EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009DC0020

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill - L-iżviluppi tekonoloġiċi fil-qasam tal-fatturazzjoni elettronika u miżuri mmirati sabiex ikunu modernizzati, issemplifikati u armonizzati aktar ir-regoli dwar fatturazzjoni tal-VAT

/* KUMM/2009/0020 finali */

52009DC0020




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 28.1.2009

KUMM(2009) 20 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

L-iżviluppi tekonoloġiċi fil-qasam tal-fatturazzjoni elettronika u miżuri mmirati sabiex ikunu modernizzati, issemplifikati u armonizzati aktar ir-regoli dwar fatturazzjoni tal-VAT

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

L-iżviluppi tekonoloġiċi fil-qasam tal-fatturazzjoni elettronika u miżuri mmirati sabiex ikunu modernizzati, issemplifikati u armonizzati aktar ir-regoli dwar fatturazzjoni tal-VAT

1. INTRODUZZJONI

Taħt l-Artikolu 237 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE[1] ("id-Direttiva tal-VAT"), il-Kummissjoni hija meħtieġa sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2008, tippreżenta rapport u, jekk inhu xieraq, proposta li temenda l-kundizzjonijiet tal-fatturazzjoni elettronika li tikkunsidra l-iżviluppi teknoloġiċi li saru. Proposta li temenda l-kundizzjonijiet tal-fatturazzjoni elettronika takkumpanja din il-komunikazzjoni.

Kemm din il-komunikazzjoni kif ukoll il-proposta jmorru lil hinn mir-rekwiżit li jinsab f'dan l-Artikolu 237. Dan huwa ġustifikabbli peress illi huwa rikonoxxut li d-Direttiva tal-Kunsill 2001/115/KE[2] ("id-Direttiva dwar Fatturazzjoni), li issa hija inkorporata fid-Direttiva tal-VAT, ma rnexxilhiex tikseb bis-sħiħ l-għan tagħha li jiġu ssimplifikati, modernizzati u armonizzati r-regoli dwar il-fatturazzjoni tal-VAT . Id-diversi għażliet disponibbli għall-Istati Membri, u l-applikazzjoni ta' dawn l-għażliet, ippermettew li l-Istati Membri jżommu regoli differenti dwar il-fatturazzjoni.

Dawn id-differenzi fir-regoli huma partikolarment evidenti fil-każ tal-fatturazzjoni elettronika u xekklu l-użu mifrux tal-fatturazzjoni elettronika minn pajjiż għal ieħor. F'oqsma oħra ukoll, id-differenzi fir-regoli jwasslu għal piżijiet żejda fuq in-negozji u jwaqqfuhom jew jostakolawhom milli jieħdu vantaġġ minn għazliet bħal l-awtofatturazzjoni (self-billing), fatturi fil-qosor u l-ħżin elettroniku.

2. ŻVILUPPI TEKNOLOġIċI FIL-FATTURAZZJONI ELETTRONIKA

Sabiex tintlaħaq it-talba biex isir rapport dwar l-iżviluppi tekonoliġiċi marbutin mal-fatturazzjoni elettronika, is-suġġett ġie inkluż fi studju dwar l-fatturazzjoni li sar għall-Kummissjoni Ir-riżultati ta' dan l-istudju huma disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni[3]

Dokument separat għar-rakkomandazzjonjiet ta' Fażi 3 li jinsab fl-istudju, bit-titolu "Appendiċi: "White paper" dwar l-iżvilupp fit-teknoloġija, jiddiskrivi t-tekonoloġija marbuta mal-fatturazzjoni elettronika. Id-dokument jagħti ħarsa ġenerali lejn l-istorja u l-istat preżenti fir-rigward ta' sistemi li qegħdin hemm biex jiżgura l-awtentiċità u l-integrità tad-dejta bħal pereżempju l-fatturi li huma trażmessi permezz ta' mezzi elettroniċi.

2.1. Sejbiet tal-istudju ta' fatturazzjoni dwar tekonoloġiji ġodda għal fatturazzjoni elettronika

L-istudju dwar fatturazzjoni ma ssemmix xi teknoloġija speċifika bħala l-metodu preferut għat-trażmissjoni u l-wasla sigura ta' fatturi elettroniċi. Fil-fatt fil-każ ta' firem elettroniċi l-istudju jiddikjara li diversi sistemi ta' firma qegħdin jintużaw biex ikun garantit l-awtentiċità tal-origini u l-integrità tal-kontenut. Dawn għandhom diversi vantaġġi u żvantaġġi fejn tidħol sigurtà, kumplessità u ħeffa. Pereżempju, Infrastruttura Pubblika Ewlenija bbażata fuq funzjonijiet asimmetriċi iżda kumplimentari għandha livell ta' sigurtà għolja u tintuża f'applikazzjonijiet relatati mal-banek, iżda billi hija kumplessa minnha nnifisha mgħandhiex il-ħeffa ta' sistemi ta' firma oħrajn.

Jidher ċar ukoll li fil-preżent għad ma hemmx tekonoloġija unika għall-appoġġ tal-fatturazzjoni elettronika fl-UE li hija dħulija man-negozji u li tissodisfa kemm in-negozji l-kbar kif ukoll iż-żgħar u li għandha l-appoġġ sħiħ tal-awtoritajiet tat-taxxa kollha. Barra minn hekk, għad ma hemmx prospett ċar ta' soluzzjoni adegwata bbażzata fuq it-teknoloġija li tħaddan il-bżonnijiet tal-partijiet kollha fi ftit snin. Għalhekk m'għandniex niddependu fuq it-teknoloġija biex intejbu l-użu tal-fatturazzjoni elettronika.

Għal dawn ir-raġunijiet jidher li hemm il-bżonn ta' strateġija differenti. Fil-fatt, l-istudju dwar fatturazzjoni ddikkjara li: "minflok infittxu teknoloġiji ġodda, għandna nsolvu l-kwistjonijiet marbutin mat-teknoloġiji tal-preżent". Barra minn hekk, il-Grupp ta' Esperti dwar il-Fatturazzjoni Elettronika li ġie stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni,[4] f'ittra miftuħa lill-Kummissjoni, stqarr li fil-prinċipju kwalunkwe soluzzjoni għal fatturazzjoni elettronika għandha tkun teknoloġikament newtrali. In-negożji, bl-istess mod, jixtiequ jaraw il-fatturazzjoni elettronika ssir aktar aċċessibbli filwaqt li xorta waħda tibqa' sikura, iżda għandha tiġi mfassla skont il-bżonnijiet tagħhom u l-kontrolli kollha li jinsabu fis-seħħ biex jiġi żgurat li, b'mod ġenerali, il-fatturi jkunu konformi.

