTF turi li ma hemm l-ebda rabta bejn s-sustanza ekonomika tat-tranżazzjoni u t-territorju ta’ kull Stat Membru parteċipanti.

4.           Fejn aktar minn waħda mill-kundizzjonijiet fil-listi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 rispettivament hija sodisfatta, l-ewwel kundizzjoni sodisfatta mill-bidu tal-lista f’ordni dixxendenti għandha tkun rilevanti biex tiddetermina l-Istat Membru parteċipanti ta’ stabbiliment.

Kapitolu III Il-ħlas, l-ammont taxxabbli u r-rati komuni ta’ TTF

Artikolu 5 Il-ħlas ta’ TTF

1.           It-TTF għandha ssir taxxabbli għal kull tranżazzjoni finanzjarja fil-mument li sseħħ.

2.           Kanċellazzjoni sussegwenti jew rettifika ta’ tranżazzjoni finanzjarja ma għandu jkollha l-ebda effett fuq il-ħlas, ħlief f’każijiet ta’ żbalji.

Artikolu 6 L-ammont taxxabbli tat-TTF fil-każ ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji minbarra dawk relatati ma’ kuntratti tad- derivati

1.           Fil-każ ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 2(c) tal-Artikolu 2(1) u, fir-rigward ta’ kuntratti tad-derivati, fil-punti 2(a), 2(b) u 2(d) tal-Artikolu 2(1), l-ammont taxxabbli għandu jkun dak kollu li jikkostitwixxi kunsiderazzjoni mħallas jew dovut, bħala riżultat tat-trasferiment, mill-kontroparti jew minn parti terza.

2.           Minkejja l-paragrafu 1, fil-każijiet imsemmija f’dak il-paragrafu l-ammont taxxabbli għandu jkun il-prezz tas-suq stabbilit meta ssir it-TTF ssir dovuta:

(a)     meta l-kunsiderazzjoni huwa aktar baxx mill-prezz tas-suq;

(b)     fil-każijiet imsemmija fil-punt 2(b) tal-Artikolu 2(1).

3.           Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-prezz tas-suq għandu jkun l-ammont sħiħ li jkun tħallas bħala kunsiderazzjoni għall-istrument finanzjarju kkonċernat fi tranżazzjoni distakkata.

Artikolu 7 L-ammont taxxabbli fil-każ ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji relatati ma’ kuntratt tad-derivati

Fil-każ ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji msemmija fil-punt 2(c) tal-Artikolu 2(1) u, fir-rigward tal-kuntratti tad-derivati, fil-punti 2(a), 2(b) u 2(d) tal-Artikolu 2(1), l-ammont taxxabbli tat-TTF għandu jkun l-ammont konċettwali msemmi fil-kuntratt tad-derivati fil-ħin tat-tranżazzjoni finanzjarja.

Fejn ikun hemm identifikat aktar minn ammont konċettwali wieħed, għandu jintuża l-ogħla ammont sabiex jiġi stabbilit l-ammont taxxabbli.

Artikolu 8 Dispożizzjonijiet komuni dwar l-ammont taxxabbli

Għall-finijiet tal-Artikoli 6 u 7, fejn il-valur relevanti għad-determinazzjoni tal-ammont taxxabbli huwa espress, b’mod sħiħ jew b’mod parzjali, f’munita oħra minbarra dik tal-Istat Membru parteċipanti tat-tassazzjoni, ir-rata tal-kambju applikabbli għandha tkun l-aħħar rata ta’ bejgħ irreġistrata, fil-ħin li t-TTF issir dovuta, fis-suq ta’ kambju l-aktar rappreżentattiv tal-Istat Membru kkonċernat, jew b'rata ta’ kambju stabbilita b’referenza għal dak is-suq, skont ir-regoli stabbiliti minn dak l-Istat Membru.

Artikolu 9 Applikazzjoni, struttura u livell ta’ rati

1.           L-Istati Membri parteċipanti għandhom japplikaw ir-rati tat-TTF fis-seħħ meta ssir it-taxxa ssir dovuta.

2.           Ir-rati għandhom ikunu fissi minn kull Stat Membru bħala perċentwal tal-ammont taxxabbli.

Dawk ir-rati ma għandhomx ikunu aktar baxxi minn:

(d) 0,1 % fir-rigward tat-tranżazzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 6;

(e) 0,01 % fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 7.

