EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009IP0204

Il-problemi u l-prospettivi taċ-ċittadinanza Ewropea Riїoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 2 ta’ April 2009 dwar il-problemi u l-prospettivi taċ-ċittadinanza Ewropea (2008/2234(INI))

OJ C 137E, 27.5.2010, p. 14–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 137/14


Il-Ħamis, 2 ta’ April 2009
Il-problemi u l-prospettivi taċ-ċittadinanza Ewropea

P6_TA(2009)0204

Riїoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta’ April 2009 dwar il-problemi u l-prospettivi taċ-ċittadinanza Ewropea (2008/2234(INI))

2010/C 137 E/03

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Kapitlu V tagħha bit-titlu “Drittijiet taċ-Ċittadini”,

wara li kkunsidra r-Rapport mill-Kummissjoni tal-15 ta’ Frar 2008 bit-titlu “Il-Ħames Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-Unjoni (1 ta’ Mejju 2004 - 30 ta’ Ġunju 2007)” (COM(2008)0085),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-29 ta’ April 2004 dwar id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familji tagħhom li jiċċirkulaw u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri (1) (id-Direttiva tal-Moviment Liberu),

wara li kkunsidra l-opinjoni fuq l-inizjattiva tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-9 ta’ Ottubru 2008 dwar id-Drittijiet taċ-Ċittadini: il-Promozzjoni tad-Drittijiet Fundamentali u tad-Drittijiet li Ġejjin miċ-Ċittadinanza Ewropea (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 45 u l-Artikolu 112(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0182/2009),

A.

billi s-suq komuni u l-integrazzjoni ekonomika qed joqorbu lejn li jkunu verament kompleti, għalkemm il-baїi legali għaċ-ċittadinanza tal-Unjoni għadha fi stadju ta’ їvilupp,

B.

billi l-Artikolu 17 tat-Trattat tal-KE introdott mit-Trattat ta’ Maastricht jgħid li “kull persuna li għandha ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru għandha tkun ċittadin tal-Unjoni”, u l-prinċipju kien їviluppat iktar fil-fond mit-Trattat ta’ Amsterdam li jistipula li “ċ-Ċittadinanza tal-Unjoni għandha tikkumplimenta u mhux tissostitwixxi iċ-ċittadinanza nazzjonali”,

C.

billi ċ-ċittadinanza tal-Unjoni hija għaldaqstant miїjuda maċ-ċittadinanza tal-Istati Membri, u f’dan is-sens, l-għotja tagħha hija regolata minn kull Stat Membru fuq il-baїi tal-liġijiet tiegħu stess, li jvarjaw bejn l-Istati Membri,

D.

billi l-identità bħala ċittadin tal-Unjoni tista’ tkun ibbaїata biss fuq l-identità nazzjonali, u l-attenzjoni tal-Kummissjoni għandha tinġibed għall-fatt li persuni li jgħixu fil-faqar kbir, u persuni b’livell baxx ta’ skola - fosthom ir-Roma - ma għandhomx aċċess għall-ammont ta’ informazzjoni li jista’ jimmotiva l-kuxjenza Ewropea tagħhom; billi l-eskluїjoni tagħhom li qed tiїdied mis-soċjetajiet Ewropej iċċekken il-valur kemm taċ-ċittadinanza tagħhom kif ukoll taċ-ċittadinanza tal-Unjoni tagħhom,

E.

billi, madankollu, bla ħsara għas-setgħa tal-Istati Membri individwali li jiddeterminaw il-mod ta’ akkwist u ta’ telf taċ-ċittadinanza, il-Kunsill ta’ Tampere tal-15 u s-16 ta’ Ottubru 1999 approva “l-objettiv li ċittadini ta’ pajjiї terz li jkunu ilhom legalment residenti għandhom jiġu offruti l-opportunità li jiksbu ċ-ċittadinanza ta’ l-Istat Membru li fih ikunu residenti”.

F.

billi ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni huma intitolati li jivvutaw u joħorġu għall-elezzjoni f’elezzjonijiet lokali u Ewropej fl-Istat Membru li jirrisjedu fih taħt l-istess kondizzjonijiet bħal ċittadini ta’ dak l-Istat Membru,

G.

billi l-għoti tad-dritt li wieħed jivvota u li joħroġ għall-elezzjoni f’elezzjonijiet lokali fl-Istat Membru ta’ residenza huwa essenzjali għaċ-ċittadini tal-Unjoni sabiex jinħoloq sens ġenwin li wieħed jifforma parti minn dak l-Istat Membru,

H.

billi f’xi Stati Membri, id-dritt konferit liċ-ċittadini tal-Unjoni permezz tat-termini tal-Artikolu 19 tat-Trattat KE li jivvotaw u li joħorġu għall-elezzjonijiet lokali u Ewropej bħalissa qed jixxekkel sal-punt li ċ-ċittadini tal-Unjoni li huma ċittadini ta’ Stat Membru ieħor mhumiex intitolati li jsiru membri ta’ partiti politiċi fl-Istat Membru fejn huma mistennija li jeїerċitaw dan id-dritt,

I.

billi r-rikors għall-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament u għall-Ombudsman Ewropew huwa mezz mhux ġudizzjarju importanti ta’ rimedju li huwa disponibbli għaċ-ċittadini tal-Unjoni,

J.

billi t-tkabbir tal-Unjoni Ewropea rriїulta f’їieda konsiderevoli fin-numru ta’ ċittadini tal-UE li joqogħdu barra mill-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom,

K.