3. PROBLEMI TAL-VAT LI JOSTAKOLAW IL-PROMOZZJONI TAL-FATTURAZZJONI ELETTRONIKA

Fid-dawl tan-nuqqas ta' soluzzjoni teknoloġika ovvja, m'għandniex nistagħġbu li d-Direttiva tal-VAT, ibbażata fuq strateġija teknoloġika għal fatturazzjoni elettronika, ma wasslitx għall-użu fil-pront tal-fatturazzjoni elettronika. Barra minn hekk, fejn l-istrateġija teknoloġika tippermetti diversi għażliet, twassal biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jimplimentaw ir-regoli dwar fatturazzjoni elettronika f'diversi modi. Dan ħoloq taħlita ta' regoli dwar il-fatturazzjoni elettronika li n-negozji qegħdin isibuha diffiċili biex ikunu konformi magħhom, speċjalment meta ssir faturazzjoni elettronika minn pajjiż għal ieħor.

Ir-regoli ta' faturazzjoni li japplikaw taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri ġew skedati bħala parti mill-istudju dwar faturazzjoni. Fir-rigward ta' faturazzjoni elettronika, l-istudju jikkonferma li hemm għadd kbir ta' interpretazzjonijiet differenti u ta' użu ta' għażliet differenti. Dan wassal għal sitwazzjoni fejn huwa diffiċli u għali biex in-negozji jistabilixxu soluzzjoni dwar fatturazzjoni elettronika li hija konformi u mifruxa mal-UE kollha.

3.1. Soluzzjonijiet għall-problemi tal- VAT li jostakolaw il-faturazzjoni elettronika

Jeżistu għadd ta' modi diffferenti biex jitneħħew problemi fil-VAT li jostakolaw il-faturazzjoni elettronika. Għażla li tmur tajjeb ma' bosta negozji hija waħda fejn il-fatturi elettroniċi u dawk tal-karti jkunu trattati bl-istess mod. Għażla oħra hija li jiġi żviluppat ftehim mudell bejn il-partijiet involuti fil-fatturazzjoni elettronika, filwaqt li t-tielet għażla tkun li firem elettroniċi u EDI jinżammu bħala metodi ta' trażmissjoni iżda fl-istess ħin jitneħħew l-għażliet problematiċi.

Il-soluzzjoni preferuta tal-Kummissjoni hija li t-trażmissjoni tal-fatturi kollha jiġu trattati bl-istess mod, kemm jekk jintbagħatu bħala karta kif ukoll permezz ta' mezzi elettroniċi, u għalhekk iwarrbu ċerti rekwiżiti speċifiċi għal firma elettronika jew EDI avvanzata għall-fatturi elettroniċi. Dan joħloq soluzzjoni teknoloġikament newtrali.

Hekk kif isir fil-każ ta' fatturi fuq karta, il-validità ta' fattura elettronika għandha tiġi kkontrollata flimkien mal-kotba ta' kontabbilità tan-negożji, bħal pereżempju l-ordni tax-xiri, nota ta' pagament u konsenja. Invarjabbilment, huma l-kontrolli fi ħdan in-negozju li jgħinu biex ikun determinat il-validità tal-fattura, mingħajr kunsiderazzjoni ghall-mezzi ta' trażmissjoni.

Is-soluzzjoni dwar l-użu baxx ta' fatturazzjoni elettronika għandha tibni fuq ideat oħra wkoll: Il-prinċipji identifikati mill-Grupp Espert dwar il-Fatturazzjoni Elettronika jistgħu jservu bħala indikaturi utli. Il-Grupp jappoġġa l-idea li fatturi elettroniċi għandhom jiġu trattati bl-istess mod bħal ma huma trattati l-fatturi fuq karta. Il-Grupp jappoġġa wkoll iż-żamma tas-sies tar-regoli attwali dwar il-fatturazzjoni elettronika, jiġifieri li l-awtentiċità ta' oriġini u l-integrità tal-kontenut għandhom ikunu garantiti b'mod li huwa teknoliġikament newtrali.

Il-Grupp qiegħed jikkunsidra li juża s-sett ta' prinċipji tagħhom biex jifformolaw kodiċi ta' prattika marbuta mal-fatturazzjoni elettronika. Iż-żmien biss jista' jagħtina parir jekk din l-istrateġija tintlaqax jew le. Li huwa kruċjali huwa li l-Istati Membri, filwaqt li jaqblu bejniethom li se jittrattaw fatturi fuq karta u fatturi elettroniċi bl-istess mod għal raġunijiet ta' VAT, jaqblu wkoll dwar strateġija komuni dwar faturazzjoni elettronika ħalli permezz ta' sett ta' regoli armonizzati bbażati fuq prinċipji komuni n-negozji jkunu jistgħu jadottaw soluzzjonijiet dwar il-fatturazzjoni b'mod faċli u ekonomiku.

4. MIżURI BIEX IR-REGOLI TAL-VAT DWAR FATTURAZZJONI JIġU SSIMPLIFIKATI, MODERNIZZATI U ARMONIZZATI AKTAR

Kif ġie ddikjarat hawn fuq, il-bżonn li r-regoli dwar fatturazzjoni jiġu ssimplifikati, modernizzati u armonizzati aktar ifisser li dan ir-rapport lill-Kunsill issa għandu mandat usa' minn kif kien previst orginalment fid-Direttiva tal-VAT. Is-setturi segwenti jistabilixxu l-problemi li jaffaċċjaw in-negozji bir-regoli attwali dwar il-fatturazzjoni, iħarsu lejn is-soluzzjonijiet possibbili, u jiddiskrivu b'mod ġenerali l-azzjoni li bi ħsiebha tieħu l-Kummissjoni. Dan huwa analizzat mill-aspett tal-kwsitjoni fiha nnifisha, il-kontenut, u l-ħżin tal-fatturi, u tar-regoli ta' fatturazzjoni relatati li jappoġġjaw miżuri kontra l-frodi.