3.           L-Istati Membri parteċipanti għandhom japplikaw l-istess rata għat-tranżazzjonijiet finanzjarji kollha li jaqgħu fl-istess kategorija skont il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2.

Kapitolu IV Il-ħlas tat-TTF kommuni, l-obbligi relatati u l-prevenzjoni tal-evażjoni, l-evitar u l-abbuż

Artikolu 10 Il-persuna responsabbli għall-ħlas tat-TTF lill-awtoritajiet tat-taxxa

1.           Fir-rigward ta’ kull tranżazzjoni finanzjarja, it-TTF għandha tkun pagabbli minn kull istituzzjoni finanzjarja li tissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) hija parti mit-tranżazzjoni, taġixxi jew għal kont tagħha stess jew għal kont ta’ persuna oħra;

(b) qed taġixxi f’isem parti għat-tranżazzjoni;

(c) it-tranżazzjoni twettqet fuq il-kont tagħha.

It-TTF għandha titħallas lill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istat Membru parteċipanti fit-territorju li fih l-istituzzjoni finanzjarja titqies li tkun ġiet stabbilita.

2.           Meta istituzzjoni finanzjarja taġixxi għan-nom jew f’isem ta’ istituzzjoni finanzjarja oħra, dik l-istituzzjoni finanzjarja l-oħra biss għandha tkun responsabbli li tħallas it-TTF.

3.           Fejn it-taxxa dovuta ma tħallsitx fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 11(5), kull parti tat-tranżazzjoni, inklużi persuni għajr istituzzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu responsabbli b’mod konġunt għall-ħlas tat-taxxa dovuta minn istituzzjoni finanzjarja f’isem dik it-tranżazzjoni.

4.           L-Istati Membri parteċipanti jistgħu jipprovdu li persuna minbarra l-persuni responsabbli għall-ħlas ta’ TTF imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 tinżamm responsabbli b’mod konġunt għall-ħlas tat-taxxa.

Artikolu 11 Dispożizzjonijiet relatati mal-limiti ta’ żmien għall-ħlas ta’ TTF, għall-obbligi maħsuba biex jiżguraw il-ħlas, għall-verifika tal-ħlas

1.           L-Istati Membri parteċipanti għandhom jistabbilixxu l-obbligi ta’ reġistrazzjoni, ta’ kontabilità, ta’ rappurtar u obbligi oħra maħsuba biex jiżguraw li t-TTF dovuta lill-awtoritajiet tat-taxxa titħallas b’mod effettiv.

2.           Il-Kummissjoni tista’, skont l-Artikolu 16 tadotta atti ddelegati li jispeċifikaw il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri parteċipanti skont il-paragrafu 1.

3.           L-Istati Membri parteċipanti għandhom jadottaw miżuri biex jiżguraw li kull persuna obbligata li tħallas TTF tippreżenta dikjarazzjoni lill-awtoritajiet tat-taxxa li tistabbilixxi l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-kalkolu tat-TTF li tkun trid titħallas matul perjodu ta’ xahar inkluż il-valur totali tat-tranżazzjonijiet intaxxati f’kull rata. Id-dikjarazzjoni tat-TTF għandha tiġi ppreżentata sal-10 jum tax-xahar wara x-xahar li fih t-TTF tkun saret imposta għall-ħlas.

4.           L-Istati Membri parteċipanti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet finanzjarji jżommu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tat-taxxa, għal ta’ lanqas ħames snin, id-dejta rilevanti fir-rigward tat-tranżazzjonijiet finanzjarji kollha li jkunu twettqu, sew f’isimhom jew f’isem persuna oħra, għal kont tagħhom stess jew għal kont ta’ persuna oħra. Fl-ispeċifikar ta’ dak l-obbligu, huma għandhom jikkunsidraw, fejn applikabbli, l-obbligi li huma diġà impostaw fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji fid-dawl tal-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2004/39/KE.