billi l-Artikolu 20 tat-Trattat tal-KE, għalkemm sfortunatament ristrett għas-sitwazzjoni fejn ċittadin ta’ Stat Membru fit-territorju ta’ pajjiї terz fejn l-Istat Membru mhuwiex rappreїentat, jintitola kull ċittadin tal-Unjoni għall-ħarsien diplomatiku u konsulari ta’ kull Stat Membru li huwa rappreїentat kif xieraq f’dak il-pajjiї terz; billi, id-dritt tagħhom ma jistax ikun eїerċitat sew fin-nuqqas ta’ regoli u protokolli prattiċi ċari u li jorbtu li għandhom jiġu segwiti mill-awtoritajiet konsulari,

L.

billi għalkemm l-istess Artikolu 20 tat-Trattat tal-KE jimponi obbligu fuq l-Istati Membri li “jistabbilixxu r-regoli neċessarji bejniethom u jibdew in-negozjati internazzjonali meħtieġa biex jiїguraw din il-protezzjoni”, il-fatt huwa li att wieħed biss ġie adottat s’issa, primarjament id-Deċiїjoni 95/553/KE (3), li daħlet fis-seħħ fl-2002 u hija ta’ paġna waħda biss u li tonqos kompletament milli tistabbilixxi sistema sħiħa li tassisti u li tnaqqas is-sofferenza taċ-ċittadini tal-Unjoni lil hinn minn pajjiїhom f’sitwazzjoni ta’ kriїi,

M.

billi, b’mod partikulari f’sitwazzjoni ta’ kriїi u tbatija personali, protezzjoni konsulari u diplomatika effettiva mogħtija barra mit-territorju tal-Unjoni Ewropea mingħajr distinzjoni mill-Istati Membri kollha liċ-ċittadini kollha tkun ta’ kontribut sinifikanti għall-apprezzament minn dawk iċ-ċittadini tal-vantaġġi li wieħed jifforma parti mill-Unjoni Ewropea,

1.

Jilqa’ l-fatt li t-Trattat ta’ Liїbona jagħmilha possibbli għal miljun ċittadin tal-Unjoni minn Stati Membri differenti biex kollettivament jistiednu lill-Kummissjoni tressaq proposti leġiїlattivi, u jemmen li dan id-dritt legali ħa jїid il-kuxjenza dwar iċ-ċittadinanza tal-Unjoni fost l-Ewropej b’mod sinifikanti; ifakkar li t-trasparenza u l-parteċipazzjoni demokratika għandha tiġi miksuba permezz ta’ varjetà ta’ forom ta’ sħubija fost l-UE u l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet reġjonali u lokali, l-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili; jitlob lill-Kummissjoni biex tipprepara proċeduri trasparenti u li jinftiehmu faċilment li jimplimentaw l-“inizjattiva taċ-ċittadinanza”, biex iċ-ċittadini tal-Unjoni jkunu kapaċi jagħtu bidu għal leġiїlazzjoni immedjatament wara li jidħol fis-seħħ it-Trattat ta’ Liїbona; filwaqt li jittama li mhux se jkun neċessarju, jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tinkorpora dan id-dritt ta’ inizjattiva fil-politiki tagħha jkun xi jkun l-istatus finali tat-Trattat;

2.

Jinnota li d-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni li jiċċaqalqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri ma jistax jitqies b’mod iїolat minn drittijiet u prinċipji baїiċi oħra tal-Unjoni Ewropea, bħall-moviment ħieles tal-ħaddiema u l-libertà tal-forniment ta’ servizzi; u għalhekk jistieden lill-Istati Membri sabiex ineħħu l-ostakoli eїistenti tagħhom skont it-termini tat-Trattati ta’ Adeїjoni sabiex jippermettu lil kull ċittadin li jeїerċita d-drittijiet kollha tagħhom;

3.

Jirrakkomanda, fid-dawl tal-prinċipji fundamentali tat-Trattati tal-KE dwar il-moviment ħieles, in-nuqqas ta’ diskriminazzjoni u d-drittijiet taċ-ċittadini, li l-Kummissjoni tkompli tuїa kull mezz disponibbli għaliha biex tikseb mill-iktar fis it-tneħħija tal-arranġamenti tranїizzjonali li għad hemm li huma imposti fuq Stati Membri ġodda;

4.

Huwa mħasseb dwar l-implimentazzjoni fqira tad-direttivi attwali, b’mod speċjali id-Direttiva dwar il-Moviment Ħieles, li tikkawїa ħafna problemi relatati mal-moviment liberu u ma’ drittijiet oħrajn taċ-ċittadini tal-Unjoni, u jitlob lill-partijiet kollha biex jittrasponu u jimplimentaw l-acquis tal-Komunità b’mod korrett u sħiħ;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni tipproduċi lista tal-ostakoli li jiffaċċjaw iċ-ċittadini tal-Unjoni li jixtiequ jagħmlu uїu sħiħ u bla xkiel mill-moviment ħieles ta’ persuni u vantaġġi oħra stabbiliti għaċ-ċittadini tal-Unjoni, u jitlob lill-Kummissjoni biex tinkorpora r-riїultati f’tabella ta’ klassifika sabiex jiїguraw li tali ostakoli jiġu ttrattati bir-reqqa u b’mod effettiv;

6.

Fid-dawl tas-sejbiet tal-Eurobarometer Flash 213 (stħarriġ tal-2007 tal-Eurobarometer) li huma biss 31 % ta’ dawk li rrispondew li jikkunsidrau ruħhom infurmati tajjeb dwar id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-Unjoni, jikkunsidra li huwa vitali li jkun adottat approċċ effettiv għat-tagħrif u l-komunikazzjoni sabiex iċ-ċittadini tal-Unjoni jsiru konxji tad-drittijiet u l-obbligi tagħhom u jiġu megħjuna jieħdu rwol attiv fit-teħid tad-deċiїjonijiet fl-UE, sabiex b’hekk tkun tista’ tiġi eїerċitata demokrazija verament parteċipattiva;

7.