4.1. Ħruġ ta' fattura

4.1.1. Problemi marbutin mal-ħruġ ta' fattura

Ma hemm l-ebda artikolu fid-Direttiva tal-VAT li jiddikkjara b'mod ċar liema regoli ta' Stat Membru japplikaw fir-rigward tal-fatturazzjoni. Madanakollu, għandna nifhmu b'mod ġenerali li r-regoli dwar faturazzjoni huma dawk applikabbli fl-Istat Membru fejn it-taxxa hija dovuta, billi dak l-Istat Membru jikkontrolla t-taxxa li trid titħallas, u d-diversi għażliet huma marbutin ma' dak l-Istat Membru

Madanakollu, din l-aċċettazzjoni tar-regoli prevalenti li huma dawk fejn it-taxxa hija dovuta tippreżenta ċerti diffikultajiet għan-negozji. Persuna taxxabbli li qiegħed iforni prodotti li fuqhom trid titħallas it-taxxa fi Stat Membru ieħor, trid tissodisfa l-kundizzjonijiet ta' fatturazzjoni ta' dak l-Istat Membru. Fejn il-provvisti huma soġġetti għal proċedura ta’ inverżjoni tal-ħlas, il-fornitur irid ikun konformi mar-regoli ta' fatturazzjoni mingħajr il-bżonn li jkun identifikat għal raġunijiet ta' VAT fl-Istat Membru fejn it-taxxa hija dovuta. Billi l-Pakkett dwar VAT[5] li ġie adottat dan l-aħħar jiddikjara bħala regola prinċipali li l-lokalità ta' provvisti minn negozju għal negozju (B2B) hija fejn il-konsumatur huwa stabbilit, din il-problema tista' ssir aktar gravi.

4.1.2. Soluzzjonijiet għal problemi relatati mal-ħruġ ta' fattura

Jidher li hemm żewġ strateġiji biex in-negożji jiġu pprovduti bi trasparenza u ċertezza legali fir-rigward tal-fatturi li joħorġu. L-ewwel waħda tipprovdi mezz li bih informazzjoni dwar regoli ta' fatturazzjoni huma aċċessibbli faċilment u r-rekwiżiti ta' konformità huma jinftiehmu faċilment Dan jippermetti l-Istati Membri jżommu r-regoli differenti tagħhom dwar fatturazzjoni Madankollu, peress illi hemm għadd kbir ta' differenzi bejn ir-regoli ta' fatturazzjoni tal-Istati Membri dan mhuwiex se jnaqqas b'mod sinifikanti l-piżijiet fuq in-negozji.

L-alternattiva tkun li jittieħdu passi lejn regoli ta' fatturazzjoni armonizzati

4.1.3. L-opinjoni tal-Kummissjoni dwar provvisti B2B

L-aħjar mod kif wieħed jista' jimxi 'l quddiem jinvolvi l-ħolqien ta' sett komplut ta' regoli armonizzati fejn persuna taxxabbli li se toħroġ fattura mill-lokalità fejn hija identifikata għal raġunijiet ta' VAT se jkollha ċ-ċertezza legali li l-fattura hija valida fl-UE kollha.

L-għan ta' sett ta' regoli armonizzati għal provvisti B2B jista' jinkiseb. Id-Direttiva ta' fatturazzjoni diġà kisbet armonizzazzjoni f'bosta oqsma, iżda jibqa', fi ħdan ir-rekwiżit għal ħruġ ta' fattura, każijiet fejn ir-regoli ta' fatturazzjoni ma ġewx armonizzati. provvisti li huma eżenti, il-limitu ta' żmien għal ħruġ ta' fattura, fatturi fil-qosor, l-awtofatturazzjoni u outsourcing lil partijiet terzi lil hinn mill-UE.

4.1.4. Provvisti eżenti

Sabiex tnaqqas il-piżijiet fuq in-negozji, id-Direttiva tal-VAT tippermetti lill-Istati Membri jeżentaw persuni taxxabbli mir-rekwiżit li joħorġu fatturi għal ċerti provvisti li huma eżenti mill-VAT. L-Istati Membri jvarjaw fl-istrateġija tagħhom fir-rigward ta' din l-għażla: Xi wħud minnhom jagħmlu użu sħiħ minnha, oħrajn japplikawha b’mod restrittiv filwaqt li hemm minn ma japplikaha bl-ebda mod. Konsegwentament in-negozji bosta drabi jħabbtu wiċċhom ma' eċċezzjonijiet selettivi għar-regola ġenerali, u b'hekk ikollhom piż amministrattiv akbar.

Sabiex ir-regoli jiġu armonizzati, b'kunsiderazzjoni għal ħtieġa li ghandu jkun hemm bilnaċ bejn is-simplifikazzjoni u l-kontroll adegwat, qed issir il-proposta li għal provvisti B2B fattura se tinħtieġ dejjem, iżda li dan ir-rekwiżit se jieħu l-forma ta' fattura ssimplifikata meta l-konsumatur jinsab fl-istess Stat Membru bħal ma hu l-fornitur u l-fornitur m'għandux dritt għal tnaqqis fl-istadju preċedenti.

4.1.5. Iż-żmien meta fattura għandha tinħareġ

Id-Direttiva tal-VAT tippermetti lill-Istati Membri jiddeċiedu l-limitu taż-żmien li fih trid tinħareġ fattura. Dan naturalment joħloq regoli differenti fl-UE u possibilment punti differenti ta' taxxa. Fejn it-taxxa tkun trid titħallas fuq il-fornitura ta' servizzi minn pajjiż għal ieħor, sitwazzjoni bħal din diġà wasslet għal proposta biex jiġu emedati r-regoli dwar il-ħolqien ta' punt ta' taxxa komuni sabiex jiġi żgurat l-iskambju preċiż ta' informazzjoni fuq dikjarazzjonijiet rikapitulattivi dwar servizzi.

Bl-għan li tintlaħaq data komuni li fiha t-taxxa fuq il-provvista ta' prodotti intra-Komunitarji u l-fornitura ta' servizzi minn pajjiż għal ieħor titħallas, b'konformità mal-proċedura ta’ inverżjoni tal-ħlas, huwa importanti li l-fattura toħroġ fiż-żmien stipulat biex isservi ta' prova għal dawn il-provvisti. Għalhekk, din il-proposta tistabilixxi li l-persuni taxxabbli għandhom joħorġu fattura mhux aktar tard minn 15-il ġurnata tax-xahar wara dak li fih seħħ l-eventwalità tal-ħlas. B'dan il-mod kemm il-fornitur kif ukoll il-konsumatur għandhom żmien biżżejjed biex jirrekordjaw il-fornitura fl-istess perjodu ta' taxxa.