5.           L-Istati Membri parteċipanti għandhom jiżguraw li kwalunkwe TTF dovuta hija mħallsa lill-kontijiet determinati mill-Istati Membri parteċipanti fil-mumenti partikolari li ġejjin:

(a) fil-mument li t-taxxa ssir dovuta fil-każ li t-tranżazzjoni ssir b’mod eletroniku;

(b) fi żmien tlett ijiem xogħol mill-mument meta t-taxxa ssir dovuta fil-każijiet l-oħrajn kollha.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jipprovdu metodi uniformi tal-ġbir tat-TTF dovuta. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 18(2).

6.           L-Istati Membri parteċipanti għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tat-taxxa jivverifikaw jekk it-taxxa kinitx imħallsa kif suppost.

Artikolu 12 Prevenzjoni tal-frodi u l-evażjoni

L-Istati Membri parteċipanti għandhom jadottaw miżuri biex jipprevjenu l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa.

Artikolu 13 Regola ġenerali kontra l-abbuż

1.           Arranġament artifiċjali jew sensiela artifiċjali ta’ arranġamenti li ġiet stabbilita essenzjalment bil-għan li tiġi evitata t-tassazzjoni u twassal għal benefiċċju għat-taxxa għandha tiġi injorata. L-Istati Membri parteċipanti għandhom jittrattaw dawn l-arranġamenti għal finijiet tat-taxxa b’referenza għas-sustanza ekonomika tagħhom.

2.           Għall-finijiet tal-pargrafu 1 arranġament ifisser kwalunkwe tranżazzjoni, skema, azzjoni, operat, ftehim, għotja, qbil, wegħda, impenn jew avveniment. Arranġament jista’ jinkludi aktar minn stadju wieħed jew partijiet.

3.           Għall-finijiet tal-paragrafu 1 arranġament jew sensiela ta’ arranġamenti hija artifiċjali fejn din tkun nieqsa mis-sustanza kummerċjali. Fid-determinazzjoni ta’ jekk arranġament jew sensiela ta’ arranġamenti hix artifiċjali, l-Istati Membri parteċipanti għandhom jikkunsidraw, b’mod partikolari, jekk dawn jinvolvu waħda jew aktar mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a) il-kwalifika ġuridika tal-miżuri individwali li minnhom huwa magħmul l-arranġament hija inkonsistenti mal-bażi legali tal-arranġament fit-totalità tiegħu;

(b) l-arranġament jew sensiela ta’ arranġamenti titwettaq b’mod li normalment ma jkunx utilizzat f’dak li hu mistenni minn imġiba kummerċjali raġonevoli;

(c) l-arranġament jew sensiela ta’ arranġamenti tinkludi elementi li għandhom l-effett ta’ kumpens jew li jikkanċellaw lil xulxin;

(d) it-tranżazzjonijiet konklużi huma ta’ natura ċirkolari;

(e) l-arranġament jew sensiela ta’ arranġamenti tirriżulta f’benefiċċju għat-taxxa sinifikanti iżda dan ma jkunx rifless fir-riskji kummerċjali li l-kontribwent ikun assuma jew fil-flussi tal-flus tiegħu.

4.           Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-iskop ta’ arranġament jew sensiela ta’ arranġamenti jikkonsisti f’li tiġi evitata tassazzjoni fejn, irrispettivament mill-intenzjonijiet soġġettivi tal-kontribwent, dan imur kontra, l-ispirtu u l-iskop tad-dispożizzjonijiet tat-taxxa li kieku kienu japplikaw.

5.           Għall-finijiet tal-paragrafu 1, skop partikolari huwa meqjus essenzjali fejn kwalunkwe skop ieħor li huwa attribwit jew seta’ jiġi attribwit għall-arranġament jew sensiela ta’ arranġamenti jidher mhux aktar minn negliġibbli, fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha tal-każ.

6.           Biex jiġi ddeterminat jekk arranġament jew sensiela ta’ arranġamenti wasslux għal benefiċċju għat-taxxa kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri parteċipanti għandhom iqabblu l-ammont ta’ taxxa dovuta minn kontribwent, billi jikkunsidraw dawk l-arranġament(i), mal-ammont li l-istess kontribwent kien iħallas fl-istess ċirkostanzi fin-nuqqas tal-arranġament(i).

