EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010PC0073

Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji

/* KUMM/2010/0073 finali */

52010PC0073




[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 3.3.2010

KUMM(2010) 73 finali

Proposta għal

Ftehim Interistituzzjonali

bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji

WERREJ

Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji 3

PARTI I – QAFAS FINANZJARJU u STRUMENTI SPEĊJALI 5

A. Dispożizzjonijiet relatati mal-qafas finanzjarju 5

B. Dispożizzjonijiet relatati mal-istrumenti speċjali mhux inklużi fil-qafas finanzjarju 5

B.1. Riżerva għall-Għajnuna ta’ Emerġenza 5

B.2. Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea 6

B.3. Strument ta' Flessibbiltà: 6

B.4. Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni 7

PARTI II – IT-TITJIB TAL-KOLLABORAZZJONI INTERISTITUZZJONALI MATUL IL-PROĊEDURA BAĠITARJA 8

A. Il-Proċedura tal-kollaborazzjoni interistituzzjonali 8

B. Inkorporazzjoni ta’ dispożizzjonijiet finanzjarji f’atti leġiżlattivi 8

C. In-Nefqa b’rabta mal-ftehim tas-sajd 9

D. L-Iffinanzjar tal-politika komuni barranija u tas-sigurtà (PESK) 9

PARTI III – ĠESTJONI FINANZJARJA TAJBA TAL-FONDI TAL-UE 12

A.Programmar Finanzjarju 12

B. Aġenziji u skejjel Ewropej 13

C. Strumenti finanzjarji ġodda 13

ANNESS - KOLLABORAZZJONI INTERISTITUZZJONALI FIS-SETTUR BAĠITARJU 15

Parti A. Kalendarju tal-proċedura baġitarja 15

Parti B. Prijoritajiet għall-Proċedura Baġitarja 15

Part C. Stabbiliment tal-Abbozz ta' Baġit u Aġġornament tal-Istimi 15

Parti D. Proċedura baġitarja qabel il-Konċiljazzjoni 16

Part E. Proċess ta' Konċiljazzjoni 16

Parti F. Baġits ta' Emenda 18

Proposta għal

Ftehim Interistituzzjonali

bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji

IL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U L-KUMMISSJONI EWROPEA,

minn hawn ’il quddiem imsejħa l-'istituzzjonijiet',

FTIEHMU KIF ġEJ:

1. L-għan ta' dan il-Ftehim adottat skont l-Artikolu 295 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem "TFUE") huwa li jtejjeb il-funzjonament tal-proċedura baġitarja annwali u l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet dwar kwistjonijiet baġitarji.

2. Il-Ftehim jorbot fl-istituzzjonijiet kollha sakemm jibqa' fis-seħħ.

3. Dan il-Ftehim ma jbiddilx is-setgħat baġitarji rispettivi tal-istituzzjonijiet kif stabbiliti fit-Trattati, fir-Regolament li jistabbilixxi l-Qafas Finanzjarju Multiannwali[1] (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "ir-Regolament tal-MFF") u fir-Regolament Finanzjarju[2].

Fejn issir referenza għal dan il-punt, il-Kunsill se jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata u l-Parlament Ewropew b'maġġoranza tal-membri tiegħu u tlieta minn kull ħamsa tal-voti mitfugħa.

4. Kull emenda ta' dan il-Ftehim teħtieġ il-kunsens tal-istituzzjonijiet kollha.

5. Dan il-Ftehim fih tliet partijiet:

6. Parti I għandha dispożizzjonijiet kumplementari relatati mal-qafas finanzjarju multiannwali u d-dispożizzjoni dwar strumenti speċjali mhux inklużi fil-qafas finanzjarju.

7. Parti II hi relatata mal-kollaborazzjoni interistituzzjonali waqt il-proċedura baġitarja.

8. Parti III fiha dispożizzjonijiet relatati ma’ ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi tal-UE.

9. Dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ fl-istess jum bħar-Regolament tal-MFF u jieħu post il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba[3].

PARTI I – QAFAS FINANZJARJU u STRUMENTI SPEĊJALI

A. Dispożizzjonijiet relatati mal-qafas finanzjarju

10. L-INFORMAZZJONI RELATATA MA' OPERAZZJONIJIET LI MHUMIEX INKLUżI FIL-BAġIT ġENERALI TAL-UNJONI EWROPEA U L-IżVILUPP PREVEDIBBLI TAL-KATEGORIJI DIVERSI TAR-RIżORSI PROPRJI TAL-UNJONI HUMA ELENKATI, BħALA INDIKAZZJONI, F'TABELLI SEPARATI. DIN L-INFORMAZZJONI SE TKUN AġġORNATA KULL SENA FLIMKIEN MAD-DOKUMENTI LI JAKKUMPANJAW L-ABBOZZ TAL-BAġIT.

11. Ħlief għas-sottointestatura 1b ‘Koeżjoni għat-Tkabbir u l-Impjiegi’ tal-qafas finanzjarju, sabiex ikun hemm ġestjoni finanzjarja tajba, l-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw kemm jista’ jkun matul il-proċedura baġitarja u waqt l-adozzjoni tal-baġit li jibqa’ jkun hemm disponibbli marġini biżżejjed taħt il-limiti ffissati għad-diversi intestaturi.

L-aġġornament tal-previżjonijiet għall-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet wara l-2013

12. Fl-2010, il-Kummissjoni se taġġorna l-previżjonijiet għall-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet wara l-2013. Dan l-aġġornament se jqis l-implimentazzjoni reali tal-approprjazzjonijiet baġitarji għall-impenji u l-approprjazzjonijiet baġitarji għall-ħlasijiet, kif ukoll il-previżjonijiet tal-implimentazzjoni. Din se tqis ukoll ir-regoli ddefiniti biex tiżgura li l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet jiżviluppaw b’mod ordnat meta mqabbla mal-approprjazzjonijiet għall-impenji u l-previżjonijiet tat-tkabbir tad-Dħul Gross Nazzjonali (GNI) tal-Unjoni Ewropea.