Jinnota b’dispjaċir li l-Ħames Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-Unjoni ma fih ebda proposta konkreta dwar l-eїerċitar miċ-ċittadini tad-drittijiet tagħhom u d-dmir tal-Istati Membri li jissalvagwardjaw dawn id-drittijiet fil-prattika; jitlob li s-Sitt Rapport ikun aktar proattiv f’dan ir-rigward;

8.

Jesprimi d-diїappunt tiegħu għan-nuqqas tal-Kummissjoni li tikkonsulta lis-soċjetà ċivili fit-tħejjija tal-Ħames Rapport, u jistenna li tali konsultazzjoni għandha sseħħ bħala parti mit-tħejjija tas-Sitt Rapport, kif mwegħda mill-Kummissjoni;

9.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tirrivedi il-Programm tagħha “l-Ewropa għaċ-Ċittadini” sabiex tittejjeb il-komunikazzjoni maċ-ċittadin medju tal-Unjoni u biex jiїguraw diffuїjoni wiesgħa; jinnota li filwaqt li l-appoġġ strutturali għal “think tanks” u istituti ta’ riċerka bbaїati fi Brussell huwa importanti, organizzazzjonijiet ta’ dan it-tip ftit li xejn iservu biex jinformaw lill-individwi li ma kinux fost dawk li kienu diġà informati; jitlob lill-Kummissjoni biex tiffoka mill-ġdid il-finanzjament tagħha fuq organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-imsieħba soċjali reġjonali u lokali li mhumiex ibbaїati fi Brussell u biex tintroduċi, fil-futur, programmi simili għal “Programm Їgħaїagħ f’Azzjoni 2007-2013” li kellu ħafna suċċess, sabiex jgħinu lill-awtoritajiet governattivi lokali u reġjonali jinformaw lir-residenti dwar id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-Unjoni; peress li l-proposti għall-multilingwiїmu m’għandhomx ikunu limitati għal-lingwi uffiċjali ewlenin/il-lingwi tal-Istati Membri, jistieden lill-Istati Membri sabiex ixerrdu tagħrif dwar iċ-ċittadinanza tal-Unjoni fil-lingwi reġjonali u minoritarji wkoll;

10.

Fid-dawl fost affarijiet oħra, tal-għadd baxx ta’ ċittadini tal-Unjoni residenti fi Stat Membru li mhumiex ċittadini tiegħu li jeїerċitaw id-dritt tagħhom li jivvotaw jew joħorġu għall-elezzjonijiet Ewropej jew lokali fil-post tar-residenza tagħhom, kif ukoll l-ostakoli prattiċi li votanti potenzjal ħafna drabi jħabbtu wiċċhom magħhom waqt l-eїerċitar tad-drittijiet tagħhom, hu tal-fehma li l-elezzjonijiet Ewropej 2009 għandhom jitqiesu bħala opportunità għall-preparazzjoni u l-applikazzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni pan-Ewropew maħsub biex jiїviluppa l-identità tal-UE taċ-ċittadini tal-UE u biex ikabbar il-kuxjenza tagħhom dwar id-drittijiet tagħhom;

11.

Jitlob li jkun hemm parteċipazzjoni tan-nisa fuq skala akbar fil-politika u fit-teħid tad-deċiїjonijiet sabiex tiġi promossa l-integrazzjoni Ewropea; għal dan il-għan, jemmen li dawn jeħtieġu li jkunu l-mira ta’ kampanji ta’ kuxjenza aktar ċari, sabiex ikunu jistgħu jeїerċitaw bis-sħiħ id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-Ujoni u biex ikunu aktar attivi fil-gruppi politiċi, fil-politika, u f’konnessjoni mal-ħidma tal-awtoritajiet lokali fl-Istat Membru ta’ residenza tagħhom;

12.

Isemmi li jeħtieġ jiġu mnedija kampanji ta’ tagħrif aqwa u aktar effettivi li jippromwovu d-drittijiet taċ-ċittadinanza tal-Unjoni fost iї-їgħaїagħ, bħat-twaqqif ta’ “programm ta’ ċittadinanza” fl-iskejjel u fl-universitajiet, bil-għan li l-ġenerazzjoni їagħїugħa tiġi mħejjija għaċ-ċittadinanza attiva;

13.

Jemmen li l-Istati Membri għandhom jinkorporaw id-dimensjoni Ewropea fis-sillabi tal-iskejjel fil-livell primarju u sekondarju;

14.

Jitlob lill-universitajiet Ewropej biex jieħdu l-miїuri finanzjarji kollha fis-setgħa tagħhom biex iїidu l-perċentwali ta’ studenti li jieħdu sehem fl-iskambji tal-programm Erasmus;

15.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tipproponi direttivi iktar konsolidati u kjarifikati li jtejbu l-moviment liberu u d-drittijiet l-oħra għaċ-ċittadini tal-Unjoni f’oqsma oħra, inkluї il-qasam tal-mobilità professjonali, it-trasferibilità tal-pensjonijiet u d-drittijiet soċjali u r-rikonoxximent reċiproku ta’ lawrji u kwalifiki personali;

16.

Jirrimarka li d-dritt li wieħed jiċċaqlaq u jgħix liberament f’territorju tal-UE se jkun impossibbli li jkun eїerċitat bis-sħiħ sakemm, fost miїuri oħra, tkun stabbilita sistema effettiva għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali; għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni u l-Istati Membri, li jaġixxu fl-isferi rispettivi ta’kompetenza tagħhom, sabiex jippermettu lil numru akbar ta’ ċittadini tal-Unjoni li għandhom kwalifiki professjonali miksuba fi Stat Membru wieħed biex jiddaħħlu fi professjoni korrispondenti fi Stat Membru ieħor u li jipprattikaw dik il-professjoni bl-istess termini bħal ċittadini ta’ dan l-Istat Membru tal-aħħar;

17.