Artikolu 14 Abuż f’każ ta’ rċevuti depożitorji u titoli simili

1.           Bla ħsara għall-Artikolu 13, rċevuta depożitarja jew titolu simili maħruġ bil-għan essenzjali li tiġi evitata t-taxxa fuq tranżazzjonijiet fit-titolu sottostanti maħruġa fi Stat Membru parteċipanti għandu jkun ikkunsidrat maħruġ f’dak l-Istat Membru parteċipanti f’każ li benefiċċju tat-taxxa jinħoloq f’sitwazzjonijiet oħrajn

2.           Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-paragrafi 4, 5 u 6 tal-Artikolu 13 għandhom japplikaw.

3.           Fl-applikazzjoni tal-paragrafu 1, għandu jiġi kkunsidrat sal-punt li għalih il-kummerċ fl-irċevuta depożitarja jew titolu simili ħadet post il-kummerċ fit-titolu sottostanti. Fejn dan it-tibdil ikun sar sa ċertu punt sinifikanti, għandu jkun f’idejn il-persuna responsabbli għall-ħlas tat-TTF li turi li l-irċevuta depożitarju jew it-titolu simili ma kienx inħareġ bil-għan essenzjali li tiġi evitata taxxa fuq it-tranżazzjonijiet fit-titolu sottostanti.

Kapitolu V Id-Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 15 Taxxi oħra fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji

L-Istati Membri parteċipanti ma għandhomx iżommu jew jintroduċu taxxi fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji għajr għat-TTF li hi l-iskop ta’ din id-Direttiva jew taxxa fuq il-valur miżjud kif previst fid-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE[40].

Artikolu 16 Eżerċizzju tad-delega

1.           Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati tingħata lill-Kummissjoni bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.           Id-delega tas-setgħat msemmija fl-Artikolu 11(2) għandha tiġi kkonferita għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-data msemmija fl-Artikolu 19.

3.           Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 11(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-publikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data sussegwenti speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati li huma diġà fis-seħħ.

4.           Hekk kif il-Kummissjoni tadotta att iddelegat, din għandha tinnotifika lill-Kunsill b’dan.

5.           Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 11(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkunx ġiet espressa oġġezzjoni mill-Kunsill f’perjodu ta’ xahrejn min-notifika dwar dak l-att lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Kunsill ikun informa lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjona. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Kunsill.

Artikolu 17 Informazzjoni tal-Parlament Ewropew

Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat dwar l-adozzjoni ta’ atti delegati mill-Kummissjoni, dwar kwalunkwe oġġezzjoni fformulata għalihom, jew dwar ir-revoka tad-delega tas-setgħat mill-Kunsill.

Artikolu 18 Proċedura tal-Kumitat

1.           Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.           Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 19 Klawsola ta’ reviżjoni

Kull ħames snin u għall-ewwel darba sal-31 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, u, fejn xieraq, proposta.

F’dak ir-rapport il-Kummissjoni għandha, mill-inqas, teżamina l-impatt tat-TTF fuq il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, tas-swieq finanzjarji u tal-ekonomija reali u għandha tikkunsidra l-progress dwar it-tassazzjoni tas-settur finanzjarju fil-kuntest internazzjonali.

Artikolu 20 Traspożizzjoni

1.           L-Istati Membri parteċipanti għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru 2013, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2014.

Meta l-Istati Membri parteċipanti jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri parteċipanti għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir it-tali referenza.