B. Dispożizzjonijiet relatati mal-istrumenti speċjali mhux inklużi fil-qafas finanzjarju

B.1. RIżERVA GħALL-GħAJNUNA TA’ EMERġENZA

13. L-għan tar-Riżerva għall-Għajnuna ta’ Emerġenza huwa li tipprovdi tweġiba rapida għar-rekwiżiti ta’ għajnuna speċifika ta' pajjiżi terzi wara li jkunu seħħew ġrajjiet li ma setgħux ikunu previsti meta ġie stabbilit il-baġit, l-ewwel u qabel kollox din għandha tingħata għal ħidmiet umanitarji, iżda wkoll għall-ġestjoni ta’ kriżijiet ċivili u għall-protezzjoni, fejn iċ-ċirkustanzi jkunu jeħtieġu hekk. L-ammont annwali tar-Riżerva huwa stabbilit għal EUR 221 miljun għall-perjodu tal-qafas finanzjarju, fi prezzijiet tal-2004.

Ir-riżerva qed tiddaħħal bħala provvediment fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Meta l-Kummissjoni tqis li r-Riżerva teħtieġ li tintuża, din għandha tippreżenta liż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja, proposta għat-trasferiment mir-Riżerva għal-linji baġitarji rilevanti.

Qabel kull proposta mill-Kummissjoni għal trasferiment biex ir-Riżerva tkun tista’ tintuża, madankollu, għandu jsir stħarriġ dwar l-iskop għall-allokazzjoni mill-ġdid tal-approprjazzjonijiet.

Fil-każ ta' nuqqas ta' ftehim tinbeda proċedura ta' trilogu.

It-trasferimenti se jsiru skont l-Artikolu 26 tar-Regolament Finanzjarju.

B.2. Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea

14. Il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea hu maħsub sabiex jippermetti għajnuna finanzjarja rapida fil-każ ta’ diżastri kbar li jseħħu fit-territorju ta’ Stat Membru jew ta' pajjiż kandidat, kif imfisser fl-att bażiku rilevanti. Se jkun hemm limitu fuq l-ammont annwali disponibbli għall-Fond ta’ EUR 1 biljun (prezzijiet kurrenti). Fl-1 ta’ Ottubru ta’ kull sena, mill-inqas kwart mill-ammont annwali se jibqa’ disponibbli biex ikun jista’ jkopri ħtiġijiet li jinqalgħu sa tmiem dik is-sena. Il-parti tal-ammont annwali li mhix imdaħħla fil-baġit ma tistax titmexxa għas-snin ta’ wara.

F’każijiet eċċezzjonali u jekk ir-riżorsi finanzjarji li jkun baqa' disponibbli fil-Fond fis-sena meta jkun seħħ id-diżastru, kif imfisser fl-att bażiku rilevanti, ma jkunux biżżejjed sabiex ikopru l-ammont ta' assistenza meqjus bħala neċessarju mill-awtorità baġitarja, il-Kummissjoni tista' tipproponi li d-differenza tkun iffinanzjata permezz tal-ammonti annwali disponibbli għas-sena ta' wara. L-ammont annwali tal-Fond li għandu jkun ibbaġitjat kull sena ma jistax jaqbeż il-EUR 1 biljun fl-ebda każ.

Meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet biex ikun jista’ jiġi mmobilizzat il-Fond ta’ Solidarjetà, kif stabbilit fl-att bażiku rilevanti, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta biex dan ikun jista’ jiġi mħaddem. Fejn ikun hemm raġuni għall-allokazzjoni mill-ġdid ta’ approprjazzjonijiet taħt l-intestatura li tkun teħtieġ nefqa addizzjonali, il-Kummissjoni għandha tqis dan meta tagħmel il-proposta meħtieġa, skont ir-Regolament Finanzjarju, permezz tal-istrument baġitarju xieraq. Id-deċiżjoni biex jitħaddem il-Fond għandha tittieħed b’mod konġunt miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja skont il-Punt 3.

Fil-każ ta' nuqqas ta' ftehim tinbeda proċedura ta' trilogu.

B.3. Strument ta' Flessibbiltà:

15. L-Istrument ta’ Flessibbiltà b’limitu annwali ta’ EUR 200 miljun (prezzijiet kurrenti) hu maħsub biex jippermetti l-iffinanzjar, għal sena finanzjarja partikolari u sal-ammont indikat, ta’ nefqa identifikata b’mod ċar li ma setgħetx tkun iffinanzjata fi ħdan il-limiti disponibbli għal intestatura waħda jew aktar.

Il-parti tal-ammont annwali li ma tintużax tista’ titmexxa ’l quddiem sa sena n+2. Jekk l-Istrument ta' Flessibbiltà hu mmobilizzat, l-ewwel isir użu mill-ammonti li jinżammu u jintbagħtu għas-sena ta' wara, skont ordni ta' kemm ikun ilu. Il-parti tal-ammont annwali mis-sena n li ma tintużax fis-sena n+2 taqa’.

Il-Kummissjoni se tagħmel proposta biex jintuża l-Istrument ta' Flessibbiltà wara li tkun eżaminat il-possibilitajiet kollha għall-allokazzjoni mill-ġdid tal-approprjazzjonijiet taħt l-intestatura li teħtieġ nefqa addizzjonali.

Il-proposta se tiddentifika l-ħtiġijiet li għandhom ikunu koperti u l-ammont. Din tista' tiġi ppreżentata, għal kwalunkwe sena finanzjarja partikolari, waqt il-proċedura baġitarja.

Id-deċiżjoni biex jitħaddem l-Istrument ta' Flessibbiltà għandha tittieħed b’mod konġunt miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja skont il-Punt 3.