Jekk id-differenzi li jinsabu fir-regoli tal-Istati Membri dwar provvisti domestiċi u provvisti minn pajjiż għal ieħor jitħallew, dan se jwassal għal pizijiet adizzjonali għan-negozji. Għal din ir-raġuni, il-limitu ta' żmien se jkun l-istess għall-fatturi kollha.

4.1.6. Fatturi fil-qosor

Id-Direttiva tal-VAT tippermetti l-istati Membri jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għal fatturi fil-qosor, li jirriżulta f'settijiet ta' kundizzjonijiet differenti għal Stati Membri differenti.

Il-proposta hija mmirata biex toħloq strateġija armonizzata għal fatturi fil-qosor ħalli n-negozji jgawdu minn din il-prattika fl-UE kollha. Għal dan il-fini, fatturi fil-qosor se jkunu permessi matul xahar kalendarju fuq il-bażi li d-dettalji mitlubin għal provvisti separati jitniżżlu fuq is-sommarju tal-fattura. L-Istati Membri mhux se jitħallew jimponu xi kundizzjonijiet ulterjuri fir-rigward ta' fatturi fil-qosor.

4.1.7. Awtofatturazzjoni

Taħt ir-regoli attwali, fattura tista' toħroġ mill-fornitur, mill-konsumatur, jew minn parti terza f'isem il-fornitur. Huwa rikonoxxut li għal raġunijiet kummerċjali huwa importanti li dawn l-għażliet jinżammu.

Madanakollu, fil-każ ta' awtofatturazzjoni (fatturi maħruġa mill-konsumatur), il-kundizzjonijiet applikabbli jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor. Il-proposta hija mmirata biex titneħħa l-għażla li għandhom l-Istati Membri li jimponu kundizzjonijiet fuq fatturi maħruġa mill-konsumatur sabiex jinkiseb sett ta' regoli aktar armonizzat fl-UE. Fl-istess ħin, sabiex jiġi faċilitat il-kontroll fuq fatturi maħruġa mill-konsumatur, il-konsumatur huwa għandu jniżżel il-kliem "fattura maħruġa mill-konsumatur" fuq il-fattura ħalli l-fornitur u l-awtoritajiet tat-taxxa jkunu jafu min ħareġ il-fattura. In-numru tal-VAT tal-konsumatur għandu jitniżżel ukoll fuq il-fattura.

4.1.8. Outsourcing lil partijiet terzi lil hinn mill-UE

B'mod ġenerali, kemm in-negozji kif ukoll l-Istati Membri huma tal-fehma li mhuwiex neċessarju li jiġu imposti kundizzjonijiet speċifiċi fuq partijiet terzi li jinsabu lil hinn mill-UE u li qegħdin joħorġu fattura f'isem persuni taxxabbli li qegħdin ifornu provvisti fl-UE Fil-fatt miżuri ta' kontroll suffiċjenti diġà jeżistu biex il-persuna taxxabbli tinżamm responsabbli għall-ħruġ tal-fattura.

Għalhekk, huwa propost li l-edba kundizzjoni speċifika mgħandha tiġi imposta fuq partijiet terzi f'isem persuna taxxabbli. Ir-regoli attwali stipulati fl-Artikoli 225 u 235 għandhom jitneħħew

4.1.9. L-opinjoni tal-Kummissjoni dwar provvisti minn Negozju għall-Konsumatur (B2C)

L-għan li jkun hemm sett ta' regoli armonizzat għal provvisti B2C x'aktarx illi diffiċili jinkiseb fi żmien qasir. Hawnhekk naraw li r-regoli huma anqas armonizzati L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk huwa meħtieġ jew le li persuna taxxabli għandu joħroġ fattura. Xi Stati Membri jagħmlu użu frekwenti ta' din l-ghażla, oħrajn jirrekjedu li fattura għandha toħrog għal ċerti provvisti, bħal fil-każ ta' xogħol ta' bini, jew fejn il-valur jaqbeż ċertu limiti fissi, filwaqt li Stati Membri oħra ma jirrekjedux fatturi B2C.

Huwa rikonoxxut li l-Istati Membri għandhom bżonn livell ta' flessibilità biex ikunu jistgħu jikkontrollaw it-taxxa. Fl-istess ħin, l-għan li jitnaqsu l-piżijiet fuq in-negozji u jiġu ssimplifikati r-regoli ta' fatturazzjoni jibqa' wieħed importatanti. Filwaqt li għandu jinstab bilanċ bejn dawn il-bżonnijiet, l-għan huwa li filwaqt li għandha tinżamm l-għażla fejn il-persuna taxxabli hija meħtieġa li tohroġ fattura fil-każ ta' provvisti B2C, il-fattura għandha tkun waħda ssimplifikata li jkollha fiha ammont limitat ta' informazzjoni. Barra minn hekk, persuni taxxabbli stabbiliti u mhux stabbiliti għandhom ikunu trattati bl-istess mod.

It-trattament ugwali ta' persuni stabbiliti u mhux stabbiliti jfisser li persuni taxxabli mhux stabbiliti jistgħu jintalbu biss li jhoħorgu fatturi tal-VAT jekk, għal fornitura ekwivalenti, persuna taxxxabbli stabbilita li qiegħda tagħmel provvista B2C hija mitluba li toħroġ fattura. Dan, flimkien mat-talba li għandhom joħorġu biss fatturi ssimplifikati, għandu jnaqqas il-piż fuq bejjiegħa fuq distanzi twal.