2.           L-Istati Membri parteċipanti għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 21 Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 22 Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri parteċipanti.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

ANNESS

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.        Titlu tal-proposta/inizjattiva

Direttiva tal-Kunsill li timplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji

1.2.        Qasam/oqsma tal-politika kkonċernata/i fl-istruttura ABM/ABB

14 05 Il-Politika tat-Tassazzjoni

1.3.        Natura tal-proposta/inizjattiva

Il-proposta tirrigwarda azzjoni ġdida

1.4.        Għan(ijiet)

1.4.1.     L-għan strateġiku pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta

Stabbiltà finanzjarja

1.4.2.     Għanijiet speċifiċi u attività/jiet tal-ABM/ABB ikkonċernata/i

Għan Speċifiku Nru 3 L-iżvilupp ta’ inizjattivi tat-taxxa u azzjonijiet ġodda li jappoġġaw l-għanijiet tal-politika tal-UE Attività/ajiet tal-ABM/ABB ikkonċernata/i: Titolu 14 It-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali; ABB 05 Il-Politika ta’ Tassazzjoni

1.4.3.     Riżultat(i) mistenni(ja)

Li tiġi evitata l-frammentazzjoni fis-suq intern għal servizzi finanzjarji, filwaqt li jingħata kas tal-għadd li dejjem qiegħed jikber ta’ miżuri tat-taxxa nazzjonali mhux ikkoordinati li qegħdin jiġu stabbiliti. Li jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet finanzjarji jagħtu kontribut ġust u sostanzjali sabiex ikopru l-ispejjeż tal-kriżi riċenti, u biex jiżguraw tassazzjoni ugwali tas-settur vis-à-vis setturi oħra. Li jinħolqu diżinċentivi xierqa għal tranżazzjonijiet li ma jtejbux benessri jew l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji u jikkumplimentaw miżuri regolatorji maħsuba biex jevitaw kriżijiet tal-ġejjieni.

1.5.        Raġuni(jiet) għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.     Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/jiġu ssodisfat(i) fuq medda qasira jew medda twila ta’ żmien

Kontribuzzjoni lejn l-għan ġenerali ta’ stabbiltà fl-UE wara l-kriżi finanzjarja

1.5.2.     Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Il-frammentazzjoni tas-swieq finanzjarji fost l-attivitajiet u bejn il-fruntieri tista’ biss tiġi evitata u t-trattament ugwali tal-istituzzjonijiet finanzjarji fl-UE u, finalment, il-funzjonament tajjeb tas-suq intern jistgħu jiġu żgurati biss permezz ta’ azzjoni fuq livell tal-UE jekk meħtieġ permezz ta’ kooperazzjoni msaħħa.

1.5.3.     Lezzjonijiet mgħallma li ttieħdu minn esperjenzi simili fil-passat

Ġie ppruvat li l-introduzzjoni ta’ TTF b’bażi wiesgħa fuq livell nazzjonali li tilħaq it-tliet għanijiet ta’ hawn fuq mingħajr effetti serji ta’ delokalizzazzjoni ma tantx hija possibbli (l-eżempju tal-Isvezja)”.

1.5.4.     Koerenza u sinerġija possibbli ma’ strumenti rilevanti oħrajn

It-taxxi huma parti mill-qafas ta’ riżoluzzjoni globali. Il-ġbir tat-TTF jista’ jiffaċilita l-isforzi tal-konsolidazzjoni baġitarja fl-Istati Membri parteċipanti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni pproponiet biex tuża parti mill-qligħ tat-TTF bħala riżors proprju għall-futur – li kieku kellhom jintużaw għall-finanzjament tal-baġit tal-UE, l-Istati Membri parteċipanti kienu jaraw il-kontribuzzjonijiet nazzjonali bbażati fuq l-ING imnaqqsa.

1.6.        Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju

Proposta ta’ żmien mhux limitat

1.7.        Metodu/i ta’ ġestjoni previst(i)

Mhux applikabbli

2.           Miżuri ta’ Ġestjoni

2.1.        Regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar

L-Istati Membri parteċipanti għandhom jieħdu l-miżuri xierqa għat-TTF biex tinġabar b’mod preċiż u fil-ħin, li jinkludu miżuri ta’ verifika. Il-provvediment ta’ miżuri xierqa għall-iżgurar tal-ħlas tat-taxxa u għall-monitoraġġ u l-verifika tal-ħlas korrett huwa f’idejn l-Istati Membri parteċipanti.