Se jintlaħaq ftehim fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali.

B.4. Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni

16. Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni hu maħsub biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li jbatu minn konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji, biex jassistihom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.

Il-Fond m’għandux jaqbeż l-ammont massimu annwali ta’ 500 miljun euro (prezzijiet kurrenti) li jistgħu jittieħdu minn kwalunkwe marġini eżistenti taħt l-ammont massimu ta’ nefqa globali tas-sena ta’ qabel, u/jew minn approprjazzjonijiet għall-impenji kkanċellati mis-sentejn ta’ qabel, esklużi dawk marbuta mal-intestatura 1b tal-qafas finanzjarju.

L-approprjazzjonijiet se jiddaħħlu fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea bħala dispożizzjoni permezz tal-proċedura baġitarja normali hekk kif il-Kummissjoni tkun identifikat il-marġini suffiċjenti u/jew tkun ħassret l-impenji, skont it-tieni paragrafu.

Meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet biex ikun jista’ jiġi mmobilizzat il-Fond ta’ Solidarjetà, kif stabbilit fl-att bażiku relevanti, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta biex dan ikun jista’ jitħaddem. Id-deċiżjoni biex jitħaddem il-Fond għandha tittieħed b’mod konġunt miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja skont il-Punt 3.

Fl-istess ħin li tippreżenta l-proposta tagħha għal deċiżjoni biex il-Fond ikun jista' jitħaddem, il-Kummissjoni se tippreżenta liż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja proposta għal trasferiment lejn il-linji baġitarji rilevanti. Fil-każ ta' nuqqas ta' ftehim tinbeda proċedura ta' trilogu.

Trasferimenti reletati mal-Fond se jsiru skont l-Artikolu 24(4) tar-Regolament Finanzjarju.

PARTI II – IT-TITJIB TAL-KOLLABORAZZJONI INTERISTITUZZJONALI MATUL IL-PROĊEDURA BAĠITARJA

A. Il-Proċedura tal-kollaborazzjoni interistituzzjonali

17. ID-DETTALJI TAL-KOLLABORAZZJONI INTERISTITUZZJONALI FI KWISTJONIJIET BAġITARJI HUMA STIPULATI FL-ANNESS.

B. Inkorporazzjoni ta’ dispożizzjonijiet finanzjarji f’atti leġiżlattivi

18. KULL ATT LEġIżLATTIV LI JIKKONċERNA PROGRAMMI MULTIANNWALI ADOTTATI TAħT IL-PROċEDURA TA’ KODEċIżJONI GħANDHOM DISPOżIZZJONI LI FIHA L-AWTORITÀ LEġIżLATTIVA TISTABBILIXXI L-PAKKETT FINANZJARJU GħALL-PROGRAMM.

Dak l-ammont jikkostitwixxi r-referenza primarja għall-awtorità baġitarja waqt il-proċedura baġitarja annwali.

L-awtorità baġitarja u l-Kummissjoni, meta dawn ifasslu l-abbozz tal-baġit, jimpenjaw ruħhom li ma jmorrux lil hinn b’aktar minn 5 % minn dan l-ammont għat-tul sħiħ tal-programm ikkonċernat, sakemm ma jkunx hemm ċirkustanzi ġodda, oġġettivi, u ta’ perjodu twil u li għal dawn ikunu jridu jingħataw raġunijiet espliċiti u preċiżi, waqt li jitqiesu wkoll ir-riżultati miksuba mill-implimentazzjoni tal-programm, l-aktar fuq il-bażi ta’ valutazzjonijiet. Kwalunkwe żieda li tirriżulta minn varjazzjoni bħal din għandha tibqa’ fil-qafas tal-limitu massimu eżistenti għall-intestatura kkonċernata, mingħajr ħsara għall-użu ta’ strumenti msemmija fir-Regolament tal-MFF u f’dan il-Ftehim.

Dan il-Punt ma jgħoddx għall-approprjazzjonijiet tal-koeżjoni adottati taħt il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u li jkunu ġew allokati minn qabel mill-Istati Membri, li għandhom pakkett finanzjarju għall-perjodu kollu tal-programm.

19. L-atti leġiżlattivi dwar il-programmi multiannwali li ma jkunux suġġetti għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja m’għandux ikollhom "ammont li jitqies meħtieġ".

Jekk il-Kunsill ikun jixtieq jinkludi referenza finanzjarja, din għandha tittieħed bħal waħda li qed turi r-rieda tal-awtorità leġiżlattiva u m’għandhiex taffettwa s-setgħat tal-awtorità baġitarja kif definiti mit-TFUE. Din id-dispożizzjoni se tissemma fl-atti leġiżlattivi kollha li jinkludu referenza finanzjarja bħal din.

Jekk l-ammont ikkonċernat kien is-suġġett ta’ ftehim skont il-proċedura konċiljatorja pprovduta fid-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tal-4 ta’ Marzu 1975[4], dan għandu jitqies bħala ammont ta’ referenza fit-tifsira tal-Punt 15 ta’ dan il-Ftehim.

C. In-Nefqa b’rabta mal-ftehim tas-sajd

20. IN-NEFQA FUQ IL-FTEHIMIET TAS-SAJD SE TKUN SOġġETTA GħAL DAWN IR-REGOLI SPEċIFIċI LI ġEJJIN:

Il-Kummissjoni timpenja ruħha li żżomm lill-Parlament Ewropew mgħarraf regolarment dwar it-tħejjija u t-twettiq tan-negozjati, inklużi l-implikazzjonijiet għall-baġit.

Matul il-proċess leġiżlattiv li jirrelata mal-ftehimiet dwar is-sajd, l-istituzzjonijiet jimpenjaw ruħhom li jagħmlu kull sforz biex jiżguraw li l-proċeduri kollha jitwettqu kemm jista' jkun malajr.