L-iskema speċjali għal servizzi elettroniċi u l-iskop aktar fil-wiesa' tiegħu taħt il-Pakkett tal-VAT jirrekjedi li n-negozji jistgħu jintalbu li joħorġu fatturi f'Stati Membri fejn ma ġewx identifikati għal raġunijiet ta' VAT. Bħalma huwa l-każ għal bejjiegħa fuq distanzi twal, huwa importanti li r-regoli huma trasparenti u faċli biex wieħed ikun konformi magħhom Dan għandu jiġi indirizzat billi ssir talba lill-Istati Membri biex jagħmlu disponibbli, fuq websajt, informazzjoni dettaljata dwar regoli ta' faturazzjoni għal provvisti B2C. Fil-fatt il-proposta tal-Kummissjoni "l-iskema one-stop-shop" [6] diġà tipprovdi ghal din u għalhekk "l-iskema mini-one-stop-shop" xorta waħda se teħtieġ xi ħaga simili

4.1.10. L-istati Membri li r-regoli taghħom japplikaw

Permezz ta' sett ta' regoli armonizzat dwar il-provvisti B2B, huwa possibbli li jsir progress dwar il-ħolqien tar-regoli applikabbli dwar fatturazzjoni huma dawk tal-Istat Membru fejn il-fornitur li qiegħed iforni jkun ġie identifikat għal raġunijiet ta' VAT. Dan se jibni fuq il-kunċett ta' skema one-stop-shop, fejn obligazzjonijiet tal-VAT jistgħu jintlaħħqu fl-Istat Membru ta' stabbiliment minflok fejn it-taxxa hija dovuta.

Provvisti B2C għandhom jistabilixxu wkoll ir-regoli bbażati fuq fejn il-fornitur li qiegħed iforni ġie identifikat għal raġunijiet ta' VAT, peress illi reġistrazzjoni ġenerali huwa meħtieġ fl-Istat Membru tal-konsumatur.

4.2. Dettalji tal-fattura

4.2.1. Problemi relatati mad-dettalji meħtieġa fuq fattura

B'mod ġenerali d-dettalji meħtieġa fuq fattura jikkaġunaw anqas problemi għan-negozji. Id-dettalji elenkati fl-Artikolu 226 tad-Direttiva tal-VAT jidhru li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-awtoritajiet tat-taxxa mingħajr ma jkunu ta' piż żejjed għan-negozji.

Madanakollu, li wieħed jinnota hu li meta Stat Membru jitlob li għandhom jinħarġu fatturi għal ċerti provvisti, tipikament B2C, hemm disparità korrispondenti bejn il-kontenut tal-fatturi peress illi l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jitolbu għal anqas dettalji. Madanakollu, dan ħafna drabi ma jwassalx għal benefiċċju ta' tnaqqis fil-piż kif mixtieq minħabba li n-nefqa tan-negozji biex jistabilixxu u jaġġustaw is-sistemi ta' kontabbilità tagħhom għar-regoli differenti.

4.2.2. Soluzzjonijiet għall- problemi relatati mad-dettalji mniżżlin fuq fattura

Is-soluzzjoni ideali tista' tieħu l-forma ta' sett ta' dettalji standard li jitniżżlu fuq fattura fil-każi kollha. Madankollu, l-adozzjoni ta' lista unika ta' dettalji ta' fattura tista' twassal ghal problemi prattiċi meta wiehed jipprova jsib bilanċ bejn tipi differenti ta' provvisti bhal B2C, B2B jew eżenti mill-VAT. Bhala konsegwenza sett ta' dettalji ta' fattura standard jistgħu jirrekjedu ghadd kbir ta' eċċezzjonijiet biex jirriflettu prattiki kummerċjali

Ir-regoli kurrenti jistabilixxu lista armonizzata ta' dettalja ta' fattura, fejn l-Istati Membru għandhom l-għażla li jitolbu għal anqas dettalji fil-każ ta' ċertu tipi ta' provvisti. l-iżvantaġġ huwa li l-Istati Membri ghandhom strateġija differenti meta jigu biex jeżerċitaw din l-għażla, u bħala riżultat in-negozji ħafna drabi ma jgawdux mil-benefiċċji.

Soluzzjoni oħra tista' tkun li jonqos id-distakk bejn lista unika u l-għadd kbira ta' eċċezzjonijiet li tpoġġew mill-Istati Membri.

4.2.3. Il-Fehma tal-Kummissjoni

Il-proposta hija mmirata biex toħloq żewġ kategoriji ta' fatturi: dawk li fuqhom probabbilment se jkun hemm dritt għal tnaqqis u għalhekk jeħtieġ isir kontroll kemm fuq il-fornitur kif ukoll fuq il-konsumatur, u dawk fejn x'aktarx mhux se jkun hemm dritt ta' tnaqqis u l-kontroll se jkun b'mod essenzjalment limitat ghall-fornitur. Dawn tal-ewwel jissejħu fatturi tal-VAT sħaħ, u dawn tal-aħħar fatturi tal-Vat ssimplifikati.

L-Istati Membri mhux se jkollhom il-permess li jitolbu ghal tipi ta' fatturi differenti li jaqgħu bejn fatturi tal-VAT sħaħ u fatturi tal-VAT ssimplifikati. In-negozji, ċertament, xorta se jkunu jistgħu jżidu dettalji oħra fuq il-fattura.

4.2.4. Fattura tal-VAT sħiħ

4.2.4.1. Ħtieġa biex tinħareġ fattura tal-VAT sħiħ

Il-prinċipju jibqa' li persuna taxxabbli huwa meħtieġ li johroġ fattura fejn il-fornitura hija taxxabbli ghal ragunijiet ta' VAT u r-reċipjent huwa persuna taxxabbli jew persuna legali mhux taxxabbli. Dawn il-fatturi għandu jitniżżel fuqhom sett sħiħ ta' dettalji.

Jeżistu eċċezzjonijiet ghal dan ir-regola ghal ċerti provvisti eżenti fejn il-konsumatur jinsab fl-istess Stat Membru, fil-każ ta' noti ta' kreditu u ta' fatturi b'ċifri baxxi li ma jaqbżux il-200 EUR. Dawn jaqgħu taħt ir-regoli dwar fatturi ssimplifikati.

4.2.4.2. Informazzjoni meħtiega fuq fattura tal-VAT sħiħ

Lista armonizzata tal-informazzjoni meħtieġa fuq fattura hija stipulata fl-Artikolu 226 tad-Direttiva tal-VAT Ma hemm l-ebda raguni biex isiru tibdiliet sostanzjali f'din il-lista. Madankollu, biex tinghata l-ghajnuna fil-qasam tal-kontroll tat-taxxa u biex jigu ssimplifikati r-rekwiżiti tan-negozju, qeghdin jigu proposti tliet tibdiliet prinċipali.