2.2.        Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.     Riskju/i identifikat/i

1. Dewmien fit-traspożizzjoni tad-Direttiva fil-livell ta’ Stati Membri parteċipanti 2. Riskju ta’ evażjoni, evitar u abbuż 3. Riskju ta’ rilokazzjoni

2.2.2.     Metodu/i ta’ kontroll previst(i)

L-Artikolu 11 tad-Direttiva jsemmi d-dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-prevenzjoni tal-evażjoni, l-evitar u l-abbuż: atti ddelegati u kooperazzjoni amministrattiva fi kwistjonijiet tat-taxxa. Ir-riskji ta’ rilokazzjoni huma indirizzati permezz tal-għażla ta’ sett xieraq ta’ rati tat-taxxa u definizzjoni wiesgħa tal-bażi taxxabbli.

2.3.        Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti.

3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.        Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

· Linji baġitarji tan-nefqa eżistenti

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitarja || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Deskrizzjoni………….] || Diff./mhux diff. ([41]) || minn pajjiżi tal-EFTA[42] || minn pajjiżi kandidati[43] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

|| [XX.YY.YY.YY] || Diff./mhux diff. || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE

· Linji baġitarji ġodda mitluba

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitarja || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Intestatura…………..] || Diff./mhux diff. || minn pajjiżi tal-EFTA || minn pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

|| [XX.YY.YY.YY] || || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE

3.2.        L-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.     Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || Numru || [Intestatura……………...…………………………………………….]

DĠ: <…….> || || || Sena N[44] || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || ...daħħal kemm hemm bżonn snin biex turi d-dewmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL

Ÿ Approprjazzjonijiet operattivi || || || || || || || ||

Numru tal-linja baġitarja || Impenji || (1) || || || || || || || ||

Pagamenti || (2) || || || || || || || ||

Numru tal-linja baġitarja || Impenji || (1a) || || || || || || || ||

Pagamenti || (2a) || || || || || || || ||

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinananzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi[45] || || || || || || || ||

Numru tal-linja baġitarja || || (3) || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ <…….> || Impenji || =1+1a +3 || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli

Pagamenti || =2+2a +3 || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli

Pagamenti || (5) || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA <….> tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || =4+ 6 || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli

Pagamenti || =5+ 6 || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli

Jekk iżjed minn intestatura waħda hija affettwata mill-proposta / inizjattiva:

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || || || || || || || ||

Pagamenti || (5) || || || || || || || ||

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI minn 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali (Ammont ta’ referenza) || Impenji || =4+ 6 || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli

Pagamenti || =5+ 6 || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 5 || “ Nefqa amministrattiva”

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

|| || Sena 2013 || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Mill- 2017 ’il quddiem

DĠ: TAXUD ||

Ÿ Riżorsi umani || 0,254 || 0,762 || 0,762 || 0,762 || 0,762

Ÿ Nefqa amministrattiva oħra || 0,040 || 0,036 || 0,036 || 0,036 || 0,036

TOTALI tad-DĠ TAXUD || || 0,294 || 0,798 || 0,798 || 0,798 || 0,798

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Impenji totali = Ħlasijiet totali) || 0,294 || 0,798 || 0,798 || 0,798 || 0,798

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

|| || Sena 2013 || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Mill- 2017 ’il quddiem

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI minn 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || 0,294 || 0,798 || 0,798 || 0,798 || 0,798

Pagamenti || 0,294 || 0,798 || 0,798 || 0,798 || 0,798

3.2.2.     Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

– X  Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi

3.2.3.     L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.  Sommarju

– X  Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

|| Sena 2013 || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Mill- 2017 ’il quddiem

               

L-INTESTAURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || ||

Riżorsi umani || 0.254 || 0.762 || 0.762 || 0.762 || 0.762

Nefqa amministrattiva oħra || 0.040 || 0.036 || 0.036 || 0.036 || 0.036

Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || 0.294 || 0.798 || 0.798 || 0.798 || 0.798

Barra l-INTESTATURA 5 [46]tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || ||

Riżorsi umani || || || || ||

Nefqa oħra ta' natura amministrattiva || || || || ||

Subtotal barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli || Mhux applikabbli

TOTAL || 0,294 || 0,798 || 0,798 || 0,798 || 0,798

3.2.3.2.  Stima tar-riżorsi umani meħtieġa

– X  Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

|| Sena 2013 || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Mill- 2017 ’il quddiem

Ÿ Tabella tal-karigi tal-persunal (uffiċjali u aġenti temporanji) || || || || ||

14 01 01 01 (fil-Kwartieri Ġenerali u fl-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 0,254 || 0,762 || 0,762 || 0,762 || 0,762

14 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m.