L-ammonti previsti fil-baġit għall-arranġamenti ġodda jew tiġdid ta' ftehimiet li daħlu fis-seħħ wara l-1 ta' Jannar tas-sena baġitarja relatata se jitpoġġew f'riżerva.

Jekk l-approprjazzjonijiet li jirrelataw mal-ftehimiet dwar is-sajd (inkluża r-riżerva) jirriżultaw li ma jkunux biżżejjed, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-awtorità baġitarja bl-informazzjoni meħtieġa għal skambju ta' opinjonijiet fil-forma ta' trilogu, possibbilment simplifikat, dwar il-kawżi tas-sitwazzjoni, u l-miżuri li jistgħu jiġu adottati taħt il-proċeduri stabbiliti. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tipproponi miżuri xierqa.

Kull tlett xhur, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-awtorità baġitarja informazzjoni dettaljata dwar l-implimentazzjoni tal-ftehimiet fis-seħħ u l-previżjonijiet finanzjarji għall-bqija tas-sena.

D. L-IFFINANZJAR TAL-POLITIKA KOMUNI BARRANIJA U TAS-SIGURTÀ (PESK)

21. GħAN-NEFQA TAL-PESK MITLUBA GħALL-BAġIT ġENERALI TAL-KOMUNUTAJIET EWROPEJ SKONT L-ARTIKOLU 41 TAT-TRATTAT TAL-UNJONI EWROPEA, L-ISTITUZZJONIJIET GħANDHOM JAħDMU, FIL-KUMITAT TA' KONċILJAZZJONI, U FUQ IL-BAżI TAL-ABBOZZ TAL-BAġIT STABBILIT MILL-KUMMISSJONI, BIEX JIżGURAW LI TA’ KULL SENA JKUN HEMM FTEHIM FUQ L-AMMONT TAN-NEFQA TAL-OPERAT LI GħANDU JIġI MITLUB LILL-BAġIT TAL-UNJONI EWROPEA KIF UKOLL FUQ ID-DISTRIBUZZJONI TA’ DAN L-AMMONT BEJN L-ARTIKOLI TAL-KAPITOLU TAL-BAġIT TAL-PESK LI HUWA SSUġġERIT FIR-RABA’ PARAGRAFU TA’ DAN IL-PUNT. F'NUQQAS TA' QBIL, WIEħED JIFHEM LI L-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL IDAħħLU FIL-BAġIT L-AMMONT LI KIEN HEMM FIL-BAġIT PREċEDENTI JEW L-AMMONT PROPOST FL-ABBOZZ TAL-BAġIT, LIEMA MINNHOM IKUN L-ANQAS.

L-ammont totali tan-nefqa operattiva tal-PESK se jkun imqassam bejn l-artikoli tal-kapitolu tal-baġit tal-PESK kif issuġġerit fir-raba' paragrafu ta' dan il-Punt. Kull Artikolu se jkopri strumenti li huma diġà adottati, strumenti li huma previsti iżda li għadhom mhumiex adottati u l-istrumenti kollha futuri – jiġifieri strumenti mhux previsti – li jridu jiġu adottati mill-Kunsill matul is-sena finanzjarja kkonċernata.

Billi, taħt ir-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha l-awtorità li b'mod awtonomu tittrasferixxi approprjazzjonjiet bejn artikoli fi ħdan il-kapitolu tal-baġit tal-PESK, il-flessibilità li hi meqjusa meħtieġa għall-implimentazzjoni minnufih tal-azzjonijiet tal-PESK se tkun assigurata kif jixraq. Fil-każ li l-ammont tal-kapitolu tal-baġit tal-PESK matul is-sena finanzjarja ma jkunx biżżejjed biex ikunu koperti l-ispejjeż meħtieġa, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ifittxu soluzzjoni kemm jista’ jkun malajr, fuq proposta mill-Kummissjoni, waqt li jitqies l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-MFF u l-Punt 10 ta' dan il-Ftehim.

Fi ħdan il-kapitolu tal-baġit tal-PESK, l-artikoli li fihom jistgħu jiddaħħlu l-azzjonijiet tal-PESK jistgħu jaqraw skont dawn il-linji li ġejjin:

- operazzjonijiet ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet, prevenzjoni ta’ kunflitt, riżoluzzjoni u stabilizzazzjoni, sorveljanza u implimentazzjoni ta’ proċessi ta’ paċi u ta’ sigurtà,

- in-non-proliferazzjoni u d-diżarm,

- miżuri ta’ emerġenza,

- miżuri ta’ tħejjija u ta’ segwitu,

- Rappreżentanti Speċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-ammont għall-miżuri mdaħħla taħt dan l-Artikolu imsemmi fit-tielet inċiż ma jistax ikun iktar minn 20% tal-ammont globali tal-kapitolu tal-baġit tal-PESK.

22. Kull sena, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni tal-Politika tal-Affarijiet Barranin u tas-Sigurtà se jikkonsulta l-Parlament Ewropew dwar dokument tal-Kunsill li jħares ’il quddiem, u li jkun trażmess sal-15 ta’ Ġunju għas-sena kkonċernata, li jistabbilixxi aspetti ewlenin u għażliet bażiċi tal-PESK, inklużi l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u evalwazzjoni tal-miżuri mnedija fis-sena n-1. Barra minn hekk, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Politika tal-Affarijiet Barranin u tas-Sigurtà se jżomm il-Parlament Ewropew infurmat billi jagħmel laqgħat konġunti ta' konsultazzjoni mill-inqas ħames darbiet fis-sena, fil-qafas tad-djalogu politiku regolari dwar il-PESK, li għandu jintlaħaq ftehim dwarhom fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni. Il-parteċipazzjoni f’dawn il-laqgħat għandha tkun kif ġej:

23. Il-Parlament Ewropew: l-uffiċċji taż-żewġ Kumitati kkonċernati

24. Il-Kunsill: Il-President tal-Kumitat ta’ Politika u Sigurtà.

Il-Kummissjoni se tkun mistiedna tieħu sehem f’dawn il-laqgħat.