Jistieden lill-Istati Membri biex jirrevedu l-liġijiet dwar iċ-ċittadinanza u jesploraw il-possibilitajiet li ssir aktar faċli għall-persuni mingħajr nazzjonalità ta’ dak l-Istat Membru sabiex jiksbu ċ-ċittadinanza u jgawdi d-drittijiet kollha, biex b’hekk tingħeleb id-diskriminazzjoni bejn dawk li għandhom in-nazzjonalità u dawk li m’għandhomx, b’mod partikolari għaċ-ċittadini tal-Unjoni;

18.

Jikkunsidra li jkun mixtieq li jiġi inkoraġġit skambju ta’ esperjenzi dwar is-sistemi ta’ naturalizzazzjoni eїistenti fid-diversi Stati Membri, jkun hemm koordinazzjoni aktar mill-qrib tal-kriterji ta’ eliġibilità u tal-proċeduri għaċ-ċittadinanza tal-Unjoni - mingħajr ma tkun mittiefsa s-setgħa tal-Istati Membri individwali li jiddeterminaw il-modi ta’ kif wieħed jakkwista jew jitlef iċ-ċittadinanza - u b’hekk li jitnaqqsu l-kaїijiet ta’ diskriminazzjoni inerenti fis-sistemi legali differenti;

19.

Jikkunsidra li persuni bla stat permanentament residenti fl-Istati Membri qegħdin f’poїizzjoni unika fl-Unjoni Ewropea; huwa mħasseb li xi Stati Membri jimponu fuqhom esiġenzi li mhumiex ġustifikati jew li mhumiex strettament neċessarji sabiex tinkiseb iċ-ċittadinanza; f’dan ir-rigward jitlob lill-Istati Membri biex sistematikament isibu soluzzjonijiet ġusti, ibbaїati fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet internazzjonali; jemmen li l-persuni mingħajr l-appartenza għal stat permanenti fl-Istati Membri għandhom ikunu eliġibbli għall-vot fl-elezzjonijiet lokali;

20.

Ifakkar lill-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u l-immigranti li l-punti kollha tal-Prinċipji Baїiċi Komuni tal-Kunsill għall-Politika ta’ Integrazzjoni tal-Immigranti fl-Unjoni Ewropea (14615/04) għandhom jiġu applikati b’mod ugwali;

21.

Jikkunsidra l-integrazzjoni tal-immigranti bħala prerekwiїit baїiku għall-eїerċitar tad-drittijiet tagħhom fl-Istat Membru fejn huma residenti; għalhekk, jistieden lill-Istati Membri biex b’mod sħiħ u b’ħeffa japplikaw ir-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Settembru 2005 intitolata “Aġenda Komuni għall-Integrazzjoni ta’ Ċittadini ta’ Pajjiїi Terzi fl-Unjoni Ewropea” (COM (2005) 0389);

22.

Jikkunsidra li l-UE u l-Istati Membri għandhom responsabbiltà komuni li jippromwovu l-inkluїjoni tar-Roma bħala ċittadini tal-Unjoni bil-ħsieb li l-poplu Roma jkun jista’ jibbenefika b’mod sħiħ mill-inċentivi pprovduti mill-UE għall-inizjattivi kollha mmirati biex jippromwovu d-drittijiet tagħhom u l-inkluїjoni tal-komunitajiet tagħhom, sew jekk fil-qasam tal-edukazzjoni, l-impjiegi jew il-parteċipazzjoni ċivika;

23.

Jirrimarka li ċ-ċittadinanza tal-Unjoni tinvolvi dmirijiet mhux drittijiet biss; jiġbed attenzjoni partikolari lejn id-dmir sabiex jitħarsu l-liġijiet tal-Istat li fih jirrisjedi ċ-ċittadin tal-Unjoni kkonċernat u li jiġu rispettati l-kulturi ta’ nies oħra;

24.

Jenfasizza li problemi tal-lingwa jew ta’ ħiliet ta’ komunikazzjoni m’għandhomx jintuїaw bħala baїi biex jiċċaħħad l-aċċess għad-drittijiet soċjali li għalihom jista’ ikun intitolat individwu bħala resident ta’ Stat Membru, inkluїi d-dritt għall-benefiċji soċjali mogħtija mill-awtoritajiet nazzjonali jew lokali;

25.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tinvestiga l-irwol u l-imġiba ta’ servizzi nazzjonali għall-benesseri tat-tfal sabiex jiїguraw li l-prinċipji tal-ugwaljanza u tan-nondiskriminazzjoni bejn iċ-ċittadini tal-Unjoni jiġu rispettati; jenfasizza li l-ġenituri għandhom jitħallew jitkellmu bl-ilsien matern tagħhom mat-tfal tagħhom u li n-nazzjonalità jew il-lingwa m’għandhomx jintuїaw bħala baїi biex wieħed jiċħad l-aċċess tal-ġenituri lit-tfal tagħhom;

26.

Itenni t-talba tiegħu biex l-Istati Membri jirrispettaw id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni li jivvjaġġaw fl-UE jew b’karta tal-identità nazzjonali valida jew passaport validu u biex ma jirristrinġux moviment ta’ dan it-tip fuq il-baїi tas-sigurtà jew għal raġunijiet oħrajn, speċjalment fil-qasam tal-ivvjaġġar bl-ajru jew bil-baħar;

27.