L-ewwelnett, il-fornitur huwa obbligat li jiddikjara n-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT tal-konsumatur fuq il-fattura. Dan qiegħed jigi introdott ghal diversi raġunijiet Se jgħin l-awtoritajiet tat-taxxa jikkontrollaw aħjar it-taxxa peress li hekk ikunu jistghu jikkontrollaw li n-numru tal-VAT tal-Konsumatur mniżżel fuq il-fattura jaqbel ma' dak tan-negozju li qiegħed jitlob tnaqqis. Se jarmonizza r-regoli dwar faturazzjoni fl-UE, biex b'hekk ir-rekwiżiti huma l-istess ghal provvisti lill-konsumatur li jinsabu fl-istess Stat Membru kif ukoll ghal provvisti għal konsumatur f'Stat Membru ieħor Se sservi wkoll biex tindika lin-negozju jekk se tintħieg fattura tal-VAT sħiħ, peress illi fil-każ ta' provvisti B2C il-konsumaturi mhux se jkollu numru tal-VAT

Barra minn hekk, peress illi l-proposta hija mmirata biex tgħin biex jiżdied l-użu ta' fatturazzjoni elettronika, hija iżjed importanti li jkun hemm numru uniku biex jigi identifikat konsumatur, speċjalment fejn il-fornituri tas-servizz huma meħtieġa li jagħmlu skambju tal-fatturi elettroniċi f'isem il-klijenti kummerċjali taghħom. In-numru tal-VAT jista' jservi bhal numru uniku li permezz tieghu fatturi eletroniċi jistgħu jigu skambjati u, jekk l-użu ta' fatturazzjoni elettronka tiżdied kif mixtieq, numru ta' identifikazzjoni unika diġà tkun disponibbli.

It-tieni nett, id-data ta' meta gew forniti l-prodotti jew is-servizzi se tigi sostitwita bid-data li fiha t-taxxa ssir dovuta. Peress illi r-regoli dwar meta d-dritt għal tnaqqis jista' jiġi eżerċitat jiddependu fuq iż-żmien meta t-taxxa ssir dovuta, huwa loġiku li din id-data għandha titniżżel fuq il-fattura Se tgħin ukoll fil-każ tad-dritt għal tnaqqis tal-konsumatur fejn il-VAT ikun ġie ddikjarat min-naħa tal-fornitur fuq irċevuta ta' ħlas, li miżura oħra tiġi inkluża fil-proposta.

It-tielet, fil-każ ta' provvisti ta' "inverżjoni tal-ħlas" fejn il-konsumatur f'Stat Membru ieħor huwa responsabbli għall-VAT, biex tkun aktar faċili għall-fornitur, it-tnejn li huma jistgħu jbiddlu r-rata tal-VAT u l-ammont tal-VAT li trid titħallas, kif mitlub fuq fattura tal-VAT sħiħa, bl-ammont ta' kull tip ta' prodott jew sevizz pprovdut.

4.2.5. Fattura tal-VAT ssimplifikata

4.2.5.1. L-użu ta' fattura tal-VAT ssimplifikata

Fatturi ssimplifikati jistgħu jintużaw f'żewġ każijiet L-ewwel, l-Istati Membri jistgħu jitolbu l-użu ta' fattura ssimplifikata, iżda minn persuni taxxabbli li qegħdin jagħmlu provvisti B2C biss. It-tieni, għal ċerti provvisti B2B il-persuna taxxabbli jista' joħroġ fattura ssimplifikata minflok fattura tal-VAT sħiħa

Għal provvisti B2C, ir-riskju ta' frodi jaqa' prinċiplament taħt ir-responsabbilità tal-fornitur peress illi l-konsumatur x'akatrx mhux se jkollu d-dritt għal tnaqqis. Il-fattura għandha turi biss id-dettalji meħtieġa biex tiżgura li l-fornitur ħa kont kif suppost tat-taxxa u konsegwentatment il-livell ta' dettall meħtieġ huwa inqas milli dak meħtieġ fejn dritt għal tnaqqis huwa permess.

Għal provvisti B2B, fatturi ssimplifikati jistgħu jintużaw fejn ir-riskju ta' frodi huwa minimu. F'każijiet bħal dawn, il-fornitur għandu jkollu l-possibilità li jagħżel li joħroġ fattura ssimplifikata, pereżempju għal ċerti provvisti eżenti, peress illi ma hemm l-ebda dritt korrispondenti ta' tnaqqis, anke jekk, meta l-konsumatur jinsab f'Stat Membru ieħor, xorta waħda hija meħtieġa fattura sħiħa.

F'każijiet fejn l-ammont tal-fattura huwa anqas minn EUR 200, u l-ammont tal-VAT li jista' jitnaqqas huwa żgħir, bħal ma hu r-riskju li jista' jirriżulta għall-baġits tal-Istati Membri, il-fornitur jista' jagħżel li joħroġ fattura ssimplifikata. Dan jibni fuq il-konsultazzjonjiet li saru lill-Kumitat tal-VAT fejn il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri talbu li għandhom jitħallew jużaw fatturi ssimplifikati fejn ikun hemm ammonti żgħar

Każ ieħor fejn fornitur jista' jagħżel li joħroġ fatturi ssimplifikati huwa meta ma tkunx inħarġet nota ta' kreditu. Hawnhekk il-fattura oriġinali msemmija fin-nota ta' kreditu fiha d-dettalji neċessarji.

4.2.5.2. Il-kontenut ta' fattura tal-VAT ssimplifikata

Id-dettalji meħtieġa fuq fattura ssimplifikata huma dawk elenkati fl-Artikolu 238 tad-Direttiva tal-VAT, li taħtu l-Istati Membri jistgħu, wara li jkunu konsultaw mal-Kumitat tal-VAT, jippermettu l-ħruġ ta' fatturi ssimplifikati f'ċerti każi. L-unika adizzjoni hawn hekk hija t-talba li jitniżżel il-valur tat-tip ta' prodotti jew servizz li ġew forniti.

4.2.6. L-użu ta' numri ta' referenza tat-taxxa

Numru żghir ta' Stati Membri għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-ghażla stipulata fl-Artikoli 239 u 240 tad-Direttiva tal-VAT, li jużaw numru apparti min-numru tal-VAT biex bih jiġi identifikat il-fornitur fuq fattura. B'kunsiderazzjoni għal din is-sitwazzjoni, din l-għażla se titneħħa u, minflok, in-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT nazzjonali għandu jitniżżel fuq il-fattura f'kull każ, ħalli jkun hemm strateġija uniformi.