Kull meta l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni fil-qasam tal-PESK li tkun tinkludi n-nefqa, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Politika tal-Affarijiet Barranin u tas-Sigurtà għandu jibgħat lill-Parlament Ewropew, minnufih u f’kull każ mhux aktar minn ħamest ijiem wara d-deċiżjoni finali, stima tal-ispejjeż previsti ('dikjarazzjoni finanzjarja'), l-aktar fir-rigward tal-limitu ta’ żmien, il-ħaddiema impjegati, l-użu tal-bini u infrastruttura oħra, faċilitajiet ta’ trasport, kriterji ta’ taħriġ u arranġamenti ta’ sigurtà.

Kull tliet xhur il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-awtorità baġitarja dwar l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet tal-PESK u dwar il-previżjonijiet finanzjarji għall-perjodu li jkun għad fadal minn dik is-sena.

PARTI III – ĠESTJONI FINANZJARJA TAJBA TAL-FONDI TAL-UE

A.Programmar Finanzjarju

25. IL-KUMMISSJONI TRESSAQ DARBTEJN FIS-SENA, L-EWWEL DARBA F’MEJJU/ĠUNJU (FLIMKIEN MAD-DOKUMENTI LI JAKKOMPANJAW L-ABBOZZ TAL-BAġIT) U T-TIENI DARBA F’DIċEMBRU/JANNAR (WARA L-ADOZZJONI TAL-BAġIT), PROGRAMMAR FINANZJARJU KOMPLUT GħALL-INTESTATURI 1A, 2 (GħALL-AMBJENT U S-SAJD), 3A, 3B U 4 TAL-QAFAS FINANZJARJU. DAN ID-DOKUMENT, STRUTTURAT SKONT L-INTESTATURA, IL-QASAM TA’ POLITIKA U L-LINJA TAL-BAġIT GħANDU JIDENTIFIKA:

(a) il- leġiżlazzjoni fis-seħħ , bid-distinzjoni bejn programmi multiannwali u azzjonijiet annwali:

- għal programmi multiannwali l-Kummissjoni għandha tindika l-proċedura li taħtha kienu adottati (proċedura leġiżlattiva ordinarja u speċjali), it-tul tagħhom, l-ammonti ta’ referenza, is-sehem allokat għan-nefqa amministrattiva;

- għal azzjonijiet annwali (proġetti pilota, azzjonijiet ta’ tħejjija, Aġenziji) u azzjonijiet iffinanzjati taħt il-prerogattivi tal-Kummissjoni, hi għandha tipprovdi stimi multiannwali u (għal proġetti pilota u azzjonijiet ta’ tħejjija) il-marġini li jibqa' taħt il-livelli massimi awtorizzati stabbiliti fl-Artikolu 32 tar-Regoli ta' Implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju[5];

(b) proposti leġiżlattivi pendenti : proposti kurrenti tal-Kummissjoni referenzjati mil-linja tal-baġit (livell inferjuri), kapitolu u qasam ta’ politika. Għandu jinstab mekkaniżmu sabiex ikunu aġġornati t-tabelli kull darba li tkun adottata proposta ġdida sabiex ikunu evalwati l-konsegwenzi finanzjarji.

Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra modi ta’ referenzjar reċiproku tal-ipprogrammar finanzjarju bl-ipprogrammar leġiżlattiv tagħha sabiex toffri previżjonijiet aktar preċiżi u ta' min joqgħod fuqhom. Għal kull proposta leġiżlattiva, il-Kummissjoni għandha tindika jekk hijiex inkluża fil-programm għal Mejju-Diċembru jew le. L-awtorità baġitarja għandha tkun partikolarment mgħarrfa dwar:

(a) l-atti leġiżlattivi ġodda kollha adottati imma mhux inklużi fid-dokument ta’ Mejju-Diċembru (bl-ammonti korrispondenti);

(b) il-proposti ta' leġiżlazzjoni pendenti kollha ppreżentati imma mhux inklużi fid-dokument ta’ Mejju-Diċembru (bl-ammonti korrispondenti);

(c) Il-leġiżlazzjoni prevista fil-programm leġiżlattiv annwali tal-Kummissjoni bl-indikazzjoni ta’ azzjonijiet li x'aktarx ikollhom impatt finanzjarju (iva/le).

Kull meta jkun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tindika l-ipprogrammar mill-ġdid li timplika l-leġiżlazzjoni ġdida proposta.

B. Aġenziji u skejjel Ewropej

26. META L-KUMMISSJONI TIPPREżENTA L-PROPOSTA TAGħHA GħALL-ħOLQIEN TA' KWALUNKWE AġENZIJA ġDIDA, IL-KUMMISSJONI SE TIVVALUTA L-IMPLIKAZZJONIJIET BAġITARJI GħALL-INTESTATURA TAN-NEFQA KKONċERNATA. FUQ IL-BAżI TA’ DIK L-INFORMAZZJONI U MINGħAJR ħSARA GħALL-PROċEDURI LEġIżLATTIVI LI JIRREGOLAW IT-TWAQQIF TAL-AġENZIJA, Iż-żEWġ FERGħAT TAL-AWTORITÀ BAġITARJA JIMPENJAW RUħHOM, FIL-QAFAS TA’ KOOPERAZZJONI DWAR IL-BAġIT, LI JILħQU FTEHIM F’WAQTU DWAR L-IFFINANZJAR TAL-AġENZIJA.

Proċedura simili għandha tkun applikata meta jkun maħsub il-ħolqien ta’ skola Ewropea ġdida.