Jitlob lill-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali biex jieħdu miїuri ulterjuri biex jiffaċilitaw il-moviment ta’ ċittadini tal-Unjoni bejn Stati Membri, speċjalment fir-rigward ta’ kwistjonijiet prattiċi bħalma huma l-ħruġ ta’ karti ta’ residenza u permessi tax-xogħol u t-trasferiment ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi, ir-rikonoxximent ta’ polzi ta’ assigurazzjoni personali u dwak tal-vetturi maħruġin fi Stat Membru ieħor, it-trasferiment ta’ rekords mediċi, regoli ċari dwar ir-rimborї ta’ spejjeї mediċi, fost ħafna kwistjonijiet oħrajn, li ta’ spiss ma jiffunzjonawx kif suppost minkejja sforzi biex jiġu armonizzati fil-livell tal-UE; u jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiġbor l-informazzjoni rilevanti kollha u tagħmilha disponibbli għaċ-ċittadini tal-Unjoni;

28.

Jirrakkomanda li l-qasam Ewropew tal-ġustizzja jintemm sabiex ikun їgurat li l-aspetti transkonfinali ta’ ċittadinanza relatati mal-ħajja personali u tal-familja jistgħu jkunu protetti b’mod effettiv mir-regoli komuni fil-qasam tal-liġi internazzjonali privata; għal dak il-għan, iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiїviluppa approċċ koerenti u biex tressaq il-proposti leġiїlattivi neċessarji;

29.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel disponibbli ffinanzjar għat-taħriġ tal-uffiċjali pubbliċi lokali u reġjonali tal-Istati Membri li jkollhom x’jaqsmu ma’ migranti intrakomunitarji fl-affarijiet baїiċi tal-leġiїlazzjoni tal-KE li tapplika fl-oqsma rispettivi tagħhom, u biex tgħin lill-amministrazzjonijiet iwieġbu mistoqsijiet dwar differenzi u konflitti possibbli bejn leġiїlazzjoni nazzjonali u dik tal-KE; f’dan ir-rigward jilqa’ lin-network onlajn biex jissolvew il-problemi SOLVIT, ipprovdut mill-Kummissjoni, u jitlob li jkun iktar imsaħħaħ u mħeġġeġ; jittama li, permezz taї-їieda fir-riїorsi umani kif ukoll dawk finanzjarji, l-Istati Membri se jgħinu t-tisħiħ taċ-ċentri SOLVIT nazzjonali; iħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u lill-Istati Membri sabiex jikkoperaw fi skambji tal-prattiki tajba u sabiex isibu modi effettivi ta’ kif jitrattat mas-sitwazzjoni tal-migranti intra-Komunitarji;

30.

Jemmen li l-Europe Direct għandu jiġi promoss aħjar maċ-ċittadini kollha, u jirrakkomanda li għal dan il-għan tiġi koordinata mill-Kummissjoni kampanja tal-midja fuq livell tal-UE; jitlob lill-Kummissjoni biex tissorvleja l-proliferazzjoni ta’ siti elettroniċi marbuta mal-Europe Direct u SOLVIT u biex tiffoka l-informazzjoni u l-kuntatti ewlenija fuq siti ta’ referenza speċifiċi;

31.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiїviluppa Karta Ewropea għad-Drittijiet tal-Konsumatur biex tipprovdi informazzjoni faċilment aċċessibbli liċ-ċittadini dwar il-problemi l-iktar komuni tagħhom;

32.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-“Pjan ta’ Azzjoni dwar approċċ integrat sabiex jiġu pprovduti Servizzi ta’ Assistenza dwar is-Suq Wieħed liċ-ċittadini u lin-negozji” (SEC(2008)1882) tal-Kummissjoni biex tiġi evitata l-frammentazzjoni tal-punti ta’ kuntatt u, kif enfasizzat fid-Direttiva dwar is-Servizzi (4), iħeġġeġ il-ħolqien ta’ punti ta’ kuntatt waħdanin għas-servizzi u l-prodotti f’kull Stat Membru;

33.

Ifakkar lill-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali li l-kunċett ta’ ċittadinanza tal-Unjoni jinkludi l-prinċipju tan-nuqqas ta’ diskriminazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni kollha, u mhux biss ta’ ċittadini ta’ Stat Membru partikolari; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tapprofondixxi l-analiїi tagħha tas-sitwazzjoni tal-migranti intrakomunitarji u biex tieħu azzjoni xierqa sabiex tiїgura li dawn igawdu ġenwinament mid-drittijiet bħala ċittadini tal-Unjoni;

34.

Jirrimarka li d-dritt tal-moviment ħieles huwa pern taċ-ċittadinanza tal-Unjoni u għalhekk jikkunsidra li huwa inkwetanti ferm li l-ebda Stat Membru għadu ma implimenta b’mod sħiħ u x-xieraq id-Direttiva dwar il-Moviment Ħieles;

35.

Jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tħeġġeġ l-għarfien tar-regoli ġodda stabbiliti fid-Direttiva dwar il-Moviment Liberu, inkluї il-pubblikazzjoni tal-“Gwida dwar l-aħjar uїu tad-Direttiva 2004/38/KE”, iїda jiddispjaċih mill-fatt li s-16 000 kopja tal-Gwida ppubblikata f’19-il lingwa, huma kwantità їgħira wisq meta mqabbla mal-għadd totali ta’ nies li jgħixu fl-UE; jistieden lill-Kummissjoni biex tiїgura li din l-informazzjoni tkun iktar disponibbli għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, li huma l-ewwel sors ta’ informazzjoni għal ħafna ċittadini u kif inhuma l-affarijiet fil-livelli lokali fejn iseħħu ħafna mill-problemi u vjolazzjonijiet tad-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni;

36.

Jenfasizza li d-drittijiet għall-moviment ħieles u għar-residenza, li huma parti integrali miċ-ċittadinanza tal-Unjoni għandhom impatt tremend fuq il-ħajja tal-familji u fuq l-għaїliet edukattivi u professjonali tan-nisa; għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-bїonnijiet speċifiċi tan-nisa f’dan il-qasam;

37.

