EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009PC0031

Proposta għal regolament …/…/KE tal-Parlament ewropew u tal-kunsill ta’ […] dwar ismijiet ta' tessuti u l-ittikkettjar relatat tal-prodotti tat-tessuti (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) {SEC(2009)91} {SEC(2009)90}

/* KUMM/2009/0031 finali - COD 2009/0006 */

52009PC0031

Proposta għal regolament …/…/KE tal-Parlament ewropew u tal-kunsill ta’ […] dwar ismijiet ta' tessuti u l-ittikkettjar relatat tal-prodotti tat-tessuti (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) {SEC(2009)91} {SEC(2009)90} /* KUMM/2009/0031 finali - COD 2009/0006 */


MT

Brussel 30.1.2009

KUMM(2009) 31 finali

2009/0006 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT …/…/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta’ […]

dwar ismijiet ta' tessuti u l-ittikkettjar relatat tal-prodotti tat-tessuti

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SEC(2009)91}

{SEC(2009)90}

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Sfond tal-proposta

L-idea ta' reviżjoni ta' leġiżlazzjoni tal-Ismijiet ta' Tessuti ħarġet fil-beraħ f'dawn l-aħħar snin grazzi għall-esperjenza żviluppata permezz tal-emendi tekniċi regolari għall-introduzzjoni ta' ismijiet ġodda ta' fibri tat-tessuti fid-Direttivi eżistenti. Din l-esperjenza wriet li kien hemm lok li jiġi ssimplifikat il-qafas legali eżistenti b'impatti pożittivi potenzjali għall-persuni interessati privati u għall-amministrazzjonijiet pubbliċi. Għalhekk, ir-reviżjoni ta' din il-leġiżlazzjoni timmira lejn is-simplifikazzjoni u t-titjib tal-qafas regolatorju eżistenti għall-iżvilupp u l-użu ta' fibri ġodda, bl-għan li titħeġġeġ l-innovazzjoni fis-settur tat-tessuti u tal-ilbies u li jkun possibbli għall-utenti tal-fibri u l-konsumaturi li jibbenefikaw aktar malajr minn prodotti innovattivi.

Barra minn hekk, ir-reviżjoni proposta għandha ttejjeb ukoll it-trasparenza tal-proċess biex jiżdiedu fibri ġodda mal-lista ta' ismijiet ta' fibri armonizzati. Fl-istess ħin, għandha tintroduċi aktar flessibilità fl-adattament tal-leġiżlazzjoni biex wieħed ilaħħaq mal-ħtiġijiet tal-iżviluppi teknoloġiċi mistennija fl-industrija tat-tessuti.

L-għan tar-reviżjoni mhuwiex l-estensjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE għal rekwiżiti oħra tal-ittikkettjar lil hinn mill-kompożizzjoni tal-fibri u l-armonizzazzjoni ta' ismijiet tal-fibri tat-tessuti koperti mid-Direttivi eżistenti.

Ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar Ismijiet ta' Tessuti u l-Ittikkettjar [1] tħabbret fl-2006 f'“L-ewwel rapport ta' progress dwar l-istrateġija għas-simplifikazzjoni tal-ambjent regolatorju” [2] u kienet inkluża fil-Programm Leġiżlattiv u ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2008.

2. Konsultazzjoni ma' partijiet interessati

Minħabba fl-ambitu limitat ta' din ir-reviżjoni, twettqet konsultazzjoni mmirata lejn il-partijiet interessati. Varjetà sħiħa ta' partijiet interessati ħadet sehem fil-proċess ta' konsultazzjoni: assoċjazzjonijiet tal-industrija u ta' bejgħ bl-imnut, trejdunjins, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, korpi ta' standardizzazzjoni Ewropej, kif ukoll amministrazzjonijiet nazzjonali [3].

Il-partijiet interessati u r-rappreżentanti tal-Istati Membri ġew mistiedna jressqu l-fehmiet, is-suġġerimenti u l-proposti tagħhom matul perjodu minn Jannar sa Awwissu 2008, fil-qafas tal-laqgħat organizzati mis-servizzi tal-Kummissjoni u bil-miktub.

Il-partijiet interessati huma tal-fehma li l-introduzzjoni ta' ismijiet ġodda ta' fibri fil-leġiżlazzjoni Ewropea hija importanti għall-promozzjoni tal-innovazzjoni fl-industrija Ewropea u mill-perspettiva ta' tagħrif lill-konsumatur. Madankollu, il-kontenut politiku tal-emendi tekniċi għal-leġiżlazzjoni tal-Ismijiet tat-Tessuti ma jiġġustifikax il-proċeduri u l-ispejjeż ta' piż involuti fit-traspożizzjoni ta' Direttiva; għalhekk, għandha tinstab soluzzjoni ta' leġiżlazzjoni eħfef.

Ir-riżultati tal-proċess ta' konsultazzjoni huma disponibbli fir-rapport tal-Istima tal-Impatt u fl-annessi tiegħu.

3. L-istima tal-impatt

Imsejsa fuq ir-riżultati tal-konsultazzjoni tal-partijiet interessati u fuq l-istudju “Is-Simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE fil-qasam tal-Ismijiet tat-Tessuti u tal-Ittikkettjar – Stima tal-Impatt ta' għażliet politiċi” [4], il-Kummissjoni wettqet stima tal-impatt tal-għażliet varji ta' politika biex tikseb l-għanijiet stipulati hawn fuq.

Il-Bord tal-Istima tal-Impatt tal-Kummissjoni Ewropea evalwa l-abbozz tal-verżjoni tar-rapport tal-istima tal-impatt imħejji mis-servizz rilevanti u approvah b'xi bidliet [5].

L-analiżi u t-tqabbil tal-għażliet varji u tal-impatt tagħhom wasslu għal dawn il-konklużjonijiet:

- L-inklużjoni ta' ggwidar fir-rigward tal-kontenut tal-fajl ta' applikazzjoni u r-rikonoxximent tal-laboratorji biex jgħinu lill-kumpaniji fil-kompilazzjoni tal-fajl huma benefiċċji potenzjali jekk jirriżultaw fit-tressiq ta' fajls ta' applikazzjoni aktar allinjati mar-rekwiżiti tas-seriviżżi tal-Kummissjoni. Dan jista jwassal għal inqas ħela ta' ħin kemm għall-industrija kif ukoll għall-awtoritajiet pubbliċi.

- L-akbar benefiċċji għall-industrija jiġu mill-iffrankar ta' ħin li jinħela bejn applikazzjoni li titressaq għal isem ġdid ta' fibra u l-kapaċità li l-fibra titpoġġa fis-suq bl-isem il-ġdid. Dan ifisser l-iffrankar ta' spejjeż amministrattivi u r-realizzazzjoni aktar bikrija ta' dħul mill-bejgħ tal-fibra.

- L-akbar benefiċċji għall-awtoritajiet tal-Istati Membri jirriżultaw mit-tibdil ta' Direttivi b'Regolament, billi ma jkollhomx bżonn aktar jittrasponu l-emendi f'leġiżlazzjoni nazzjonali. Dan jista' jiġġenera t-tnaqqis fl-infiq għall-Istati Membri.

- Ir-reviżjoni għandha l-vantaġġ li taċċerta lill-konsumaturi li l-fibri msemmija jilħqu karatteristiċi speċifiċi. Il-konsumaturi jistgħu wkoll jirbħu benefiċċji addizzjonali minn fibri ġodda li jilħqu s-suq iżjed malajr.

4. Bażi ġuridika u Sussidjari

Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-Ismijiet ta' Tessuti u l-Ittikkettjar hija msejsa fuq l-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE. Hija timmira li tistabbilixxi suq intern għall-prodotti tat-tessuti filwaqt li tiżgura li l-konsumaturi jirċievu tagħrif xieraq.

Fis-snin 70, l-Istati Membri rrikonoxxew il-ħtieġa għall-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam tal-ismijiet tat-tessuti. L-ismijiet differenti (mhux armonizzati) għall-fibri tat-tessuti fl-Istati Membri tal-UE għandhom imnejn joħolqu ostakolu tekniku lill-kummerċ fis-Suq Intern. Barra dan, l-interessi tal-konsumaturi jkunu aktar imħarsa jekk it-tagħrif provdut f'dan il-qasam ikun l-istess fi ħdan is-Suq Intern.

Il-proposta attwali ma tbiddilx il-bilanċ politiku bejn l-Istati Membri u l-UE. Huwa previst Kumitat biex jgħin lill-Kummissjoni u biex jagħti opinjoni dwar il-miżuri ta' implimentazzjoni proposti biex jemendaw ir-regolament, waqt li jkunu segwiti r-regoli ta' kumitat regolatorju bi skrutinju. Dan huwa l-każ il-lum il-ġurnata fir-rigward tad-Direttivi eżistenti.

5. L-elementi ewlenin tal-proposta u l-bidliet lil-leġiżlazzjoni eżistenti fl-ismijiet u l-ittikkettjar tat-tessuti.

Il-bidliet prinċipali lil-leġiżlazzjoni eżistenti jistgħu jitqassru kif ġej:

5.1. L-iffaċilitar tal-proċess leġiżlattiv biex il-leġiżlazzjoni tiġi adattata għall-progress tekniku

5.1.1. It-tibdil tad-Direttiva 96/74/KE f'Regolament

Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ismijiet u l-ittikkettjar ta' tessuti jeħtieġ li tiġi adattata kull darba li isem ġdid ta' fibra jiżdied mal-lista ta' ismijiet armonizzati; bidliet bħal dawn huma ta' natura purament teknika u jistgħu jiġu introdotti b'mod aktar sempliċi fil-forma ta' Regolament, waqt li fl-istess ħin inaqqsu l-piż amministrattiv għall-awtoritajiet nazzjonali.

5.1.2. It-tħassir ta' Direttivi relatati mal-metodi u l-bidla tagħhom f'anness tekniku

Il-metodi ta' kwantifikazzjoni huma strument essenzjali biex jippermettu għall-verifika tat-tagħrif provdut fuq it-tikketta ta' kompożizzjoni, li teħtieġ ukoll aġġornament biex tinkludi l-ismijiet tal-fibri l-ġodda. Billi l-kontenut tekniku tagħhom huwa dettaljat, l-adattament ta' metodi uniformi bħal dawn huwa indirizzat aħjar fil-forma ta' annessi lir-Regolament ewlieni. Għalhekk, l-Artikolu 22 iħassar id-Direttivi 96/73/KE u 73/44/KEE u r-Regolament propost jinkludi l-Anness VIII, li jistipula metodi uniformi użati għat-testijiet uffiċjali.

5.2. It-tqassir taż-żmien bejn it-tressiq ta' applikazzjoni u l-adozzjoni tal-isem il-ġdid tal-fibra.

Biex il-manifatturi tal-fibri, l-utenti tal-fibri u l-konsumaturi jibbenefikaw iżjed malajr mill-użu ta' fibri ġodda u ta' prodotti innovattivi, għandha titħaffef aktar l-adozzjoni tal-ismijiet il-ġodda ta' fibri fil-leġiżlazzjoni tal-UE. Flimkien mal-ħin mirbuħ permezz tat-tibdil tad-Direttiva 96/74/KE f'Regolament, il-ħin meħtieġ għall-eżami tekniku ta' talbiet għal ismijiet ġodda ta' fibri jista' jitnaqqas jekk il-fajls tal-applikazzjoni li tressqu mill-manifatturi jkunu iżjed korretti u kompluti fir-rigward tar-rekwiżiti li dawn jeħtiġilhom iwettqu.

5.2.1. Rekwiżiti minimi ta' applikazzjonijiet għal isem ġdid ta' fibra

Artikolu ġdid (l-Artikolu 6) jistabbilixxi l-proċedura li għandha tkun segwita minn manifattur biex jitlob iż-żieda ta' isem ġdid ta' fibra mal-annessi tekniċi tar-Regolament. Il-manifattur huwa mitlub iressaq fajl ta' applikazzjoni lill-Kummissjoni, fejn jirrispetta r-rekwiżiti minimi stipulati fl-Anness II.

5.2.2. Rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament

L-Artikolu 21 jipprevedi rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament, li għandu jitfassal mill-Kummissjoni wara perjodu ta' ħames snin. Ir-rapport għandu jiffoka fuq l-evalwazzjoni tal-esperjenza miksuba bl-applikazzjonijiet għal ismijiet ġodda ta' fibri li waslu f'dak il-perjodu u għandu jeżamina jekk reviżjoni tal-proċeduri proposti tistax twassal għal inqas ħela ta' żmien.

5.3. Bidliet oħra

Barra mill-emendi stipulati taħt il-punti 5.1 u 5.2, it-test tal-leġiżlazzjoni eżistenti ġie revedut f'konformità mal-istandards leġiżlattivi ta' dan l-aħħar biex jiffaċilita l-applikabilità diretta tiegħu u biex jiżgura li ċ-ċittadini, l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet pubbliċi jkunu jistgħu jidentifikaw id-drittijiet u l-obbligi tagħhom faċilment.

Il-bidliet sostanzjali li saru fil-proposti huma dawn li ġejjin:

- l-Artikolu 1 jintroduċi s-suġġett tar-regolament

- l-Artikolu 3 jinkludi definizzjonijiet addizzjonali

-l-Artikolu 4 jistipula obbligi ġenerali għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti tat-tessuti

- l-Artikolu 11 (2) jirrikonoxxi b'mod ċar ir-responsabbiltà tal-operaturi ekonomiċi li jipprovdu t-tikketta u t-tagħrif inkluż fuqha

- l-Artikolu 14 dwar dispożizzjonijiet speċjali jirreferi għal Anness tekniku, li jiddefinixxi regoli dettaljati għal ċerti prodotti tat-tessuti

- b'mod simili, l-Artikolu 16 dwar oġġetti esklużi mid-determinazzjoni tal-perċentwali tal-fibri jirreferi għal anness tekniku

- l-Artikolu 17 jistipula dispożizzjonijiet ta' sorveljanza tas-suq

- l-Artikolu 18 jispeċifika t-tolleranzi estranji tal-fibra u tal-manifattura

6. Emendi li qed isiru fid-direttivi tat-tessuti

Fl-2006, il-servizzi tal-Kummissjoni laqgħet applikazzjoni għaż-żieda ta' isem ġdid ta' fibra “melamina” fl-Annnessi tad-Direttiva 96/74/KE. F'laqgħat esploratorji ta' ħidma teknika fi gruppi flimkien ma' esperti mill-Istati Membri kien hemm qbil li l-applikazzjoni kienet waħda teknikament soda. Huwa għalhekk xieraq li jiġu adattati d-Direttivi 96/74/KE u 96/73/KE għall-progress tekniku.

Id-Direttivi 96/74/KE u 96/73/KE għandhom għalhekk jiġu emendati biex jinkludu l-isem il-ġdid tal-fibra “melamina” fl-Annessi tekniċi tagħhom. Skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 96/74/KE u l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 96/73/KE, iż-żidiet mal-Annessi I u II tad-Direttiva 96/74/KE u ż-żidiet u l-emendi mal-Anness II tad-Direttiva 96/73/KE għandhom isiru mill-Kummissjoni skont l-opinjoni tal-Kumitat għad-Direttivi dwar l-Ismijiet ta' Tessuti u tal-Ittikkettjar.

Huwa previst li l-Kummissjoni tikkonsulta lill-Kumitat waqt li l-proposta preżenti għal Regolament ġdid tkun qed issegwi l-proċedura leġiżlattiva ta' adozzjoni fil-Kunsill u fil-Parlament Ewropew. Huwa previst li l-fibra l-ġdida “melamina” tiżdied mal-Annessi tad-Direttivi wara li l-Kumitat ikun wassal opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kummissjoni. Biex ma jkunx hemm dewmien u emendi addizzjonali bla bżonn, huwa għalhekk xieraq li r-Regolament il-ġdid jinkludi l-fibra l-ġdida f'parenteżi [melamina], suġġetti għall-opinjoni favorevoli tal-Kumitat.

2009/0006 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT …/…/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta’ […]

dwar ismijiet ta' tessuti u l-ittikkettjar relatat tal-prodotti tat-tessuti

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [6],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [7],

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 73/44/KEE tas-26 ta’ Frar 1973 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' analiżi kwantitattiva ta’ taħlitiet ta' tliet fibri [8], id-Direttiva 96/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar ċerti metodi għall-analizi kwantitattiva ta' taħlitiet ta' żewġ fibri tat-tessuti [9] u d-Direttiva 96/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar ismijiet tat-tessuti (abbozzata mill-ġdid) [10] ġew emendati bosta drabi. Billi għandhom isiru aktar emendi, dawn għandhom jinbidlu bi strument legali uniku, fl-interess taċ-ċarezza.

(2) Il-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-Ismijiet tat-Tessuti u l-Ittikkettjar ta' Prodotti tat-Tessuti hija teknika ħafna fil-kontenut tagħha, b'dispożizzjonijiet dettaljati li jridu jiġu adattati regolarment. Biex jiġi evitat li l-Istati Membri jittrasponu l-emendi tekniċi f'leġiżlazzjoni nazzjonali u għalhekk jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-awtoritajiet nazzjonali u biex jiġu adottati aktar malajr l-ismijiet il-ġodda ta' fibri biex jiġu applikati fl-istess ħin madwar il-Komunità kollha, Regolament jidher li huwa l-iżjed strument legali adattat għat-twettiq tas-simplifikazzjoni leġiżlattiva.

(3) Biex jiġu eliminati l-ostakoli potenzjali għat-tħaddim tajjeb tas-suq intern ikkawżati minn dispożizzjonijiet diverġenti tal-Istati Membri fir-rigward tal-ismijiet, il-kompożizzjoni u l-ittikkettjar tal-prodotti tat-tessuti, hija meħtieġa l-armonizzazzjoni tal-ismijiet tal-fibri tat-tessuti u l-indikazzjonijiet li jidhru fuq it-tikketti, l-immarkar u d-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti tat-tessuti fl-istadji varji tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tagħhom.

(4) Huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli li jippermettu lill-manifatturi jsaqsu għall-inklużjoni ta' isem ġdid ta' fibra fuq il-lista ta' ismijiet permessi ta' fibri.

(5) Għandha ssir dispożizzjoni fir-rigward ta’ ċerti prodotti li mhumiex magħmulin esklussivament minn materjal tat-tessut iżda li għandhom kontenut ta’ tessut li jikkostitwixxi parti essenzjali tal-prodotti jew li l-manifattur, il-proċessur jew in-negozjant ikun ġibed l-attenzjoni għalih.

(6) It-tolleranza fir-rigward ta' 'fibri oħra', li ma għandhomx jidhru fuq it-tikketta għandha tapplika kemm għall-prodotti puri kif ukoll għal taħlitiet.

(7) L-ittikkettjar tal-kompożizzjoni għandu jkun obbligatorju biex ikun żgurat li qed jingħata tagħrif korrett lill-konsumaturi kollha fil-Komunità f'livell uniformi. F’każijiet fejn huwa teknikament diffiċli li tiġi speċifikata l-kompożizzjoni ta’ prodott fiż-żmien tal-manifattura, għandu jkun possibbli li jidher, fuq it-tikketta, dawk il-fibri biss li huma magħrufa fiż-żmien tal-manifattura sakemm dawn ikunu jiffurmaw ċertu perċentwali mill-prodott mitmum.

(8) Huwa meħtieġ, biex jiġu evitati d-differenzi ta’ prattika fost l-Istati Membri, li jiġu stipulati l-metodi eżatti ta’ ittikkettjar għal ċerti prodotti tat-tessuti magħmulin minn żewġ komponenti jew aktar, u li jiġu speċifikati l-komponenti ta’ prodotti tat-tessuti li mhemmx għalfejn jiġu kkunsidrati għall-finijiet tal-ittikkettjar u tal-analiżi.

(9) Prodotti tat-tessuti soġġetti biss għall-ħtiġijiet ta’ ittikkettjar inklussiv, u dawk mibjugħin bil-metru jew maqtugħin f’tulijiet, għandhom ikunu għall-bejgħ b’tali mod li l-konsumatur jista’ jsir jaf tajjeb it-tagħrif kollu mwaħħal mal-pakkett ġenerali jew mar-romblu.

(10) L-użu ta’ deskrizzjonijiet jew ta' ismijiet li jgawdu prestiġju partikolari fost l-utenti u l-konsumaturi għandhom ikunu soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet. Barra minn hekk, biex jingħata tagħrif lill-utenti u lill-konsumaturi, huwa xieraq li l-ismijiet tal-fibri jkunu relatati mal-karatteristiċi tal-fibra.

(11) Is-sorveljanza tas-suq ta' prodotti li jaqgħu taħt l-ambitu ta' dan ir-Regolament fl-Istati Membri għandha tkun suġġetta għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti [11].

(12) Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti metodi għat-teħid ta’ kampjuni u l-analiżi ta’ prodotti tat-tessuti biex tkun eskluża kwalunkwe possibilità ta’ oġġezzjoni għall-metodi użati. Il-metodi użati għat-testijiet uffiċjali mwettqa fl-Istati Membri biex jiddeterminaw il-kompożizzjoni tal-fibra tal-prodotti tat-tessuti magħmula minn taħlitiet ta' żewġ u ta' tliet fibri għandhom ikunu uniformi, kemm fir-rigward tat-trattament minn qabel tal-kampjun kif ukoll fir-rigward tal-analiżi kwantitattiva tiegħu; għalhekk dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi metodu uniformi ta' analiżi għall-parti l-kbira tal-prodotti tat-tessuti magħmulin minn taħlitiet ta' żewġ u ta' tliet fibri li jinsabu fis-suq.

(13) Fil-każ ta' taħlitiet ta' żewġ fibri li għalihom ma jeżisti l-ebda metodu uniformi ta' analiżi f'livell Komunitarju, il-laboratorju responsabbli mill-ittestjar għandu jkun jista' jiddetermina l-kompożizzjoni ta' taħlitiet bħal dawn billi juża kwalunkwe metodu validu għad-dispożizzjoni tiegħu, waqt li jindika r-riżultat miksub fir-rapport tal-analiżi u, jekk dan ikun magħruf, il-grad ta' preċiżjoni tal-metodu użat.

(14) Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi l-konċessjonijiet miftiehma li għandhom jiġu applikati fuq il-piż anidru ta’ kull fibra waqt id-determinazzjoni bl-analiżi tal-kontenut tal-fibra tal-prodotti tat-tessuti, u għandu jagħti żewġ konċessjonijiet differenti miftiehma għall-kalkolazzjoni tal-kompożizzjoni ta’ fibri mqardxa jew mimxuta li fihom is-suf u/jew il-pil tal-annimali. Billi mhux dejjem jista' jiġi stabbilit jekk prodott huwiex imqardax jew mimxut, u għalhekk l-applikazzjoni tat-tolleranzi matul il-verifiki ta' konformtià fir-rigward tal-prodotti tat-tessuti mwettqa fil-Komunità tista' twassal għal riżultati inkonsistenti , il-laboratorji li jwettqu dawn il-verifiki għandhom ikunu awtorizzati li japplikaw konċessjoni waħda miftiehma f'każijiet ta' dubju.

(15) Għandhom jiġu stipulati regoli fir-rigward ta' prodotti eżentati mir-rekwiżiti ġenerali tal-ittikkettjar ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari għall-prodotti li jintremew wara l-użu jew għall-prodotti li jeħtieġu biss ittikkettjar inklussiv.

(16) Jixraq li tiġi stabbilita proċedura, li għandha tiġi osservata minn kwalunkwe manifattur jew rappreżentant tiegħu li jixtieq jinkludi isem ġdid ta' fibra fl-Annessi tekniċi. Dan ir-Regolament għandu għalhekk jistipula rekwiżiti li għandhom japplikaw għal isem ġdid ta' fibra li għandu jiżdied mal-Annessi tekniċi.

(17) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [12].

(18) B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadatta għall-progress tekniku l-lista ta' ismijiet ta' fibri u d-deskrizzjonijiet relatati, ir-rekwiżiti minimi għall-fajl tekniku li għandu jiġi anness mal-applikazzjoni mill-manifattur għaż-żieda ta' isem ġdid ta' fibra mal-lista ta' ismijiet ta' fibri permessi, id-dispożizzjonijiet speċjali li jikkonċernaw prodotti ta' kriepet u ċerti tipi ta' tessuti, il-lista ta' prodotti li għalihom l-ittikkettjar u l-immarkar mhuwiex obbligatorju, il-lista ta' oġġetti li ma għandhomx jitqiesu għad-determinazzjoni tal-perċentwali ta' fibri, il-konċessjonijiet miftehma użati għall-kalkolu tal-piż tal-fibri li fih prodott tat-tessuti, kif ukoll li tadatta l-metodi eżistenti jew li tadotta oħrajn ġodda ta' analiżi kwantitattivi għal taħlitiet ta' żewġ u ta' tliet fibri. Ladarba dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(19) Billi l-għanijiet tal-azzjoni li trid tittieħed, jiġifieri l-adozzjoni ta' regoli uniformi għall-użu ta' ismijiet ta' tessuti u għall-ittikkettjar relatat tal-prodotti tat-tessuti, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipji tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(20) Id-Direttivi 96/74/KE [jew abbozzati mill-ġdid], 96/73/KE u 73/44/KE għandhom jitħassru,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli li jikkonċernaw l-użu ta' ismijiet ta' tessuti u ttikkettjar relatat tal-prodotti tat-tessuti kif ukoll regoli li jikkonċernaw l-analiżi kwantitattiva ta' taħlitiet ta' fibri ta' tessuti ta' żewġ u ta' tliet fibri.

Artikolu 2

Ambitu

1. Dan ir-Regolament japplika għall-prodotti tat-tessuti.

Huwa japplika wkoll għal dawn il-prodotti li ġejjin:

(a) prodotti li fihom għallinqas 80 % bil-piż ta’ fibri tat-tessuti;

(b) għata tal-għamara, umbrelel u tined li jkun fihom għallinqas 80 % bil-piż ta’ komponenti tat-tessuti;

(c) il-komponenti tat-tessuti ta’ għata b’aktar minn saff wieħed ta’ pavimenti, saqqijiet u oġġetti tal-ikkampjar, u inforra li ssaħħan għax-xedd tas-saqajn, ingwanti, mittens u mitts, sakemm dawn il-partijiet jew dan il-kisi jkunu jikkostitwixxu għallinqas 80 % bil-piż tal-prodott sħiħ;

(d) tessuti inkorporati fi prodotti oħra u li jiffurmaw parti integrali minnhom, fejn il-kompożizzjoni tagħhom hija speċifikata.

2. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ma japplikawx għall-prodotti tat-tessuti li:

(a) huma maħsuba għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi;

(b) li jidħlu fi Stati Membri, taħt kontroll doganali, għall-għanijiet ta’ tranżitu;

(c) li jiġu importati minn pajjiżi terzi għal ipproċessar għall-intern;

(d) li jiġu mogħtija b’kuntratt lil persuni li jaħdmu fi djarhom stess, jew lil ditti indipendenti li jwettqu xogħol minn materjali fornuti mingħajr ma l-karatteristici tagħhom jiġu ttrasferiti għal konsiderazzjoni.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

1. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom jgħoddu d-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) “prodotti tat-tessuti” tfisser kwalunkwe prodotti mhux maħdumin, nofshom maħdumin, maħdumin, nofshom immanifatturati, immanifatturati, nofshom-lesti u lesti li jkunu esklussivament magħmulin minn fibri tat-tessuti, mingħajr ma jingħata kas għall-proċess ta’ taħlit jew ta’ assemblaġġ użat;

(b) 'fibra tat-tessuti' tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

(i) unità ta’ materja kkaratterizzata mill-flessibilità, mill-irquqija u mill-proporzjon għoli ta’ tul għall-akbar dimensjoni trasversali tagħha, li tagħmilha xierqa għal applikazzjonijiet f’tessuti;

(ii) strixxi jew tubi flessibbli, li l-wisa’ apparenti tagħhom ma taqbiżx il-5 mm, inklużi strixxi maqtugħin minn strixxi jew films usa, prodotti minn sostanzi użati għall-manifattura tal-fibri elenkati fit-tabella 2 fl-Anness I u xierqa għal applikazzjonijiet f’tessuti;

(c) ‘il-wisa’ apparenti’ hija l-wisa’ tal-istrixxa jew tubu meta milwijin, iċċattjati, ikkompressati jew mibrumin, jew il-wisa’ medja fejn il-wisa’ mhijiex uniformi;

(d) ‘il-komponent tat-tessuti’ jfisser parti minn prodott tat-tessuti b'kontenut ta' fibra distint;

(e) ‘fibri estranji’ huma fibri oħra għajr dawk imsemmija fuq it-tikketta;

(f) ‘inforra’ tfisser oġġett separat użat fit-tiswir ta' ħwejjeġ u ta' prodotti oħra, magħmul minn saff wieħed jew ħafna ta' materjal tat-tessuti mwaħħal b'mod laxk fuq ġewwa tul tarf wieħed jew aktar;

(g) ‘ittikkettjar inklussiv’ ifisser mod ta' tikkettjar fejn tikketta waħda tintuża għal bosta prodotti tat-tessuti jew komponenti;

(h) ‘prodotti li jintremew wara l-użu’ tfisser prodotti tat-tessuti mfassla biex jintużaw darba biss jew għal żmien limitat, u li l-użu normali tagħhom jimpedixxi kwalunkwe ristorazzjoni għal użu sussegwenti għall-istess skop jew għal skop simili.

Artikolu 4

Regoli ġenerali

1. Il-prodotti tat-tessuti jistgħu jitqiegħdu fis-suq tal-Komunità, jew qabel jew matul l-ipproċessar industrijali tagħhom jew fi kwalunkwe fażi tad-distribuzzjoni, biss fejn prodotti bħal dawn huma ttikkettjati skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

2. L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tkun bla ħsara għall-applikazzjoni tar-regoli nazzjonali u Komunitarji dwar il-ħarsien ta’ proprjetà industrijali u kummerċjali, dwar indikazzjonijiet ta’ provenjenza, marki ta’ oriġini u l-ħarsien minn kompetizzjoni inġusta.