Il-passi proċedurali li ġejjin ser ikunu applikati:

- L-ewwel nett, il-Kummissjoni se tippreżenta b'mod sistematiku kull proposta għat-twaqqif ta' aġenzija ġdida lill-ewwel trilogu wara l-adozzjoni tal-proposta tagħha, u se tippreżenta d-dikjarazzjoni finanzjarja li takkumpanja l-att legali li jipproponi l-ħolqien tal-aġenzija u turi l-konsegwenzi tiegħu għall-bqija tal-perjodu tal-ipprogrammar finanzjarju;

- It-tieni nett, b'kunsiderazzjoni tal-progress magħmul fil-proċess leġiżlattiv, u sakemm kull fergħa tal-awtorità baġitarja tkun tista' tieħu pożizzjoni dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-proposta qabel l-adozzjoni tal-att legali, il-ħolqien tal-aġenzija ġdida se jitpoġġa fuq l-aġenda tat-trilogu sussegwenti (f'każijiet urġenti, f'forma ssimplifikata), bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim dwar il-finanzjament;

- It-tielet nett, il-ftehim milħuq matul it-trilogu se jkun ikkonfermat f'dikjarazzjoni konġunta, soġġett għall-approvazzjoni minn kull fergħa tal-awtorità baġitarja skont ir-regoli ta' proċedura tagħha.

C. Strumenti finanzjarji ġodda

27. L-ISTITUZZJONIJIET JAQBLU LI L-INTRODUZZJONI TAL-MEKKANIżMI TA’ KOFINANZJAMENT HUMA NEċESSARJI BIEX ISAħħU L-EFFETT TA' STIMOLU TAL-BAġIT TAL-UNJONI EWROPEA BILLI JIżDIED L-INċENTIV GħALL-FINANZJAMENT.

Huma jaqblu li jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ strumenti finanzjarji multiannwali xierqa li jaħdmu bħala katalisti għal investituri privati u pubbliċi.

Meta tippreżenta l-abbozz tal-baġit, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-awtorità baġitarja dwar l-attivitajiet iffinanzjati mill-Bank Ewropew għall-Investiment, il-Fond Ewropew għall-Investiment u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp sabiex ikun appoġġjat investiment fir-riċerka u l-iżvilupp, netwerks trans-Ewropej u intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

Magħmul fi Brussell, […]

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Għall-Kummissjoni

Il-President Il-President Membru tal-Kummissjoni […] […] […]

ANNESS - KOLLABORAZZJONI INTERISTITUZZJONALI FIS-SETTUR BAĠITARJU

Parti A. Kalendarju tal-proċedura baġitarja

28. L-istituzzjonijiet għandhom isegwu l-kalendarju definit fil-punti 2, 3, 8, 9, 11, 12 u 14 hawn taħt għall-passi diversi tal-proċedura baġitarja. Fi żmien xieraq qabel il-bidu tal-proċedura baġitarja, huma jistgħu jaqblu flimkien, jekk ikun hemm bżonn, dwar kwalunkwe aġġustament meqjus xieraq għal dan il-kalendarju.

Parti B. Prijoritajiet għall-Proċedura Baġitarja

29. Fi żmien xieraq qabel l-adozzjoni tal-abbozz tal-baġit mill-Kummissjoni u mhux iktar tard minn April, se ssir laqgħa tat-trilogu biex jiġu diskussi l-prijoritajiet possibbli għall-baġit għas-sena finanzjarja li ġejja.

Part C. Stabbiliment tal-Abbozz ta' Baġit u Aġġornament tal-Istimi

30. Il-Kummissjoni se tadotta l-abbozz tal-baġit fl-aħħar ġimgħa ta' April jew mhux iktar tard mill-ewwel ġimgħa ta' Mejju.

31. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta kull sena abbozz tal-baġit li juri l-ħtiġijiet ta' finanzjament attwali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu jqis:

a) previżjonijiet dwar il-Fondi Strutturali pprovduti mill-Istati Membri,

b) il-kapaċità li jintużaw l-approprjazzjonijiet, waqt li wieħed jipprova jżomm relazzjoni stretta bejn l-approprjazzjonijiet għall-impenji u l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet,

c) il-possibbiltajiet biex jingħata bidu għal politiki ġodda permezz ta’ proġetti pilota u/jew azzjonijiet ġodda ta’ tħejjija jew it-tkomplija ta' azzjonijiet multiannwalili jkunu waslu biex jintemmu, wara li jkun ivvalutat jekk ikunx possibbli li jinkiseb att bażiku, fit-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju (definizzjoni tal-att bażiku, ħtieġa ta' att bażiku għall-implimentazzjonijiet u eċċezzjonijiet),

d) il-ħtieġa li jiġi żgurat li kull bidla fin-nefqa f'relazzjoni mas-sena ta' qabel tkun konformi mar-restrizzjonijiet tad-dixxiplina baġitarja.

32. L-istituzzjonijiet għandhom, safejn ikun possibbli, jevitaw li jdaħħlu fil-baġit partiti li jkollhom ammonti żgħar ħafna ta' nefqa fuq l-operazzjonijiet.

33. Iż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja jimpenjaw ruħhom ukoll li jżommu f'moħħhom il-valutazzjoni tal-possibilitajiet għall-implimentazzjoni tal-baġit magħmula mill-Kummissjoni fl-abbozzi tagħha u f'konnessjoni mal-implimentazzjoni tal-baġit kurrenti.

34. Fl-interess ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u minħabba l-effett tat-tibdil kbir fin-nomenklatura tal-baġit, fit-titoli u l-kapitoli dwar ir-responsabbiltajiet ta’ rappurtar fit-tmexxija tad-dipartimenti tal-Kummissjoni, iż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja jimpenjaw ruħhom li jiddiskutu mal-Kummissjoni kwalunkwe tibdil kbirmatul il-proċedura konċiljatorja.