Ifakkar id-dispoїizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-Moviment Liberu li jagħtu liċ-ċittadini tal-Unjoni d-dritt li joqogħdu fi Stat Membru ieħor, sakemm ma jkunux ta’ piї fuq is-sistema ta’ assistenza soċjali tagħhom; jinnota, madankollu, li l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mad-deċiїjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (5) li pprovdew interpretazzjoni, għall-iskopijiet tad-Direttiva, dwar it-tifsir tal-espressjoni “riїorsi suffiċjenti”;

38.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tivverifika bir-reqqa sabiex jiġi aċċertat li l-liġijiet u l-prattiki fis-seħħ fl-Istati Membri individwali ma jiksrux id-drittijiet konferiti liċ-ċittadini tal-Unjoni permezz tat-Trattat tal-KE u tad-Direttiva dwar il-Moviment Ħieles, speċjalment rigward il-kunċetti ta’ “riїorsi biїїejjed”, “piї mhux raġonevoli fuq is-sistemi tal-assistenza soċjali tal-Istat Membru ospitanti”, “raġunijiet serji ta’ politika pubblika jew ta’ sigurtà pubblika”, u “raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika”; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, biex jiġi aċċertat li hemm salvagwardji proċedurali li joperaw fil-livell prattiku, flimkien ma’ arranġamenti ta’ protezzjoni legali u l-possibbiltà ta’appell lill-qrati kontra miїuri ta’ tkeċċija; jirrimarka li kwalunkwe restrizzjoni fuq id-dritt fundamentali għall-moviment ħieles għandu jiġi interpretat f’sens dejjaq;

39.

Jistieden lill-Istati Membri, meta japplikaw id-dritt għall-moviment ħieles, li joqgħodu lura milli jxekklu liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom b’burokrazija mhux meħtieġa sal-punt li din ma tkunx espressament imsemmija fid-Direttiva dwar il-Moviment Ħieles u tkun timpedixxi l-eїerċitar ta’ dritt li, meta wieħed ipoġġi ma’ ġenb it-twettiq ta’ proċeduri amministrattivi, hu previst bħala tali fit-Trattat tal-KE; jirrimarka lill-Istati Membri li huma għandhom id-dmir li jiffaċilitaw it-tlestija tal-proċeduri amministrattivi marbuta mal-eїerċitar tad-dritt tal-moviment ħieles;

40.

Jistieden lill-Istati Membri biex iїommu lura milli jadottaw atti leġiїlattivi li jimponu penali li jkunu eċċessivament ħorox jew diskriminatorji fir-rigward taċ-ċittadini tal-Unjoni, bħal, pereїempju, id-detenzjoni fil-kaї tat-tneħħija mit-territorju ta’ Stat Membru ospitanti, jinvoka ċirkustanza aggravanti fuq il-baїi li ċittadin tal-Unjoni li kkommetta reat qabel kien residenti illegalment fi Stat Membru ieħor, jew tneħħija awtomatika ta’ ċittadin tal-Unjoni għaliex huwa jew hija kienu ħatja ta’ reat kriminali;

41.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li ddaħħal miїuri fil-Programm ta’ Stokkolma mmirati biex jindirizzaw il-problemi ffaċċjati miċ-ċittadini tal-Unjoni matul ħajjithom fl-UE; jitlob lill-Kummissjoni biex tipproponi, f’dan il-qafas, miїuri xierqa, anke fil-qasam tal-liġi ċivili, biex finalment timplimenta l-prinċipju ta’ trattament ugwali mhux biss fir-rigward ta’ prodotti, kapital u servizzi, iїda wkoll fir-rigward tal-persuni, mingħajr diskriminazzjonijiet kif elenkati skont l-Artikolu 13 tat-Trattat tal-KE, billi s-sitwazzjoni attwali tikkostitwixxi ostaklu għall-moviment ħieles u tmur kontra l-valuri komuni Ewropej ta’ ugwaljanza u n-nuqqas ta’ diskriminazzjoni;

42.

Isostni li tagħti d-dritt għall-vot u għall-kandidatura fl-elezzjonijiet lokali fl-Istat Membru ta’residenza huwa sine qua non għal kwalunkwe politika ta’ integrazzjoni effettiva;

43.

Jistieden lill-Istati Membri biex jiїguraw li ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni residenti fi Stat Membru li mhuwiex tagħhom jiġu pprovduti bl-informazzjoni kollha meħtieġa dwar id-dritt tagħhom li jivvutaw fl-elezzjonijiet lokali u Ewropej;

44.

Jiddispjaċih għan-numru baxx ta’ ċittadini tal-Unjoni residenti fi Stati Membri differenti minn tagħhom stess li jieħdu vantaġġ mid-dritt biex jivvutaw jew joħorġu għall-elezzjoni f’elezzjonijiet Ewropej jew lokali fil-post ta’ residenza tagħhom; jinnota l-ostakli prattiċi li frekwentament wisq jiffaċċjaw votanti potenzjali fl-eїerċizzju tad-drittijiet tagħhom; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali biex fid-dawl tal-imminenza tal-elezzjonijiet Ewropej imminenti tal-2009, iniedu kampanji ta’ informazzjoni effettivi pan-Ewropej dwar id-drittijiet elettorali taċ-ċittadini tal-Unjoni u jagħtu pariri prattiċi ta’ kif jeїerċitawhom f’livell lokali;

45.