Kapitolu 2

Ismijiet ta' fibri tat-tessuti u rekwiżiti relatati tal-ittikkettjar

Artikolu 5

Ismijiet ta' fibri tat-tessuti

1. L-ismijiet tal-fibri elenkati fl-Anness I biss għandhom jintużaw għall-ittikkettjar ta' kompożizzjoni.

2. L-użu ta' ismijiet elenkati fl-Anness I għandu jkun riżervat għal fibri li n-natura tagħhom tikkorrispondi mad-deskrizzjoni stipulata f'dak l-Anness.

L-ismijiet ma għandhomx jintużaw għal fibri oħra, sew jekk waħedhom sew jekk bħala għerq jew bħala aġġettiv.

Il-kelma ‘ħarir’ ma tistax tintuża biex tindika figura jew preżentazzjoni partikolari fi ħjut kontinwu ta’ fibri tat-tessuti.

Artikolu 6

Applikazzjonijiet għal ismijiet ġodda ta' fibri

Kwalunkwe manifattur jew rappreżentant tiegħu jista' japplika għand il-Kummissjoni biex iżid isem ġdid ta' fibra mal-lista stipulata fl-Anness I.

L-applikazzjoni għandha tinkludi fajl tekniku kkompilat skont l-Anness II

Artikolu 7

Prodotti puri

1. Prodotti tat-tessuti komposti esklussivament mill-istess fibra biss jistgħu jiġu ttikkettjati bħala ‘100 %’, ‘puri’ jew ‘kollu.’

Dawn it-termini jew oħrajn simili ma għandhomx jintużaw għal prodotti oħra.

2. Prodott tat-tessuti għandu jitqies bħala esklussivament kompost mill-istess fibra jekk ikun fih sa 2 % bil-piż minn fibri oħra, sakemm din il-kwantità tkun iġġustifikata għal raġunijiet tekniċi u ma tkunx miżjuda bħala materja ta’ rutina.

Taħt l-istess kundizzjoni, prodott tat-tessuti, li għadda minn proċess ta' tqardix, għandu jitqies bħala esklussivament magħmul mill-istess fibra jekk ikun fih sa 5 % bil-piż ta' materjali oħra.

Artikolu 8

Prodotti tas-suf

1. Prodott tat-tessuti jista’ jkun ittikkettjat b’wieħed mill-ismijiet imniżżel fl-Anness III sakemm dan ikun magħmul esklussivament minn fibra tas-suf li ma kinitx ġiet inkorporata qabel fi prodott lest, li ma kienx ġie soġġett għal kwalunkwe proċessi ta’ brim u/jew ta’ feltru għajr dawk meħtieġa fil-manifattura ta’ dak il-prodott, u li ma kienx ġie mħassar bi trattament jew b’użu.

2. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-ismijiet elenkati fl-Anness III jistgħu jintużaw biex jiddeskrivu s-suf li jkun hemm f’taħlita ta’ fibra jekk il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ntlaħqu:

(a) is-suf kollu li jkun hemm f’dik it-taħlita jissodisfa l-ħtiġijiet definiti fil-paragrafu 1;

(b) dan is-suf ikun jifforma mhux inqas minn 25 % mill-piż totali tat-taħlita;

(c) fil-każ ta’ taħlita mħarrbxa, is-suf ikun imħallat ma’ fibra waħda oħra biss;

Il-perċentwali sħiħ ta' kompożizzjoni ta' taħlita bħal din għandu jingħata.

3. L-impuritajiet fibrużi fil-prodotti msemmija fil-paragrafi 1 u 2, inklużi l-prodotti tas-suq li għaddew minn proċess ta' tqardix, ma għandhomx jaqbżu ż-0,3 % u dan għandu jkun ġustifikat minn raġunijiet tekniċi konnessi mal-manifattura.

Artikolu 9

Prodotti tat-tessuti multi-fibri

1. Prodott tat-tessuti magħmul minn żewġ fibri jew iktar, li waħda minnhom ikun fiha għallinqas 85 % tal-piż totali, għandu jkun ittikkettjat b'wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) l-isem tal-fibra li jkun fiha għallinqas 85 % tal-piż totali segwit mill-perċentwali tiegħu tal-piż;

(b) l-isem tal-fibra li jkun fiha għallinqas 85 % tal-piż totali sewgit mill-kliem ‘minimu ta' 85 %’;

(c) il-perċentwali sħiħ tal-kompożizzjoni tal-prodott.

2. Prodott tat-tessuti magħmul minn żewġ fibri jew iktar, li l-ebda waħda minnhom ma tagħmel aktar minn 85 % tal-piż totali, għandu jkun ittikkettjat bl-isem u l-perċentwali skont il-piż ta’ għallinqas żewġ fibri prinċipali bl-ogħla perċentwali skont il-piż, segwiti mill-ismijiet tal-fibri kostitwenti l-oħra f’ordni dixxendenti tal-perċentwali skont il-piż, bi jew mingħajr indikazzjoni tal-perċentwali tagħhom skont il-piż.

Madankollu, għandhom japplikaw ukoll ir-regoli li ġejjin:

(a) fibri li separatament jagħmlu inqas minn 10 % tal-piż totali ta’ prodott jistgħu jiġu msemmija kollettivament bit-terminu ‘fibri oħra’, segwiti bil-perċentwali totali skont il-piż;

(b) fejn l-isem tal-fibra li tagħmel inqas minn 10 % tal-piż totali ta’ prodott huwa speċifikat, għandha tingħata l-kompożizzjoni tal-perċentwali totali ta’ dak il-prodott.

3. Prodotti li jkollhom medd ta’ qoton pur u tgħama ta’ kittien pur, li l-perċentwali ta’ qanneb fihom jagħmel għallinqas 40 % tal-piż totali tat-tessut mhux imdaqqas jista’ jingħata l-isem ta’ “unjoni ta’ għażel u qoton” li għandu jkun akkumpanjat mill-ispeċifikazzjoni tal-kompożizzjoni ‘medd ta’ qoton pur - tgħama ta’ qanneb pur’.

4. Għall-prodotti tat-tessuti li l-kompożizzjoni tagħhom ma tistax tingħata faċilment fil-ħin tal-manifattura tagħhom, it-terminu ‘fibri mħallta’ jew it-terminu ‘kompożizzjoni tat-tessut mhux speċifikata’ jista' jintuża fuq it-tikketta.

Artikolu 10

Fibri dekorattivi u fibri b'effett antistatiku

Fibri viżibbli, iżolabbli li jservu biss bħala dekorazzjoni u li ma jaqbżux is-7 % tal-piż tal-prodott lest ma għandhom għalfejn jissemmew fil-kompożizzjonijiet ta' fibri stipulati fl-Artikoli 7 u 9.

l-istess għandu japplika għal fibri metalliċi u għal fibri oħra li jiġu inkorporati biex jinkiseb effett antistatiku u li ma jaqbżux it-2 % tal-piż tal-prodott lest.

Fil-każ tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 9(3), perċentwali bħal dawn għandhom jiġu kkalkolati fuq il-piż tad-drapp u fuq dak tat-tgħama separatament.

Artikolu 11

Tikketti u mmarkar

1. Il-prodotti tat-tessuti għandhom jiġu ttikkettjati jew immarkati kull meta jitqiegħu fis-suq.

Madankollu, l-ittikkettjar jew l-immarkar jista’ jiġi sostitwit jew issupplimentat b’dokumenti kummerċjali li jakkumpanjawhom meta l-prodotti ma jkunux qegħdin għall-bejgħ lill-konsumatur aħħari, jew meta jkunu qegħdin jitwasslu għal ordni magħmula mill-Istat jew minn xi persuna legali oħra rregolata mil-liġi pubblika.

2. Il-manifattur jew l-aġent awtorizzat tiegħu stabbiliti fil-Komunità jew, jekk la l-manifattur u lanqas l-aġent awtorizzat tiegħu ma huma stabbiliti fil-Komunità, l-operatur ekonomiku responsabbli għall-ewwel tqegħid fis-suq Komunitarju tal-prodott tat-tessuti għandu jiżgura l-provvista tat-tikketta u l-preċiżjoni tat-tagħrif stampat fuqha.

Id-distributur għandu jiżgura li l-prodotti tat-tessuti mibjugħin minnu jkollhom l-ittikkettjar xieraq preskritt minn dan ir-Regolament.

Il-persuni msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi għandhom jiżguraw li kwalunkwe tagħrif mogħti meta prodotti tat-tessuti jitpoġġew fis-suq ma jkunx jista' jiġu mfixkel mal-ismijiet u mad-deskrizzjonijiet stabbiliti b’dan ir-Regolament.

Artikolu 12

L-użu ta' ismijiet u ta' deskrizzjonijiet

1. L-ismijiet u d-deskrizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 5, 7, 8, u 9 għandhom ikunu indikati b'mod ċar fuq il-kuntratti ta' bejgħ, kontijiet, fatturi u dokumenti kummerċjali oħra.

L-użu ta' abbrevjazzjonijiet mhuwiex permess. Iżda jista’ jintuża kodiċi ta’ pproċessar mekkanizzat, sakemm dan il-kodiċi jiġi spjegat fl-istess dokument.

2. L-ismijiet u d-deskrizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 5, 7, 8, u 9 għandhom jiġu indikati fil-katalogi u fil-letteratura kummerċjali, fuq l-ippakkeġġjar, fuq it-tikketti u l-immarkar bi stampa ċara, leġibbli u uniformi meta l-prodotti tat-tessuti jkunu għall-bejgħ.

3. It-trejdmarks jew l-isem tal-impriża jistgħu jidhru eżatt qabel jew wara l-ismijiet u d-deskrizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 5, 7, 8, u 9.

Madankollu, fejn trejdmark jew isem ta' impriża jkun fih, waħdu jew bħala aġġettiv jew għerq, wieħed mill-ismijiet imniżżla fl-Anness I jew isem li jista' jiġi konfuż magħhom, dan it-trejdmark jew isem għandu jitpoġġa eżatt qabel jew wara l-ismijiet u d-deskrizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 5, 7, 8, u 9.

Tagħrif ieħor għandu dejjem jidher separatament.

4. L-ittikkettjar u l-immarkar għandhom ikunu disponibbli fil-lingwa jew lingwi tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-prodotti tat-tessuti qegħdin għall-bejgħ jew qed jinbigħu lill-konsumatur aħħari jekk dan huwa mitlub skont il-leġiżlazzjoni ta' dak l-Istat Membru.

Fil-każ ta' mkebba, irkiekel, marelli u kobob, jew kwantità żgħira oħra ta' ħjut tal-ħjata, tat-tiswija u r-rakkmu, l-ewwel subparagrafu għandu japplika għall-ittikkettjar inklussiv imsemmi fl-Artikolu 15(3). L-oġġetti individwali jistgħu jiġu ttikkettjati fi kwalunkwe waħda mil-lingwi tal-Komunità.

Artikolu 13

Prodotti tat-tessuti multi-komponenti

1. Kwalunkwe prodott tat-tessuti li fih żewġ komponenti jew iżjed għandu jkollu tikketta li fuqha jidher il-kontenut tal-fibra ta' kull komponent.

Ittikkettjar bħal dan ma għandux ikun obbligatorju għall-komponenti għajr għat-tberfil ewlieni u li jirrappreżentaw inqas minn 30 % tal-piż totali tal-prodott.

2. Fejn żewġ prodotti tat-tessuti jew aktar għandhom l-istess kontenut ta’ fibra u normalment jiffurmaw unità waħdanija, dawn jeħtieġu li jkollhom tikketta waħda biss.

Artikolu 14

Dispożizzjonijiet speċjali

Il-kompożizzjoni tal-fibri ta' prodotti mniżżla fl-Anness IV għandha tiġi indikata skont ir-regoli tal-ittikkettjar stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 15

Derogi

1. B'deroga mill-Artikoli 11, 12 u 13, ir-regoli stipulati fil-paragrafi 2, 3, u 4 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw.

Fi kwalukwe każ, il-prodotti msemmija fil-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu għall-bejgħ b'tali mod li l-konsumatur aħħari jista' jsir jaf fid-dettall dwar il-kompożizzjoni ta' dawn il-prodotti.

2. L-indikazzjoni tal-ismijiet ta' fibri jew tal-kompożizzjoni tal-fibri fuq it-tikketti jew l-immarkar tal-prodotti tat-tessuti msemmija fl-Anness V mhijiex meħtieġa.

Madankollu, fejn trejdmark jew isem ta' impriża jkun fih, waħdu jew bħala aġġettiv jew għerq, wieħed mill-ismijiet imniżżla fl-Anness I jew isem li jista' jiġi konfuż miegħu, l-Artikoli 11, 12 u 13 għandhom japplikaw.

3. Fejn prodotti tat-tessuti mniżżla fl-Anness VI huma tal-istess tip u kompożizzjoni, dawn jistgħu jkunu għall-bejgħ flimkien taħt tikketta inklussiva.

4. Il-kompożizzjoni ta’ prodotti tat-tessuti mibjugħin bil-metru għandha tintwera biss fuq it-tul tar-romblu li jkun għall-bejgħ.

Kapitolu 3

Perċentwali ta' fibri u tolleranzi

Artikolu 16

Elementi li ma għandhomx jitqiesu għad-determinazzjoni tal-perċentwali ta' fibri

Fir-rigward tad-determinazzjoni tal-perċentwali stipulati fl-Artikoli 7, 8 u 9 previsti skont l-Artikolu 11, l-oġġetti mniżżla fl-Anness VII ma għandhomx jitqiesu.

Artikolu 17

Dispożizzjonijiet tas-sorveljanza tas-suq

1. L-awtoritajiet nazzjonali għas-sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu verifiki fir-rigward tal-konformità tal-kompożizzjoni tal-prodotti tat-tessuti bit-tagħrif provdut dwar il-kompożizzjoni ta' dawk il-prodotti skont id-Direttiva 2001/95/KE.

2. Il-verifiki msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu skont il-metodi ta' teħid ta' kampjuni u l-analiżi kwantitattivi ta' ċerti taħlitiet ta' żewġ u ta' tliet fibri stipulati fl-Anness VIII.

Għal dawn il-finijiet, il-perċentwali ta' fibra stipulati fl-Artikoli 7, 8 u 9 għandhom jiġu stabbiliti bl-applikazzjoni tal-konċessjoni miftehma xierqa għall-massa anidra ta’ kull fibra stabbilita fl-Anness IX, wara li jkunu tneħħew l-oġġetti msemmija fl-Anness VII.

3. Kwalunkwe laboratorju responsabbli mill-ittestjar ta' taħlitiet ta' tessuti li għalihom ma hemm l-ebda metodu ta' analiżi uniformi fil-livell Komunitarju għandu jiddetermina l-kompożizzjoni ta' taħlitiet bħal dawn billi juża kwalunkwe metodu validu għad-dispożizzjoni tiegħu, waqt li jindika r-riżultat miksub fir-rapport tal-analiżi u, jekk dan ikun magħruf, il-grad ta' preċiżjoni tal-metodu użat.

Artikolu 18

Tolleranzi

1. Għall-finijiet tal-istabbiliment tal-kompożizzjoni tal-prodotti tat-tessuti maħsuba għall-konsumatur aħħari, it-tolleranzi stipulati fil-paragrafi 2, 3, u 4 għandhom japplikaw.

2. Il-preżenza ta' fibri estranji fil-kompożizzjoni li għandhom jingħataw skont l-Artikolu 9 ma għandhiex għalfejn tiġi indikata jekk il-perċentwali ta' dawn il-fibri ma jilħaqx dawn il-punti li ġejjin:

(a) 2 % tal-piż totali tal-prodott tat-tessuti, sakemm din il-kwantità tkun ġustifikata b'raġunijiet tekniċi u ma tkunx ġiet miżjuda bħala kwistjoni ta' rutina;

(b) 5 % fil-każ ta' prodotti li jkunu għaddew minn proċess ta' tqardix.

Il-punt (b) ta' dan il-paragrafu għandu jkun bla ħsara għall-Artikolu 8(3).

3. Għandha tkun permessa tolleranza ta’ manifattura ta’ 3 % bejn il-perċentwali tal-fibra mistqarra li għandhom jingħataw skont l-Artikolu 9 u l-perċentwali miksuba mill-analiżi mwettqa skont l-Artikolu 17, fir-rigward tal-piż totali tal-fibri muri fuq it-tikketta. Tolleranza bħal din għandha tapplika wkoll għal dan l-ġej:

(a) fibri li huma elenkati mingħajr l-ebda indikazzjoni tal-perċentwali tagħhom skont l-Artikolu 9(2);

(b) il-perċentwali ta' suf imsemmi fl-Artikolu 8(2)(b).

Għall-finijiet tal-analiżi, it-tolleranzi għandhom jiġu kkalkulati b'mod separat. Il-piż totali li għandu jitqies fil-kalkolu tat-tolleranza msemmija f'dan il-paragrafu għandu jkun dak tal-fibri tal-prodott lest li minnu għandu jitnaqqas il-piż ta’ kwalunkwe fibri estranji misjuba meta tkun ġiet applikata t-tolleranza msemmija fil-paragrafu 2.

Iż-żieda tat-tolleranzi li hemm referenza għalihom fil-paragrafi 2 u 3 għandha tkun permessa biss jekk xi fibri estranji misjuba b’analiżi, meta tiġi applikata t-tolleranza msemmija fil-paragrafu 2, tinzerta tkun tal-istess tip kimiku bħala waħda jew iktar mill-fibri murija fuq it-tikketta.

4. Fil-każ ta’ prodotti partikolari li għalihom il-proċess tal-manifattura jitlob tolleranzi ogħla minn dawk mogħtija fil-paragrafi 2 u 3, tolleranzi ogħla jistgħu jiġu awtorizzati mill-Kummissjoni meta l-konformità tal-prodott tiġi kkontrollata skont l-Artikolu 17(1) f’każijiet eċċezzjonali biss u fejn tkun ipprovduta ġustifikazzjoni xierqa mill-manifattur.

Il-manifattur għandu jressaq talba li tagħti raġunijiet u evidenza biżżejjed taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali tal-manifattura.

Kapitolu 4

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 19

Emendi tal-Annessi

1. Il-Kummissjoni tista' tadotta kwalunkwe emenda lill-Annessi I, II, IV, V, VI, VII, VIII u IX li hija meħtieġa għall-adattament ta' dawn l-Annessi għall-progress tekniku.

2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, billi, inter alia, iżidu miegħu, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 20(2).

Artikolu 20

Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat tal-Ismijiet tat-Tessuti u l-Ittikkettjar.

2. Fil-każ li ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jkunu tqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 21

Rappurtar

Sa mhux aktar tard minn [DATA = ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'enfasi fuq it-talbiet u l-adozzjoni tal-ismijiet il-ġodda ta' fibri.

Artikolu 22

Tħassir

Id-Direttivi 73/44/KE, 96/73/KE u 96/74/KE [jew abbozzati mill-ġdid] qed jitħassru b'effett mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Ir-referenzi magħmula għad-Direttivi mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness X.

Artikolu 23

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, [...]

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

[…] […]

ANNESS I

TABELLA TAL-FIBRI TAT-TESSUTI

Tabella 1

Numru | Isem | Deskrizzjoni tal-fibra |

1 | suf | Fibri mis-suf tan-nagħaġ jew tal-ħrief (Ovis aries) jew taħlita ta' fibri mis-suf tan-nagħaġ jew tal-ħrief u x-xagħar tal-annimali elenkati fil-punt 2 |

2 | alpaka, ljama, ġemel, kaxmer, moher, vikunja Angoraangora, jak, guanako, kaxgora, kastur, lontra, segwiti jew le bl-isem ‘suf’ jew ‘xagħar’ | xagħar tal-annimali li ġejjin: alpaka, ljama, ġemel, mogħża tal-kaxmer, mogħża tal-angora, fenek tal-angora, vikunja, jak, guanako, mogħża tal-kaxgora, kastur, lontra |

3 | xagħar tal-annimal jew taż-żiemel, bi jew mingħajr indikazzjoni tat-tip ta’ annimal (eż. xagħar tal-merħla, xagħar tal-mogħża komuni, xagħar taż-żiemel) | xagħar ta’ annimali varji mhux imsemmija f’1 u 2 |

4 | ħarir | fibra miksuba esklussivament minn insetti li jobżqu l-ħarir |

5 | qoton | fibra miksuba mill-ifsdqa tal-pjanta tal-qoton (Gossypium) |

6 | kapok | fibra miksuba mill-intern tal-frotta tal-kapok (Ceiba pentandra) |

7 | kittien | fibra miksuba mill-qalba tal-pjanta tal-kittien (Linum usitatissimum) |

8 | qanneb ġenwin | fibra miksuba mill-qalba tal-qanneb (Cannabis sativa) |

9 | ġuta | fibra miksuba mil-qalba tal-Corchorus olitorius u l-Corchorus capsularis. Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, fibri tal-qalba miksuba minn l-ispeċi segwenti għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-ġuta: Hibiscus cannabinus, Hibiscus sabdariffa, Abultilon avicennae, Urena lobata, Urena sinuata |

10 | abaka (Qanneb ta’ Manila) | fibra miksuba mill-weraq ta’ barra tal-Musa textilis |

11 | alfa | fibra miksuba mill-weraq tal-Istipa tenacissima |

12 | kajjar (ġewż tal-Indi) | fibra miksuba mill-frotta tal-Cocos nucifera |

13 | ġummar | fibra miksuba mill-qalba tas-Cytisus scoparius u/jew tal-iSpartium Junceum |

14 | rami | fibra miksuba mill-qalba tal-Boehmeria nivea u l-Boehmeria tenacissima |

15 | sisal | fibra miksuba mill-weraq tal-Agave sisalana |

16 | Sunn | fibra mill-qalba tal-Crotalaria juncea |

17 | Sabbara | fibra mill-qalba tal-Agave Fourcroydes |

18 | Maguey | fibra mill-qalba tal-Agave Cantala |

Tabella 2

19 | aċetat | fibra tal-aċetat taċ-ċelluluża fejn inqas minn 92 % imma għallinqas 74 % tal-gruppi hydroxyl huma aċetilatati |

20 | alġinat | fibra miksuba minn imluħa metalliċi u l-aċidu alġiniku |

21 | kupro (cuprammonium rayon) | fibra taċ-ċelluluża riġenerata miksuba bil-proċess cuprammonium |

22 | modal | fibra taċ-ċelluloża riġenerata miksuba minn proċess viskuż modifikat li għandu saħħa qawwija li jkisser u modulu għoli ta' tixrib. Is-saħħa biex tkisser (BC) fl-istat ikkundizzjonat u l-forza ((BM) meħtieġa biex tipproduċi titwil ta’ 5 % fi stat imxarrab huma:BC (CN) ≥ 1,3 √T + 2 TBM (CN) ≥ 0,5 √Tfejn T hija d-densità lineari medja f’decitex |

23 | proteina | fibra miksuba minn sostanzi ta’ proteina naturali riġenerati u stabbilizzati permezz ta’ azzjoni ta’ aġenti kimiċi |

24 | triaċetat | fibra tal-aċetat taċ-ċelluloża fejn għallinqas 92 % tal-gruppi hydroxyl huma aċetilitati |

25 | viskuż | fibra taċ-ċelluluża riġenerata miksuba bil-proċess viskuż għal fibra tal-filament u fibra diskontinwa |

26 | akrilik | fibra ffurmata minn makromollikuli linejari li jinkludu għallinqas 85 % (bil-piż) fil-katina tal-mudell acrylonitrilic |

27 | chlorofibre | fibra ffurmata minn makromollikuli lineari li jkollhom fil-katina tagħhom iktar minn 50 % bil-piż ta’ unitajiet monomeriċi ta’ vinil klorinat u vinilidene klorinat |

28 | fluorofibre | fibra ffurmata minn makromollikuli lineari magħmula minn monomeri fluorcarbon aliphatic |

29 | modakrilik | fibra ffurmata minn makromollikuli lineari li jkollhom fil-katina tagħhom iktar minn 50 % u inqas minn 85 % (bil-piż) tal-mudell acrylonitrilic |

30 | poliamide jew najlon | fibra magħmula minn makromollikuli sintetiċi lineari li jkollhom fit-katina rabtiet rikorrenti ma' amide li minnu mill-inqas 85 % huwa magħqud ma' unitajiet alifatiċi jew ċikloalifatiċi'. |

31 | aramid | fibri magħmulin minn makromollikuli lineari sintetiċi magħmula minn gruppi aromatiċi magħqudin b’rabtiet ta’ amide jew imide, li minnhom mill-inqas 85 % huma magħqudin direttament ma’ żewġ ċrieki aromatiċi u bin-numru ta’ konnessjonijiet ta’ imide, jekk dawn tal-aħħar ikunu preżenti, ma jaqbżix in-numru ta’ konnessjonijiet ta’ amide |

32 | polyimide | fibri ffurmati minn makromollikuli sintetiċi lineari li fit-taħlita fihom unitajiet ripetuti ta’ imide |

33 | lyocell | fibra taċ-ċelluloża riġenerata miksuba mit-tidwib, u proċess ta’ solvent organiku (taħlita ta' kimiċi organiċi u ilma) b’tidwir, mingħajr ma jifformaw derivati |

34 | polylactide | fibra magħmula minn makromollikuli lineari- li jkollhom fil-katina mill-inqas 85 % (f'massa) ta' unitajiet ta' esteri ta' aċidu lattiku derivati minn zokkor naturali, u li jkollhom temperatura li fiha jinħallu ta' mill-inqas 135°C |

35 | poliester | fibra ffurmata minn makromollikuli linejari li jkun fihom għallinqas 85 % (bil-piż) fil-katina ta’ ester ta’ aċidu diol u tereftaliku |

36 | polyethylene | fibra ffurmata minn makromollikuli linejari ta’ idrokarbonju saturizzat allifatiku mhux sostitwit |

37 | polipropilene | fibra ffurmata minn makromollikulu linejari ta’ idrokarbonju saturizzat alifatiku fejn atomu wieħed tal-karbonju minn kull tnejn iġorr methyl side chain fid-dispożizzjoni isotattika u mingħajr iktar sostituzzjoni |

38 | polyicarbamide | fibra ffurmuta minn makromolekuli lineari li jkollhom fil-katina l-grupp funzjonali tal-ureylene rikorrenti (NH—CO—NH) |

39 | poliurethane | fibra ffurmata minn makromollikuli lineari magħmula minn ktajjen bil-grupp funzjonali tal-urethane rikorrenti |

40 | vinilal | fibra ffurmata minn makromollikuli lineari li l-katina tagħhom hija magħmula bil-poly(alkoħol tal-vinil) b’livelli differenti ta’ aċetalizzazzjoni |

41 | trivinil | fibra ffurmata minn acrylonitrile terpolymer, monomer ta’ vinil klorinat u t-tielet monomeru tal-vinil, li l-ebda wieħed minnhom ma jirrapreżenta daqs 50 % tal-piż totali |

42 | elastodiene | elastofibre magħmul minn polyisoprene naturali jew sintetiku, jew magħmul minn dienes polimerizzat wieħed jew iktar bi jew mingħajr monomeru tal-vinil wieħed jew aktar, u li, meta miġbud għal tliet darbiet it-tul oriġinali tiegħu u rilaxxat, jirkupra minnufih u b’mod sostanzjali t-tul inizjali tiegħu |

43 | elastane | elastofibre magħmul minn għallinqas 85 % (bil-piż) ta' polyurethane segmentat u li, meta miġbud għal tliet darbiet it-tul oriġinali tiegħu u rrilaxxat, jirkupra minnufih u b’mod sostanzjali t-tul inizjali tiegħu |

44 | fibra tal-ħġieġ | fibra magħmula mill-ħġieġ |

45 | isem li jikkorrispondi għall-materjali li minnhom huma magħmula l-fibri, eż. metall (metalliku, metallizzat), asbestos, karta, segwiti jew le mill-kelma ‘ħjut’ jew ‘fibra’ | fibri miksubin minn materjali ġodda jew mixxellanji mhux elenkati hawn fuq |

46 | elastomultiester | fibra ffurmata b'azzjoni bejn makromollikuli lineari kimikament distinti f'żewġ fażijiet jew aktar (li minnhom l-ebda wieħed ma jaqbeż il-85 % bħala piż ) u li fiha gruppi ta' esteri bħala unitajiet funzjonali dominanti (mill-inqas 85 %) u li, wara trattamemt adatt meta miġbuda għal darba u nofs it-tul oriġinali u rilaxxata, tirkupra malajr u b'mod sostanzjali għat-tul oriġinali tagħha |

47 | Elastolefin | fibri magħmulin minn mill-inqas 95 % (bħala piż) tal-makromollikuli mmaljati salib parzjalment, magħmulin mill-ethylene u mill-inqas minn olefin wieħed ieħor u li, meta miġbudin darba u nofs it-tul oriġinali tagħhom u rilaxxati, jirkupraw malajr u b'mod sostanzjali għat-tul oriġinali tagħhom |

48 | Melamine | fibra magħmula minn mill-inqas 85 % bħala piż tal-makromollikuli mmaljati salib magħmula mid-derivati tal-melamina |

_____________

ANNESS II

REKWIŻITI MINIMI GĦAL FAJL TEKNIKU BIEX JAPPLIKA GĦAL ISEM ĠDID TA' FIBRA

(Artikolu 6)

Fajl tekniku li jrid jipproponi isem ġdid ta' fibra għall-inklużjoni fl-Anness I, kif imsemmi fl-Artkolu 6, għandu jkun fih mill-inqas it-tagħrif li ġej:

– Isem propost tal-fibra;

L-isem propost għandu jkun relatat mal-kompożizzjoni kimika u għandu jipprovdu tagħrif dwar il-karatteristiċi tal-fibra, jekk xieraq. L-isem propost għandu jkun ħieles mid-drittijiet u ma għandux ikun marbut mal-manifattur.