4.3. Il-ħżin tal-fatturi

4.3.1. Problemi relatati mal-ħżin tal-fatturi

L-għażliet disponibbli għall-Istati Membri jippermettu regoli differenti dwar il-ħażna tal-fatturi Dan joħloq ostakoli mhux biss għan-negozji l-kbar li jixtiequ jaraw proċeduri ta' ħżin komuni fl-UE kollha, iżda anke għan-negozji ż-żgħar li jistgħu jkunu ostakolati milli jagħmlu tfaddil effiċenti, pereżempju mill-arkivjar elettroniku, minħabba l-kundizzjonijiet stipulati.

4.3.2. Soluzzjonijiet għall-problemi relatati mal-ħażna tal-fattura

L-għan hawnhekk huwa li jitnaqqsu l-piżijiet fuq in-negozji mingħajr ma jfixklu l-kapaċità tal-awtoritajiet li jikkontrollaw it-taxxa. Hu x'inhu l-każ, in-negozji jkunu jridu jerfgħu l-fatturi tagħhom għal raġunijiet kummerċjali iżda fl-istess ħin jixtiequ li jaraw aktar flessibilità fil-mezzi u l-lokalità ta' ħżin u, jekk huma jinsabu stabbiliti f'aktar minn Stat Membru wieħed, jixtiequ jaraw perjodi ta' ħżin komuni.

Bħala effett kwalunkwe soluzzjoni trid ssib bilanċ bejn simplifikazzjoni u kontroll. L-għan għandu jkun li filwaqt li r-regoli għandhom jkunu armonizzati kemm jista' jkun mgħandhiex bl-ebda mod titpoġġa fil-periklu l-kapaċità tal-awtoritajiet tat-taxxa biex jiżguraw it-tiġbir tat-taxxa.

4.3.3. Il-Fehma tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni temmen li regoli komuni jistgħu jintlaħqu f'ċerti oqsma. Wieħed minnhom huwa perjodu ta' ħżin armonizzat, li fuq il-bażi tal-perjodi medji ta' ħżin attwali fl-Istati Membri, jista' jiġi stabbilit għal tul ta' sitt snin. Dan għandu wkoll jippermetti l-iskambju uniformi ta' fatturi bejn Stati Membri li jridu jikkontrollaw tranżazzjonijiet minn pajjiż għal ieħor.

Ir-Regoli dwar il-ħżin tal-fatturi fil-forma elettronika għandu jinbidel ħalli n-negozji jkunu jistgħu jużawhom ukoll bid-dritt. Għalhekk, in-negozji se jitħallew jikkonvertu fatturi tal-karta f'dawk elettroniċi sakemm il-fatturi huma aċċessibbli mingħajr dewmien ta' żmien bla bżonn u l-kontenut tal-fattura oriġinali jista' jkun garantit li huwa eżatt l-istess bħal ta' dak li huwa merfugħ f'sura elettronika.

L-Istat Membru li fih ir-regoli dwar il-ħżin tal-fatturi japplikaw għandhom ukoll ikunu stipulati b'mod ċar fil-liġi. Fil-każ tal-fornitur, ir-regoli applikabbli għandhom ikunu dawk tal-Istat Membru fejn huma stabbiliti għal raġunijiet ta' VAT. Fil-każ tal-konsumatur, ir-regoli applikabbli għandhom ikunu dawk tal-Istat Membru fejn il-konsumatur huwa residenti. Dan m'għandux ikun ta' xkiel għall-awtoritajiet tat-taxxa fejn jidħol kontroll peress illi l-Istat Membru xorta waħda għandu jkollu aċċess għall-fatturi fejn it-taxxa hija dovuta.

Ċerti għażliet oħra jistgħu jitneħħew ukoll, pereżempju: Il-ħtiega li persuni mhux taxxabbli għandhom jerfgħu l-fatturi; Li fatturi tal-karta jintrefgħu fl-Istat Membru fejn il-persuna taxxabbli huwa stabbilit; u li l-lokalità ta' ħżin tkun notifikata

5. MIżURI KONTRA L-FRODI FIL-VAT

5.1. Imposti dovuti tat-taxxa fuq provvisti intra-Komunitarji

Il-Kummissjoni diġà pproponiet li tqassar il-perjodu ta' żmien li fih għandha titressaq id-dikjarazzjoni rikapitulattiva minn tliet xhur għal xahar[7] Dan huwa pass 'il quddiem biex jibda jkun hemm skambju ta' informazzjoni aktar fil-pront bejn l-Istati Membri, li għandu jkun ta' għajnuna fil-ġlieda kontra l-frodi karużell

Madanakollu, ir-regoli dwar l-imposti dovuti tat-taxxa fuq provvisti intra-Komunitarji jippermettu l-persuna taxxabbli tipposponi l-imposti dovuti tat-taxxa sal-15-il ġurnata tax-xahar wara li tkun seħħet l-eventwalità fejn it-taxxa hija dovuta. Per eżempju, fattura maħruġa qabel il-15-ġurnata tax-xahar wara li tkun seħħet il-grajja fejn it-taxxa hija dovuta tistabbilixxi meta fil-fatt it-taxxa ssir dovuta. B'hekk, provvista intra-Komunitarja li saret f'Jannar b'fattura maħruġa fi Frar iżda qabel il-15 ta' Frar jħalli lok biex jiġi ddikjarat dikjarazzjoni rikapitulattiva fi Frar u mhux f'Jannar.

Barra minn hekk, l-Istati Membri ma japplikawx dawn ir-regoli b'mod uniformi. Din il-kwistjoni diġà ġiet diskussa fil-Kumitat tal-VAT mingħajr ma ntlaħaqet l-ebda konklużjoni. Il-problema prinċipali titfaċċa meta fattura toħroġ qabel il-fornitura tal-prodotti, fejn ċerti Stati Membri jittrattaw din is-sistwazzjoni bħala l-punt fejn it-taxxa ssir dovuta filwaqt li oħrajn ma jagħmlux dan.