Jistieden lill-Istati Membri biex fuq il-midja nazzjonali u lokali, inkluї it-televiїjoni, radju u l-internet, iniedu kampanji ta’ informazzjoni fil-lingwi uffiċjali tal-UE biex jinfurmaw liċ-ċittadini tal-Unjoni dwar id-dritt tagħhom li jivvutaw u li joħorġu għall-elezzjonijiet, kif ukoll dwar il-proċeduri ta’ reġistrazzjoni, li għandhom ikunu faċli kemm jista’ jkun;

46.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-mossa tal-Kummissjoni sabiex temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/109/KE tas-6 ta’ Diċembru 1993 li tistipula arranġamenti dettaljati sabiex jiġi eїerċitat id-dritt għall-vot u għall-kandidatura fl-elezzjonijiet għal-Parlament Ewropew għaċ-ċittadini tal-Unjoni li joqogħdu fi Stat Membru li ma jkunux ċittadini tiegħu (6), fejn għandhom jittieħdu passi sabiex jonqsu l-ispejjeї għall-kandidati u għall-Istati Membri;

47.

Jitlob li jsiru r-riformi meħtieġa tal-proċeduri elettorali Ewropej fl-Istati Membri kollha, bil-għan li dawn il-proċeduri isiru aktar simili u li jinstabu modi biex tiġi promossa ċ-ċittadinanza attiva fl-Unjoni, u jitlob li jsiru kampanji ta’ informazzjoni xierqa li jridu jsiru ġaladarba jitwettqu dawn ir-riformi;

48.

Jinnota li hemm diskrepanzi sinifikanti għal ċittadini tal-Unjoni li qed jgħixu fi Stat Membru differenti minn tagħhom fir-rigward ta’ drittijiet għal votazzjoni f’elezzjonijiet parlamentari nazzjonali fl-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom; jiddeplora l-fatt li ħafna ċittadini tal-Unjoni għal din ir-raġuni jiċċaħdu mid-dritt kemm fl-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom kif ukoll fl-Istat Membru tal-adozzjoni tagħhom; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jikkooperaw sabiex jagħtu s-setgħa lill-votanti li qed jirrisjedu barra l-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom biex jeїerċitaw id-drittijiet elettorali kollha tagħhom fl-Istat Membru ta’ residenza, billi jipprovdu numru suffiċjenti ta’ postijiet tal-votazzjoni li jkopru t-territorju kollu u billi jiffaċilitaw reġistrazzjoni eħfef tal-votanti; jistieden lill-Istati Membri wkoll biex jadottaw id-dispoїizzjonijiet legali meħtieġa sabiex jiggarantixxu d-dritt tal-vot għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni li jagħmlu tranїitu fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom meta jkunu qed isiru elezzjonijiet parlamentari nazzjonali;

49.

Jikkunsidra li ї-їieda u t-tixrid tal-partiti politiċi fuq livell Ewropew huma l-aktar mod effettiv biex jintrifed id-dritt għall-kandidatura għal ċittadin tal-Unjoni li jgħixu fi Stat Membru wieħed u li jkollhom nazzjonalità ta’ ieħor; jittama, għalhekk, li l-partiti Ewropej se jissaħħu, mhux l-inqas permezz ta’ appoġġ finanzjarju akbar;

50.

Jitlob lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri biex itejbu l-effikaċja reali tal-Artikolu 19 tat-Trattat KE billi jiїguraw li ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni jkunu intitolati li jkunu membri ta’ partiti politiċi fl-Istat Membru fejn għandhom il-post ta’ residenza;

51.

Jikkunsidra li ċ-ċittadinanza tal-Unjoni tiggarantixxi l-istess drittijiet għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni, indipendentement mill-fatt li l-post ta’ residenza tagħhom ikunx jinsab fl-Unjoni nnifisha jew f’pajjiї terz; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tanalizza s-sitwazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni residenti barra mit-territorju tal-Unjoni u tieħu passi xierqa biex tassigura li d-drittijiet taċ-ċittadinanza tagħhom isiru effettivi;

52.

Ifakkar li fuq il-baїi tal-Artikolu 20 tat-Trattat tal-KE, ċittadini tal-Unjoni fit-territorju ta’ pajjiї terz li fih l-Istat Membru li huma ċittadini tiegħu mhuwiex rappreїentat huma intitolati li jingħataw protezzjoni mill-awtoritajiet diplomatiċi jew konsulari ta’ kwalunkwe Stat Membru, skont l-istess kundizzjonijiet taċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru, u jenfasizza l-importanza ta’ din id-dispoїizzjoni bħala punt ta’ prinċipju, sakemm hi maħsuba biex tagħraf dimensjoni esterna fiċ-ċittadinanza tal-Unjoni;

53.

Jilqa’ l-preїentazzjoni mill-Kummissjoni ta’ pjan ta’ azzjoni għall-perijodu 2007-2009 fil-Komunikazzjoni tagħha tal-5 ta’ Diċembru 2007 dwar protezzjoni konsulari effettiva f’pajjiїi terzi: il-kontribut tal-Unjoni Ewropea (COM (2007)0767); jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummisjoni biex jimplimentaw aktar ir-rakkomandazzjonijiet tal-Green Paper tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar protezzjoni diplomatika u konsulari ta’ ċittadini tal-Unjoni f’pajjiїi terzi (COM(2006)0712), u dawk tar-riїoluzzjoni tal-Parlament dwar l-istess suġġett tal-11 ta’ Diċembru 2007 (7);

54.