14 01 05 01 (Riċerka indiretta) || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m.

10 01 05 01 (Riċerka diretta) || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m.

Ÿ Persunal estern (Ekwivalenti tal-Unità Full Time: FTE)[47] || || || || ||

14 01 02 01 (AK, INT, ENS mill-“pakkett globali”) || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m.

14 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m.

XX 01 04 yy [48] || - fil-Kwartieri Ġenerali[49] || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m.

- fid-delegazzjonijiet || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m.

XX 01 05 02 (CA, INT, SNE – Riċerka indiretta) || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m.

10 01 05 02 (CA, INT, SNE – Riċerka diretta) || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m.

Linji baġitarji oħra (speċifika) || || || || ||

TOTAL || 0,254 || 0,762 || 0,762 || 0,762 || 0,762

L-istima għandha tiġi espressa f’ammonti sħaħ (jew l-aktar sa ċifra waħda wara l-punt deċimali)

14 huwa l-qasam tal-politika jew il-linja baġitarja kkonċernata.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu ssodisfati mill-persunal tad-DĠ li diġà huma assenjati bil-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew allokati mill-ġdid fid-DĠ, flimkien ma', jekk ikun meħtieġ, kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta' ġestjoni taħt l-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limiti baġitarji.

Id-deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji || L-allokazzjoni attwali tal-persunal tad-DĠ TAXUD ma tqisx il-kwistjoni totali tas-sistema komuni tat-TTF u sejra teħtieġ trasferimenti interni. L-inkarigi ewlenin tal-uffiċjali assenjati se jkunu li: jelaboraw it-teknikalitajiet dwar il-funzjonament prattiku tat-taxxa sabiex jgħinu fil-proċess ta’ negozjati, jimmonitorjaw l-implimentazzjoni sussegwenti, iħejju l-interpretazzjonijiet legali u d-dokumenti ta’ ħidma, jikkontribwixxu fost oħrajn għall-atti ddelegati dwar dispożizzjonijiet kontra l-evitar/l-abbuż, iħejju proċeduri ta’ ksur kif xieraq eċċ.

3.2.4.     Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

– X  Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali ta’ bħalissa.

3.2.5.     Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

– Il-proposta/inizjattiva ma tipprovdix għal kofinanzjament minn partijiet terzi

3.3.        Impatt stmat fuq id-dħul

– X  Il-proposta/inizjattiva ma għandhiex impatt finanzjarju fuq id-dħul. Madankollu, jekk partijiet mill-qligħ tat-TTF kellhom jintużaw bħala riżors proprju għall-futur, għalhekk jitnaqqas ir-riżors proprju bbażat fuq l-ING residwu mfassal mill-Istati Membri parteċipanti, ikun hemm impatt fuq il-kompożizzjoni tas-sors tad-dħul.

[1]               COM(2011) 594 finali.

[2]               L-istituzzjonijiet finanzjarji, direttament jew indirettament, ibbenefikaw bil-kbir mill-operati ta’ salvataġġ u garanzija (pre)finanzjati mill-kontribwenti Ewropej bejn l-2008 u l-2012. Dawn l-operati, flimkien mat-tnaqqis tal-attività ekonomika minħabba t-tixrid tal-inċertezza dwar l-istabbilità tas-sistema finanzjarja u ekonomika totali taw bidu għal deterjorament tal-bilanċi tal-finanzi pubbliċi madwar l-Ewropa b’aktar minn 20 % tal-PDG. Ukoll, ħafna mis-servizzi finanzjarji u tal-assigurazzjoni huma eżenti mill-VAT.

[3]               P7_TA-(2012)0217.

[4]               ECO/321 – CESE 818/2012 (ĠU C 181, 21.06.2012, p. 55).