– Definizzjoni proposta tal-fibra;

Il-karatteristiċi msemmija fid-definizzjoni tal-fibra l-ġdida, bħal pereżempju l-elastiċità, għandhom ikunu verifikabbli permezz ta' metodi ta' ittestjar li għandhom jitressqu flimkien mal-fajl tekniku u r-riżultati esperimentali tal-analiżi.

– Identifikazzjoni tal-fibra: formula kimika, differenzi mill-fibri eżistenti, flimkien ma', fejn rilevanti, dejta fid-dettall bħall-punt tat-tidwib, id-densità, l-indiċi rifrattiv, l-aġir fi ħruq u l-ispettru FTIR;

– It-tolleranza miftiehma proposta;

– Metodi ta' identifikazzjoni u ta' kwantifikazzjoni żviluppati biżżejjed, inkluża dejta esperimentali;

L-applikant għandu jevalwa l-possibilità li juża l-metodi elenkati fl-Anness VIII ta' dan ir-Regolament biex janalizza t-taħlitiet kummerċjali l-aktar mistennija tal-fibra l-ġdida ma' fibri oħra u għandu jipproponi mill-inqas waħda minn dawn il-metodi. Għal dawk il-metodi fejn il-fibra tista' titqies bħala komponent li ma jinħallx, l-applikant għandu jivvaluta l-fatturi ta' korrezzjoni tal-massa tal-fibra l-ġdida. Id-dejta kollha esperimentali għandha titressaq mal-applikazzjoni

Jekk il-metodi mniżżla f'dan ir-Regolament mhumiex adattati, l-applikant għandu jipprovdi raġunament xieraq u jipproponi metodu ġdid.

L-applikazzjonijiet għandu jkun fihom id-dejta esperimentali għall-metodi proposti. Dejta dwar il-preċiżjoni, ir-robustezza u r-ripetittività tal-metodi għandha tingħata mal-fajl.

– Tagħrif addizzjonali ta' appoġġ għal mal-applikazzjoni: proċess ta' produzzjoni, rilevanza għall-konsumatur;

– Il-manifattur jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jipprovdi kampjuni rappreżentattivi tal-fibra pura l-ġdida u t-taħlitiet rilevanti tal-fibra meħtieġa għat-twettiq tal-validazzjoni tal-metodi ta' identifikazzjoni u ta' kwantifikazzjoni proposti, jekk mitluba mill-Kummissjoni.

_____________

ANNESS III

ISMIJIET LI JIDRHU FL-ARTIKOLU 8(1)

– bil-Bulgaru: ‘необработена вълна’,

– bl-Ispanjaol: ‘lana virgen’ jew ‘lana de esquilado’,

– biċ-Ċek: ‘střižní vlna’,

– bid-Daniż: ‘ren, ny uld’,

– bil-Ġermaniż: Schurwolle’,

– bl-Estonjan: ‘uus vill’,

– bl-Irlandiż: 'olann lomra'

– bil-Grieg: ‘παρθένο μαλλί’,

– bl-Ingliż: ‘fleece wool’ jew ‘virgin wool’,

– bil-Franċiż: ‘laine vierge’ jew ‘laine de tonte’,

– bit-Taljan: ‘lana vergine’ jew ‘lana di tosa’,

– bil-Latvjan: ‘pirmlietojuma vilna’ jew ‘cirptā vilna’,

– bil-Litwan: ‘natūralioji vilna’,

– bl-Ungeriż: ‘élőgyapjú’,

– bil-Malti: ‘suf verġni’,

– bl-Olandiż: ‘scheerwol’,

– bil-Pollakk: ‘żywa wełna’,

– bil-Portugiż: ‘lã virgem’,

– bir-Rumen: ‘lână virgină’,

– bis-Slovakk: ‘strižná vlna’,

– bis-Sloven: ‘runska volna’,

– bil-Finlandiż: ‘uusi villa’,

– bl-Iżvediż: ‘ren ull’.

__________

ANNESS IV

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ITIKKETTJAR TA’ ĊERTI PRODOTTI

(Artikolu 14)

Prodotti | Id-dispożizzjonijiet dwar l-ittikkettjar |

1. Il-prodotti tal-kriepet li ġejjin: | Il-kompożizzjoni tal-fibri għandha tiġi indikata fuq it-tikketta billi tingħata l-kompożizzjoni tal-prodott kollu jew, inklussivament jew b'mod separat, il-kompożizzjoni tal-komponenti elenkati rispettivament: |

| (a) Riċipetti | Id-drapp ta’ ġewwa u ta’ barra tal-boroż u d-dahar |

| (b) Kriepet | Il-panewijiet webbiesa ta’ quddiem, ta’ wara u tal-ġnub |

| (c) Corselettes | Id-drapp ta’ barra u ta’ ġewwa tal-boroż, il-panewijiet webbiesa ta’ quddiem u ta’ wara u l-panewijiet tal-ġnub |

2. Prodotti oħra tal-kriepet mhux elenkati hawn fuq | Il-kompożizzjoni tal-fibri għandha tiġi indikata billi tingħata l-kompożizzjoni tal-prodott kollu jew, inklussivament jew b'mod separat, il-kompożizzjoni tal-komponenti varji tal-prodotti. Ittikkettjar bħal dan ma għandux ikun obbligatorju għal komponenti li jirrapreżentaw inqas minn 10 % tal-piż totali tal-prodott. |

3. Il-prodotti kollha tal-kriepet | L-ittikkettjar separat tal-partijiet varji tal-prodotti tal-kriepet għandu jsir b’tali mod li l-konsumatur aħħari jkun jista’ jifhem faċilment għal liema parti tal-prodott jirreferi t-tagħrif fuq it-tikketta. |

4. Tessuti stampati b'inċiżjoni | Il-kompożizzjoni tal-fibra għandha tingħata għall-prodott bħala ħaġa sħiħa u tista’ tkun indikata billi, il-kompożizzjoni tad-drapp bażiku u dik tal-partijiet inċiżi jiġu ddikjarati separatament. Dawn il-komponenti għandhom jissemmew b’isimhom |

5. Tessuti rrakkmati | Il-kompożizzjoni tal-fibra għandha tingħata għall-prodott bħala ħaġa sħiħa u tista’ tkun indikata billi, il-kompożizzjoni tad-drapp bażiku u dik tal-hajt tar-rakkmu jiġu ddikjarati separatament. Dawn il-komponenti għandhom jissemmew b’isimhom. L-ittikkettjar bħal dan huwa obbligatorju biss għall-partijiet irrakkmati li jammontaw għal mill-inqas 10 % tal-wiċċ tal-prodott. |

6. Ħjut li jikkonsistu minn qalba u kisja magħmula minn fibri differenti u offruti għall-bejgħ bħala tali lill-konsumatur | Il-kompożizzjoni tal-fibra għandha tingħata għall-prodott bħala ħaġa sħiħa u tista’ tkun indikata billi tingħata l-kompożizzjoni tal-qalba u tal-kisja b'mod separat. Dawn il-komponenti għandhom jissemmew b’isimhom |

7. Tessuti tal-bellus u tal-filpa, jew tessuti li jixbħu l-bellus jew il-filpa | Il-kompożizzjoni tal-fibra għandha tingħata għall-prodott sħiħ, u fejn il-prodott ikun fih dahar distint u wiċċ tal-użu magħmul minn fibri differenti, din tista’ tiġi ddikjarata separatament għal dawk il-komponenti. Dawn il-komponenti għandhom jissemmew b’isimhom |

8. Kisi tal-art u twapet li d-dahar u l-wiċċ tal-użu tagħhom huma magħmula minn fibri differenti | Il-kompożizzjoni tista' tingħata għall-wiċċ tal-użu waħdu. Il-wiċċ tal-użu għandu jissemma b’ismu |

__________

ANNESS V

PRODOTTI LI GĦALIHOM L-ITTIKKETTJAR JEW L-IMMARKAR MHUWIEX OBBLIGATORJU

(Artikolu 15(2))

1. Faxex tal-kmiem

2. Ċineg tal-arloġġi magħmulin minn materjali tat-tessut

3. Tikketti u badges

4. Ingwanti imbottiti għall-irfigħ ta' oġġetti sħan ta' materjali tat-tessut

5. Għata tal-kafè

6. Għata tat-te

7. Protezzjoni tal-kmiem

8. Manxò (muffs) għajr dawk magħmula mid-drapp tal-pil

9. Fjuri artifiċjali

10. Kuxxinetti tal-labar

11. Kanvas miżbugħ

12. Prodotti tat-tessut bħala bażi jew drappijiet minn taħt jew fursetti

13. Feltri

14. Prodotti antiki tat-tessut iffabbrikati, fejn mistqarra tali b’mod espliċitu

15. Takkalji

16. Ippakkjar, mhux ġdid u mibjugħ bħala tali

17. Kpiepel tal-feltru

18. Reċipjenti li huma rotob u mingħajr bażi, partijiet magħmulin minn sarrag, jew minn materjali tat-tessut

19. Oġġetti tal-vjaġġi magħmulin minn materjal tat-tessut

20. Tapezzeriji rrakkmati bl-idejn, lesti jew mhux lesti, u materjali għall-produzzjoni tagħhom, li jinkludu ħjut tal-irrakkmar, mibjugħin separatament mill-kanvas u ppreżentati b’mod speċjali biex jintużaw f’tapezzeriji bħal dawn

21. Żippijiet

22. Buttuni u bokkli miksija b’materjali tat-tessut

23. Kisi tal-kotba magħmulin minn materjal tat-tessut

24. Ġugarelli

25. Partijiet tat-tessut ta’ xedd tas-saqajn, għajr il-kisi li jsaħħan

26. Sottoplatti li jkollhom bosta komponenti u arja tal-wiċċ ta’ mhux iktar minn 500 ċm2

27. Ingwanti u ċraret tal-forn

28. Għata tal-bajd

29. Kaxex tal-make-up

30. Boroż tat-tabakk magħmulin minn materjal tat-tessut

31. Kaxex magħmulin minn materjal tat-tessut tan-nuċċalijiet, sigarretti u sigarri, lajters u pettnijiet

32. Tagħmir ta’ protezzjoni użat fl-isports bl-eċċezzjoni tal-ingwanti

33. Kaxex tat-twaletta

34. Kaxex għat-tindif taż-żraben

35. Oġġetti tal-funerali

36. Prodotti li jintremew wara l-użu, bl-eċċezzjoni tat-tajjar

37. Prodotti tat-tessuti soġġetti għar-regoli tal-Farmakopija Ewropea u koperti b’referenza għal dawk ir-regoli, faxex għal użu mediku u ortopediku li ma jintremewx wara l-użu u prodotti ortopediċi tat-tessuti ġenerali

38. Prodotti tat-tessuti inklużi ċwiemi, ħbula u spag, soġġetti għal punt 12 tal-Anness VI normalment maħsuba:

(a) għal użu bħala komponenti ta’ apparat fil-manifattura u fl-ipproċessar ta’ oġġetti;

(b) għal inkorporazzjoni f’magni, stallazzjonijiet domestiċi (eż. tisħin, arja kundizzjonata jew dawl) u apparat ieħor, vetturi u mezzi oħra tat-trasport, jew għat-tħaddim, manutenzjoni jew apparat tagħhom, għajr għata ta’ tarpolin u aċċessorji tat-tessuti ta’ vetturi b’magna mibjugħin separatament mill-vettura

39. Prodotti tat-tessuti għal għanijiet ta’ protezzjoni u ta’ sigurtà bhal ċintorini tas-sigurtà, paraxutijiet, ġkieket tas-salvataġġ, siġġijiet ta’ emerġenza, apparat għat-tifi tan-nar, ġkieket għal kontra l-bulits u lbies protettiv speċjali (eż: protezzjoni kontra n-nar, kontra sostanzi kimiċi u perikoli oħra għas-sigurtà)

40. Strutturi mirfudin fl-arja (eż: swali tal-isport, stands tal-wirjiet jew faċilitajiet ta’ ħżin), sakemm jiġu pprovduti d-dettalji tar-rendimenti u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ dawn il-prodotti

41. Qlugħ

42. Għata tal-annimali

43. Bnadar u bandalori

__________

ANNESS VI

PRODOTTI LI GĦALIHOM L-ITTIKKETTJAR U L-IMMARKAR INKLUSSIV BISS HUWA OBBLIGATORJU

(Artikolu 15(3))

1. Ċraret tal-art

2. Ċraret tat-tindif

3. Tberfil u tirqim

4. Passementerie

5. Ċintorini

6. Ċineg

7. Takkalji u ġarrettieri

8. Lazzijiet taż-żraben u tal-boots

9. Żigarelli

10. Lastiku

11. Ippakkjar ġdid mibjugħ bħala tali

12. Spag tal-ippakkjar u tal-agrikoltura; spag, kordaġġ u ħbula għajr dawk li jaqgħu taħt il-punt 38 tal-Anness V [13].

13. Sottoplatti

14. Imkatar

15. Xbieki tax-xagħar

16. Ingravajjet u ċfuf għat-tfal

17. Vavalori; ingwanti tal-ħasil u flanelli tal-wiċċ

18. Ħjut tal-ħjata, tat-tiswija u tar-rakkmu ppreżentati għall-bejgħ bl-imnut fi kwantitajiet żgħar b’piż nett ta’ gramma waħda jew inqas

19. Tejp għall-purtieri u persjani u xaters

__________

ANNESS VII

OĠĠETTI LI MA GĦANDHOMX JITQIESU GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-PERĊENTWALI TAL-FIBRI

(Artikolu 16)

Prodotti | Oġġetti esklużi |

a)Il-prodotti kollha tat-tessuti | (i) Partijiet mhumiex tat-tessuti, ċmusa, tikketti u badges, borduri u tirqim li ma jiffurmawx parti integrali mill-prodott, buttuni u bokkli miksijin bil-materjal tat-tessut, aċċessorji, dekorazzjonijiet, żigarelli mhux tal-lastiku, ħjut elastiċi u ċineg miżjuda f’punti speċifiċi u limitati tal-prodott. (ii) Sostanzi grassi, tberfil, piżijiet, daqsijiet u dressings, prodotti li ma jgħaddix l-ilma minnhom, prodotti addizzjonali ta' żebgħa u ta' stampar u prodotti oħra tal-ipproċessar tat-tessuti. |

b) Kisi tal-art u twapet: | Il-komponenti l-oħra kollha għajr tal-wiċċ tal-użu |

c) Drappijiet tal-kisi | Meddijiet u tgħamiet tat-tberfil u tal-mili li ma jiffurmawx parti mill-wiċċ tal-użu |

d) Dendil u purtieri | Meddijiet u tgħamiet tat-tberfil u tal-mili li mhumiex parti min-naħa t-tajba tad-drapp |

e) Kalzetti | Ħjut tal-lastiku użati fil-pulzieri u l-fursetti u l-ħajt ta' rinfurzar fis-swaba' tas-saqajn u fl-għarqub |

f) Tajts | Ħjut tal-lastiku użati fiċ-ċinturin u l-fursetti u l-ħajt ta' rinfurzar fis-swaba tas-saqajn u fl-għarqub |

g) Prodotti oħra tat-tessuti għajr dawk taħt punti b) sa f) | Id-drapp bażiku jew ta’ taħt, fursetti u rinforzamenti, inter-linings u qiegħ tal-kanvas, ħjut tal-ħjata u tal-assemblaġġ sakemm ma jissostitwixxux il-medd u/jew it-tgħama tad-drapp, mili li ma għandux funzjoni ta’ iżolazzjoni u, soġġetta għall-Artikolu 13(1), inforra.Għall-finijiet ta’ din id-dispożizzjoni:(i) il-bażi tal-materjal ta’ taħt ta’ prodotti tat-tessuti li sservi bħala qiegħ għall-wiċċ tal-użu, b’mod partikolari fi gvieret u drappijiet doppji, u bħala qiegħ għal drappijiet tal-bellus u tal-filpa u prodotti simili ma għandhomx jitqiesu bħala qigħan li għandhom jitwarrbu(ii) ‘fursetti u rinforzamenti’ jfissru ħajt jew materjali miżjuda f’punti speċifiċi u limitati tal-prodotti tat-tessuti biex isaħħuhom jew jagħtuhom riġidità jew ħxuna |

__________

ANNESS VIII

METODI GĦALL-ANALIŻI KWANTITATTIVA TA' TAĦLITIET TA' FIBRI TA' TESSUTI TA' ŻEWĠ U TA' TLIET FIBRI

KAPITOLU 1

Tħejjijiet ta' kampjuni ta' ttestjar u eżemplari ta' testijiet biex jiddeterminaw il-kompożizzjoni ta' fibri tal-prodotti tat-tessuti

1. IL-QASAM TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-Kapitolu jagħti proċeduri għall-kisba ta' kampjuni tat-testijiet tal-laboratorju ta' daqs tajjeb għal trattament minn qabel għal analiżi kwantitattiva (jiġifieri għal piż li ma jaqbiżx il-100 g) minn kampjuni tal-laboratorju f'lott, u għall-għażla ta' eżemplari tat-test minn kampjuni tat-testijiet tal-laboratorju li jkunu ġew ittrattati minn qabel biex titneħħa l-materja mhux fibruża [14].

2. DEFINIZZJONIJIET

2.1. Sors tal-lott - Il-kwantità ta' materjal li tiġi ġġudikata fuq il-bażi ta' sensiela waħda ta' riżultati tat-test. Dan jista' jkun fih, pereżempju, il-materjal kollu f'kunsinna waħda ta' drapp; id-drapp kollu minsuġ minn mitwa partikolari; kunsinna ta' ħajt, balla jew grupp ta' balel ta' fibra mhux maħduma.

2.2. Kampjun tal-lott tal-laboratorju - I-porzjon tas-sors tal-lott meħud biex ikun rappreżentattiv tal-kunsinna kollha, u li jkun disponibbli għal-laboratorju. Id-daqs u n-natura tal-kampjun tal-lott tal-laboratorju għandhom ikunu biżżejjed biex jegħlbu b'mod adegwat il-varjabilità tas-sors tal-lott u biex jiffaċilitaw in-nuqqas ta' xkiel fit-tqandil fil-laboratorju [15].

2.3. Kampjun tat-test tal-laboratorju — Dak il-porzjon tal-kampjun tal-lott tal-laboratorju li jiġi soġġett għal trattament minn qabel biex titneħħa materja mhux fibruża, u li minnu jittieħdu kampjuni tat-test. Id-daqs u n-natura tal-kampjun tat-test tal-laboratorju għandhom ikunu biżżejjed biex jegħlbu b'mod adegwat il-varjabilità tal-kampjun tal-lott tal-laboratorju [16].

2.4. Kampjun tat-test — Il-porzjon tal-materjal meħtieġ biex jagħti riżultat tat-test individwali, u magħżul mill-kampjun tat-test tal-laboratorju.

3. IL-PRINĊIPJU

Il-kampjun tat-test tal-laboratorju jintagħżel biex ikun rappreżentattiv tal-kampjun tal-lott tal-laboratorju.

L-eżemplari tat-test jittieħdu mill-kampjun tat-test tal-laboratorju b'tali mod li kull wieħed minnhom ikun rappreżentattiv tal-kampjun tat-test tal-laboratorju.

4. TEĦID TA' KAMPJUNI MINN FIBRI MAĦLULA

4.1. Fibri mhux orjentati — Ikseb il-kampjun tat-test tal-laboratorju billi tagħżel b'mod każwali mostri mill-eżemplari tal-lott tal-laboratorju. Ħallat sewwa l-kampjun kollu tat-test tal-laboratorju permezz ta' moxt tal-laboratorju [17]. Għaddi n-nisġa jew it-taħlita, inklużi l-fibri maħlula u l-fibri li jeħlu mat-tagħmir użat għat-taħlit minn trattament li jsir qabel. Imbagħad agħżel eżemplari tat-test, fi proporzjon tal-piż rispettivi tagħhom, min-nisġa jew mit-taħlita, mill-fibri maħlula u mill-fibri li jeħlu mat-tagħmir.

Jekk in-nisġa mimxuta tibqa' intatta wara t-trattament minn qabel, agħżel l-eżemplari tat-test bil-mod deskritt f'4.2. Jekk in-nisġa mimxuta tiġi ddisturbata mit-trattament minn qabel, agħżel kull eżemplari tat-test billi tneħħi b'mod każwali għallinqas 16-il mostra żgħira ta' daqs tajjeb u li bejn wieħed u ieħor ikunu tal-istess daqs u mbagħad għaqqadhom.

4.2. Fibri orjentati, (mxat, nsiġ, frak, truf) - Minn partijiet magħżula b'mod każwali mill-kampjun tal-lott tal-laboratorju aqta' mhux inqas minn 10 strixxi kull waħda ta' piż bejn wieħed u ieħor ta' 1 g. Għaddi l-kampjuni tat-test tal-laboratorju li ġew iffurmati minn trattament li jsir qabel. Erġa' għaqqad l-istrixxi billi tpoġġihom ġenb maġenb u ikseb l-eżemplari tat-test billi taqta' minnhom biex hekk tieħu porzjon minn kull wieħed mill-10 tulijiet.

5. ĦAJT GĦAT-TEĦID TA' KAMPJUNI

5.1. Ħajt f'pakketti jew bil-piż — Ittestja l-pakketti kollha fil-kampjun tal-lott tal-laboratorju.

Neħħi t-tulijiet indaqs kontinwi xierqa minn kull pakkett jew billi tkebbeb marelli tal-istess numru ta' dwawar fuq rukkell [18], jew b'xi mezz ieħor. Għaqqad it-tulijiet ġenb maġenb jew bħala marella waħda jew inkella bħala stoppa biex tifforma kampjun tat-test tal-laboratorju, waqt li tiżgura li hemm tulijiet ugwali minn kull pakkett fil-marella jew fl-istoppa.

Agħmel il-kampjun tat-test tal-laboratorju soġġett għat-trattament minn qabel.

Ħu eżemplari tat-test mill-kampjun tat-test tal-laboratorju billi taqta' mazz ħjut tal-istess daqs mill-marella jew stoppa, waqt li toqgħod attent li l-mazz ikun fih il-ħajt kollu fil-kampjun.

Jekk it-teks tal-ħajt huwa t u n-numru tal-pakketti magħżula mill-kampjun tal-lott tal-laboratorju huwa n, allura biex tikseb il-kampjun tat-test ta' 10 g, it-tul ta' ħajt li għandu jitneħħa minn kull pakkett huwa ta' 106/nt cm

Jekk l-nt huwa għoli, jiġifieri aktar minn 2 000, kebbeb marella itqal u aqtagħha min-naħa għall-oħra f'żewġ postijiet biex tagħti piż xieraq lill-istoppa. It-truf ta' kwalunkwe kampjun f'forma ta' stoppa għandhom jintrabtu sew qabel it-trattament minn qabel u l-eżemplari tat-test għandhom jittieħdu minn post 'il bogħod mill-post tal-irbit.

5.2. Ħajt fuq medd — Ħu kampjun tat-test tal-laboratorju billi taqta' tul mit-tarf tal-medd, mhux inqas minn 20 ċm fit-tul u li jinkludu l-ħjut kollha fil-medd għajr il-ħjut tat-tarf li jiġu mwarrba. Orbot il-mazz ta' ħjut flimkien qrib tarf minnhom. Jekk il-kampjun ikun kbir wisq għal trattament minn qabel bħala ħaġa sħiħa aqsmu f'żewġ porzjonijiet jew iktar, kull wieħed marbut għal trattament minn qabel, u erġa' għaqqad il-porzjonijiet wara li kull wieħed ikun ġie trattat minn qabel separatament. Ħu kampjun tat-test billi taqta' tul tajjeb mill-kampjun tat-test tal-laboratorju mit-tarf 'il bogħod mill-għoqda, u waqt li tgħaqqad il-ħjut kollha fil-medd. Għal medd ta' ħjut N ta' teks t, it-tul ta' kampjun ta' piż 1 g huwa ta' 105/Nt cm.

6. DRAPP GĦAT-TEĦID TAL-KAMPJUNI

6.1. Minn kampjun tal-lott tal-laboratorju li jikkonsisti f'qatgħa waħdanija rappreżentattiva tad-drapp

— Aqta' strixxa dijagonali minn rokna għal oħra u neħħi t-truf. Din l-istrixxa hija l-kampjun tat-test tal-laboratorju. Biex tikseb kampjun tat-test tal-laboratorju ta' x g, id-daqs tal-istrixxa għandu jkun ta' x104/G cm2.

fejn G huwa l-piż tad-drapp f'g/m2.

Agħmel il-kampjun tat-test tal-laboratorju soġġett għat-trattament minn qabel u mbagħad aqta' l-istrixxa b'mod trasversali f'erba' tulijiet indaqs u poġġihom fuq xulxin. Ħu kampjuni tat-test minn kwalunkwe parti tal-materjal fi strixxi billi taqta' mill-istrixxi kollha biex b'hekk kull kampjun ikun fih tul ugwali ta' kull strixxa.

Jekk id-drapp għandu disinn minsuġ, agħmel li l-wisa' tal-kampjun tat-test tal-laboratorju, imkejla b'mod parallel għad-direzzjoni tal-medd, tkun mhux inqas minn repetizzjoni waħda tal-medd tad-disinn. Jekk b'din il-kundizzjoni sodisfatta, il-kampjun tat-test tal-laboratorju jkun kbir wisq biex jiġi ttrattat kollu f'salt, aqtgħu f'partijiet ugwali, ittrattahom separatament minn qabel, u poġġi fuq xulxin dawn il-partijiet qabel għażla ta' kampjun tat-test, waqt li toqgħod attent li l-partijiet li jikkorrispondu tad-disinn ma jikkoinċedux.

6.2. Minn kampjun tal-lott tal-laboratorju magħmul minn bosta qatgħat

—Ittratta kull qatgħa kif deskritt f'6.1, u agħti kull riżultat separatament.

7. TEĦID TA' KAMPJUNI TA' PRODOTTI MAGĦMULA U LESTI

Il-kampjun tal-lott tal-laboratorju huwa normalment prodott magħmul u lest għal kollox jew frazzjoni rappreżentattiva ta' wieħed.

Fejn xieraq agħti l-perċentwali tal-partijiet differenti tal-prodott li ma għandhomx l-istess kontenut ta' fibra, biex tivverifika l-konformità mal-Artikolu 13.

Agħżel kampjun tat-test tal-laboratorju rappreżentattiv tal-parti tal-prodott magħmul u lest, li l-kompożizzjoni tiegħu għandha tintwera fuq it-tikketta. Jekk il-prodott ikollu diversi tikketti, agħżel kampjuni tat-test tal-laboratorju rappreżentattivi għal kull parti li tikkorrispondi għat-tikketta mogħtija.

Jekk il-prodott li l-kompożizzjoni tiegħu għad trid tiġi ddeterminata mhuwiex uniformi, jista' jkun meħtieġ li tagħżel il-kampjuni tat-test tal-laboratorju minn kull waħda mill-partijiet tal-prodott u li tiddetermina l-proporzjoniiet relattivi tal-partijiet varji rigward il-prodott kollu kkonċernat.

Imbagħad ikkalkula l-perċentwali waqt li jitqiesu l-proporzjonijiet relattivi tal-partijiet tal-kampjuni meħudin.

Agħmel il-kampjuni tat-test tal-laboratorju soġġetti għat-trattament minn qabel.

Imbagħad agħżel kampjuni tat-test rappreżentattivi tal-kampjuni tat-test tal-laboratorju ttrattati minn qabel.

II. Introduzzjoni għall-metodi għall-analiżi kwantitattiva ta' taħlitiet ta' fibri ta' tessuti

Metodi għal analiżi kwantitattiva ta' taħlitiet ta' fibri huma msejsa fuq żewġ proċessi ewlenin, is-separazzjoni manwali u s-separazzjoni kimika tal-fibri.

Il-metodu ta' separazzjoni manwali għandu jintuża kull meta jkun possibbli minħabba li ġeneralment jagħti riżultati iktar preċiżi mill-metodu kimiku. Jista' jintuża għat-tessuti kollha li l-fibri komponenti tagħhom ma jiffurmawx taħlita intima, bħala pereżempju fil-każ tal-ħajt kompost minn diversi elementi li kull wieħed minnhom huwa magħmul minn tip wieħed ta' fibra biss, jew tessuti li l-fibra fihom tal-medd hija ta' tip differenti għal dik tat-tgħama, jew drappijiet innittjati li jistgħu jiġu miftuqa magħmulin minn ħajt ta' tipi differenti.

B'mod ġenerali, il-metodi tal-analiżi kimika kwantitattiva huma msejsa fuq soluzzjoni selettiva tal-komponenti individwali. Wara t-tneħħija ta' komponent il-fdal li ma jdubx għandu jintiżen, u l-proporzjon ta' komponent li jdub jiġi kkalkulat mit-telf tal-piż. Din l-ewwel parti tal-Anness tagħti l-informazzjoni komuni tal-analiżi b'dan il-metodu tat-taħlitiet tal-fibri kollha li ġew ittrattati fl-Anness, tkun xi tkun il-kompożizzjoni tagħhom. Għalhekk għandu jintuża mas-sezzjonijiet individwali suċċessivi tal-Anness, li fihom il-proċeduri ddettaljati applikabbli għal taħlitiet ta' fibri partikolari. Kultant, analiżi tkun ibbażata fuq prinċipju differenti minn soluzzjoni selettiva; f'każijiet bħal dawn, jiġu mogħtija dettalji sħaħ fis-sezzjoni x-xierqa.

Taħlitiet ta' fibri matul l-ipproċessar u, ftit inqas, tessuti lesti jista' jkun fihom materja mhux fibruża, bħal xaħmijiet, xama' jew faxex, jew materja li ddub fl-ilma, li jew ikunu naturali jew jiġu miżjuda biex jiffaċilitaw l-ipproċessar. Il-materja mhux fibbruża għandha titneħħa qabel l-analiżi. Għal din ir-raġuni qiegħed jingħata wkoll metodu ta' kif jitneħħew ix-xaħmijiet, ix-xama' u l-materja li tinħall fl-ilma.