35. Sakemm jiltaqa' l-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, il-Kummissjoni tista', jekk ikun meħtieġ, temenda l-abbozz tal-baġit skont l-Artikolu 314(2) TFUE inkluż permezz ta' ittra ta' emenda li taġġorna l-istimi tan-nefqa għall-agrikoltura. Il-Kummissjoni se tibgħat l-informazzjoni dwar l-aġġornamenti liż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja għall-kunsiderazzjoni tagħhom hekk kif ikunu disponibbli. Hija għandha tipprovdi lill-awtorità baġitarja bir-raġunijiet kollha debitament iġġustifikati li din tista' teħtieġ.

Parti D. Proċedura baġitarja qabel il-Konċiljazzjoni

36. Se ssir laqgħa tat-trilogu fi żmien xieraq qabel il-qari tal-Kunsill sabiex l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jkollhom skambju ta' opinjonijiet dwar l-abbozz tal-baġit.

37. Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tagħmel valutazzjoni f’waqtha dwar l-implimentabilità tal-emendi previsti mill-awtorità baġitarja, waqt li jinħolqu azzjonijiet ġodda ta’ tħejjija/proġetti pilota jew waqt li jiġu estiżi dawk eżistenti, iż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni sa nofs Ġunju dwar l-intenzjonijiet tagħhom f’dan il-qasam, dan biex l-ewwel diskussjoni tkun diġà tista’ ssir f'dan it-trilogu.

38. Il-Kunsill għandu jlesti l-qari tiegħu mhux iktar tard mill-aħħar ta' Lulju.

39. Il-Kumitat tal-Parlament Ewropew dwar il-Baġits (COBU) jivvota dwar il-qari tiegħu sal-aħħar ta' Settembru jew bidu ta' Ottubru u l-Plenarja tal-Parlament Ewropew tivvota dwar il-qari tiegħu f'nofs Ottubru.

Part E. Proċess ta' Konċiljazzjoni

40. Jekk il-Parlament Ewropew jadotta l-emendi, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni għandu jiltaqa' fuq sejħa tal-President tal-Parlament Ewropew, bil-qbil tal-President tal-Kunsill u b'kunsiderazzjoni xierqa tad-dispożizzjonijiet tat-TFUE. Is-sejħa għall-laqgħa tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni għandha tiġi ffirmata u mibgħuta fl-istess ħin bħall-vot tas-sessjoni plenarja dwar il-baġit.

41. L-istituzzjonijiet jikkooperaw mill-qrib bil-ħsieb li jlestu l-ħidma tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fi żmien 21 jum sa nofs Novembru.

42. Sabiex ikun ippreparat ftehim dwar test konġunt mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, id-dokumentazzjoni meħtieġa hija skambjata bejn l-istituzzjonijiet malajr kemm jista' jkun.

43. Tista' tkun organizzata laqgħa preparatorja teknika qabel il-vot tal-Parlament Ewropew sabiex tiġi definita l-organizzazzjoni tal-ħidma.

44. Il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni għandu jkun ippresedut b'mod konġunt mir-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Il-laqgħat tal-Kumitat għandhom ikunu ppreseduti mill-kopresidenza tal-istituzzjoni li tilqa' għandha l-laqgħa. Kull istituzzjoni, skont ir-regoli ta' proċedura tagħha, se tinnomina l-parteċipanti tagħha għal kull laqgħa u tiddefinixxi l-mandat tagħha għan-negozjati.

45. Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 314(5) TFUE, il-Kummissjoni għandha tieħu parti fil-proċeduri ta' konċiljazzjoni u għandha tieħu l-inizjattivi kollha meħtieġa bl-iskop li tirrikonċilja l-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

46. Id-dati u l-aġendi għal-laqgħat tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni se jkunu stabbiliti b'mod konġunt mill-kopresidenti bl-għan tal-funzjonament effetiv tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni matul il-proċedura ta' konċiljazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tkun ikkonsultata dwar id-dati previsti.

47. It-trilogi għandhom isiru matul il-proċedura ta' konċiljazzjoni, f'livelli differenti tar-rappreżentazzjoni. bl-għan li jiġu solvuti kwistjonijiet pendenti u tiġi ppreparata l-bażi għal ftehim li għandu jintlaħaq fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni.

48. Il-laqgħa tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni u tat-trilogi se ssir b'mod alternat fil-bini tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, bl-għan ta' qsim ugwali tal-faċilitajiet, inkluż il-faċilitajiet ta' interpretazzjoni.

49. Is-segretarjat tal-Parlament Ewropew u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jaġixxu bħala s-segretarjat tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, b'assoċjazzjoni mad-Direttorat Ġenerali għall-Baġit tal-Kummissjoni, fuq il-bażi ta' definizzjoni ċara u minn qabel tal-kompiti bejn it-tliet istituzzjonijiet.

50. Il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-abbozz tal-baġit tal-Kummissjoni, il-pożizzjoni tal-Kunsill u l-emendi tal-Parlament Ewropew. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tippreżenta l-opinjoni tagħha dwar l-eżegwibilità tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni u tal-emendi tal-Parlament Ewropew u possibbilment in-nota ta' informazzjoni tagħha dwar l-implimentazzjoni tal-baġit.

51. Għandu jiġi stabbilit ftehim dwar test konġunt f'laqgħa tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jew, sussegwentement, permezz ta' skambju ta' ittri bejn il-kopresidenti. Il-kopji ta' tali ittri għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni.

52. Kull fergħa tal-awtorità baġitarja għandha tieħu kull passi meħtieġa biex jiżguraw li r-riżultati li jistgħu jinkisbu fil-proċess ta' konċiljazzjoni jiġu rrispettati fil-proċedura kollha baġitarja skont id-dispożizzjonijiet tat-TFUE.