[5]               CDR 332/2011 (ĠU C 113, 18.04.2012, p. 7).

[6]               It-TTF kienet l-ewwel fuq l-aġenda tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tat-8 ta’ Novembru 2011 u mbagħad fi tliet laqgħat sussegwenti f’Marzu, Ġunju u Lulju 2012. Bejn Diċembru 2011 u Ġunju 2012 seba’ Laqgħat tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill dwar il-Mistoqsijiet tat-Taxxa – Tassazzjoni Indiretta kienu dedikati għal dan is-suġġett.

[7]               COM(2012) 631 finali/2.

[8]               COM(2011) 510 finali. http://ec.europa.eu/budget/library/biblio/documents/fin_fwk1420/proposal_council_own_resources_en.pdf

[9]               COM(2011) 739 finali.

                http://ec.europa.eu/budget/library/biblio/documents/fin_fwk1420/COM_2011_0739_MT.pdf

[10]             ĠU L 46, 21.2.2008, p. 11.

[11]             http://ec.europa.eu/taxation_customs/taxation/other_taxes/financial_sector/index_en.htm.

[12]             Ġ.U.L 22, 25.1.2013, p. 11.

[13]             Qed issir referenza għad-definizzjoni ta’ strumenti finanzjarji fl-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1). Din id-definizzjoni tkopri unitajiet f’impriżi ta’ investiment kollettiv. Konsegwentement, ishma u unitajiet ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) kif definiti fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32) u fondi ta’ investiment alternattiv (AIF) kif definiti fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1) huma strumenti finanzjarji.

[14]             B’mod partikolari d-Direttiva 2004/39/KE (ara n-nota f’qiegħ il-paġna preċedenti).

[15]             ĠU L 338, 12.12.2012, p. 41.

[16]             ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1.

[17]             ĠU L 84, 31.3.2010, p. 1.

[18]             B’ċerti eċċezzjonijiet fil-każ tad-Direttiva 2011/16/UE iżda li mhumiex relevanti hawnhekk

[19]                http://www.oecdilibrary.org/docserver/download/fulltext/2311331e.pdf?expires=1309623132&id=id&accname=ocid194935&checksum=37A9732331E7939B3EE154BB7EC53C41

[20]             ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

[21]             COM(2011) 510 finali. http://ec.europa.eu/budget/library/biblio/documents/fin_fwk1420/proposal_council_own_resources_en.pdf

[22]             COM(2011) 739 finali.

                http://ec.europa.eu/budget/library/biblio/documents/fin_fwk1420/COM_2011_0739_MT.pdf

[23]               ĠU L 22, 25.1.2013, p. 11.

[24]               ĠU C ..., ..., p. .. .

[25]               ĠU C …, …, p. ..

[26]               ĠU L 46, 21.2.2008, p. 11.

[27]               ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

[28]               ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

[29]               ĠU L 241, 2.9.2006, p. 1.

[30]               ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201.

[31]               ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.

[32]             ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.

[33]             ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32.

[34]             ĠU L 235, 23.9.2003, p. 10.

[35]             ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1.

[36]             ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11.

[37]             ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.

[38]             ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45.

[39]             ĠU L 46, 21.2.2008, p. 11.

[40]             ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

[41]               Diff. = Approprjazzjonijiet Differenzjati/Mhux Diff.= Approprjazzjonijiet Mhux Differenzjati

[42]               EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[43]               Il-pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, il-pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

[44]               Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[45]               L-għajnuna u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu l-linji “BA”), ta’ riċerka indiretta, ta’ riċerka diretta.

[46]               L-għajnuna u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu l-linji “BA”), ta’ riċerka indiretta, ta’ riċerka diretta.

[47]               CA= Aġent Kuntrattwali; INT= persunal tal-aġenzija(“Intérimaire”); JED= “Jeune Expert en Délégation” (Esperti Żgħażagħ f’Delegazzjonijiet) LA= Aġent Lokali; SNE= Espert Nazzjonali Sekondat.

[48]               Taħt il-limitu massimu għall-persunal estern minn approprjazzjonijiet operattivi (linji “BA” preċedenti).

[49]               Essenzjalment għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

Top