Jitlob lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma stampawx l-Artikolu 20 tat-Trattat tal-KE fil-passaporti nazzjonali tagħhom maġenb informazzjoni nazzjonali biex jagħmlu dan, kif inhu mitlub mir-rapport Barnier u mill-Konkluїjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta’ Ġunju 2006; jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi uffiċċji ta’ ħruġ ta’ passaporti f’kull Stat Membru b’fuljett li jindika dawn id-drittijiet u linja ġenerali tal-miїuri li jappoġġjaw l-Artikolu 20 tat-Trattat tal-KE; jirrikjedi li l-fuljett jitqassam lill-individwi li jiġbru l-passaporti ġodda tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni biex twaqqaf paġna web fis-sit “Europa” biex tippubblika informazzjoni prattika dwar il-protezzjoni konsulari u tiffaċilita aċċess għall-avviїi tal-ivvjaġġar tal-Istati Membri, kif mitlub mill-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni tal-2007;

55.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex twaqqaf numru tat-telefon Ewropew b’xejn, li għandu jidher fil-passaport viċin l-Artikolu 20 tat-Trattat KE, li permezz tiegħu f’emerġenza iċ-ċittadini tal-Unjoni jistgħu jiksbu d-dettalji fil-lingwa tagħhom stess dwar il-konsulati tal-Istati Membri sabiex tkun їgurata l- assistenza li jeħtieġu;

56.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jaddottaw iktar direttivi u miїuri oħrajn biex isaħħu lill-acquis tal-Komunità fil-qasam tal-protezzjoni diplomatika u konsulari u biex joħorġu regoli legalment vinkolanti għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 20 tat-Trattat tal-KE;

57.

Jitlob lill-Unjoni biex tieħu aktar miїuri biex tipproteġi liċ-ċittadini tagħha f’pajjiїi terzi, inkluї li tieħu azzjoni biex tipprevjeni ċittadin tal-Unjoni milli jiġi suġġett għall-piena tal-mewt;

58.

Jistieden lill-Istati Membri biex jikkonformaw kif xieraq mal-obbligu stipulat fl-Artikolu 20 tat-Trattat KE, u għalhekk biex jistabbilixxu r-regoli neċessarji bejniethom u jibdew in-negozjati internazzjonali meħtieġa biex jiїguraw il-protezzjoni ta’ ċittadini tal-Unjoni barra mill-Unjoni Ewropea, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari għall-approvazzjoni ta’ protokolli vinkolanti ta’ azzjonijiet li għandhom jittieħdu mis-servizzi konsulari fil-pajjiїi terzi fil-kaї ta’ emerġenza, jew ta’ kriїi tas-sigurtà jew umanitarja;

59.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-adozzjoni reċenti mill-Kunsill ta’ linji gwida dwar l-implimentazzjoni tal-kunċett ta’ Stat Mexxej konsulari (8) għan-nomina ta’ Stat Mexxej fl-eventwalità ta’ kriїi emaġġuri, u jitlob li jkun hemm interpretazzjoni usa’ tal-Artikolu 20 tat-Trattat KE dwar il-protezzjoni konsulari u diplomatika li tingħata fil-fattliċ-ċittadini tal-Unjoni;

60.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tkompli tinnegozja vjaġġar bla viїa għal pajjiїi terzi f’isem l-Istati Membri u ċ-ċittadini tal-Unjoni kollha; jinnota l-inġustizzja intrinsika fil-fatt li ċertu ċittadini tal-Unjoni jkunu suġġetti għar-rekwiїiti ta’ viїa filwaqt li oħrajn jistgħu jivvjaġġaw taħt programmi nazzjonali ta’ eїenzjoni ta’ viїi;

61.

Jikkunsidra li l-istatus tad-dritt għall-petizzjoni bħala dritt fundamentali taċ-ċittadini tal-Unjoni mill-inqas jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħti raġunijiet suffiċjenti għalxiex ma ġietx segwita rakkomandazzjoni mill-Parlament;

62.

Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiїviluppaw kooperazzjoni iktar mill-qrib mal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament u mal-Ombudsman Ewropew sabiex kull ċittadin tal-Unjoni jkun jista’ jeїercita d-drittijiet tiegħu b’mod iktar effettiv;

63.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li ġiet stabbilita l-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-adozzjoni tad-Deċiїjoni tal-Kunsill 2007/252/KEtad-19 April 2007 li tistabbilixxi għall-perjodu 2007-2013 il-programm speċifiku “Drittijiet Fundamentali u Ċittadinanza” bħala parti mill-programm ġenerali “Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja” (9), li l-għan tiegħu huwa li jippromwovi l-iїvilupp ta’ soċjetà Ewropea msejsa fuq ir-rispett għad-drittijiet fundamentali, inkluїi d-drittijiet derivati miċ-ċittadinanza tal-Unjoni;

64.

Jistieden lill-parlamenti nazzjonali biex jinvolvu ruħhom dejjem aktar fl-iїvilupp taї-Їona ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja; il-koperazzjoni bejn il-parlamenti nazzjonali u l-istituzzjonijiet Ewropej għandha tiffaċilita l-adattament tal-leġiїlazzjoni u tal-prattiki nazzjonali fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE, u ttejjeb il-komunikazzjoni maċ-ċittadini, billi dawn jiġu konxji tad-drittijiet marbuta mal-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni;

65.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riїoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.

(2)  ĠU C 325, 19.12.2008, p. 76.

(3)  Deċiїjoni tar-Rappreїentanti tal-Gvernijiet tal-laqgħa tal-Istati Membri fi ħdan il-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1995 rigward il-protezzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea minn rappreїentazzjonijiet diplomatiċi u konsulari (ĠU L 314, 28.12.1995, p. 73).

(4)  Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p.36).

(5)  Fost kaїijiet oħrajn: C-424/98, il-Kummissjoni vs ir-Repubblika Taljana, u C-184/99, Grzelczyk,

(6)  ĠU L 329, 30.12.1993, p. 34.

(7)  ĠU C 323 E, 18.12.2008, p. 120.

(8)  ĠU C 317, 12.12.2008, p. 6.

(9)  ĠU L 110, 27.4.2007, p. 33.


Top