Kien ikun aħjar li kieku tkun stabbilita data unika li fiha t-taxxa ssir dovuta, l-istess data li fiha tkun seħħet il-grajja fejn it-taxxa hija dovuta, li hija ddeterminata permezz taż-żmien li fih saret il-provvista. Li tesiġi li l-fattura għandha toħroġ sal-15-il ġurnata tax-xahar wara li tkun seħħet il-grajja fejn it-taxxa hija dovuta, ma tbiddilx il-fatt li l-fattura xorta waħda se tibqa' d-dokument prinċipali u se sservi bħala prova tal-povvista intra-Komunitarja. Barra minn hekk, id-data li fiha t-taxxa hija dovuta għal akkwisti intra-Komunitarji għandha tkun emedata ħalli tikkorispondi mal-provvista intra-Komunitarja.

5.2. Dritt għal Tnaqqis

Fil-biċċa l-kbira tal-każi persuna taxxabbli li qiegħda teżerċita dritt għal tnaqqis irid ikollha fattura tal-VAT li nħarġet b'konformità mar-regoli mniżżlin fid-Direttiva tal-VAT. Madanakollu, jeżistu eċċezzjonijiet għal din ir-regola, notevolment fil-każ ta' tranżazzjonijiet fejn ikun hemm inverżjoni tal-ħlas. Huwa veru li fil-każ Bockemühl[8]il-qorti ddikjarat li l-possesjoni ta' fattura tal-VAT valida mhijiex formalità li Stat Membru jista' jimponi fuq in-negozji li bi dritt tagħhom isaqsu għal tnaqqis fuq provvista li hemm inverżjoni tal-ħlas marbuta magħha.

Minkejja dawn l-eċċezzjonjiet il-persuna taxxabbli li qiegħda tagħmel il-provvista hija meħtiega li toħroġ fattura b'konformità mad-Direttiva tal-VAT Dan iwassal għal disparità bejn it-talba li għandu jinħareġ fattura bħala evidenza tal-provvista u t-talba li għandu jinżamm fattura biex wieħed ikun jista' jeżerċita d-dritt tiegħu għal tnaqqis.

Fejn jidħlu dawn it-talbiet il-forintur u l-konsumatur għandhom ikunu trattati bl-istess mod. Fl-istess ħin filwaqt li l-fornitur huwa mitlub li joħroġ fattura bħala prova tal-provvista, il-konsumatur għandu jżomm dik il-fattura biex ikun jista' jeżerċita d-dritt tiegħu għal tnaqqis. Hekk kif inhu l-każ fil-preżent, l-Istati Membri jistgħu jippermettu dritt għal tnaqqis sostenut minn evidenza oħra filkas li fattura valida ma tkunx inħarġet.

6. MIżURA TA' SIMPLIFIKAZZJONI OħRA – KONTABBILITÀ BBAżATA FUQ IL-ħLASIJIET

Ċerti Stati Membri huma awtorizzati li jagħmlu deroga[9] fir-rigward taż-żmien li fih it-tnaqqis korrett jista' jsir minn persuni taxxabli li jiddikjaraw il-VAT taħt skema ta' kontabbilità bbażata fuq il-ħlasijiet mhux obbligatorja Din id-deroga tipposponi d-dritt għal tnaqqis għal persuni taxxabbli fl-iskema ta' kontabbilità bbażata fuq il-ħlasijiet sakemm il-ħlas jsir lill-fornituri tagħhom.

Huwa propost li din il-miżura li tissimplifika l-kontabbilità bbażata fuq il-ħlasijiet għandha tkun estiża għall-Istati Membri kollha.

Madaankollu, fejn il-fornitur ikun ħa kont biss tal-VAT fuq irċevuta ta' ħlas, għandha tingħata konċessjoni lir-reċipjent ta' dawk il-provvisti biex dan ikun jista' jeżerċita d-dritt tiegħu għal tnaqqis fil-pront. Il-proposta toħloq bażi legali għall-Istati Membri biex jagħtu sostenn ulterjuri lin-negozji li qegħdin joperaw sistema ta' kontabbilità bbażata fuq il-ħlasijiet

7. KONKLUżJONI

Fil-każ ta' fatturazzjoni elettronika, se titneħħa l-istateġija bażika dwar l-użu tat-tekonoloġija biex tiżgura li fattura hija korretta. Minflok, fatturi tal-karti u dawk elettroniċi se jiġu ttrattati bl-istess mod, fejn l-affidabbilità tad-dettalji tal-fattura se tkun żgurata bl-istess mod kif isir għal fatturi tal-karta, illum il-ġurnata.

Il-proposta tnaqqas b'mod sostanzjali n-numru ta' għażliet disponibbli għall-Istati Membri. Dan se joħloq sett ta' regoli tal-UE dwar fatturazzjoni aktar armonizzati li jippermettu n-negozji jissodisfaw l-obbligi taghhom fil-qasam tal-fatturazzjoni aktar faċilement. Dawk in-negozjoni involuti f'tranżazzjonijiet minn pajjiż għal ieħor, bmod partikolari, dawk identifikati ghal raġunijiaet ta' VAT f'hafna mill-Istati Membri ghandhom jaraw tnaqqis fil-pizijiet imposti fuqhom.

Fil-każ ta negozju zghar u ta' daqs medju, l-estensjoni tal-użu ta' fatturi ssimplifikati ghandu jkun benefiċċju dirett, speċjalment b'rabta ma fatturi b'ċifri żgħar. Barra minn hekk, permezz ta' sett ta' regoli tal-UE aktar armonizzati se tkun aktar faċili li wieħed ikun konformi u jistgħu jintlaħqu aktar il-benefiċċji ta' kummerċ minn pajjiż ghal ieħor

Fl-aħħar nett, miżuri gew imfasslin biex l-istati Membru jkunu jistghu jaghmlu skambju ta' informazzjoni fuq provvisti ta' prodotti intra-Komunitarji b'aktar ħeffa Dan jikkumplimenta l-proposta tal-Kummissjoni biex jitnaqqas il-perjodu ta' dikjarazzjonijet rikapitulattiva, u huwa l-element ewlieni fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT intra-Komunitarju

[1] ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

[2] ĠU L 15, 17.1.2002, p. 24.

[3] http://ec.europa.eu/taxation_customs/common/publications/studies/index_en.htm

[4] 2007/717/KE, (ĠU L 289, 7.11.2007, p. 38).

[5] ĠU L 44, 20.2.2008, p. 11

[6] COM (2004) 728 finali, ĠU C 24, tal-29.01.2005, p. 8.

[7] COM(2008) 147.

[8] ĠU C106, 30.04.2004, p. 7

[9] Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/659/ KE, ĠU L 272, 3.10.2006, p.15.

Top