53. L-istituzzjonijiet se jagħmlu ħilithom biex jagħmlu konferenza stampa konġunta sabiex iħabbru r-riżultat tal-konċiljazzjoni. Huma se jagħmlu ħilithom ukoll biex joħorġu stqarrijiet għall-istampa konġunti.

54. Ladarba l-Kumitat ta' konċiljazzjoni ikun qabel ma' test konġunt, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill se jagħmlu ħilithom biex japprovaw ir-riżultat tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni malajr kemm jista' jkun fi ħdan il-qafas tal-Artikolu 314(6) TFUE, skont ir-regoli interni ta' proċeduri rispettivi tagħhom.

Parti F. Baġits ta' Emenda

Prinċipji ġenerali

55. B'kunsiderazzjoni li l-baġits ta' emenda huma ta' spiss iffukati fuq kwistjonijiet speċifiċi u xi kultant urġenti, l-istituzzjonijiet jaqblu dwar il-prinċipji ta' hawn taħt sabiex jiżguraw kooperazzjoni xierqa interistituzzjonali għall-adozzjoni bla tfixkil u malajr tal-baġits ta' emenda filwaqt li kemm jista' jkun jiġi evitat li ssir laqgħa ta' konċiljazzjoni għall-baġits ta' emenda.

56. L-istituzzjonijiet se jagħmlu ħilithom biex kemm jista' jkun jillimitaw in-numru ta' baġits ta' emenda.

Kalendarju

57. Il-Kummissjoni se tinforma minn qabel liż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja bid-dati possibbli ta' adozzjoni tal-abbozzi ta' baġits ta' emenda mingħajr ħsara għad-data finali ta' adozzjoni.

58. Skont ir-regoli interni ta' proċedura, kull fergħa tal-awtorità baġitarja se tagħmel ħilitha biex teżamina l-abbozz ta' baġit ta' emenda propost mill-Kummissjoni f'opportunità kmieni wara l-adozzjoni tal-Kummissjoni.

59. Sabiex jgħaġġlu l-proċedura, iż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja se jiżguraw li l-kalendarji ta' xogħol rispettivi tagħhom ikunu kemm jista' jkun ikkoordinati sabiex jippermettu li l-proċedimenti jitwettqu b'mod koerenti u konverġenti. Għalhekk huma se jfittxu malajr kemm jista' jkun li jistabbilixxu skeda ta' żmien indikattiva għall-istadji varji li jwasslu għall-adozzjoni finali tal-baġit ta' emenda.

Iż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja se jikkunsidraw l-urġenza relattiva tal-baġit ta' emenda u l-ħtieġa li jiġi approvat fi żmien xieraq sabiex ikun effettiv matul is-sena kkonċernata.

Kooperazzjoni matul il-qari ta' kull fergħa tal-Awtorità Baġitarja

60. L-istituzzjonijiet se jikkoperaw b'rieda tajba matul il-proċedura biex, sa fejn possibbli, tkun possibbli l-adozzjoni ta' baġits ta' emenda fi stadju kmieni tal-proċedura.

Fejn xieraq u meta jkun hemm diverġenza potenzjali, kull fergħa tal-awtorità baġitarja, qabel ma tieħu l-pożizzjoni finali tagħha dwar il-baġit ta' emenda, jew il-Kummissjoni, tista' tipproponi li torganizza trilogu speċifiku, sabiex jiġu diskussi d-diverġenzi u biex tipprova tilħaq kompromess.

61. L-abbozzi ta' baġits ta' emenda proposti mill-Kummissjoni u li għadhom mhux approvati finalment, se jkunu b'mod sistematiku fuq l-aġenda tat-trilogi ppjanati għall-proċedura tal-baġit annwali. Il-Kummissjoni se tippreżenta l-abbozzi ta' baġits ta' emenda u ż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja, sa fejn ikun possibbli, se javzaw il-pożizzjoni rispettiva tagħhom qabel it-trilogu.

62. Jekk jintlaħaq kompromess matul it-trilogu, kull fergħa tal-awtorità baġitarja se timpenja ruħha biex tikkunsidra r-riżultati tat-trilogu meta jiddeliberaw dwar il-baġit ta' emenda skont it-Trattat u r-regoli interni ta' proċedura tiegħu

Kooperazzjoni wara l-qari ta' kull fergħa tal-awtorità baġitarja

63. Jekk il-Parlament Ewropew japprova mingħajr emendi l-pożizzjoni tal-Kunsill, il-baġit ta' emenda għandu jiġi adottat.

64. Jekk il-Parlament Ewropew jadotta l-emendi minn maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu, l-Artikolu 314(4)(c) TFUE għandu japplika. Madankollu, qabel ma jiltaqa' l-Kumitat ta' Kunċiljazzjoni, se ssir laqgħa tat-trilogu.

65. Jekk jintlaħaq ftehim matul it-trilogu u soġġett għall-ftehim ta' kull fergħa tal-awtorità baġitarja dwar ir-riżultati tat-trilogu, il-konċiljazzoni se tinagħlaq permezz ta' skambju ta' ittri mingħajr ma ssir laqgħa tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni.

66. Jekk ma jintlaħaq l-ebda ftehim matul it-trilogu, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni għandu jiltaqa' u jorganizza l-ħidma tiegħu skont iċ-ċirkustanzi, bl-għan li jitlesta kemm jista jkun il-proċess ta' teħid ta' deċiżjoni qabel l-iskadenza ta' 21 ġurnata stabbilit fl-Artikolu 314(6) TFUE. Il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jista' jikkonkludi permezz ta' skambju ta' ittri.

[1] ĠU L, p. .

[2] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

[3] ĠU C 139, 14.5.2006, p. 1.

[4] ĠU C 89, 22.4.1975, p. 1.

[5] Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli fid-dettall għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, ĠU L 357, 31.12.2002, p.1.

Top