Flimkien ma' dan, it-tessuti jista' jkun fihom reżini jew materja oħra miżjuda biex jingħatawlhom kwalitajiet speċjali. Materja bħal din, inkluża ż-żebgħa f'każijiet eċċezzjonali, tista' tfixkel l-azzjoni tar-reaġent fuq il-komponent li jdub fl-ilma u/jew tista' titneħħa parzjalment jew kompletament mir-reaġent. Dan it-tip ta' materja miżjuda jista' għalhekk joħloq żbalji u għandu jitneħħa qabel issir l-analiżi tal-kampjun. Jekk ma jkunx possibbli li titneħħa materja miżjuda bħal din, il-metodi tal-analiżi kimika kwantitattiva mogħtija f'dan l-Anness ma jibqgħux iktar applikabbli.

Żebgħa fi drappijiet miżbugħin titqies bħala parti integrali mill-fibra u ma titneħħiex.

L-analiżi jitwettqu fuq il-bażi tal-piż xott u tingħata proċedura biex jiġi stabbilit il-piż xott.

Ir-riżultat jinkiseb permezz tal-applikazzjoni mal-piż ta' kull fibra xotta tal-konċessjonijiet miftehma mniżżla fl-Anness IX ta' dan ir-Regolament.

Qabel ma tkompli bl-analiżi, il-fibri kollha preżenti fit-taħlita għandhom ikunu ġew identifikati. F'xi metodi, il-komponent ta' taħlita li ma jdubx fl-ilma jista' jinħall parzjalment fir-reaġent użat biex idewweb il-komponent/i li jdub/u.

Fejn possibbli, intagħżlu reaġenti li għandhom effett żgħir jew li ma għandhom l-ebda effett fuq il-fibri li jdubu. Jekk ikun magħruf li jkun hemm telf fil-piż waqt l-analiżi, ir-riżultat għandu jiġi kkoreġut; fatturi ta' korrezzjoni għal dan l-għan huma mogħtija. Dawn il-fatturi kienu determinati f'diversi laboratorji billi ġew ittrattati fibri mnaddfa bil-trattament minn qabel, b'reaġent xieraq kif speċifikat fil-metodu tal-analiżi.

Dawn il-fatturi ta' korrezzjoni japplikaw biss għall-fibri sottogradati u jistgħu jkunu meħtieġa fatturi differenti ta' korrezzjoni jekk il-fibri jkunu ġew sottogradati qabel jew matul l-ipproċessar. Il-proċeduri mogħtija japplikaw għal determinazzjonijiet singoli.

Tal-inqas żewġ determinazzjonijiet fuq kampjuni tat-test separati għandhom isiru, kemm fil-każ ta' separazzjoni manwali kif ukoll fil-każ ta' separazzjoni kimika.

Għall-konferma, jekk mhux teknikament impossibbli, huwa rakkomandat li jintużaw proċeduri alternattivi fejn il-kostitwent li kien il-fdal fil-metodu standard ikun maħlul l-ewwel.

KAPITOLU 2

Metodi għall-analiżi kwantitattivi ta' ċerti taħlitiet ta' żewġ fibri

I. Tagħrif ġenerali komuni għall-metodi mogħtija għall-analiżi kimika kwantitattiva ta' taħlit ta' fibri tat-tessuti.

I.1. Ambitu u qasam tal-applikazzjoni

Il-qasam ta' applikazzjoni għal kull metodu jispeċifika għal liema fibri japplika l-metodu.

I.2. Prinċipju

Wara l-identifikazzjoni tal-komponenti ta' taħlita, il-materjal mhux fibruż jitneħħa bi trattament minn qabel addattat u mbagħad wieħed mill-komponenti, ġeneralment b'soluzzjoni selettiva [19]. Ir-residwu li ma jdubx jintiżen, u l-proporzjon ta' komponent li jdub jiġi kkalkulat mit-telf tal-piż. Għajr fejn dan jippreżenta diffikultajiet tekniċi, huwa preferibbli li l-fibra preżenti tinħall fil-proporzjon il-kbir, biex b'hekk tikseb il-fibra preżenti fil-proporzjon iż-żgħir bħala fdal.

I.3. Materjali u apparat

I.3.1. Apparat

I.3.1.1. Griġjoli filtru u flixkien tal-użin kbar biżżejjed li jżommu fihom griġjoli bħal dawn, jew kwalunkwe apparat li jagħti riżultati identiċi.

I.3.1.2. Termos.

I.3.1.3. Dessikkatur li jkun fih is-silika-ġel li jindika fih innifsu.

I.3.1.4. Forn ventilat għall-inxif tal-eżemplari f'105 ± 3 ºC.

I.3.1.5. Miżien analitiku, eżatt sa 0,0002 g.

I.3.1.6. Soxhlet extractor jew apparat ieħor li jagħti riżultati identiċi.

I.3.2. Reaġenti

I.3.2.1. Żejt mhux raffinat ħafif, iddistillat mill-ġdid, medda ta' togħlija minn 40 sa 60°C.

I.3.2.2. Reaġenti oħra huma speċifikati fis-sezzjonijiet addattati ta' kull metodu. Ir-reaġenti kollha użati għandhom ikunu kimikament puri.

I.3.2.3. Ilma ddistillat jew dejonizzat.

I.3.2.4. Aċetun.

I.3.2.5. Aċidu ortofosforiku.

I.3.2.6. Urea.

I.3.2.7. Bikarbonat tas-sodju.

Ir-reaġenti kollha użati għandhom ikunu kimikament puri.

I.4. Atmosfera ta' kundizzjonar u ttestjar

Minħabba li jiġu stabbiliti piżijiet xotti, mhux meħtieġ li tikkundizzjona l-kampjun jew li twettaq analiżi fl-atmosfera kkundizzjonata.

I.5. Kampjun tat-test tal-laboratorju

Ħu kampjun tat-test tal-laboratorju li huwa rappreżentattiv tal-kampjun tal-lott tal-laboratorju u biżżejjed biex jipprovdi l-kampjuni kollha, kull wieħed ta' mill-inqas 1 g, li huma meħtieġa.

I.6. Trattament minn qabel tal-kampjun tat-test tal-laboratorju [20]

Fejn tkun preżenti sostanza li ma għandhiex titqies fil-kalkoli perċentwali (ara l-Artikolu 16 ta' din id-Direttiva), din għandha l-ewwel titneħħa permezz ta' metodu xieraq li ma jaffettwa l-ebda kostitwent tal-fibri.

Għal dan l-għan, materja mhux fibruża li tista' tiġi estratta b'żejt mhux raffinat ħafif u bl-ilma titneħħa billi l-kampjun tat-test imnixxef bl-arja f'estrattur Soxhlet jiġi ttrattat b’żejt mhux raffinat ħafif għal siegħa b'rata minima ta' sitt ċikli fis-siegħa. Ħalli ż-żejt ħafif jevapora mill-kampjun, li mbagħad jiġi estratt bi trattament dirett li jkun jikkonsisti fit-tixrib tal-kampjun fl-ilma fit-temperatura tal-kamra għal siegħa u mbagħad xarrbu fl-ilma f'65 ± 5°C għal siegħa oħra, waqt li tħawwad il-likur minn ħin għal ieħor. Uża proporzjon tal-kampjun-likur ta' 100:1. Neħħi l-ilma żejjed mill-kampjun billi tagħsru, tiġbdu jew bl-użu ta' magni ċentrifugi u mbagħad ħalli l-kampjun jinxef bl-arja.

F’każ ta’ elastolefin jew ta’ taħlitiet ta' fibri li fihom l-elastolefin jew fibri oħra (suf, xagħar tal-annimali, ħarir, qoton, kittien, qanneb ġenwin, ġuta, abaka, alfa, kajjar, ġummar, rami, sisal, kupru, modal, proteina, viskuż, akrilik, poliamide jew najlon, poliesteri, elastomultiester) il-proċedura li għadha kemm ġiet deskritta għandha tkun daqsxejn modifikata, fil-fatt, iż-żejt mhux raffinat eteru ħafif għandu jinbidel bl-aċetun.

F’każ ta’ taħlitiet b'żewġ fibri li fihom l-elastolefin u l-aċetat il-proċedura li ġejja għandha tapplika bħala t-trattament ta’ qabel. Oħroġ il-kampjun għal 10 minuti f’temperatura ta’ 80°C b’soluzzjoni ta’ 25 g/l ta’ 50 % aċidu ortofosforiku u 50 g/l ta’ urea. Uża proporzjon tal-kampjun-likur ta' 100:1. Aħsel il-kampjun fl-ilma, qattar u aħslu f'soluzzjoni ta' 0,1 % bikarbonat tas-sodju, fl-aħħar nett aħsel sewwa fl-ilma.

Meta materja mhux fibruża ma tkunx tista' titneħħa biż-żejt mhux raffinat ħafif u bl-ilma, għandha titneħħa billi tissostitwixxi l-metodu tal-ilma deskritt hawn fuq b'metodu adattat li bl-ebda mod ma jbiddel sostanzjalment kwalunkwe mill-kostitwenti tal-fibra. Madankollu, għal xi fibri ta' ħaxix naturali mhux ibbliċjati (eż. il-ġuta, il-kajjar), għandu jiġi osservat li t-trattament normali ta’ qabel biż-żejt mhux raffinat ħafif u bl-ilma ma jneħħix is-sostanzi mhux fibrużi naturali kollha; madankollu t-trattament addizzjonali ta’ qabel ma jiġix applikat għajr jekk il-kampjun ikun fih sostanzi użati għat-tirqim li la jinħallu fiż-żejt mhux raffinat ħafif u lanqas fl-ilma.

Ir-rapporti tal-analiżi għandhom jinkludu dettalji sħaħ tal-metodi użati għat-trattament ta’ qabel.

I.7. Proċedura tat-test

I.7.1. Struzzjonijiet ġenerali

I.7.1.1. T n i x x i f

Wettaq l-operazzjonijiet kollha tat-tnixxif għal mhux anqas minn erba' sigħat u mhux aktar minn 16-il siegħa f'105 ± 3C f'forn ventilat bil-bieba tal-forn magħluqa minn kullimkien. Jekk il-perjodu tat-tnixxif huwa inqas minn 14-il siegħa, il-kampjun għandu jintiżen biex jiġi vverifikat li l-piż tiegħu sar kostanti. Il-piż jista' jitqies li sar konstanti jekk, wara perjodu ieħor ta' tnixxif ta' 60 minuta, il-varjazzjoni tiegħu hija inqas minn 0,05 %.

Evita li tmiss il-griġjoli u l-flixken tal-użin, il-kampjuni jew ir-residwi bl-idejn waqt l-operazzjonijiet ta' tnixxif, tibrid u użin.

Kampjuni xotti fi flixkun tal-użin bl-għatu tiegħu maġenbu. Wara t-tnixxif, agħlaq il-flixkun tal-użin bit-tapp qabel ma tneħħih mill-forn, u ttrasferih mill-iktar fis possibbli lejn id-dessikatur.

Nixxef il-griġjol filtru fi flixkun tal-użin bl-għatu tiegħu maġenbu fil-forn. Wara t-tnixxif, agħlaq il-flixkun tal-użin u ttrasferih mill-iktar fis possibbli lejn id-dessikatur.

Fejn jiġi użat apparat ieħor għajr griġjol filtru, l-operazzjonijiet ta' tnixxif fil-forn għandhom jitwettqu b'tali mod li jippermettu li jiġi stabbilit il-piż xott tal-fibri mingħajr telf.

I.7.1.2. T i b r i d

Wettaq l-operazzjonijiet kollha ta' tibrid fid-dessikatur b'dan tal-aħħar imqiegħed ħdejn il-miżien, sakemm jinkiseb it-tibrid sħiħ tal-fliexken tal-użin, u fi kwalunkwe każ għal mhux inqas minn sagħtejn.

I.7.1.3. U ż i n

Wara t-tkessiħ, kompli l-użin tal-flixkun tal-użin fi żmien żewġ minuti minn meta tneħħih mid-dessikatur. Iżen sa preċiżjoni ta' 0,0002 g.

I.7.2. Proċedura

Ħu kampjun tat-test mill-kampjun tat-test tal-laboratorju ttrattat minn qabel li jkun jiżen għallinqas 1 g. Aqta' ħajta jew biċċa f'tulijiet ta' madwar 10 mm, mifrudin kemm jista' jkun possibbli. Nixxef il-kampjun fi flixkun tal-użin, berrdu fid-dessikatur u iżnu. Ittrasferixxi l-kampjun għar-reċipjent tal-ħġieġ speċifikat fis-sezzjoni x-xierqa tal-metodu rilevanti tal-Komunità, erġa' iżen il-flixkun tal-użin minnufih u ikseb il-piż xott tal-kampjun permezz tad-differenza. Kompli t-test kif speċifikat fis-sezzjoni x-xierqa tal-metodu applikabbli. Eżamina l-fdal mikroskopikali biex tikkontrolla li fil-fatt it-trattament ikun neħħa għal kollox il-fibra li ddub.

I.8. Kalkolu u espressjoni tar-riżultati

Fisser il-piż tal-komponent li ma jdubx bħala perċentwali tal-piż totali tal-fibra fit-taħlita. Il-perċentwali tal-komponent li jdub jinkiseb permezz tad-differenza. Ikkalkula r-riżultati fuq il-bażi ta' piż xott, nadif, aġġustati b'(a) il-konċessjoni miftehma u (b) il-fatturi tal-korrezzjoni meħtieġa biex jagħtu kas tat-telf tal-materja waqt it-trattament minn qabel u l-analiżi. Il-kalkoli għandhom isiru bl-applikazzjoni tal-formula mogħtija f'I.8.2.

I.8.1. Il-kalkolu tal-perċentwali tal-komponent li ma jdubx fuq bażi ta' piż xott, nadif, li ma jagħtix kas tal-piż tal-fibra mitluf waqt it-trattament minn qabel.

(...PICT...)

fejn

P1 % huwa l-perċentwali ta' komponent li ma jdubx xott, nadif,

m huwa l-perċentwali ta' piż xott tal-kampjun wara t-trattament minn qabel,

r huwa l-piż xott tal-fdal,

d huwa l-fattur ta' korrezzjoni għat-telf fil-piż tal-komponent li ma jdubx fir-reaġent waqt l-analiżi. Il-valuri xierqa ta' "d" huma mogħtija fis-sezzjoni rilevanti ta' kull metodu.

Naturalment, valuri bħal dawn ta' “d” huma l-valuri normali applikabbli għal fibri sottogradati kimikament.

I.8.2. Il-kalkolu tal-perċentwali tal-komponent li ma jdubx fuq bażi ta' piż xott, nadif, b'aġġustament b'fatturi konvenzjonali u fejn xieraq fatturi ta' korrezzjoni għal telf fil-piż waqt it-trattament minn qabel.

(...PICT...)

fejn

fejn P1A % huwa l-perċentwali ta' komponent li ma jdubx, aġġustat b'konċessjonijiet konvenzjonali miftehma u għal telf ta' piż waqt it-trattament minn qabel.

P1 huwa l-perċentwali ta' komponent li ma jdubx xott, nadif kif ikkalkulat mill-formula murija f'I.8.1

a1 hija l-konċessjoni konvenzjonali miftiehma għall-komponent li ma jdubx (ara l-Anness IX)

a2 hija l-konċessjoni konvenzjonali miftiehma għall-komponent li jdub (ara l-Anness IX)

b1 huwa t-telf tal-perċentwali tal-komponent li ma jdubx ikkawżat bit-trattament minn qabel

b2 huwa t-telf tal-perċentwali tal-komponent li jdub ikkawżat bit-trattament minn qabel

Il-perċentwali tat-tieni komponent huwa P2A % = 100 - P1A %

Fejn ikun intuża trattament minn qabel speċjali, il-valuri ta' b1 u b2 għandhom jiġu stabbiliti, jekk possibbli, billi tkun sottomessa kull waħda mill-kostitwenti tal-fibri puri għat-trattament minn qabel applikat fl-analiżi. Fibri puri huma dawk ħielsa minn materjal mhux fibruż għajr dak li normalment ikun preżenti fihom (kemm b'mod naturali jew minħabba l-proċess ta' manifattura), fl-istat (mhux ibbliċjat, ibbliċjat) li fih jinstabu fil-materjal li għandu jiġi analizzat.

Fejn l-ebda fibri kostitwenti separati nodfa użati fil-manifattura tal-materjal li għandu jiġi analizzat ma jkunu disponibbli, għandhom jintużaw il-valuri medji ta' b1 u b2 kif miksuba mit-testijiet imwettqa fuq fibri nodfa simili għal dawk fit-taħlita li tkun qegħda tiġi eżaminata.

Jekk jiġi applikat trattament normali minn qabel permezz tal-estrazzjoni biż-żejt mhux raffinat ħafif u l-ilma, il-fatturi ta' korrezzjoni b1 u b2 jistgħu ma jitqisux, għajr fil-każ ta' qoton mhux ibbliċjat, kittien mhux ibbliċjat u qanneb mhux ibbliċjat, fejn it-telf ikkawżat minn trattament minn qabel huwa qiegħed konvenzjonalment jitqies ta' 4 %, u fil-każ ta' polipropilene, fejn qed jitqies ta' 1 %.

Fil-każ ta' fibri oħra, it-telf dovut għat-trattament minn qabel huwa mwarrab b'mod konvenzjonali fil-kalkoli.

II. Metodu ta' analiżi kwantitattiva b'separazzjoni manwali

II.1. Kamp ta' applikazzjoni

Dan il-metodu huwa applikabbli għal fibri tat-tessuti ta' kull tip sakemm dawn ma jiffurmawx taħlita intima u sakemm ikun possibbli li dawn jiġu mifrudin bl-idejn.

II.2. Prinċipju

Wara l-identifikazzjoni tal-kostitwenti tat-tessuti, il-materjal mhux fibruż jitwarrab bi trattament minn qabel addattat u mbagħad il-fibri jiġu sseparati bl-idejn, imnixxfa u miżuna sabiex jiġi kkalkulat il-proporzjon ta' kull fibra fit-taħlita.

II.3. Apparat

II.3.1. Flixkun tal-użin jew xi apparat ieħor li jagħti riżultati identiċi.

II.3.2. Dessikkatur li jkun fih is-silika-ġel li jindika fih innifsu.

II.3.3. Forn ventilat għall-inxif tal-eżemplari f'105 ± 3ºC.

II.3.4. Miżien analitiku, eżatt sa 0,0002 g.

II.3.5. Soxhletextractor, jew apparat ieħor li jagħti riżultat identiku.

II.3.6. Labra.

II.3.7. Twist tester jew apparat simili.

II.4. Reaġenti

II.4.1. Żejt mhux raffinat ħafif, distillat mill-ġdid, medda ta' togħlija 40 sa 60°C.

II.4.2. Ilma ddistillat jew dejonizzat.

II.5. Atmosfera ta' kundizzjonar u ttestjar

Ara I.4.

II.6. Kampjun tat-test tal-laboratorju

Ara I.5.

II.7. Trattament minn qabel tal-kampjun tat-test tal-laboratorju

Ara I.6.

II.8. Proċedura

II.8.1. Analiżi tal-ħajt

Agħżel mill-kampjun tal-test tal-laboratorju li ġie trattat minn qabel, eżamplari ta' piż mhux inqas minn 1 g. Għal ħajt fin ħafna, l-analiżi tista' ssir fuq tul minimu ta' 30 m, ikun kemm ikun il-piż.

Aqta' l-ħajt f'biċċiet ta' tul addattat u ifred it-tipi ta' fibri permezz ta' labra u, jekk ikun meħtieġ, twist tester. It-tipi ta' fibri hekk miksuba jitqiegħdu fi fliexken tal-użin li twieżnu minn qabel u mnixxfa f'105 ± 3°C sakemm jinkiseb piż kostanti, kif deskritt f'I.7.1 u I.7.2.

II.8.2. Analiżi tad-drapp

Agħżel minn kampjun tat-test tal-laboratorju ttrattat minn qabel, 'il bogħod sewwa mit-truf tiegħu, kampjun ta' piż mhux inqas minn 1 g, bit-truf ittrimmjati sewwa biex jiġi evitat il-ftuq u imxi b'mod parallel mal-ħjut tat-tgħama jew tal-medd, jew fil-każ ta drappijiet innittjati fil-linja tal-għoqod u l-korsijiet. Ifred it-tipi tal-fibri differenti, iġborhom fi fliexken tal-użin miżuna qabel u kompli kif deskritt f'II.8.1.

II.9. Kalkolu u espressjoni tar-riżultati

Esprimi l-piż tal-fibri kostitwenti bħala perċentwali tal-piż totali tal-fibri fit-taħlita. Ikkalkula r-riżultati fuq il-bażi ta' piż xott, nadif, aġġustat b'(a) il-konċessjonijiet miftehma u (b) il-fatturi tal-korrezzjoni meħtieġa biex jagħtu kas tal-materja waqt it-trattament minn qabel.

II.9.1. Il-kalkolu tal-piżijiet tal-perċentwali tal-fibra niexfa, nadifa, mingħajr ma jingħata kas tal-piż tal-fibra mitluf waqt it-trattament minn qabel:

(...PICT...)

P1 % huwa l-perċentwali tal-ewwel komponent xott, nadif,

m1 huwa l-piż nadif, niexef tal-ewwel komponent,

m2 huwa l-piż nadif, niexef tat-tieni komponent.

II.9.2. Għall-kalkolu tal-perċentwali ta' kull komponent b'aġġustament tal-konċessjonijiet miftehma u, fejn xieraq, bil-fatturi tal-korrezzjoni għat-telf ta' materja waqt it-trattament minn qabel, ara I.8.2.

III.1. Preċiżjoni tal-metodi

Il-preċiżjoni indikata f'metodi individwali għandha x'taqsam mar-riproduċibilità.

Ir-riproduċibilità tirreferi għall-affidabilità, jiġifieri l-viċinanza ta' ftehim bejn valuri esperimentali miksubin minn operaturi f'laboratorji differenti jew fi żminijiet differenti li jużaw l-istess metodu u li jiksbu riżultati individwali fuq kampjuni ta' taħlita identika konsistenti.

Ir-riproduċibilità hija espressa bil-limiti ta' fiduċja tar-riżultati għal livell ta' fiduċja ta' 95 %.

Għalhekk, ifisser li d-differenza bejn żewġ riżultati f'sensiela ta' analiżi magħmula f'laboratorji differenti tinqabeż biss f'ħames każi minn 100, dejjem jekk jintuża metodu tal-applikazzjoni korrett u normali għal taħlita konsistenti u identika.

III.2. Rapport tat-test

III.2.1. Għid li l-analiżi saret skont dan il-metodu.

III.2.2. Agħti dettalji ta' xi trattament minn qabel speċjali (ara I.6).

III.2.3. Agħti r-riżultati individwali u l-medja aritmetika, kollha sa l-eqreb 0,1.

IV. Metodi speċjali

TABELLA SOMMARJA

Il-metodu osservat | Kamp ta' applikazzjoni | Reaġent |

| Komponent li jinħall | Komponent li ma jinħallx | |

1. | Aċetat | Ċerti fibri oħra | Aċetun |

2. | Ċerti fibri ta' proteina | Ċerti fibri oħra | Ipoklorit |

3. | Viskuż, kupru jew ċerti tipi ta’ modal | Qoton, elastolefin jew melamina | Aċidu formiku u klorur taż-żingu |

4. | Poliamide jew najlon | Ċerti fibri oħra | Aċidu formiku, 80 % m/m |

5. | Aċetat | Triaċetat, elastolefin jew melamina | Alkoħol tal-benżil |

6. | Triaċetat jew polilactid | Ċerti fibri oħra | Diklorometan |

7. | Ċerti fibri ċellulożi | Poliester, elastomultiester jew elastolefin | Aċidu sulfuriku, 75 % m/m |

8. | Akriliki, ċerti modakriliki jew ċerti klorofibri | Ċerti fibri oħra | Dimethylformamide |

9. | Ċerti klorofibri | Ċerti fibri oħra | Disulfid tal-karbonju/aċetun, 55.5/44.5 v/v |

10. | Aċetat | Ċerti klorofibri, elastolefin jew melamina | Aċidu aċetiku glaċjali |

11. | Ħarir | Suf, xagħar, elastolefin jew melamina | Aċidu sulfuriku, 75 % m/m |

12. | Ġuta | Ċerti fibri tal-annimali | Metodu bil-kontenut ta’ nitroġenu |

13. | Polipropilene | Ċerti fibri oħra | Ksilin |

14. | Ċerti fibri oħra | Klorofibri (omopolimeri tal-klorur tal-vinil), elastolefin jew melamina | Metodu ta’ aċidu sulfuriku konċentrat |

15. | Klorofibri, ċerti modakriliki, ċerti elastani, aċetati, triaċetati | Ċerti fibri oħra | Ċikloesanun |

16. | Melamina | Qoton jew aramid | Aċidu formiku jaħraq, 90 % m/m |

METODU Nru 1

AĊETAT U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Il-metodu tal-aċetun)

1. IL-QASAM TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta':

1. aċetat (19)

ma’

2. suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), kittien (7), qanneb ġenwin (8), ġuta (9), abaka (10), alfa (11), kajjar (12), ġummar (13), rami (14), sisal (15), kupru (21), modal (22), proteina (23), viskuż (25), akrilik (26), poliamide jew najlon (30), poliester (35), elastomultiester (46), elastolefin (47) u melamina (48).

Il-metodu, f'ebda ċirkostanza ma huwa applikabbli għal fibri tal-aċetat li jkunu ġew deaċetilitati fuq il-wiċċ.

2. IL-PRINĊIPJU

L-aċetat jiġi maħlul minn piż xott magħruf tat-taħlita, mal-aċetun. Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen; il-massa, ikkoreġuta jekk ikun meħtieġ, hija espressa f’perċentwali tal-massa niexfa tat-taħlita. Il-perċentwali tal-aċetat xott jinstab permezz tad-differenza.

3. APPARAT U REAĠENTI (addizzjonali għal dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1. Apparat

Flasks konikali b'tapp tal-ħġieġ ta' kapaċità ta' għallinqas 200 ml.

3.2. Reaġent

Aċetun.

4. PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u kompli kif ġej:

Mal-kampjun miżmum fil-flask konikali bit-tapp tal-ħġieġ ta' kapaċità ta' għallinqas 200 ml, żid 100 ml ta' aċetun għal kull gramma tal-kampjun, ħawwad il-flask, ħallih joqgħod għal 30 minuta f'temperatura tal-kamra, minn ħin għall-ieħor ħawdu, u mbagħad għaddi l-likwidu minn ġewwa l-griġjol filtru miżun.

Irrepeti t-trattament għal darbtejn oħra (b'kollox agħmel tliet estrazzjonijiet), iżda għal perjodi ta' 15-il minuta biss, biex hekk il-ħin totali tat-trattament fl-aċetun ikun ta' siegħa. Ittrasferixxi l-fdal għall-griġjol filtru. Aħsel il-fdal fil-griġjol filtru bl-aċetun u nixxfu bil-ġbid tal-arja. Erġa' imla l-griġjol filtru bl-aċetun u ħallih jinxef taħt il-gravità.

Finalment, nixxef il-griġjol filtru bil-ġbid tal-arja, nixxef il-griġjol u l-fdal, berridhom u iżinhom.

5. IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ ‘d’ huwa 1,00 għajr għall-melamina, li għaliha ‘d’=1,01.

6. PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta' materjali tat-tessuti, il-limiti ta' fiduċja tar-riżultati miksuba b'dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta' fiduċja ta' 95 %.

METODU Nru 2

ĊERTI FIBRI TA' PROTEINA U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Il-metodu bl-użu tal-ipoklorit)

1. IL-QASAM TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta':

1. ċerti fibri ta' proteina, li huma: suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), ħarir (4), proteina (23)

ma’

2. qoton (5), kupru (21), viskuż (25), akrilik (26), klorofibri (27), poliamide jew najlon (30), poliester (35), polipropilene (37), elastan (43), fibri ta’ ħġieġ (44), elastomultiester (46), elastolefin (47) u melamina (48).

Jekk fibri ta' proteina differenti huma preżenti, il-metodu jagħti t-total tal-ammonti tagħhom imma mhux il-kwantitajiet individwali tagħhom.

2. IL-PRINĊIPJU

Il-fibra tal-proteina tiddewweb minn piż magħruf tat-taħlita niexfa, b'soluzzjoni ta' ipoklorit. Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen; il-massa, ikkoreġuta jekk ikun meħtieġ, hija espressa f’perċentwali tal-massa niexfa tat-taħlita. Il-perċentwali tal-fibra tal-proteina niexfa jinstab permezz tad-differenza.

Jistgħu jintużaw jew ipoklorit tal-litju jew ipoklorit tas-sodju għall-preparazzjoni tas-soluzzjoni tal-ipoklorit.

L-ipoklorit tal-litju huwa rrakkomandat f'każijiet li jinvolvu numru żgħir ta' analiżi jew għal analiżi magħmula f'intervalli aktarx twal. Dan minħabba li l-perċentwali ta' ipoklorit fl-ipoklorit tal-litju solidu — differenti mill-ipoklorit tas-sodju — huwa virtwalment kostanti. Jekk il-perċentwali ta' ipoklorit huwa magħruf, ma hemmx bżonn li l-kontenut ta' ipoklorit jiġi kkontrollat jodometrikament għal kull analiżi, minħabba li jista' jintuża porzjon miżun kostanti tal-ipoklorit tal-litju.

3. APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1. Apparat

(i) Erlenmeyer flask b'tapp tal-ħġieġ, 250 ml;

(ii) thermostat, li jista' jiġi aġġustat għal 20 (± 2)°C.

3.2. Reaġenti

(i) Reaġent tal-ipoklorit

(a) S o l u z z j o n i t a l-I p o k l o r i t t a l-L i t j u

Din tikkonsisti f'soluzzjoni mħejjija friska li jkun fiha 35 (± 2) g/l ta' klorin attiv (bejn wieħed u ieħor 1 M), li magħha jiġu miżjudin 5 (± 0,5) g/l ta' idrossidu tas-sodju maħlul qabel. Biex tipprepara, dewweb 100 gramma tal-ipoklorit tal-litju li jkun fih 35 % ta' klorin attiv (jew 115-il gramma li jkun fihom 30 % klorin attiv) f'bejn wieħed u ieħor 700 ml ilma ddistillat, żid 5 grammi ta' idrossidu tas-sodju maħlul f'bejn wieħed u ieħor 200 ml ilma ddistillat u imla sa litru wieħed bl-ilma ddistillat. Is-soluzzjoni li tkun ġiet imħejjija friska ma hemmx bżonn li tiġi kkontrollata b'mod jodometriku.

(b) S o l u z z j o n i t a l-I p o k l o r i t t a s-s o d j u

Din tikkonsisti f'soluzzjoni mħejjija friska li jkun fiha 35 (± 2) g/l ta' klorin attiv (bejn wieħed u ieħor 1 M), li miegħu jiżdiedu 5 (± 0,5) g/l ta' idrossidu tas-sodju maħlul qabel.

Ivverifika l-kontenut ta' klorin attiv tas-soluzzjoni jodometrika qabel kull analiżi.

(ii) Aċidu aċetiku, soluzzjoni dilwita

Iddilwa 5 ml ta' aċidu aċetiku glaċjali għal litru wieħed bl-ilma.

4. PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u kompli kif ġej: ħallat bejn wieħed u ieħor gramm wieħed mill-kampjun ma' bejn wieħed u ieħor 100 ml tas-soluzzjoni tal-ipoklorit (ipoklorit tal-litju jew tas-sodju) fi flask ta' 250 ml u ħawdu sewwa biex ixxarrab il-kampjun.

Imbagħad saħħan il-flask għal 40 minuta f'thermostat f'20°C u ħawwdu kontinwament, jew għallinqas f'intervalli regolari. Minħabba li t-tidwib tas-suf jibqa' sejjer b'mod eżotermiku, ir-reazzjoni tas-sħana ta' dan il-metodu għandha tkun imqassma u mneħħija. Inkella, jistgħu jinħolqu żbalji mis-dissoluzzjoni inizjali tal-fibri li ma jdubux.

Wara 40 minuta, iffiltra l-kontenut tal-flask minn ġewwa griġjol filtru tal-ħġieġ miżun u ttrasferixxi kwalunkwe fdal tal-fibri fil-griġjol filtru billi tlaħlaħ il-flask b'daqsxejn reaġent tal-ipoklorit. Ixxotta l-griġjol filtru bil-ġbid tal-arja u aħsel il-fdal suċċessivament bl-ilma, iddilwa l-aċidu aċetiku, u fl-aħħar bl-ilma, waqt li tixxotta l-griġjol bil-ġbid tal-arja wara kull addizzjoni. La tapplikax il-ġbid tal-arja qabel ma kull likur tal-ħasil ikun ixxotta taħt gravità.

Fl-aħħar nett, ixxotta l-griġjol filtru bil-ġbid tal-arja, nixxef il-griġjol u l-fdal, berridhom u iżinhom.

5. IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta' ‘d’ huwa ta' 1,00, għajr għall-qoton, il-viskuż, il-modal u l-melamina, li għalihom ‘d’ = 1,01, u l-qoton mhux ibbliċjat, li għalih ‘d’ = 1,03.

6. PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta' materjali tat-tessuti, il-limiti ta' fiduċja tar-riżultati miksuba b'dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta' fiduċja ta' 95 %.

METODU Nru 3

VISKUŻ, KUPRU JEW ĊERTI TIPI TA' MODAL U QOTON

(Metodu li juża l-aċidu formiku u l-klorur taż-żingu)

1. IL-QASAM TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta':

1. viskuż (25) jew kupru (21), inklużi ċerti tipi ta' fibra tal-modal (22),

ma’

2. qoton (5), elastolefin (47) u melamina (48).

Jekk jinstab li tkun preżenti fibra tal-modal, għandu jsir test preliminarju biex jivverifika jekk din iddubx fir-reaġent.

Dan il-metodu mhuwiex applikabbli għal taħlitiet li fihom, il-qoton ġarrab degradazzjoni kimika eċċessiva, u lanqas meta l-viskuż jew il-kupru jiġi mdewweb għal kollox bil-preżenza ta' ċerti żebgħat jew tirqim li ma jistgħux jiġu mwarrba għal kollox.

2. IL-PRINĊIPJU

Il-fibra tal-viskuż, tal-kupru jew tal-modal tiġi mdewwba minn piż xott magħruf tat-taħlita, b'reaġent li jkun magħmul mill-aċidu formiku u mill-klorur taż-żingu. Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen; il-piż tiegħu kkorreġut huwa mfisser bħala perċentwali tal-piż xott tat-taħlita. Il-perċentwali tal-fibra tal-vikuż, kupru u modal xotti jinstab permezz tad-differenza.

3. APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1. Apparat

(i) flasks konikali b'tapp tal-ħġieġ ta' kapaċità ta' mill-inqas 200 ml;

(ii) apparat biex iżomm il-flasks f'40 (± 2)°C.

3.2. Reaġenti

(i) Soluzzjoni li jkun fiha 20 g ta' klorur taż-żingu anidruż mdewweb u 68 g ta' aċidu formiku anidruż magħmul minn 100 g bl-ilma (jiġifieri 20 parti bil-piż ta' klorur taż-żingu anidruż imdewweb għal 80 parti bil-piż ta' 85 % mm ta' aċidu formiku).

INNOTA SEWWA:

F'dan ir-rigward, għandha tingħata attenzjoni, għall-punt I.3.2.2, li jistabbilixxi li r-reaġenti kollha użati għandhom ikunu kimikament puri; barra minn hekk, huwa essenzjali li jintuża klorur taż-żingu anidruż imdewweb biss.

(ii) Soluzzjoni tal-idrossidu tal-ammonja: iddilwa 20 ml ta' soluzzjoni tal-ammonja kkonċentrata (gravità speċifika 0,880 g/ml) għal litru wieħed bl-ilma.

4. PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u kompli kif ġej: poġġi l-kampjun minnufih fil-flask, imsaħħan minn qabel għal 40°C. Żid 100 ml tas-soluzzjoni tal-aċidu formiku u klorur taż-żingu, imsaħħna minn qabel għal 40°C għal kull gramma tal-kampjun. Daħħal it-tapp u ħawwad il-flask sewwa. Żomm il-flask u l-kontenut tiegħu f'temperatura kostanti ta' 40°C għal sagħtejn u nofs, waqt li tħawwad il-flask f'intervalli ta' siegħa.

Iffiltra l-kontenut tal-flask minn griġjol filtru miżun u bl-għajnuna ta' reaġent ittrasferixxi għal ġewwa l-griġjol xi fibri li jifdal fil-flask. Laħlaħ b'20 ml tar-reaġent.

Aħsel il-griġjol u l-fdal sewwa bl-ilma f'40°C. Laħlaħ il-fdal fibruż f'bejn wieħed u ieħor 100 ml ta' soluzzjoni ta' ammonja kiesħa (3.2.ii) waqt li tiżgura li dan il-fdal jibqa' mgħaddas għal kollox fis-soluzzjoni għal 10 minuti (1); imbagħad laħlaħ sew bl-ilma kiesaħ.

La tapplikax il-ġbid tal-arja qabel ma kull likur tal-ħasil ikun ixxotta taħt gravità.

Finalment, ixxotta l-likwidu li jifdal bil-ġbid tal-arja, nixxef il-griġjol u l-fdal, u berridhom u iżinhom.

5. IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ ‘d’ huwa 1,02 għall-qoton, 1,01 għall-melamina u 1,00 għall-elastolefin.

6. PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta' materjali tat-tessuti, il-limiti ta' fiduċja tar-riżultati miksuba b'dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 2 għal livell ta' fiduċja ta' 95 %.

METODU Nru 4

POLIAMIDE JEW NAJLON, U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Metodu li juża 80 % m/m ta' aċidu formiku)

1. IL-QASAM TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta':

1. poliamide jew najlon, (30),

ma’

2. suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), qoton (5), kupru (21), modal (22), viskuż (25), akrilik (26), klorofibra (27), poliester (35), polipropilene (37), fibra tal-ħġieġ (44), elastomultiester (46), elastolefin (47) u melamina (48).

Kif issemma hawn fuq, dan il-metodu huwa applikabbli wkoll għal taħlitiet bis-suf, iżda meta l-kontenut ta' suf jaqbeż il-25 %, għandu jiġi applikat il-metodu Nru 2 (tħoll is-suf f’taħlita ta’ alkalin sodju ipokloritu).

2. IL-PRINĊIPJU

Il-fibra tal-poliamide tiddewweb minn piż xott magħruf tat-taħlita, bl-aċidu formiku. Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen; il-massa, ikkoreġuta jekk ikun meħtieġ, hija espressa f’perċentwali tal-massa niexfa tat-taħlita. Il-perċentwali tal-poliamide xott jew najlon jinstab permezz tad-differenza.

3. APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1. Apparat

Flask konikali b'tapp tal-ħġieġ ta' kapaċità ta' mill-inqas 200 ml.

3.2. Reaġenti

(i) Aċidu formiku (80 % m/m, densità relattiva f'20°C: 1,186). Iddilwa 880 ml ta' 90 % m/m aċidu formiku (densità relattiva f'20°C: 1,204) għal litru wieħed bl-ilma. Inkella, iddilwa 780 ml ta' 98 sa 100 % m/m aċidu formiku (densità relattiva f'20°C: 1,220) għal litru wieħed bl-ilma.

Il-konċentrazzjoni mhijiex kritika fi ħdan il-medda ta' 77 sa 83 % m/m aċidu formiku.

(ii) Ammonja, soluzzjoni dilwita: iddilwa 80 ml ta' soluzzjoni ta' ammonja kkonċentrata (densità relattiva f'20°C: 0,880) għal litru wieħed bl-ilma.

4. PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u kompli kif ġej: għall-kampjun miżmum fi flask konikali ta' kapaċità ta' mill-inqas 200 ml, żid 100 ml ta' aċidu formiku għal kull gramm ta' kampjun. Poġġi t-tapp, ħawwad il-flask biex ixarrab il-kampjun. Ħalli l-flask għal 15-il minuta f'temperatura tal-kamra, waqt li tħawdu minn ħin għal ieħor. Iffiltra l-kontenut tal-flask minn ġewwa l-ġriġjol filtru miżun u ttrasferixxi kwalunkwe fdal tal-fibri fil-griġjol filtru billi taħsel il-flask b'daqsxejn reaġent tal-aċidu formiku.

Ixxotta l-griġjol filtru bil-ġbid tal-arja u aħsel il-fdal fuq il-filtru suċċessivament bir-reaġent tal-aċidu formiku, ilma sħun, soluzzjoni ta' ammonja ddilwita, u fl-aħħar bl-ilma kiesaħ, waqt li tixxotta l-griġjol bil-ġbid tal-arja wara kull addizzjoni. La tapplikax il-ġbid tal-arja qabel ma kull likur tal-ħasil ikun ixxotta taħt gravità.

Fl-aħħar nett, nixxef il-griġjol filtru bil-ġbid tal-arja, nixxef il-griġjol u l-fdal, berridhom u iżinhom.

5. IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ ‘d’ huwa ta' 1,00 għajr għall-melamina, li għaliha ‘d’=1,01.

6. PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta' materjali tat-tessuti, il-limiti ta' fiduċja tar-riżultati miksuba b'dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta' fiduċja ta' 95 %.

METODU Nru 5

AĊETAT U TRIAĊETAT

(Il-metodu bl-użu tal-alkoħol tal-benżil)

1. IL-QASAM TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta':

—aċetat (19)

ma’

— triaċetat (24), elastolefin (47) u melamina (48).

2. IL-PRINĊIPJU

Il-fibra tal-aċetat tiddewweb minn piż xott magħruf tat-taħlita, bl-alkoħol tal-benżil fi 52 ± 2°C.

Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen; il-piż tiegħu huwa mfisser bħala perċentwali tal-piż xott tat-taħlita. Il-perċentwali tal-aċetat xott jinstab permezz tad-differenza.

3. APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1. Apparat

(i) Flask konikali b'tapp tal-ħġieġ ta' kapaċità ta' mill-inqas 200 ml;

(ii) Xejker mekkaniku.

(iii) Thermostat jew apparat ieħor biex iżomm il-flask f'temperatura ta' 52 ± 2°C.

3.2. Reaġenti

(i) Alkoħol tal-benżil,

(ii) Etanol.

4. PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u kompli kif ġej:

Mal-kampjun miżmum fil-flask konikali, żid 100 ml ta' alkoħol tal-benżil għal kull gramm tal-kampjun. Daħħal it-tapp, orbot il-flask mal-ħawwâd biex ikun mgħaddas fil-banju bl-ilma, miżmum fi 52 ± 2°C, u ħawwad għal 20 minuta f'din it-temperatura.

(Minflok l-użu ta' xejker mekkaniku, il-flask jista' jitħawwad bis-saħħa bl-idejn).

Għaddi l-likwidu minn ġewwa l-griġjol filtru miżun. Żid doża oħra ta' alkoħol tal-benżil fil-flask u ħawwdu bħal qabel fi 52 ± 2°C għal 20 minuta.

Għaddi l-likwidu minn ġewwa l-griġjol filtru. Irrepeti ċ-ċiklu tal-operazzjonijiet għat-tielet darba.

Fl-aħħar battal il-likwidu u l-fdal fil-griġjol filtru; aħsel xi fibri li jifdal mill-flask għal ġewwa l-griġjol bi kwantità żejda ta' alkoħol tal-benżil fi 52 ± 2°C. Ixxotta sewwa l-griġjol.

Ittrasferixxi l-fibri fi flask, laħlaħ bl-etanol u wara li tħawwad b'mod manwali għaddi mill-griġjol filtru.

Irrepeti l-proċess tat-tlaħliħ għal darbtejn jew tliet darbiet oħra. Ittrasferixxi l-fdal fil-griġjol u xxotta sewwa. Nixxef il-griġjol u l-fdal u berridhom u iżinhom.

5. IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ ‘d’ huwa ta' 1,00 għajr għall-melamina, li għaliha ‘d’=1,01.

6. PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta' materjali tat-tessuti, il-limiti ta' fiduċja tar-riżultati miksuba b'dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta' fiduċja ta' 95 %.

METODU Nru 6

TRIAĊETATI U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Il-metodu bl-użu tad-diklorometan)

1. IL-QASAM TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta':

1. triaċetat (24) jew polilactide (34)

ma’

2. suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), (21), modal (22), viskuż (25), akrilik (26), poliamide jew najlon (30), poliester (35), fibra tal-ħġieġ (44), elastomultiester (46), elastolefin (47). u melamina (48).

Nota

Fibri triaċetati li saritilhom l-aħħar passata li wasslet għal idrolisi parzjali ma jibqgħux jinħallu kompletament f'dan ir-reaġent. F'każijiet bħal dawn, il-metodu mhuwiex applikabbli.

2. IL-PRINĊIPJU

Il-fibri tat-triaċetat jew tal-polylactide jiddewbu minn piż xott magħruf tat-taħlita, bid-diklorometan. Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen; il-massa, ikkoreġuta jekk ikun meħtieġ, hija espressa f’perċentwali tal-massa niexfa tat-taħlita. Il-perċentwali tat-triaċitat jew tal-polylactide niexef jinstab permezz tad-differenza.

3. APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1. Apparat

Flask konikali b'tapp tal-ħġieġ ta' kapaċità ta' mill-inqas 200 ml.

3.2. Reaġent

Diklorometan.

4. PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u kompli kif ġej:

Mal-kampjun miżmum fil-flask konikali bit-tapp tal-ħġieġ ta' 200 ml, żid 100 ml ta' diklorometan għal kull gramma tal-kampjun, daħħal it-tapp, ħawwad il-flask kull 10 minuti biex ixxarrab il-kampjun u ħallih għal 30 minuta fit-temperatura tal-kamra, waqt li tħawwad il-flask f'intervalli regolari. Għaddi l-likwidu minn ġewwa l-griġjol filtru miżun. Żid 60 ml ta' diklorometan fil-flask li fih il-fdal, ħawwad b'mod manwali u ffiltra l-kontenut tal-flask mill-griġjol filtru. Ittrasferixxi l-fibri residwi għall-griġjol billi taħsel il-flask minn ġewwa bi ftit iktar diklorometan. Ixxotta l-griġjol bil-ġbid tal-arja biex tneħħi l-likwidu żejjed, erġa' imla l-griġjol bid-diklorometan u ħallih jixxotta taħt gravità.

Fl-aħħar, applika l-ġbid tal-arja biex telimina l-eċċess tal-likwidu, imbagħad ittratta l-fdal bil-misħun biex telimina s-solvent kollu, applika l-ġbid tal-arja, nixxef il-griġjol u l-fdal, berridhom u iżinhom.

5. IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ ‘d’ huwa ta' 1,00, barra fil-każ tal-poliester, tal-elastomultiester, tal-elastolefin, u tal-melamina li għalihom il-valur ta’ ‘d’ huwa ta' 1,01.

6. PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta' materjali tat-tessuti, il-limiti ta' fiduċja tar-riżultati miksuba b'dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta' fiduċja ta' 95 %.

METODU Nru 7

ĊERTI FIBRI TAĊ-ĊELLULOŻA U POLYESTER

(Metodu li juża 75 % m/m ta' aċidu sulfuriku)

1. IL-QASAM TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta':

1. qoton (5), kittien (7), qanneb ġenwin (8), rami (14), kupru (21), modal (22), viskuż (25)

ma’

2. poliester (35), elastomultiester (46) u elastolefin (47).

2. IL-PRINĊIPJU

Il-fibra taċ-ċelluloża tiddewweb minn piż xott magħruf tat-taħlita, b'75 % m/m aċidu sulfuriku. Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen; il-piż tiegħu huwa mfisser bħala perċentwali tal-piż xott tat-taħlita. Il-proporzjon tal-fibra taċ-ċelluloża niexfa jinstab permezz tad-differenza.

3. APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1. Apparat

(i) Flask konikali b'tapp tal-ħġieġ ta' kapaċità ta' mill-inqas 500 ml;

(ii) Thermostat jew apparat ieħor biex iżomm il-flask f'temperatura ta' 50 ± 5°C.

3.2. Reaġenti

(i) Aċidu sulfuriku, 75 ± 2% m/m

Ħejji billi żżid b'attenzjoni, waqt li tberred, 700 ml ta' aċidu sulfuriku (densità relattiva f'20°C: 1,84) sa 350 ml ta' ilma ddistillat.

Wara li s-soluzzjoni tkun birdet għat-temperatura tal-kamra, iddilwa għal litru wieħed bl-ilma.

(ii) Ammonja, soluzzjoni dilwita

Iddilwa 80 ml ta' soluzzjoni ta' ammonja (densità relattiva f'20°C: 0,88) għal litru wieħed bl-ilma.

4. PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u kompli kif ġej:

Mal-kampjun miżmum fil-flask konikali bit-tapp tal-ħġieġ ta' kapaċita ta' għallinqas 500 ml, żid 200 ml ta' 75 % ta' aċidu sulfuriku għal kull gramm tal-kampjun, daħħal it-tapp u b'attenzjoni ħawwad il-flask biex ixxarrab il-kampjun.

Żomm il-flask f'50 ± 5°C għal siegħa, ħawwdu f'intervalli regolari ta' bejn wieħed u ieħor 10 minuti. Iffiltra l-kontenut mill-griġjol filtru miżun permezz tal-ġbid tal-arja. Ittrasferixxi xi fibri residwi billi taħsel il-flask b'daqsxejn aċidu sulfuriku ta' 75 %. Ixxotta l-griġjol bil-ġbid tal-arja u aħsel il-fdal fuq il-filtru darba bil-mili tal-griġjol b'porzjon frisk ta' aċidu sulfuriku. La tapplikax il-ġbid tal-arja qabel ma l-aċidu jkun ixxotta taħt gravità.

Aħsel suċċessivament il-fdal diversi drabi bl-ilma kiesaħ, darbtejn b'soluzzjoni ta' ammonja dilwita, u mbagħad waħda sew bl-ilma kiesaħ, waqt li tixxotta l-griġjol bil-ġbid tal-arja wara kull addizzjoni. La tapplikax il-ġbid tal-arja qabel ma kull likur tal-ħasil ikun ixxotta taħt gravità. Fl-aħħar nett, ixxotta l-likwidu li jifdal mill-griġjol bil-ġbid tal-arja, nixxef il-griġjol u l-fdal, berridhom u iżinhom.

5. IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta' "d" huwa ta' 1,00.

6. PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta' materjali tat-tessuti, il-limiti ta' fiduċja tar-riżultati miksuba b'dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta' fiduċja ta' 95 %.

METODU Nru 8

AKRILIKI, ĊERTI MODAKRILIKI JEW ĊERTI KLOROFIBRI U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Il-metodu bl-użu tad-dimethylformamide)

1. IL-QASAM TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta':

1. akriliki (26), ċerti modakriliki (29), jew ċerti klorofibri (27) [21].

ma’

2. suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), kupru (21), modal

(22), viskuż (25), poliamide jew najlon (30), poliester (35), elastomultiester

(46), elastolefin (47) u melamina (48).

Huwa applikabbli ugwalment għall-akriliki, u ċerti modakriliki, ittrattati b’żebgħa mmetallizzata minn qabel, iżda mhux għal dawk miżbugħin b’żebgħat afterchrome.

2. IL-PRINĊIPJU

L-akrilik, il-modakrilik jew il-klorofibra jiġi mdewweb minn piż xott magħruf tat-taħlita, bid-dimethylformamide msaħħan f'banju ilma fil-punt tat-togħlija. Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen. Il-piż tiegħu, ikkorreġut jekk ikun meħtieġ, jiġi mfisser bħala perċentwali tal-piż xott tat-taħlita u l-perċentwali tal-akrilik, il-modakrilik jew tal-klorofibra niexfa jinstab permezz tad-differenza.

3. APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1. Apparat

(i) Flask konikali b'tapp tal-ħġieġ ta' kapaċità ta' mill-inqas 200 ml.

(ii) Banju tal-ilma fil-punt tat-togħlija.

3.2. Reaġent

Dimethylformamide (punt tat-togħlija 153 ± 1°C) li ma jkunx fih iktar minn 0,1 % ilma.

Ir-reaġent huwa tossiku u l-użu ta' għata huwa għalhekk rakkommandabbli.

4. PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u kompli kif ġej:

Mal-eżemplari miżmum fil-flask konikali bit-tapp tal-ħġieġ ta' kapaċità ta' mill-inqas 200 ml, żid għal kull gramma tal-eżemplari 80 ml ta' dimethylformamide, imsaħħan qabel f'banju bl-ilma fil-punt tat-togħlija, daħħal it-tapp, ħawwad il-flask biex ixxarrab l-eżemplari u saħħan fil-banju bl-ilma fil-punt tat-togħlija għal siegħa. Ħawwad il-flask u l-kontenut tiegħu ġentilment bl-idejn għal ħames darbiet waqt dan il-perjodu.

Għaddi l-likwidu mill-griġjol filtru miżun, waqt li żżomm il-fibri fil-flask. Żid 60 ml oħra ta' dimethylformamide fil-flask u saħħan għal 30 minuta oħra, waqt li tħawwad il-flask u l-kontenut tiegħu ġentilment bl-idejn għal darbtejn matul dan il-perjodu.

Iffiltra l-kontenut tal-flask mill-griġjol filtru permezz tal-ġbid tal-arja.

Ittrasferixxi kwalunkwe fibra residwa fil-griġjol billi taħsel it-tazza minn ġewwa bid-dimethylformamide. Ixxotta l-griġjol bil-ġbid tal-arja. Aħsel il-fdal b'madwar litru misħun jaħraq f'70 — 80°C, waqt li timla l-griġjol kull darba.

Wara kull żieda ta' ilma, applika għal ftit ħin il-ġbid tal-arja imma mhux qabel ma l-ilma jkun ixxotta taħt gravità. Jekk il-likur tal-ħasil joħroġ mill-griġjol bil-mod ħafna tista' tinġibed l-arja kemm xejn.

Fl-aħħar nixxef il-griġjol mal-fdal, berridhom u iżinhom.

5. IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ ‘d’ huwa ta’ 1,00 għajr fil-każijiet li ġejjin:

suf 1,01

qoton 1,01

kupru 1,01

modal 1,01

poliester 1,01

elastomultiester 1,01

melamina 1,01

6. PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta' materjali tat-tessuti, il-limiti ta' fiduċja tar-riżultati miksuba b'dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta' fiduċja ta' 95 %.

METODU Nru 9

ĊERTI KLOROFIBRI U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Metodu li juża taħlita ta' 55,5/44,5 ta' disulfid tal-karbonju u aċetun)

1. IL-QASAM TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta':

1. ċerti klorofibri (27), b'mod partikolari ċerti fibri tal-klorur tal-polivinil , kemm jekk ikklorinati wara kif ukoll jekk le [22].

ma’

2. suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), kupru (21), modal (22), viskuż (25), akrilik (26), poliamide jew najlon (30), poliester (35), fibra tal-ħġieġ (44), elastomultiester (46), u melamina (48).

Meta l-kontenut tas-suf jew tal-ħarir tat-taħlita jaqbeż il-25 %, għandu jintuża l-metodu Nru 2.

Meta l-kontenut tal-poliamide jew najlon tat-taħlita jaqbeż il-25 %, għandu jintuża l-metodu Nru 4.

2. IL-PRINĊIPJU

Il-klorofibra tiddewweb minn piż xott magħruf tat-taħlita, b'taħlita ażeotropika ta' disulfid tal-karbonju u aċetun. Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen; il-massa, ikkoreġuta jekk ikun meħtieġ, hija espressa f’perċentwali tal-massa niexfa tat-taħlita. Il-perċentwali tal-fibra tal-klorur tal-polivinil niexfa jinstab permezz tad-differenza.

3. APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1. Apparat

(i) Flask konikali b'tapp tal-ħġieġ ta' kapaċità ta' mill-inqas 200 ml.

(ii) Xejker mekkaniku.

3.2. Reaġenti

Taħlita ażeotropika ta' disulfid tal-karbonju u aċetun (b'volum ta' 55,5 % ta' disulfid tal-karbonju sa 44,5 % aċetun). Billi dan ir-reaġent huwa tossiku, l-użu ta' għata protettiva huwa rakkommandabbli.

(ii) Etanol (volum ta' 92 %) jew metanol.

4. PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u kompli kif ġej:

Mal-kampjun miżmum fi flask konikali ta' kapaċità ta' mill-inqas 200 ml, żid 100 ml ta' taħlita ażeotropika għal kull gramma ta' kampjun. Issiġilla sewwa l-flask, u ħawwad il-flask fuq xejker mekkaniku, jew b'mod vigoruż bl-idejn, għal 20 minuta f'temperatura tal-kamra.

Għaddi l-likwidu li jgħum fil-wiċċ minn ġewwa l-griġjol filtru miżun.

Irrepeti t-trattament b'100 ml ta' reaġent frisk. Kompli dan iċ-ċiklu ta' operazzjonijiet sakemm ebda depożitu ta' polimeri ma jibqa' fuq il-ħġieġa tal-laboratorju meta tevapora qatra mill-estrazzjoni. Ittrasferixxi l-fdal għall-griġjol filtru billi tuża iktar reaġent, applika l-ġbid tal-arja biex tneħħi l-likwidu, u laħlaħ il-griġjol u l-fdal b'20 ml ta' alkoħol u mbagħad tliet darbiet bl-ilma. Ħalli l-likur tal-ħasil jixxotta taħt gravità qabel ma jixxotta bil-ġbid tal-arja. Nixxef il-griġjol u l-fdal u berridhom u iżinhom.

Nota:

Ma' ċerti taħlitiet li jkollhom kontenut għoli ta' klorofibra, il-kampjun jista' jinxtorob b'mod sostanzjali waqt il-proċedura tat-tnixxif, li b'riżultat ta' dan it-tidwib tal-klorofibra bis-solvent jittardja.

Dan, iżda, ma jaffettwax it-tidwib aħħari tal-klorofibra fis-solvent.

5. IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ ‘d’ huwa ta' 1,00 għajr għall-melamina, li għaliha ‘d’=1,01.

6. PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta' materjali tat-tessuti, il-limiti ta' fiduċja tar-riżultati miksubin b'dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta' fiduċja ta' 95 %.

METODU Nru 10

AĊETAT U ĊERTI KLOROFIBRI

(Metodu li juża l-aċidu aċetiku glaċjali)

1. IL-QASAM TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta':

1. aċetat (19)

ma’

2. ċerti klorofibri (27), b'mod partikolari ċerti fibri tal-klorur tal-polivinil, kemm jekk ikklorinati wara

kif ukoll jekk le, elastolefin (47) u melamina (48).

2. IL-PRINĊIPJU

Il-fibra tal-aċetat tiddewweb minn piż xott magħruf tat-taħlita, b'aċidu aċetiku glaċjali. Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen; il-massa, ikkoreġuta jekk ikun meħtieġ, hija espressa f’perċentwali tal-massa niexfa tat-taħlita. Il-perċentwali tal-aċetat xott jinstab permezz tad-differenza.

3. APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1. Apparat

(i) Flask konikali b'tapp tal-ħġieġ ta' kapaċità ta' mill-inqas 200 ml.

(ii) Xejker mekkaniku.

3.2. Reaġent

Aċidu aċetiku glaċjali (iktar minn 99 %). Dan ir-reaġent għandu jiġi ttrattatt b'attenzjoni minħabba li huwa kawstiku ħafna.

4. PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u kompli kif ġej:

Mal-kampjun miżmum fi flask konikali ta' kapaċità ta' mill-inqas 200 ml, żid 100 ml ta' aċidu aċetiku glaċjali għal kull gramma tal-eżemplari. Issiġilla sewwa l-flask, u ħawwdu fuq xekjer mekkaniku, jew b'mod vigoruż bl-idejn, għal 20 minuta f'temperatura tal-kamra. Għaddi l-likwidu li jgħum fil-wiċċ minn ġewwa l-griġjol filtru miżun. Irrepeti t-trattament għal darbtejn, billi tuża 100 ml ta' reaġent frisk kull darba, waqt li tagħmel tliet estrazzjonijiet b'kollox.

Ittrasferixxi l-fdal għall-griġjol filtru, ixxotta bil-ġbid tal-arja biex tneħħi l-likwidu u laħlaħ il-griġjol u l-fdal b'50 ml ta' aċidu aċetiku glaċjali, u mbagħad tliet darbiet bl-ilma. Wara kull tlaħliħa, ħalli l-likwidu jixxotta taħt gravità qabel ma tapplika l-ġbid tal-arja. Nixxef il-griġjol u l-fdal u berridhom u iżinhom.

5. IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta' ‘d’ huwa ta' 1,00.

6. PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta' materjali tat-tessuti, il-limiti ta' fiduċja tar-riżultati miksubin b'dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta' fiduċja ta' 95 %.

METODU Nru 11

ĦARIR U SUF JEW XAGĦAR

(Metodu li juża 75 % m/m ta' aċidu sulfuriku)

1. IL-QASAM TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta':

1. ħarir (4)

ma’

2. suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), elastolefin (47) u melamina (48).

2. IL-PRINĊIPJU

Il-fibra tal-ħarir tiddewweb minn piż xott magħruf tat-taħlita, b'75 % m/m aċidu sulfuriku [23].

Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen. Il-piż tiegħu, korrett jekk meħtieġ, huwa mfisser bħala perċentwali tal-piż xott tat-taħlita. Il-perċentwali ta' ħarir xott jinstab permezz tad-differenza.

3. APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1. Apparat

Flask konikali b'tapp tal-ħġieġ ta' kapaċità ta' mill-inqas 200 ml.

3.2. Reaġenti

(i) Aċidu sulfuriku (75 ± 2 % m/m)

Ħejji billi żżid b'attenzjoni, waqt li tberred, 700 ml ta' aċidu sulfuriku (densità ta' 20°C: 1,84) ma' 350 ml ta' ilma ddistillat.

Wara li tberred għat-temperatura tal-kamra, iddilwa għal litru wieħed bl-ilma.

(ii) Aċidu sulfuriku, soluzzjoni dilwita: żid 100 ml aċidu sulfuriku (densità ta' 20°C: 1,84) bil-mod ma' 1 900 ml ta' ilma ddistillat.

(iii) Ammonja, soluzzjoni dilwita: iddilwa 200 ml ta' ammonja konċentrata (densità ta' 20°C: 0,880) għal 1 000 ml bl-ilma.

4. PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u kompli kif ġej:

Mal-kampjun miżmum fi flask konikali b'tapp tal-ħġieġ ta' kapaċità ta' mill-inqas 200 ml, żid 100 ml ta' 75 % m/m aċidu sulfuriku għal kull gramma tal-eżemplari u poġġi t-tapp. Ħawwad b'mod vigoruż u ħallih għal 30 minuta f'temperatura tal-kamra. Ħawwad mill-ġdid u ħallih joqgħod għal 30 minuta.

Ħawwad għall-aħħar darba u ffiltra l-kontenut tal-flask minn ġewwa l-griġjol filtru miżun. Aħsel kwalunkwe fibri li jkun fadal mill-flask bir-reaġent ta' 75 % ta' aċidu sulfuriku. Aħsel il-fdal fuq il-griġjol suċċessivament b'50 ml ta' reaġent ta' aċidu sulfuriku dilwit, 50 ml ilma u 50 ml ta' soluzzjoni ta' ammonja dilwita. Kull darba ħalli li l-fibri jibqgħu f'kuntatt mal-likwidu għal madwar 10 minuti qabel ma tapplika l-ġbid bl-arja. Finalment laħlaħ bl-ilma, waqt li tħalli l-fibri f'kuntatt mal-ilma għal madwar 30 minuta.

Ixxotta l-griġjol bil-ġbid tal-arja, nixxef il-griġjol u l-fdal, berridhom u iżinhom.

5. IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ ‘d’ huwa ta' 0,985 għas-suf, 1,00 għall-elastolefin u 1,01 għall-melamina.

6. PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta' materjali tat-tessuti, il-limiti ta' fiduċja tar-riżultati miksuba b'dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta' fiduċja ta' 95 %.

METODU Nru 12

ĠUTA U ĊERTI FIBRI TAL-ANNIMALI

(Il-metodu bid-determinazzjoni tal-kontenut tan-nitroġenu)

1. IL-QASAM TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta':

1. ġuta (9)

ma’

2. ċerti fibri tal-annimali.

Il-komponent tal-fibra tal-annimali jista' jkun magħmul biss minn xagħar (2 u 3) jew suf (1) jew minn kwalunkwe taħlita tat-tnejn. Dan il-metodu mhuwiex applikabbli għal taħlitiet tat-tessuti li jkun fihom materja mhux fibruża (żebgħa, tirqim, eċċ) b'bażi ta' nitroġenu.

2. IL-PRINĊIPJU

Il-kontenut tan-nitroġenu tat-taħlita jiġi determinat, u minn dan u mill-kontenut magħruf jew maħsub tan-nitroġenu taż-żewġ komponenti, jiġi kkalkulat il-proporzjon ta' kull komponent.

3. APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1. Apparat

(i) Flask tad-diġestjoni Kjeldahl, ta' kapaċità ta' 200 — 300 ml.

(ii) Apparat tad-distillazzjoni Kjeldahl b'injezzjoni tal-fwar.

(iii) Apparat tat-titrazzjoni, li jippermetti preċiżjoni ta' 0,05 ml.

3.2. Reaġenti

(i) Toluene.

(ii) Metanol.

(iii) Aċidu sulfuriku, densità relattiva f'20°C: 1,84 (1).

(iv) Sulfat tal-potassju (1).

(v) Diossidu tas-selenju (1).

(vi) Soluzzjoni tal-idrossidu tas-sodju (400 g/litru). Dewweb 400 g ta' idrossidu tas-sodju f'400 – 500 ml ilma u ddilwa sa litru wieħed bl-ilma.

(vii) Indikatur imħallat. Dewweb 0,1 g ta' metil aħmar f'95 ml etanol u 5 ml ilma, u ħallat ma' 0,5 g ta' bromocresol aħdar imdewweb f'475 ml etanol u 25 ml ilma.

(viii) Soluzzjoni ta' aċidu boriku. Dewweb 20 g ta' aċidu boriku f'litru wieħed tal-ilma.

(ix) Aċidu sulfuriku, 0,02N (soluzzjoni volumetrika standard).

4. TRATTAMENT MINN QABEL TA' KAMPJUN TAT-TEST

Il-trattament minn qabel li ġej huwa sostitwit bit-trattament minn qabel deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali:

Islet il-kampjun mingħajr arja f'apparat Soxhlet ma' taħlita ta' volum wieħed ta' toluene u tliet volumi ta' metanol għal erba' sigħat f'rata minima ta' ħames ċikli kull siegħa. Ħalli s-solvent jevapora mill-kampjun fl-arja, u neħħi l-aħħar traċċi f'forn f'105 ± 3°C. Imbagħad agħmel estrazzjoni tal-kampjun fl-ilma (50 ml għal kull gramm tal-kampjun) billi tgħallih taħt rifluss għal 30 minuta. Iffiltra, reġġa' lura l-kampjun fil-flask, u rripeti l-estrazzjoni b'volum identiku ta' ilma. Iffiltra, neħħi l-ilma żejjed mill-kampjun bit-tagħsir, ġbid jew billi tiċċentrifugah u mbagħad ħalli l-kampjun jinxef bl-arja.

Nota:

L-effetti tossiċi tat-toluene u l-metanol għandhom jitqiesu l-ħin kollu u għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha fl-użu tagħhom.

5. PROĊEDURA TAT-TEST

5.1. Struzzjonijiet ġenerali

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali rigward l-għażla, it-tnixxif u l-użin tal-kampjun.

5.2. Proċedura ddettaljata

Ittrasferixxi l-kampjun għal ġewwa flask tad-diġestjoni Kjeldahl. Għall-eżemplari li jiżen għallinqas 1 g miżmum fil-flask tad-diġestjoni, żid, bl-ordni li ġejja, 2,5 g sulfat tal-potassju, 0,1 — 0,2 g diossidu tas-selenju u 10 ml aċidu sulfuriku (densità relattiva 1,84). Saħħan il-flask, fil-bidu b'mod ħafif, sakemm tinqered il-fibra kollha, u mbagħad saħħnu iktar bis-saħħa sakemm is-soluzzjoni ssir ċara u kważi bla kulur. Saħħanha għal 15-il minuta oħra. Ħalli l-flask jibred, iddilwa l-kontenut b'attenzjoni b'10 — 20 ml ilma, berred, ittrasferixxi l-kontenut b'mod kwantitattiv għal flask gradwat ta' 200 ml u żid il-volum bl-ilma biex tifforma s-soluzzjoni diġestiva. Poġġi madwar 20 ml soluzzjoni ta' aċidu boriku fi flask konikali ta' 100 ml u poġġi l-flask taħt il-kondenser tal-apparat tad-distillazzjoni Kjeldahl b'tali mod li t-tubu tat-twassil jogħdos eżatt taħt il-wiċċ tas-soluzzjoni tal-aċidu boriku. Ittrasferixxi eżattament 10 ml tas-soluzzjoni diġestiva fil-flask tad-distillazzjoni, żid mhux inqas minn 5 ml soluzzjoni ta' idrossidu tas-sodju fil-lembut, għolli ftit it-tapp u ħalli s-soluzzjoni ta' idrossidu tas-sodju tinżel bil-mod fil-flask. Jekk is-soluzzjoni diġestiva u s-soluzzjoni tal-idrossidu tas-sodju jibqgħu bħala żewġ saffi separati, ħallathom billi taġita b'mod ħafif. Saħħan il-flask tad-distillazzjoni ġentilment u għaddih fil-fwar mill-ġeneratur. Iġbor madwar 20 ml tad-distillat, baxxi l-flask konikali biex it-tarf tat-tubu tat-twassil tal-kondenser ikun madwar 20 mm 'l fuq mill-wiċċ tal-likwidu u ddistilla għal minuta oħra. Laħlaħ it-tarf tat-tubu tat-twassil bl-ilma, waqt li taqbad il-likwidu maħsul fil-flask konikali. Neħħi l-flask konikali u ibdlu ma' flask konikali ieħor li jkun fih bejn wieħed u ieħor 10 ml soluzzjoni ta' aċidu boriku u iġbor madwar 10 ml mill-iddistillat.

Ittitra ż-żewġ distillati separatament b'0,02N aċidu sulfuriku, uża l-indikatur imħallat. Irreġistra t-titrazzjoni totali għaż-żewġ distillati. Jekk it-titrazzjoni għat-tieni distillat hija iktar minn 0,2 ml, irrepeti t-test u ibda d-distillazzjoni mill-ġdid b'użu ta' alikwot tas-soluzzjoni diġestiva friska.

Wettaq determinazzjoni vojta, jiġifieri diġestjoni u distillazzjoni li fiha tuża biss ir-reaġenti.

6. IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

6.1. Ikkalkula l-perċentwali tal-kontenut tan-nitroġenu fil-kampjun xott kif ġej:

(...PICT...)

fejn

A = perċentwali ta' nitroġenu fil-kampjun nadif xott,

V = il-volum totali f'ml ta' aċidu sulfuriku standard użat fid-determinazzjoni,

b = volum totali f'ml ta' aċidu sulfuriku standard użat fid-determinazzjoni vojta,

N = normalità tal-aċidu sulfuriku standard,

W = piż xott (g) tal-kampjun.

6.2. Billi tuża l-valuri ta' 0,22 % għall-kontenut tan-nitroġenu tal-ġuta u 16,2 % għall-kontenut tan-nitroġenu tal-fibri tal-annimali, waqt li ż-żewġ perċentwali jiġu espressi fuq il-piż xott tal-fibra, ikkalkula l-komposizzjoni tat-taħlita kif ġej:

(...PICT...)

fejn

PA = il-perċentwali tal-fibra tal-annimali fil-kampjun nadif xott.

7. PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta' materjali tat-tessuti, il-limiti ta' fiduċja tar-riżultati miksuba b'dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta' fiduċja ta' 95 %.

METODU Nru 13

FIBRI TAL-POLIPROPILENE U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Il-metodu tal-Ksilin)

1. IL-QASAM TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta':

1. fibri tal-polipropilene (37)

ma’

2. suf (1), xagħar tal-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), aċetat (19), kupru (21), modal (22), triaċetat (24), viskuż (25), akrilik (26), poliamid jew najlon (30), poliester (35), fibra tal-ħġieġ (44), elastomultiester (46) u melamina (48).

2. IL-PRINĊIPJU

Il-fibra tal-polipropilene tiġi mdewwba minn piż xott magħruf tat-taħlita bil-ksilin jagħli. Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen; il-massa, ikkoreġuta jekk ikun meħtieġ, hija espressa f’perċentwali tal-massa niexfa tat-taħlita. Il-perċentwali tal-polipropilene jinstab permezz tad-differenza.

3. APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1. Apparat

(i) Flask konikali b'tapp tal-ħġieġ ta' kapaċità ta' mill-inqas 200 ml.

(ii) Reflux condenser (tajjeb għal likwidi b'punt tat-togħlija għolja), li joqgħod fi flask konikali (i).

3.2. Reaġent

Iddistillar tal-ksilin bejn 137 u 142°C.

Nota:

Dan ir-reaġent jista' jieħu n-nar faċilment u għandu duħħan tossiku. Meta jintuża wieħed irid jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa.

4. PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u kompli kif ġej:

Mal-eżemplari miżmum fil-flask konikali (3.1 (i)), żid 100 ml ta' ksilin (3.2) għal kull gramm tal-eżemplari. Waħħal il-kondenser (3.1 (ii)), wassal il-kontenut għat-togħlija u żommu fil-punt tat-togħlija għal tliet minuti.

Minnufih għaddi l-likwidu sħun minn ġewwa l-griġjol filtru miżun (ara Nota 1). Irrepeti dan it-trattament għal darbtejn oħra, waqt li kull darba tuża porzjon frisk ta' 50 ml tas-solvent.

Aħsel il-fdal li jibqa' fil-flask b'mod suċċessiv bi 30 ml ta' ksilin jagħli (darbtejn), imbagħad b'75 ml ta' żejt mhux raffinat ħafif (I.3.2.1 tal-istruzzjonijiet ġenerali) (darbtejn). Wara t-tieni ħasla bil-petroleum ħafif, iffiltra l-kontenut tal-flask mill-griġjol, ittrasferixxi kwalunkwe fibri residwi għall-griġjol bl-għajnuna ta' kwantità żgħira ta' żejt mhux raffinat ħafif u ħalli s-solvent jevapora. Nixxef il-griġjol u l-fdal, berridhom u iżinhom.

Noti :

1. Il-griġjol filtru li minnu jiġi mferra' l-ksilin għandu jissaħħan minn qabel.

2. Wara t-trattament bil-ksilin jagħli, żġura li l-flask li jkun fih il-fdal jiġi mberred biżżejjed qabel ma jiġi introdott iż-żejt mhux raffinat ħafif.

3. Biex tnaqqas il-perikli tan-nar u ta' tossiċità għall-operatur, jista' jintuża apparat jaħraq ta' estrazzjoni li juża l-proċeduri xierqa, u li jagħti riżultati identiċi [24] (1).

5. IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ ‘d’ huwa ta' 1,00 għajr għall-melamina, li għaliha ‘d’=1,01.

6. PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta' materjali tat-tessuti, il-limiti ta' fiduċja tar-riżultati miksuba b'dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta' fiduċja ta' 95 %.

METODU Nru 14

KLOROFIBRI (OMOPOLIMERI TAL-KLORUR TAL-VINIL) U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Metodu tal-aċidu sulfuriku konċentrat)

1. IL-QASAM TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta':

1. klorofibri (27) ibbażati fuq omopolimeri tal-klorur tal-vinil, kemm jekk wara li ġew klorinati kif ukoll jekk le, elastolefin (47)

ma’

2. qoton (5), aċetat (19) kupru (21), modal (22), triaċetat (24), viskuż (25), ċerti akriliki (26), ċerti modakriliki (29), poliamid jew najlon (30), poliester (35), elastomultiester (46), u melamina (48).

Il-modakriliki konċernati huma dawk li jagħtu soluzzjoni limpida meta mgħaddsa fl-aċidu sulfuriku kkonċentrat (densità relattiva 1,84 f'20°C).

Dan il-metodu jista' jintuża minflok il-metodi Nri 8 u 9.

2. IL-PRINĊIPJU

Il-kostitwent għajr il-klorofibra u l-elastolefin (jiġifieri l-fibri li ssemmew fil-paragrafu 1.2) jinħall mill-piż xott magħruf tat-taħlita mal-aċidu sulfuriku konċentrat (densità relattiva 1,84 f’temperatura ta' 20°C).

Il-fdal, li jikkonsisti fi klorofibra jew f’elastolefin, jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen; il-massa, ikkoreġuta jekk ikun meħtieġ, hija espressa f’perċentwali tal-massa niexfa tat-taħlita. Il-perċentwali tat-tieni kostitwenti tinkiseb mid-differenza.

3. APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1. Apparat

(i) Flask konikali b'tapp tal-ħġieġ ta' kapaċità ta' mill-inqas 200 ml.

(ii)Virga tal-ħġieġ bit-tarf iċċattjat.

3.2. Reaġenti

(i) Aċidu sulfuriku kkonċentrat (densità relattiva 1,84 f'20°C).

(ii) Aċidu sulfuriku, bejn wieħed u ieħor 50 % (m/m) ta' soluzzjoni milwiema.

Ħejji billi żżid b'attenzjoni, waqt li tberred, 400 ml ta' aċidu sulfuriku (densità relattiva 1,84 f'20°C) ma' 500 ml ilma ddistillat jew dejonizzat. Wara li tberred għat-temperatura tal-kamra, iddilwa s-soluzzjoni għal litru wieħed bl-ilma.

(iii) Ammonja, soluzzjoni dilwita.

Iddilwa 60 ml ta' soluzzjoni ta' ammonja konċentrata (densità relattiva ta' 0,880 f'20°C) għal litru wieħed bl-ilma ddistillat.

4. PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u kompli kif ġej:

Mal-eżemplari miżmum fil-flask (3.1 (i)), żid 100 ml ta' aċidu sulfuriku (3.2 (i)) għal kull gramma tal-eżemplari.

Żomm il-kontenut tal-flask f'temperatura tal-kamra għal 10 minuti u f'dan il-ħin ħawwad il-kampjun tat-test okkażjonalment permezz tal-virga tal-ħġieġ. Jekk drapp minsuġ jew innittjat ikun qiegħed jiġi ttrattat, ikkumpressah bejn il-flask u l-virga tal-ħġieġ u uża pressa ħafifa biex tissepara l-materjal imdewweb bl-aċidu sulfuriku.

Għaddi l-likwidu minn ġewwa l-griġjol filtru miżun. Żid fil-flask porzjon ġdid ta' 100 ml ta' aċidu sulfuriku (3.2 (i)) u rrepeti l-istess proċess. Ittrasferixxi l-kontenut ta' ġewwa l-flask fil-griġjol filtru u ttrasferixxi l-fdal fibruż għal hemm bl-għajnuna tal-virga tal-ħġieġ. Jekk meħtieġ, żid daqsxejn aċidu sulfuriku kkonċentrat (3.2 (i)) fil-flask biex tneħħi xi fibri li jkunu weħlu mal-ġenb tal-ħġieġ tal-flask. Ixxotta l-griġjol filtru bil-ġbid tal-arja; neħħi l-filtrat billi tbattal jew tbiddel il-flask filtru, aħsel il-fdal fil-griġjol suċċessivament b'50 % soluzzjoni ta' aċidu sulfuriku (3.2 (ii)), ilma ddistillat jew dejonizzat (I.3.2.3) tal-istruzzjonijiet ġenerali, soluzzjoni ta' ammonja (3.2 (iii)) u fl-aħħar aħsel sewwa bl-ilma ddistillat jew dejonizzat, waqt li tixxotta l-griġjol bil-ġbid tal-arja wara kull addizzjoni. (Tapplikax il-ġbid tal-arja waqt l-operazzjoni tal-ħasil, iżda biss wara li l-likwidu jixxotta bil-gravità). Nixxef il-griġjol u l-fdal, berridhom u iżinhom.

5. IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ ‘d’ huwa ta' 1,00 għajr għall-melamina, li għaliha ‘d’=1,01.

6. PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta' materjali tat-tessuti, il-limiti ta' fiduċja tar-riżultati miksuba b'dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 1 għal livell ta' fiduċja ta' 95 %.

METODU Nru 15

KLOROFIBRI, ĊERTI MODAKRILIKI, ĊERTI ELASTANI,

AĊETATI, TRIAĊETATI U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Il-metodu bl-użu tas-cyclohexanone)

1. IL-QASAM TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta':

1. aċetat (19), triaċetat (24), klorofibra (27), ċerti modakriliki (29), ċerti elastani (43)

ma’

2. suf (1), suf tal-annimali (2 u 3), ħarir (4), qoton (5), cupro (21), modal (22), viskuż (25), poliamid jew najlon (30), akrilik (26), fibra tal-ħġieġ (44) u melamina (48).

Fejn il-modakriliki jew l-elastani huma preżenti għandu l-ewwel jitwettaq test preliminari biex jiddetermina jekk il-fibra ddubx kompletament fir-reaġent.

Huwa wkoll possibbli li t-taħlitiet li fihom il-klorofibri jiġu analizzati bl-użu tal-metodu Nru 9 jew 14.

2. IL-PRINĊIPJU

Il-fibri tal-aċetat u tat-triaċetat, il-klorofibri, ċerti modakriliki u ċerti elastani jiddewbu minn piż xott magħruf bis-Cyclohexanone f'temperatura qrib il-punt tat-togħlija. Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen; il-massa, ikkoreġuta jekk ikun meħtieġ, hija espressa f’perċentwali tal-massa niexfa tat-taħlita. Il-perċentwali ta' klorofibra, modakrilik, elastane, aċetat u triaċetat jinstab permezz tad-differenza.

3. APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1. Apparat

(i) Apparat ta' estrazzjoni sħun addattat għall-użu fil-proċedura tat-test fis-sezzjoni 4. (Ara l-figura: dan huwa varjant tal-apparat deskritt fil-Melliand Textilberichte 56 (1975) 643 — 645).

(ii) Griġjol filtru li jesa' l-eżemplari.

(iii) Regolatur poruż (grad tal-porożità 1).

(iv) Kondenser tar-riflaks li jista' jiġi addattat għall-flask tad-distillazzjoni.

(v) Strument tas-sħana.

3.2. Reaġenti

(i) Cyclohexanone, il-punt tat-togħlija 156 C.

(ii) Alkoħol etiliku, 50 % bil-volum.

INNOTA SEWWA:

Is-cyclohexanone jieħu n-nar malajr u huwa tossiku. Meta jintuża wieħed irid jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa.

4. PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u kompli kif ġej:

Ferragħ fil-flask tad-distillazzjoni 100 ml ta' cyclohexanone għal kull gramm ta' materjal, daħħal ir-reċipjent tal-estrazzjoni li fih ikun tpoġġa qabel il-griġjol filtru li fih il-kampjun u r-regolatur poruż, kemxejn inklinat. Daħħal il-kondenser tar-riflaks. Wassal għat-togħlija u kompli l-estrazzjoni għal 60 minuta bir-rata minima ta' 12-il ċiklu fis-siegħa.

Wara l-estrazzjoni u t-tibrid neħħi r-reċipjent tal-estrazzjoni, oħroġ il-griġjol filtru u neħħi r-regolatur poruż. Aħsel il-kontenut tal-griġjol filtru tlieta jew erba' darbiet b'50 % alkoħol tal-etiliku msaħħan sa madwar 60°C u sussegwentement b'litru ilma f'60°C.

La tapplikax ġbid tal-arja waqt jew bejn l-operazzjonijiet tal-ħasil. Ħalli l-likwidu jixxotta taħt gravità u mbagħad applika l-ġbid tal-arja.

Fl-aħħar, nixxef il-griġjol bil-fdal, berrdu u iżnu.

5. IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta' ‘d’ huwa 1,00 bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

ħarir u melamina 1,01

akrilik 0,98.

6. PREĊIŻJONI

(...PICT...)

(...PICT...)

Fuq taħlita omoġenja ta' fibri tat-tessuti, il-limiti ta' fiduċja tar-riżultati miksuba b'dan il-metodu mhumiex ikbar minn ±1 għal livell ta' fiduċja ta' 95 %.

(...PICT...)

METODU 16

MELAMINA U ĊERTI FIBRI OĦRA

(Metodu li juża l-aċidu formiku jaħraq)

1. IL-QASAM TA’ APPLIKAZZJONI

Dan il-metodu huwa applikabbli għal taħlitiet binarji, wara li titneħħa materja mhux fibruża, ta':

1. melamina (47)

ma’

2. qoton (5) u aramid (31).

2. IL-PRINĊIPJU

Il-melamina tiddewweb minn piż xott magħruf tat-taħlita, bl-aċidu formiku jaħraq (90 % bil-piż).

Il-fdal jinġabar, jinħasel, jitnixxef u jintiżen; il-massa, ikkoreġuta jekk ikun meħtieġ, hija espressa f’perċentwali tal-massa niexfa tat-taħlita. Il-perċentwali tat-tieni kostitwenti jinkiseb mid-differenza.

Nota: Imxi strettament mal-medda ta' temperatura rakkomandata minħabba li t-tidwib tal-melamina jiddependi bil-kbir fuq it-temperatura.

3. APPARAT U REAĠENTI (għajr dawk speċifikati fl-istruzzjonijiet ġenerali)

3.1. Apparat

(i) Flask konikali b'tapp tal-ħġieġ ta' kapaċità ta' mill-inqas 200 ml.

(ii) Banju tal-ilma jew xi apparat ieħor biex tħawwad u żżomm il-flask f’temperatura ta’ 90 ± 2 ºC.

3.2. Reaġenti

(i) Aċidu formiku (90 % m/m, densità relattiva f'20°C: 1,204 g/ml). Iddilwa 890 ml ta' 98 sa 100 % m/m aċidu formiku (densità relattiva f'20°C: 1,220 g/ml) għal litru wieħed bl-ilma.

L-aċidu formiku jaħraq huwa ferm korrużiv u jrid jiġi mmaniġġjat b’attenzjoni.

(ii) Ammonja, soluzzjoni dilwita: iddilwa 80 ml ta' soluzzjoni ta' ammonja kkonċentrata (densità relattiva f'20°C: 0,880) għal litru wieħed bl-ilma.

4. PROĊEDURA TAT-TEST

Segwi l-proċedura deskritta fl-istruzzjonijiet ġenerali u kompli kif ġej:

Mal-kampjun miżmum fi flask konikali ta' kapaċità ta' mill-inqas 200 ml, żid 100 ml aċidu formiku għal kull gramma tal-eżemplari. Poġġi t-tapp, ħawwad il-flask biex ixarrab il-kampjun. Żomm il-flask f'banju tal-ilma biex tħawwad f’temperatura ta’ 90 ± 2ºC għal siegħa filwaqt li tħawdu bis-saħħa. Berred il-flask sa ma jiġi għat-temperatura tal-kamra. Għaddi l-likwidu minn ġewwa l-griġjol filtru miżun. Żid 50 ml ta’ aċidu formiku fil-flask li fih il-fdal, ħawwad b’mod manwali u ffiltra l-kontenut tal-flask mill-griġjol filtru. Ittrasferixxi l-fibri residwi li jista’ jifdal għall-griġjol billi taħsel il-flask bi ftit iktar reaġent ta’ aċidu formiku. Qattar il-griġjol filtru bil-ġbid tal-arja u aħsel il-fdal bir-reaġent tal-aċidu formiku, misħun, soluzzjoni ta’ ammonja mħallta, u fl-aħħar bl-ilma kiesaħ, waqt li tqattar il-griġjol bil-ġbid tal-arja wara kull żieda. La tapplikax il-ġbid tal-arja qabel ma kull likur tal-ħasil ikun ixxotta taħt gravità. Fl-aħħar nett, nixxef il-griġjol filtru bil-ġbid tal-arja, nixxef il-griġjol u l-fdal, berridhom u iżinhom.

5. IL-KALKOLU U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

Ikkalkola r-riżultati kif deskritt fl-istruzzjonijiet ġenerali. Il-valur ta’ ‘d’ għall-qoton u l-aramid huwa ta' 1,02.

6. PREĊIŻJONI

Fuq taħlita omoġenja ta' materjali tat-tessuti, il-limiti ta' fiduċja tar-riżultati miksuba b'dan il-metodu mhumiex ikbar minn ± 2 għal livell ta' fiduċja ta' 95 %.

KAPITOLU 3

Analiżi kwantitattiva ta' taħlitiet ta' tliet fibri

DAĦLA

B'mod ġenerali, il-metodi ta' analiżi kimika kwantitattiva huma bbażati fuq is-soluzzjoni selettiva tal-komponenti indvidwali. Hemm erba' varjanti possibbli ta' dan il-metodu:

1. Bl-użu ta' żewġ eżemplari tat-test differenti, komponent (a) jiġi maħlul mill-ewwel eżemplari tat-test, u komponent ieħor (b) mit-tieni eżemplari tat-test. Il-fdal li ma jinħallx ta' kull eżemplari jintiżen u l-perċentwali ta' kull wieħed miż-żewġ komponenti li jinħallu jiġi kkalkulat mit-telf fil-piż rispettiv. Il-perċentwali tat-tielet komponent (c) jiġi kkalkulat permezz tad-differenza.

2. Bl-użu ta' żewġ eżemplari tat-test differenti, komponent (a) jiġi maħlul mill-ewwel eżemplari tat-test, u żewġ komponenti (a u b) mit-tieni eżemplari tat-test. Il-fdal li ma jinħallx tal-ewwel eżemplari tat-test jintiżen u l-perċentwali tal-komponent (a) jiġi kkalkolat mit-telf fil-piż. Il-fdal li ma jinħallx tat-tieni eżemplari tat-test jintiżen; dan ikun jikkorrispondi għal komponent (ċ). Il-perċentwali tat-tielet komponent (b) jiġi kkalkolat permezz tad-differenza.

3. L-użu ta' żewġ eżemplari tat-test differenti, żewġ komponenti (a u b) jiġu mdewwba mill-ewwel eżemplari tat-test, u żewġ komponenti (b u ċ) mit-tieni eżemplari tat-test. Il-fdalijiet li ma jinħallux jikkorrispondu għal żewġ komponenti (ċ) u (a) rispettivament. Il-perċentwali tat-tielet komponent (b) jiġi kkalkolat permezz tad-differenza.

4. Bl-użu ta' eżemplari ta' test wieħed, wara t-tneħħija ta' wieħed mill-komponenti, il-fdal li ma jinħallx iffurmat miż-żewġ fibri l-oħra jintiżen u l-perċentwali tal-komponent li jinħall jiġi kkalkolat mit-telf fil-piż. Waħda miż-żewġ fibri tal-fdal tiddewweb, il-komponent li ma jinħallx jintiżen u l-perċentwali tat-tieni komponent li jinħall jiġi kkalkolat mit-telf fil-piż

Fejn tista' ssir għażla, huwa tal-parir li jintuża wieħed mill-ewwel tliet varjanti.

Fejn tintuża analiżi kimika, l-espert responsabbli għall-analiżi għandu jieħu ħsieb li jagħżel metodi li jużaw solventi li jdewbu biss il-fibra(i) korretta(i), filwaqt li jħalli l-fibra(i) l-oħra intatta(i).

Permezz ta' eżempju, hemm tabella mogħtija fil-Kapitolu 3.VI li fiha ċertu numru ta' taħlit ta' tliet fibri, flimkien ma' metodi għall-analiżi ta' taħlit ta' żewġ fibri li jistgħu, fil-prinċipju, jintużaw għall-analiżi ta' dan it-taħlit bi tliet fibri.

Biex il-possibilità ta' żball titnaqqas għal minimu, huwa rrakkomandat li, kull meta jkun possibbli, għandha ssir analiżi kimika bl-użu ta' għallinqas tnejn mill-erba' varjanti hawn fuq imsemmija.

Qabel tgħaddi għal analiżi oħra, il-fibri kollha preżenti fit-taħlita għandhom jiġu identifikati. F'xi metodi kimiċi, il-komponent ta' taħlita li ma jdubx fl-ilma jista' jinħall parzjalment fir-reaġent użat biex idewweb il-komponent/i li jdub/u fl-ilma. Kull fejn kien possibbli, intgħażlu reaġenti li għandhom ftit jew l-ebda effett fuq il-fibri li ma jinħallux. Jekk ikun magħruf li jkun hemm telf fil-piż waqt l-analiżi, ir-riżultat għandu jiġi kkoreġut; għal dan l-għan, qed jingħataw fatturi ta' korrezzjoni. Dawn il-fatturi kienu determinati f'diversi laboratorji billi ġew ittrattati fibri mnaddfa bil-trattament minn qabel, bir-reaġent xieraq kif speċifikat fil-metodu tal-analiżi. Dawn il-fatturi ta' korrezzjoni japplikaw biss għall-fibri sottogradati u jistgħu jkunu meħtieġa fatturi differenti ta' korrezzjoni jekk il-fibri jkunu ġew degradati qabel jew matul l-ipproċessar. Jekk għandu jintuża r-raba' varjant, li fih il-fibra tat-tessut tkun soġġetta għall-azzjoni suċċessiva ta' żewġ solventi differenti, għandhom jiġu applikati fatturi ta' korrezzjoni għal telf possibbli fil-piż li fibra tkun għaddiet minnu fiż-żewġ trattamenti. Għallanqas għandhom isiru żewġ determinazzjonijiet, kemm fil-każ ta' separazzjoni manwali kif ukoll fil-każ ta' separazzjoni kimika.

Tagħrif komuni dwar metodi għall-analiżi kimika kwantitattiva ta' taħlit ta' tliet fibri.

Tagħrif komuni għall-metodi mogħtija għall-analiżi kimika kwantitattiva ta' taħlit ta' tliet fibri.

I.1. Ambitu u qasam tal-applikazzjoni

Il-qasam ta' applikazzjoni ta' kull metodu għall-analizzar ta' taħlit b'żewġ fibri jispeċifika għal liema fibri l-metodu huwa applikabbli. (Ara l-Kapitolu 2, li għandu x'jaqsam ma' ċerti metodi għall-analiżi kwantitattiva ta' taħlit ta' żewġ fibri).

I.2. Prinċipju

Wara l-identifikazzjoni tal-komponenti ta' taħlita, il-materjal mhux fibruż jitneħħa permezz ta' trattament minn qabel addattat, u wara, jiġi applikat wieħed jew aktar mill-erba' varjanti tal-proċess ta' soluzzjoni selettiva deskritt fl-introduzzjoni. Għajr fejn dan joħloq diffikultajiet tekniċi, huwa preferibbli li l-komponent ewlieni tal-fibra jiddewweb biex jinkiseb il-komponent minuri tal-fibra bħala fdal finali.

I.3. Materjali u apparat

I.3.1. Apparat

I.3.1.1. Griġjoli filtru u flixkien tal-użin kbar biżżejjed li jżommu fihom griġjoli bħal dawn, jew kwalunkwe apparat li jagħti riżultati identiċi.

I.3.1.2. Termos.

I.3.1.3. Dessikkatur li jkun fih is-silika-ġel li jindika fih innifsu.

I.3.1.4. Forn ventilat għall-inxif tal-eżemplari f'105 ± 3ºC.

I.3.1.5. Miżien analitiku, preċiż sa 0,0002 g.

I.3.1.6. Soxhlet extractor jew apparat ieħor li jagħti riżultati identiċi.

I.3.2. Reaġenti

I.3.2.1. Żejt mhux raffinat ħafif, iddistillat mill-ġdid, medda ta' togħlija minn 40 sa 60°C.

I.3.2.2. Reaġenti oħra huma speċifikati fis-sezzjonijiet addattati ta' kull metodu.

Ir-reaġenti kollha użati għandhom ikunu kimikament puri.

I.3.2.3. Ilma ddistillat jew dejonizzat.

I.3.2.4. Aċetun

I.3.2.5. Aċidu ortofosforiku.

I.3.2.6. Urea.

I.3.2.7. Bikarbonat tas-sodju.

I.4. Atmosfera ta' kundizzjonar u ttestjar

Minħabba li jiġu stabbiliti piżijiet xotti, mhux meħtieġ li tikkundizzjona l-kampjun jew li twettaq analiżi fl-atmosfera kkundizzjonata.

I.5. Kampjun tat-test tal-laboratorju

Ħu kampjun tat-test tal-laboratorju li huwa rappreżentattiv tal-kampjun tal-lott tal-laboratorju u huwa biżżejjed biex jipprovdi l-kampjuni kollha, kull wieħed ta' mill-inqas 1 g, li huma meħtieġa.

I.6. Trattament minn qabel tal-kampjun tat-test tal-laboratorju [25]

Fejn tkun preżenti sostanza li ma għandhiex titqies fil-kalkolazzjonijiet perċentwali (ara l-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament), din għandha l-ewwel titneħħa permezz ta' metodu xieraq li ma jaffettwa l-ebda kostitwent tal-fibri.

Għal dan l-għan, materja mhux fibruża li tista' tiġi estratta b'żejt mhux raffinat ħafif u bl-ilma titneħħa billi l-kampjun tat-test imnixxef bl-arja f'estrattur Soxhlet jiġi ttrattat b’żejt mhux raffinat ħafif għal siegħa b'rata minima ta' sitt ċikli fis-siegħa. Ħalli ż-żejt ħafif jevapora mill-kampjun, li mbagħad jiġi estratt bi trattament dirett li jkun jikkonsisti fit-tixrib tal-kampjun fl-ilma fit-temperatura tal-kamra għal siegħa u mbagħad xarrbu fl-ilma f'65 ± 5°C għal siegħa oħra, waqt li tħawwad il-likur minn ħin għal ieħor. Uża likur: proporzjon tal-kampjun ta' 100:1. Neħħi l-ilma żejjed mill-kampjun billi tagħsru, tiġbdu jew bl-użu ta' magni ċentrifugi u mbagħad ħalli l-kampjun jinxef bl-arja.

F’każ ta’ elastolefin jew ta’ taħlitiet ta' fibri li fihom l-elastolefin jew fibri oħra (suf, xagħar tal-annimali, ħarir, qoton, kittien, qanneb ġenwin, ġuta, abaka, alfa, kajjar, ġummar, rami, sisal, kupru, modal, proteina, viskuż, akrilik, poliamide jew najlon, poliesteri, elastomultiester) il-proċedura li għadha kemm ġiet deskritta għandha tkun daqsxejn modifikata, fil-fatt, iż-żejt mhux raffinat eteru ħafif għandu jinbidel bl-aċetun.

Meta materja mhux fibruża ma tkunx tista' titneħħa biż-żejt mhux raffinat ħafif u bl-ilma, għandha titneħħa billi tissostitwixxi l-metodu tal-ilma deskritt hawn fuq b'metodu adattat li bl-ebda mod ma jbiddel sostanzjalment kwalunkwe mill-kostitwenti tal-fibra. Madankollu, għal xi fibri ta' ħaxix naturali, mhux ibbliċjati (eż. l-ġuta, l-kajjar), għandu jiġi nnotat li trattament minn qabel normali biż-żejt mhux raffinat ħafif u bl-ilma ma jneħħix is-sostanzi mhux fibrużi naturali kollha; madankollu t-trattament addizzjonali ta’ qabel ma jiġix applikat għajr jekk il-kampjun ikun fih tirqim li ma jinħallx la fiż-żejt mhux raffinat ħafif u lanqas fl-ilma.

Ir-rapporti tal-analiżi għandhom jinkludu dettalji sħaħ tal-metodi użati għat-trattament ta’ qabel.

I.7. Proċedura tat-test

I.7.1. Struzzjonijiet ġenerali

I.7.1.1. Tnixxif

Mexxi l-operazzjonijiet kollha tat-tnixxif għal mhux anqas minn erba' siegħat u mhux aktar minn 16-il siegħa f'105 ± 3 C f'forn ventilat bil-bieba tal-forn magħluqa minn kullimkien. Jekk il-perjodu ta' tnixxif ikun inqas minn 14-il siegħa, il-kampjun għandu jkollu l-piż ikkontrollat biex jiġi determinat jekk it-toqol tiegħu huwiex kostanti. Il-piż jista' jitqies li huwa konstanti jekk, wara perjodu ieħor ta' tnixxif ta' 60 minuta, il-varjazzjoni tiegħu hija inqas minn 0,05 %.

Evita li tmiss il-griġjoli u l-fliexken tal-użin, il-kampjuni jew ir-residwi bl-idejn waqt l-operazzjonijiet ta' tnixxif, tat-tibrid u tal-użin.

Kampjuni xotti fi flixkun tal-użin bl-għatu tiegħu maġenbu. Wara t-tnixxif, agħlaq il-flixkun tal-użin bit-tapp qabel ma tneħħih mill-forn, u ttrasferih mill-iktar fis possibbli lejn id-dessikatur.

Nixxef il-griġjol filtru fi flixkun tal-użin bl-għatu tiegħu maġenbu fil-forn. Wara t-tnixxif, agħlaq il-flixkun tal-użin u ttrasferih mill-iktar fis possibbli lejn id-dessikatur.

Fejn jintuża apparat ieħor għajr griġjol tal-filtru, għandhom jitwettqu proċessi ta' tnixxif fil-forn biex jiddeterminaw il-piż xott tal-fibri mingħajr telf.

I.7.1.2. Tibrid

Mexxi l-operazzjonijiet kollha tat-tibrid f'dessikatur, imqiegħed maġenb il-miżien, sakemm ikun intemm it-tibrid tal-fliexken tal-kejl, u f'kull każ għal mhux anqas minn sagħtejn.

I.7.1.3. Użin

Wara t-tkessiħ, kompli l-użin tal-flixkun tal-użin fi żmien żewġ minuti minn meta tneħħiħ mid-dessikatur; iżen sa preċiżjoni ta' 0,0002 g.

I.7.2. Proċedura

Ħu kampjun tat-test mill-kampjun tat-test tal-laboratorju ttrattat minn qabel ta' mill-inqas 1 g (fil-piż). Aqta' ħajt jew drapp f'tulijiet ta' madwar 10 mm, mifrudin kemm jista' jkun possibbli. Nixxef il-kampjun(i) fi flixkun/fliexken tal-użin, berrdu/berridhom f'dessikatur u iżnu/iżinhom. Ittrasferixxi l-kampjun(i) għar-reċipjent(i) tal-ħġieġ speċifikat fit-taqsima xierqa tal-metodu tal-Komunità, iżen mill-ġdid il-flixkun/fliexken tal-użin minnufih u kkalkula piż niexef/piżijiet niexfa tal-kampjun(i) permezz tad-differenza; wettaq it-test kif speċifikat fit-taqsima x-xierqa tal-metodu applikabbli. Eżamina l-fdal(ijiet) mikroskopikament biex tivverifika li fil-fatt it-trattament neħħa għal kollox il-fibra(i) li tinħall(jinħallu).

I.8. Kalkolu u espressjoni tar-riżultati

Esprimi l-piż ta' kull komponent bħala perċentwali tal-piż totali tal-fibra fit-taħlita. Ikkalkula r-riżultati fuq il-bażi tal-piż xott medju, aġġustat permezz (a) tal-konċessjonijiet konvenzjonali miftiehma u (b) tal-fatturi ta' korrezzjoni meħtieġa biex jitqies it-telf ta' materja mhux fibruża matul it-trattament minn qabel u l-analiżi.

I.8.1. Kalkolu tal-perċentwali tal-piż tal-fibri xotti u nodfa mingħajr ma jingħata kas tat-telf tal-piż tal-fibra matul it-trattament minn qabel.

I.8.1.1. - VARJANT 1 -

Formoli li għandhom jiġu applikati fejn komponent tat-taħlita jitneħħa minn kampjun wieħed u jitneħħa komponent ieħor minn tieni kampjun:

(...PICT...)

(...PICT...)

(...PICT...)

P1 % huwa l-perċentwali tal-ewwel komponent xott nadif (komponent fl-ewwel eżemplari li dab fl-ewwel reaġent);

P2 % huwa l-perċentwali tat-tieni komponent xott nadif (komponent fit-tieni eżemplari li dab fit-tieni reaġent);

P3 % huwa l-perċentwal tat-tielet komponent xott nadif (komponent li ma dab fl-ebda wieħed miż-żewġ eżemplari);

m1 huwa l-piż xott tal-ewwel eżemplari wara t-trattament minn qabel;

m2 huwa l-piż xott tat-tieni eżemplari wara t-trattament minn qabel;

r1 huwa l-piż xott tal-fdal wara li jitneħħa l-ewwel komponent mill-ewwel eżemplari fl-ewwel reaġent;

r2 huwa l-piż xott tal-fdal wara li jitneħħa t-tieni komponent mit-tieni eżemplari fit-tieni reaġent;

d1 huwa l-fattur ta' korrezzjoni għat-telf fil-piż fl-ewwel reaġent, tat-tieni komponent li ma dabx fl-ewwel eżemplari [26],

d2 huwa l-fattur ta' korrezzjoni għat-telf fil-piż fl-ewwel reaġent, tat-tielet komponent li ma dabx fl-ewwel eżemplari;

d3 huwa l-fattur ta' korrezzjoni għat-telf fil-piż fit-tieni reaġent, tal-ewwel komponent li ma dabx fit-tieni eżemplari ,

d4 huwa l-fattur ta' korrezzjoni għat-telf fil-piż fit-tieni reaġent, tat-tielet komponent li ma dabx fit-tieni eżemplari.

I.8.1.2. - VARJANT 2 -

Formoli li għandhom jiġu applikati fejn komponent (a) jitneħħa mill-ewwel kampjun tat-test, filwaqt li jħalli bħala fdal iż-żewġ komponenti l-oħra (b + ċ), u jitneħħew żewġ komponenti (a + b) mit-tieni kampjun tat-test, bit-tielet komponent (ċ) jitħalla bħala fdal:

(...PICT...)

(...PICT...)

(...PICT...)

P1 % huwa l-perċentwali tal-ewwel komponent xott nadif (komponent fl-ewwel eżemplari li dab fl-ewwel reaġent);

P2 % huwa l-perċentwali tat-tieni komponent xott nadif (komponent li jdub, fl-istess ħin tal-ewwel komponent tat-tieni eżemplari, fit-tieni reaġent);

P3 % huwa l-perċentwali tat-tielet komponent xott nadif (komponent li ma dab fl-ebda wieħed miż-żewġ eżemplari);

m1 huwa l-piż xott tal-ewwel eżemplari wara t-trattament minn qabel;

m2 huwa l-piż xott tat-tieni eżemplari wara t-trattament minn qabel;

r1 huwa l-piż xott tal-fdal wara li jitneħħa l-ewwel komponent mill-ewwel eżemplari fl-ewwel reaġent;

r2 huwa l-piż xott tal-fdal wara li jitneħħew l-ewwel u t-tieni komponenti mit-tieni eżemplari fit-tieni reaġent;

d1 huwa l-fattur ta' korrezzjoni għat-telf fil-piż fl-ewwel reaġent, tat-tieni komponent li ma dabx fl-ewwel eżemplari ,

d2 huwa l-fattur ta' korrezzjoni għat-telf fil-piż fl-ewwel reaġent, tat-tielet komponent li ma dabx fl-ewwel eżemplari;

d4 huwa l-fattur ta' korrezzjoni għat-telf fil-piż fit-tieni reaġent, tat-tielet komponent li ma dabx fit-tieni eżemplari.

I.8.1.3. - VARJANT 3 -

Formoli li għandhom jiġu applikati fejn jitneħħew żewġ komponenti (a + b) minn kampjun, filwaqt li t-tielet komponent (ċ) jitħalla bħala fdal, imbagħad jitneħħew żewġ komponenti (b + ċ) minn kampjun ieħor, bl-ewwel komponent (a) jitħalla bħala fdal:

(...PICT...)

(...PICT...)

(...PICT...)

P1 % huwa l-perċentwali tal-ewwel komponent xott nadif (komponent li dab permezz tar-reaġent);

P2 % huwa l-perċentwali tat-tieni komponent xott nadif (komponent li dab permezz tar-reaġent);

P3 % huwa l-perċentwali tat-tielet komponent xott nadif (komponent li dab fit-tieni eżemplari permezz tar-reaġent);

m1 huwa l-piż xott tal-ewwel eżemplari wara t-trattament minn qabel;

m2 huwa l-piż xott tat-tieni eżemplari wara t-trattament minn qabel;

r1 huwa l-piż xott tal-fdal wara li jitneħħew l-ewwel u t-tieni komponenti mill-ewwel eżemplari bl-ewwel reaġent;

r2 huwa l-piż xott tal-fdal wara li jitneħħew it-tieni u t-tielet komponenti mit-tieni eżemplari bit-tieni reaġent;

d2 huwa l-fattur ta' korrezzjoni għat-telf fil-piż fl-ewwel reaġent, tat-tielet komponent li ma dabx fl-ewwel eżemplari;

d3 huwa l-fattur ta' korrezzjoni għat-telf fil-piż fit-tieni reaġent tal-ewwel komponent li ma dabx fit-tieni eżemplari ,

I.8.1.4. - VARJANT 4 -

Formola li għandha tiġi applikata fejn żewġ komponenti jitneħħew wara xulxin mit-taħlita bl-użu tal-istess kampjun:

(...PICT...)

(...PICT...)

(...PICT...)

P1 % huwa l-perċentwali tal-ewwel komponent xott nadif (l-ewwel komponent li jdub);

P2 % huwa l-perċentwali tat-tieni komponent xott nadif (it-tieni komponent li jdub);

P3 % huwa l-perċentwali tat-tielet komponent xott nadif (komponent li ma jdubx);

m huwa l-piż xott tal-kampjun wara t-trattament minn qabel;

r1 huwa l-piż xott tal-fdal wara li jitneħħa l-ewwel komponent mill-ewwel reaġent;

r2 huwa l-piż xott tal-fdal wara li jitneħħew l-ewwel u t-tieni komponenti mill-ewwel u t-tieni reaġent;

d1 huwa l-fattur ta' korrezzjoni għat-telf fil-piż tat-tieni komponent fl-ewwel reaġent;

d2 huwa l-fattur ta' korrezzjoni għat-telf fil-piż tat-tielet komponent fl-ewwel reaġent;

d3 huwa l-fattur ta' korrezzjoni għat-telf fil-piż tat-tielet komponent fl-ewwel u t-tieni reaġenti.

1.8.2. Kalkolu tal-perċentwali ta' kull komponent bl-aġġustament permezz ta' konċessjonijiet konvenzjonali miftiehma u, fejn xieraq, permezz ta' fatturi ta' korrezzjoni għal telf fil-piż matul proċessi ta' trattament minn qabel:

Mogħtija:

(...PICT...)

(...PICT...)

(...PICT...)

| | |

imbagħad:

(...PICT...)

(...PICT...)

(...PICT...)

P1A % huwa l-perċentwali tal-ewwel komponent xott nadif, inkluż il-kontenut tal-umdità u t-telf fil-piż matul it-trattament minn qabel;

P2A % huwa l-perċentwali tat-tieni komponent xott nadif, inkluż il-kontenut tal-umdità u t-telf fil-piż matul it-trattament minn qabel;

P3A % huwa l-perċentwali tat-tielet komponent xott nadif, inkluż il-kontenut tal-umdità u t-telf fil-piż matul it-trattament minn qabel;

P1 huwa l-perċentwali tal-ewwel komponent xott nadif miksub permezz ta' waħda mill-formuli mogħtija f'I.8.1.

P2 huwa l-perċentwali tat-tieni komponent xott nadif miksub permezz ta' waħda mill-formuli mogħtija f'I.8.1.

P3 huwa l-perċentwali tat-tielet komponent xott nadif miksub permezz ta' waħda mill-formuli mogħtija f'I.8.1.

a1 hija l-konċessjoni konvenzjonali miftiehma tal-ewwel komponent;

a2 hija l-konċessjoni konvenzjonali miftiehma tat-tieni komponent;

a3 hija l-konċessjoni konvenzjonali miftiehma tat-tielet komponent;

b1 hija l-perċentwali tat-telf fil-piż tal-ewwel komponent matul it-trattament minn qabel;

b2 hija l-perċentwali tat-telf fil-piż tat-tieni komponent matul it-trattament minn qabel;

b3 hija l-perċentwali tat-telf fil-piż tat-tielet komponent matul it-trattament minn qabel;

Fejn jintuża trattament minn qabel speċjali, għandhom jiġu stabbiliti l-valuri b1, b2 u b3, jekk ikun possibbli, billi kull komponent tal-fibra pura jiġi sottomess għal trattament minn qabel applikat fl-analiżi. Fibri puri huma dawk ħielsa minn kull materjal mhux fibruż għajr dawk li normalment ikunu jinsabu fihom (jew b'mod naturali jew minħabba l-proċess tal-manifattura), fl-istat (mhux ibbliċjat, ibbliċjat) li jinstabu fil-materjal li għad irid jiġi analizzat.

Fejn mhumiex disponibbli fibri kostitwenti separati u nodfa użati fil-manifattura tal-materjal li għandu jiġi analizzat, għandhom jintużaw il-valuri medji ta' b1, b2 u b3 kif miksuba mit-testijiet imwettqa fuq fibri nodfa simili għal dawk fit-taħlita li tkun qegħda tiġi eżaminata.

Jekk jiġi applikat trattament normali minn qabel permezz tal-estrazzjoni biż-żejt mhux raffinat ħafif u l-ilma, il-fatturi ta' korrezzjoni b1, b2 u b3 jistgħu ġeneralment ma jitqisux, għajr fil-każ ta' qoton mhux ibbliċjat, kittien mhux ibbliċjat u qanneb mhux ibbliċjat, fejn it-telf ikkawżat minn trattament minn qabel jitqies bħala ta' 4 %, u fil-każ ta' polipropilene, bħala 1 %.

Fil-każ ta' fibri oħra, normalment, ma jingħatax kas tat-telf minħabba trattament minn qabel fil-kalkoli.

I.8.3. Nota

Eżempji ta' kalkoli jinsabu fil-Kapitolu 3.V.

II. Metodu ta' analiżi kwantitattiva b'separazzjoni manwali ta' taħlitiet bi tliet fibri

II.1. Ambitu

Dan il-metodu huwa applikabbli għal fibri tat-tessuti ta' kull tip sakemm dawn ma jiffurmawx taħlita intima u sakemm ikun possibbli li dawn jiġu mifrudin bl-idejn.

II.2. Prinċipju

Wara l-identifikazzjoni tal-komponenti tat-tessuti, il-materja mhux fibruża titneħħa permezz ta' trattament minn qabel xieraq u mbagħad il-fibri jiġu sseparati bl-idejn, imnixxfa u jintiżnu biex jiġi kkalkolat il-proporzjon ta' kull fibra fit-taħlita.

II.3. Apparat

II.3.1. Fliexken tal-użin jew apparat ieħor li jagħti riżultati identiċi.

II.3.2. Dessikkatur li jkun fih is-silika-ġel li jindika fih innifsu.

II.3.3. Forn ventilat għall-inxif tal-eżemplari f'105 ± 3 ºC.

II.3.4. Miżien analitiku preċiż sa 0,0002 g.

II.3.5. Soxhlet extractor jew apparat ieħor li jagħti riżultati identiċi.

II.3.6. Labra.

II.3.7. Twist tester jew apparat simili.

II.4. Reaġenti

II.4.1. Zejt mhux raffinat ħafif, distillat mill-ġdid, medda ta' togħlija 40 sa 60°C.

II.4.2. Ilma ddistillat jew dejonizzat.

II.5. Atmosfera ta' kundizzjonar u ttestjar

Ara I.4.

II.6. Kampjun tat-test tal-laboratorju

Ara I.5.

II.7. Trattament minn qabel tal-kampjuni tat-test tal-laboratorju

Ara I.6.

II.8. Proċedura

II.8.1. Analiżi tal-ħajt

Mill-kampjun tal-test tal-laboratorju li ġie trattat minn qabel, agħżel eżamplari ta' piż mhux inqas minn1 g. Għal ħajt fin ħafna, l-analiżi tista' ssir fuq tul minimu ta' 30 m, ikun kemm ikun il-piż.

Aqta' l-ħajt f'biċċiet ta' tul addattat u ifred it-tipi ta' fibri permezz ta' labra u, jekk ikun meħtieġ, twist tester. It-tipi ta' fibra hekk miksuba jitqiegħdu fi fliexken tal-użin li jkunu ntiżnu minn qabel u mnixxfa għal 105 ± 3°C sa toqol kostanti, kif deskritt f'I.7.1 u I.7.2.

II.8.2. Analiżi tad-drapp

Mill-kampjun tat-test tal-laboratorju ttrattat minn qabel, agħżel eżemplari ta' piż ta' mhux anqas minn 1 g, li ma jinkludix ċmusa, bi truf mirqumin b'attenzjoni biex ikun evitat it-tiżrit u li jkun parallel mat-tgħama jew mal-ħjut għall-medd, jew fil-każ ta' drappijiet innittjati fil-linja tal-għoqod u l-korsijiet. Ifred it-tipi differenti ta' fibri u iġborhom fi fliexken tal-użin li jintiżnu minn qabel u pproċedi kif deskritt fi II.8.1.

II.9. Kalkolu u espressjoni tar-riżultati

Esprimi l-piż ta' kull fibra komponent bħala perċentwali tal-piż totali tal-fibri fit-taħlita. Ikkalkula r-riżultati fuq il-bażi ta' piż nadif u xott, aġġustati permezz (a) tal-konċessjonijiet konvenzjonali miftiehma u (b) tal-fatturi ta' korrezzjoni meħtieġa biex jitqies it-telf fil-piż matul l-operazzjonijiet tal-trattament minn qabel.

II.9.1. Kalkolu tal-perċentwali tal-piż ta' fibra xotta u nadifa, mingħajr ma jingħata kas tat-telf fil-piż tal-fibra matul it-trattament minn qabel:

(...PICT...)

(...PICT...)

(...PICT...)

P1 % huwa l-perċentwali tal-ewwel komponent xott, nadif;

P2 % huwa l-perċentwali tat-tieni komponent xott nadif;

P3 % huwa l-perċentwali tat-tielet komponent xott nadif;

m1 huwa l-piż nadif niexef tal-ewwel komponent;

m2 huwa l-piż nadif niexef tat-tieni komponent;

m3 huwa l-piż nadif niexef tat-tielet komponent;

II.9.2. Għall-kalkolu tal-perċentwali ta' kull komponent bl-aġġustament permezz ta' konċessjonijiet konvenzjonali miftiehma u, fejn xieraq, permezz ta' fatturi ta' korrezzjoni għal telf fil-piż matul it-trattament minn qabel: ara I.8.2.

III. Metodu ta' analiżi kwantitattiva ta' taħlitiet bi tliet fibri b'kombinazzjoni ta' separazzjoni bl-idejn u separazzjoni kimika

Fejn ikun possibbli, għandha tintuża separazzjoni manwali, waqt li jitqiesu l-proporzjonijiet ta' komponenti separati qabel jgħaddu għal kwalunkwe trattament kimiku ta' kull wieħed mill-komponenti separati.

IV.1. Preċiżjoni tal-metodi

Il-preċiżjoni indikata f'kull metodu tal-analiżi ta' taħlit ta' żewġ fibri għandha x'taqsam mar-riproduċibilità (ara l-Kapitolu 2 relatat ma' ċerti metodi għall-analiżi kwantitattiva tat-taħlit ta' żewġ fibri tat-tessut).

Ir-riproduċibilità tirreferi għall-affidabilità, jiġifieri l-qrubija tal-qbil bejn valuri esperimentali miksubin minn operaturi f'laboratorji differenti jew fi żminijiet differenti bl-użu tal-istess metodu u bil-kisba ta' riżultati individwali fuq eżemplari ta' taħlita omoġenja identika.

Ir-riproduċibilità hija espressa permezz ta' limiti ta' fiduċja tar-riżultati għal-livell ta' fiduċja ta' 95 %.

Dan ifisser li d-differenza bejn żewġ riżultati f'sensiela ta' analiżi magħmula f'laboratorji differenti, f'applikazzjoni normali u korretta tal-metodu għal taħlita omoġenja u identika, tinqabeż biss f'ħames każijiet minn 100.

Biex tiġi stabbilita l-preċiżjoni tal-analiżi ta' taħlita ta' tliet fibri, il-valuri indikati fil-metodi għall-analiżi ta' taħlit ta' żewġ fibri li ntużaw għall-analiżi tat-taħlita bi tliet fibri jiġu applikati bil-mod normali.

Billi fl-erba' varjanti tal-analiżi kimika kwantitattiva ta' taħlit ta' tliet fibri, hemm dispożizzjoni għal żewġ dissoluzzjonijiet (bl-użu ta' żewġ eżemplari separati għall-ewwel tliet varjanti u eżemplari singolari għar-raba' varjant) u, billi wieħed jassumi li E1 u E2 jirrappreżentaw il-preċiżjoni taż-żewġ metodi għall-analizzar ta' taħlit ta' żewġ fibri, il-preċiżjoni tar-riżultati għal kull komponent qed tintwera fit-tabella li ġejja:

Fibra komponent | Varjanti |

| 1 | 2 u 3 | 4. |

a | E1 | E1 | E1 |

b | E2 | E1+E2 | E1+E2 |

c | E1+E2 | E2 | E1+E2 |

Jekk ir-raba' varjant jintuża, il-grad ta' preċiżjoni jista' jinstab li jkun aktar baxx minn dak ikkalkulat bil-metodu muri hawn fuq, minħabba azzjoni possibbli tal-ewwel reaġent fuq il-fdal magħmul mill-komponenti b u c, li għandu jkun diffiċli li jiġi evalwat.

IV.2. Rapport tat-test

IV.1. Indika l-varjant(i) użati għat-twettiq tal-analiżi, il-metodi, ir-reaġenti u l-fatturi ta' korrezzjoni.

IV.2. Agħti dettalji ta' kwalunkwe trattament minn qabel speċjali (Ara I.6).

IV.3. Agħti r-riżultati individwali u l-medja aritmetika, kull wieħed sa punt deċimali wieħed.

IV.4. Kull meta jkun possibbli, agħti l-preċiżjoni tal-metodu għal kull komponent, ikkalkolat skont it-tabella fit-taqsima IV.1.

V. Eżempji tal-kalkolu tal-perċentwali tal-komponenti ta' ċertu taħlit ta' tliet fibri li jagħmlu użu minn xi wħud mill-varjanti deskritti fil-punt I.8.1.

Ikkonsidra l-każ ta' taħlita ta' fibra li meta analizzata b'mod kwantitattiv għall-kompożizzjoni ta' materja prima, tat il-komponenti li ġejjin: 1. suf imqardax; 2.najlon (poliamide); 3.qoton mhux ibbliċjat.

VARJANT Nru. 1

Bl-użu ta' dan il-varjant, jiġifieri bl-użu ta' żewġ eżemplari differenti u t-tneħħija ta' komponent wieħed (a = suf) permezz ta' dissoluzzjoni mill-ewwel eżemplari u t-tieni komponent (b = poliamide) mit-tieni eżemplari ,jistgħu jinkisbu r-riżultati li ġejjin:

1. Il-piż xott tal-ewwel eżemplari wara t-trattament minn qabel huwa ta' (m1) = 1,6000 g

2. Il-piż xott tal-fdal wara t-trattament bl-ipoklorit tas-sodju alkalin (poliamide+qoton) (r1) = 1,4166 g

3. Il-piż xott tat-tieni eżemplari wara t-trattament minn qabel m2) = 1,8000 g

4. Il-piż xott tal-fdal wara t-trattament bl-aċidu formiku (suf+qoton)

(r2) = 0,9000 g

Trattament bl-ipoklorit tas-sodju alkalin ma jinvolvi l-ebda telf fil-piż ta' poliamide, filwaqt li qoton mhux ibbliċjat jitlef 3 %, għalhekk d1 = 1,0 u d2 = 1,03.

Trattament bl-aċidu formiku ma jinvolvi l-ebda telf fil-piż ta' suf jew qoton mhux ibbliċjat, għalhekk d3 u d4 = 1,0.

Jekk il-valuri miksuba permezz tal-analiżi kimika u l-fatturi ta' korrezzjoni jiġu mibdula fil-formula taħt punt I.8.1.1, jinkiseb ir-riżultat li ġej:

P1 % (suf) = [1,03/1,0 – 1,03×1,4166/1,6000 + 0,9000/1,8000 × (1 – 1,03 / 1,0)] ×100 = 10,30

P2 % (poliamide) = [1,0 / 1,0 – 1,0×0,9000 / 1,8000 + 1,4166 / 1,6000 × (1– 1,0 /1,0)] ×100 = 50,00

P3 % (qoton) = 100–(10,30 + 50,00) = 39,70

Il-perċentwali tad-diversi fibri xotti u nodfa fit-taħlita huma kif ġej:

suf | 10,30% |

poliamide | 50,00% |

qoton | 39,70% |

Dawn il-perċentwali għandhom jiġu korretti skont il-formoli taħt punt I.8.2 biex jitqiesu wkoll il-konċessjonijiet konvenzjonali miftiehma u l-fatturi ta' korrezzjoni għal kwalunkwe telf fil-piż wara t-trattament minn qabel.

Kif indikat fl-Anness IX, il-konċessjonijiet konvenzjonali miftiehma huma kif ġej: suf imqardax 17,0 %, poliamide 6,25 %, qoton 8,5 %, u wkoll il-qoton mhux ibbliċjat juru tnaqqis fil-piż ta' 4 %, wara trattament minn qabel b'żejt mhux raffinat ħafif u ilma.

Għalhekk:

P1A % (suf) = 10,30×[1+(17,0+0,0)/100] / [10,30×(1+ (17,0+0,0)/100) + 50,00× (1+ (6,25+0,0)/100) + 39,70×(1+(8,5+4,0 /100)] × 100 = 10,97

P2A % (poliamide) = 50,0 × (1+ (6,25+0,0)/100) /109,8385 ×100 = 48,37

P3A % (qoton) = 100 - ((10,97 + 48,37) = 40,66

Il-kompożizzjoni tal-materja prima tal-ħajta hija għalhekk kif ġej:

poliamide | 48,4 % | |

qoton | 40,6 % | |

suf | 11,0 % | |

| 100,0 % | |

VARJANT Nru. 4:

Ikkonsidra l-każ ta' taħlita ta' fibra li meta analizzata b'mod kwantitattiv tat il-komponenti li ġejjin: suf imqardax, viskuż, qoton mhux ibbliċjat.

Ejja ngħidu li bl-użu ta' varjant 4, jiġifieri t-tneħħija suċċessiva ta' żewġ komponenti mit-taħlita ta' kampjun waħdieni singolari, jinkisbu r-riżultati li ġejjin:

1. Il-piż xott tal-eżemplari wara t-trattament minn qabel (m1) = 1,6000 g

2. Il-piż xott tal-fdal wara t-trattament bl-ipoklorit tas-sodju alkalin (viskuż+qoton) (r1) = 1,4166 g

3. Il-piż xott tal-fdal wara t-tieni trattament tal-fdal r1 bil-klorur taż-żingu/aċidu formiku (qoton)

(r2) = 0,6630 g

Trattament bl-ipoklorit tas-sodju alkalin ma jinvolvi l-ebda telf fil-piż ta' viskuż, filwaqt li qoton mhux ibbliċjat jitlef 3 %, għalhekk d1 = 1,0 u d2 = 1,03.

Bħala riżultat ta' trattament bl-aċidu formiku-klorur taż-żingu, il-piż tal-qoton jiżdied b'4 %, biex b'hekk d3 = 1,03 × 0,96 = 0,9888; li huwa approssimativ għal 0,99, (b'd3 jkun il-fattur ta' korrezzjoni għat-telf rispettiv jew żieda fil-piż tat-tielet komponent fl-ewwel u t-tieni reaġenti).

Jekk il-valuri miksuba permezz tal-analiżi kimika u l-fatturi ta' korrezzjoni jiġu mibdula fil-formula mogħtija f'punt I.8.1.4, jinkiseb ir-riżultat li ġej:

P2 % (viskuż) = 1,0×1,4166 / 1,6000 ×100 – 1,0 / 1,03 ×40,98=48,75 %

P3 % (qoton) = 0,99×0,6630 / 1,6000 × 100= 41,02 %

P1 % (suf) = 100 - (48,75 + 41,02) = 10,23 %

Kif diġà ġie indikat għall-Varjant 1, dawn il-perċentwali għandhom jiġu korretti permezz tal-formoli indikati f'punt I.8.2.

P1A % (suf) = 10,23 × [1 + (17,0+0,0 / 100)]/[10,23×(1+ (17,00+0,0)/100) +48,75×(1+(13+0,0 / 100) + 41,02×(1+(8,5+4,0)/ 100)] × 100 = 10,57 %

P2A % (viskuż) = 48,75× [1+(13+0,0) / 100] / 113,2041 ×100 = 48,65 %

P3A % (qoton) = 100 - ((10,57 + 48,65) = 40,78 %

Il-kompożizzjoni tal-materja prima tat-taħlita hija għalhekk kif ġej:

viskuż | 48,6 % |

qoton | 40,8 % |

suf | 10,6 % |

| ______ |

| 100,0 % |

VI. Tabella ta' taħlitiet tipiċi bi tliet fibri li jistgħu jiġu analizzati bl-użu ta' metodi Komunitarji ta' analiżi ta' taħlitiet ta' żewġ fibri (għall-għanijiet illustrattivi)

Nru tat-Taħlita | Fibri komponent | Varjant | In-numru tal-metodu użat u r-reaġent għal taħlitiet b'żewġ fibri |

| Komponent 1 | Komponent 2 | Komponent 3 | | |

1. | suf jew xagħar | Viskuż, kupru jew ċerti tipi ta’ modal | qoton | 1 u/jew 4 | 2. (ipolklorit tas-sodju alkalin) u 3 (klorur taż-żingu/aċidu formiku) |

2. | suf jew xagħar | poliamide 6 jew 6-6 | qoton, viskuż, kupru jew modal | 1 u/jew 4 | 2. (ipoklorit tas-sodju alkalin) u 4. (aċidu formiku, 80 % w/w) |

3. | suf, xagħar jew ħarir | ċerti klorofibri | viskuż, kupru,modal jew qoton | 1 u/jew 4 | 2. (ipoklorit tas-sodju alkalin) u 9 (disulfid tal-karbonju/aċetun 55,5/44,5 w/w) |

4. | suf jew xagħar | poliamide 6 jew 6-6 | poliester, polipropilene, akrilik jew fibra tal-ħġieġ | 1 u/jew 4 | 2. (ipoklorit tas-sodju alkalin) u 4. (aċidu formiku, 80 % w/w) |

5. | suf, xagħar jew ħarir | ċerti klorofibri | poliester, akrilik, poliamide, jew fibra tal-ħġieġ | 1 u/jew 4 | 2. (ipoklorit tas-sodju alkalin) u 9 (disulfid tal-karbonju/aċetun 55,5/44,5 w/w) |

6. | ħarir | suf jew xagħar | poliester | 2 | 11. (aċidu sulfuriku 75 % w/w) u 2. (ipoklorit tas-sodju alkalin) |

7. | poliamide 6 jew 6-6 | akrilik | qoton, viskuż, kupru jew modal | 1 u/jew 4 | 4. (aċidu formiku 80 % w/w) u 8. (dymethylformamide) |

8. | ċerti klorofibri | poliamide 6 jew 6-6 | qoton, viskuż, kupru jew modal | 1 u/jew 4 | 8. (dymethylformamide) u 4. (aċidu formiku, 80 % w/w) jew 9. (disulfid tal-karbonju/aċetun, 55,5/44,5 % w/w) u 4. (aċidu formiku, 80 % w/w) |

9. | akrilik | poliamide 6 jew 6-6 | poliester | 1 u/jew 4 | 8. (dymethylformamide) u 4. (aċidu formiku, 80 % w/w) |

10. | aċetat | poliamide 6 jew 6-6 | viskuż, qoton, kupru jew modal | 4 | 1. (aċetun) u 4. (aċidu formiku, 80 % w/w) |

11. | ċerti klorofibri | akrilik | poliamide | 2 u/jew 4 | 9. (disulfid tal-karbonju/aċetun, 55,5/44,5 % w/w) u 8. (dymethylformamide) |

12. | ċerti klorofibri | poliamide 6 jew 6-6 | akrilik | 1 u/jew 4 | 9. (disulfid tal-karbonju/aċetun, 55,5/44,5 % w/w) u 4. (aċidu formiku, 80 % w/w) |

13. | poliamide 6 jew 6-6 | viskuż, kupru, modal jew qoton | poliester | 4 | 4. (aċidu formiku, 80 % w/w) u 7. (aċidu sulfuriku, 75 % w/w) |

14. | aċetat | viskuż, kupru, modal jew qoton | poliester | 4 | 1. (aċetun) u 7 (aċidu sulfuriku, 75 % w/w) |

15. | akrilik | viskuż, kupru, modal jew qoton | poliester | 4 | 8. (dymethylformamide) u 7 (aċidu sulfuriku, 75 % w/w) |

16. | aċetat | suf, xagħar jew ħarir | qoton, viskuż, kupru, modal, poliamide, poliester, akrilik | 4 | 1. (aċetun) u 2. (ipoklorit tas-sodju alkalin) |

17. | triaċetat | suf, xagħar jew ħarir | qoton, viskuż, kupru, modal, poliamide, poliester, akrilik | 4 | 6. (diklorometan) u 2. (ipoklorit tas-sodju alkalin) |

18. | akrilik | suf, xagħar jew ħarir | poliester | 1 u/jew 4 | 8. (dymethylformamide) u 2. (ipoklorit tas-sodju alkalin) |

19. | akrilik | ħarir | suf jew xagħar | 4 | 8. (dymethylformamide) u 11. (aċidu sulfuriku 75 % w/w) |

20. | akrilik | suf, xagħar jew ħarir | qoton, viskuż, kupru jew modal | 1 u/jew 4 | 8. (dymethylformamide) u 2 (ipoklorit tas-sodju alkalin) |

21. | suf, xagħar jew ħarir | qoton, viskuż, modal, kupru | poliester | 4 | 2. (ipoklorit tas-sodju alkalin) u 7. (aċidu sulfuriku 75 %) |

22. | viskuż, kupru jew ċerti tipi ta’ modal | qoton | poliester | 2 u/jew 4 | 3. (klorur taż-żingu/aċidu formiku) u 7 (aċidu sulfuriku 75 % w/w) |

23. | akrilik | viskuż, kupru jew ċerti tipi ta’ modal | qoton | 4 | 8. (dymethylformamide) u 3 (klorur taż-żingu/aċidu formiku) |

24. | Ċerti klorofibri | viskuż, kupru jew ċerti tipi ta’ modal | qoton | 1 u/jew 4 | 9. (disulfid tal-karbonju/aċetun, 55,5/44,5 % w/w) u 3. (korur taż-żinġu/aċidu formiku) jew 8 (dymethylformamide) u 3. (klorur taż-żingu/aċidu formiku) |

25. | aċetat | viskuż, kupru jew ċerti tipi ta’ modal | qoton | 4 | 1. (aċetun) u 3 (klorur taż-żingu/aċidu formiku) |

26. | triaċetat | viskuż, kupru jew ċerti tipi ta’ modal | qoton | 4 | 6. (diklorometan) u 3 (klorur taż-żingu/aċidu formiku) |

27. | aċetat | ħarir | suf jew xagħar | 4 | 1. (aċetun) u 11. (aċidu sulfuriku 75 % w/w) |

28. | triaċetat | ħarir | suf jew xagħar | 4 | 6. (diklorometan) u 11. (aċidu sulfuriku 75 % w/w) |

29. | aċetat | akrilik | qoton, viskuż, kupru jew modal | 4 | 1. (aċetun) u 8. (dymethylformamide) |

30. | triaċetat | akrilik | qoton, viskuż, kupru jew modal | 4 | 6. (diklorometan) u 8. (dymethylformamide) |

31. | triaċetat | poliamide 6 jew 6-6 | qoton, viskuż, kupru jew modal | 4 | 6. (diklorometan) u 4. (aċidu formiku 80 % w/w) |

32. | triaċetat | qoton, viskuż, kupru jew modal | poliester | 4 | 6. (diklorometan) u 7 (aċidu sulfuriku 75 % w/w) |

33. | aċetat | poliamide 6 jew 6-6 | poliester jew akrilik | 4 | 1. (aċetun) u 4. (aċidu formiku 80 % w/w) |

34. | aċetat | akrilik | poliester | 4 | 1. (aċetun) u 8. (dymethylformamide) |

35. | ċerti klorofibri | qoton, viskuż, kupru jew modal | poliester | 4 | 8. (dymethylformamide) u 7. (aċidu sulfuriku 75 % w/w)jew 9 (disulfid tal-karbonju/aċetun, 55,5/44,5 % w/w) u 7. (aċidu sulfuriku 75 % w/w) |

36 | qoton | poliester | elastolefin | 2 u/jew 4 | 7 (aċidu sulfuriku 75 % w/w) u 14 (aċidu sulfuriku konċentrat) |

[37 | Ċerti modakriliki | poliester | melamina | 2 u/jew 4 | 8 (dimethylformamide) u 14 (aċidu sulfuriku konċentrat)] |

_____________

ANNESS IX

KONĊESSJONIJIET MIFTIEHMA UŻATI BIEX JIĠI KKALKOLAT L-AMMONT TA’ FIBRI KONTENUTI FI PRODOTT TAT-TESSUTI

(Artikolu 17(2))

Nru tal-Fibra | Fibri | Perċentwali |

1—2 | Suf u xagħar tal-annimali: | |

| | fibri mimxuta | 18,25 |

| | fibri mqardxa | 17,00(1) |

3 | Xagħar tal-annimali: | |

| | fibri mimxuta | 18,25 |

| | fibri mqardxa | 17,00(1) |

| Xagħar taż-żiemel: | |

| | fibri mimxuta | 16,00 |

| | fibri mqardxa | 15,00 |

4 | Ħarir | 11,00 |

5 | Qoton: | |

| | fibri normali | 8,50 |

| | fibri mogħtija l-leqqa | 10,50 |

6 | Kapok | 10,90 |

7 | Kittien | 12,00 |

8 | Qanneb ġenwin | 12,00 |

9 | Ġuta | 17,00 |

10 | Abaka | 14,00 |

11 | Alfa | 14,00 |

12 | Kajjar | 13,00 |

13 | Ġummar | 14,00 |

14 | Rami (fibra bbliċjata) | 8,50 |

15 | Sisal | 14,00 |

16 | Sunn | 12,00 |

17 | Sabbara | 14,00 |

18 | Maguey | 14,00 |

19 | Aċetat | 9,00 |

20 | Alġinat | 20,00 |

21 | Kupru | 13,00 |

22 | Modal | 13,00 |

23 | Proteina | 17,00 |

24 | Triaċetat | 7,00 |

25 | Viskuż | 13,00 |

26 | Akrilik | 2,00 |

27 | Klorofibra | 2,00 |

28 | Fluorofibra | 0,00 |

29 | Modakrilik | 2,00 |

30 | Poliamide jew najlon: | |

| | fibra mhux kontinwa | 6,25 |

| | filament | 5,75 |

31 | Aramid | 8,00 |

32 | Polijimide | 3,50 |

33 | Lyoċell | 13,00 |

34 | Polilaktid | 1,50 |

35 | Poliester | |

| | fibra mhux kontinwa | 1,50 |

| | filament | 1,50 |

36 | Polietilene | 1,50 |

37 | Polipropilene | 2,00 |

38 | Polikarbamid | 2,00 |

39 | Poliurethane | |

| | fibra mhux kontinwa | 3,50 |

| | filament | 3,00 |

40 | Vinilal | 5,00 |

41 | Trivinil | 3,00 |

42 | Elastodin | 1,00 |

43 | Elastan | 1,50 |

44 | Fibra tal-ħġieġ: | |

| | b’dijametru medju ta’ iktar minn 5 μm | 2,00 |

| | b’dijametru medju ta’ 5 μm jew inqas | 3,00 |

45 | Fibra tal-metall | 2,00 |

| Fibra metalizzata | 2,00 |

| Asbestos | 2,00 |

| Ħjut tal-karta | 13,75 |

46 | Elastomultiester | 1,50 |

47 | Elastolefin | 1,50 |

48 | Melamina | 7,00 |

(1) Il-konċessjonijiet miftehma ta’ 17,00 % għandhom jiġu applikati wkoll fejn huwa impossibbli li jiġi aċċertat jekk il-prodott tat-tessut li fih is-suf u/jew ix-xagħar tal-annimali huwiex mimxut jew imqardex. |

(1) -{}-The agreed allowances of 17,00 % shall also be applied where it is impossible to ascertain whether the textile product containing wool and/or animal hair is combed or carded. |

_____________

ANNESS X

TABELLI TA' KORRELAZZJONI

Direttiva 96/74/KE | Dan ir-Regolament |

Artikolu 1 | Artikolu 4(1) |

Artikolu 2(1) | Artikolu 3(1)(a) |

Artikolu 2(2) kliem ta' introduzzjoni | Artikolu 3(1) kliem ta' introduzzjoni |

Artikolu 2(2) l-ewwel inċiż | Artikolu 3(1)(b)(i) |

Artikolu 2(2) it-tieni inċiż | Artikolu 3(1)(b)(ii) |

Artikolu 2(3) kliem ta' introduzzjoni | Artikolu 2(1) kliem ta' introduzzjoni |

Artikolu 2(3) l-ewwel inċiż | Artikolu 2(1)(a) |

Artikolu 2(3) it-tieni inċiż | Artikolu 2(1)(b) u (c) |

Artikolu 2(3) it-tielet inċiż | Artikolu 2(1)(d) |

Artikolu 3 | Artikolu 5 |

Artikolu 4 | Artikolu 7 |

Artikolu 5(1) | Artikolu 8(1) u Anness III |

Artikolu 5(2) | Artikolu 8(2) |

Artikolu 5(3) | Artikolu 8(3) |

Artikolu 6(1) | Artikolu 9(1) |

Artikolu 6(2) | Artikolu 9(2) |

Artikolu 6(3) | Artikolu 9(3) |

Artikolu 6(4) | Artikolu 18 |

Artikolu 6(5) | Artikolu 9(4) |

Artikolu 7 | Artikolu 10 |

Artikolu 8(1) | Artikolu 11(1) |

Artikolu 8(2)(a) | Artikolu 12(1) |

Artikolu 8(2)(b) | Artikolu 12(2) u (3) |

Artikolu 8(2)(c) | Artikolu 12(4) |

Artikolu 8(2)(d) | - |

Artikolu 9(1) | Artikolu 13(1) |

Artikolu 9(2) | Artikolu 13(2) |

Artikolu 9(3) | L-Artikolu 14 u l-Anness IV |

Artikolu 10(1)(a) | Artikolu 15(2) |

Artikolu 10(1)(b) | Artikolu 15(3) |

Artikolu 10(1)(ċ) | Artikolu 15(4) |

Artikolu 10(2) | Artikolu 15(1) it-tieni subparagrafu |

Artikolu 11 | Artikolu 11(2) it-tielet subparagrafu |

Artikolu 12 | Artikolu 16 u Anness VII |

Artikolu 13 | Artikolu 17(2) |

Artikolu 14(1) | - |

Artikolu 14(2) | Artikolu 4(2) |

Artikolu 15 | Artikolu 2(2) |

Artikolu 16 | Artikoli 19 u 20 |

Artikolu 17 | - |

Artikolu 18 | - |

Artikolu 19 | - |

Anness I, Nru 1 sa 46 | Anness I, Nru 1 sa 47 |

Anness II, Nru 1 sa 46 | Anness IX, Nru 1 sa 47 |

Anness III | Anness V |

Anness III, punt 36 | Artikolu 3(1)(h) |

Anness IV | Anness VI |

Anness V | - |

Anness VI | - |

_____________

Direttiva 96/73/KE | Dan ir-Regolament |

Artikolu 1 | Artikolu 1 |

Artikolu 2 | Anness VIII, kapitolu 1, taqsima I (2) |

Artikolu 3 | Artikolu 17(2) l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 4 | Artikolu 17(3) |

Artikolu 5(1) | Artikolu 20(1) |

Artikolu 5(2) | Artikolu 19 |

Artikolu 6 | Artikolu 20(2) |

Artikolu 7 | - |

Artikolu 8 | - |

Artikolu 9 | - |

Anness I | Anness VIII, kapitolu 1, taqsima I |

Anness II (1) introduzzjoni | Anness VIII, kapitolu 1, taqsima II |

Anness II (1) taqsimiet I, II u III | Anness VIII kapitolu 2 taqsimiet I, II u III |

Anness II(2) | Anness VIII, kapitolu 2, taqsima IV |

_____________

Direttiva 73/44/KEE | Dan ir-Regolament |

Artikolu 1 | Artikolu 1 |

Artikolu 2 | Anness VIII, kapitolu 1, taqsima I |

Artikolu 3 | Artikolu 17(2) l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 4 | Artikolu 17(3) |

Artikolu 5 | Artikoli 19 u 20 |

Artikolu 6 | - |

Artikolu 7 | - |

Anness I | Anness VIII kapitolu 3 introduzzjoni u taqsimiet I sa IV |

Anness II | Anness VIII, kapitolu 3, taqsima V |

Anness III | Anness VIII, kapitolu 3, taqsima VI |

[1] Id-Direttivi 96/74/KE (kif emendata), 96/73/KE (kif emendata) u 73/44/KEE.

[2] Dokument ta' Ħidma tal-Kumissjoni COM(2006) 690 finali

[3] Is-CIRFS/BISFA (L-Uffiċċju Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni tal-Fibri Magħmulin mill-Bniedem), il-Euratex, l-AEDT (L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Organizzazzjonijiet Nazzjonali tal-Bejjiegħa tat-Tessuti bl-Imnut), it-Trejdunjins, l-ANEC (L-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Koordinazzjoni tar-Rappreżentanza tal-Konsumatur fl-Istandardizzazzjoni), il-BEUC (L-Organizzazzjoni tal-Konsumaturi Ewropej), is-CEN (Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni), rappreżentanti mill-Istati Membri.

[4] L-istudju huwa disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/enterprise/textile/index_en.htm

[5] http://ec.europa.eu/governance/impact/iab_en.htm

[6] ĠU C , , p. .

[7] ĠU C , , p. .

[8] ĠU L 83, 30.3.1973, p. 1

[9] ĠU L 32, 3.2.1997, p. 1.

[10] ĠU L 32, 3.2.1997, p. 38

[11] ĠU L 35, 6.2.2004, p. 39.

[12] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

[13] Għall-prodotti li jaqgħu taħt dan il-punt u mibjugħin f’tulijiet maqtugħin, l-ittikkettjar inklussiv għandu jkun dak tar-rukkell. Iċ-ċwiemi u l-ħbula li jaqgħu taħt dan il-punt inklużi dawk użati għall-isport tal-muntanji u tal-ilma.

[14] F'xi każijiet huwa meħtieġ li l-eżemplari individwali tat-test jiġi trattat minn qabel.

[15] Għal oġġetti magħmula u lesti ara t-Taqsima 7.

[16] Ara l-punt 1.

[17] Il-moxt tal-laboratorju jista' jinbidel bi blender tal-fibra, jew il-fibri jistgħu jitħalltu bil-metodu tat-‘trofof u l-fdalijiet’

[18] Jekk il-pakketti jistgħu jiġu mmuntati fuq kavetta konvenjenti jkun possibbli li numru minnhom jiddawru fl-istess ħin.

[19] Il-Metodu 12 huwa eċċezzjoni. Huwa msejjes fuq determinazzjoni tal-kontenut ta' sustanza kostitwenti ta' wieħed miż-żewġ komponenti.

[20] Ara l-Kapitolu 1.1.

[21] It-tidwib ta' modaċriliki bħal dawn jew ta' klorofibri fir-reaġent għandu jiġi vverifikat qabel ma titwettaq l-analiżi.

[22] Qabel titwettaq l-analiżi għandu jiġi vverifikat it-tidwib tal-klorur tal-polivinil fir-reaġent.

[23] Il-ħarir selvaġġ, bħall-ħarir tussah, ma jdubx għal kollox f'75 % m/m ta' aċidu sulfuriku.

[24] Ara pereżempju l-apparat deskritt f'Melliand Textilberichte 56 (1975), p. 643-645.

[25] Ara l-Kapitolu 1.1.

[26] Il-valuri ta' d huma indikati fil-Kapitolu 2 ta' dan l-Anness relatat mal-metodi varji għall-analiżi tat-taħlitiet b'żewġ fibri

--------------------------------------------------

Top