EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008PC0640

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħlas transkonfinali fil-Komunità (Test b’relevanza għaż-ŻEE) {SEC(2008) 2598} {SEC(2008) 2599}

/* KUMM/2008/0640 finali - COD 2008/0194 */

52008PC0640

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħlas transkonfinali fil-Komunità (Test b’relevanza għaż-ŻEE) {SEC(2008) 2598} {SEC(2008) 2599} /* KUMM/2008/0640 finali - COD 2008/0194 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 13.10.2008

KUMM(2008) 640 finali

2008/0194 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-ħlas transkonfinali fil-Komunità

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(preżentata mill-Kummissjoni) {SEC(2008) 2598}{SEC(2008) 2599}

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA |

110 | Ir-raġunijiet tal-proposta u l-għanijiet tagħha Il-proposta preżenti għal Regolament biex jieħu post ir-Regolament (KE) Nru 2560/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pagamenti transkonfini [transkonfinali] bl-euro hija r-riżultat ta' proċess ta' reviżjoni li twettaq mill-Kummissjoni fl-2005. L-għanijiet ta' din l-inizjattiva huma li jiġi ssostitwit ir-Regolament eżistenti sabiex jiġi adattat għall-iżviluppi tas-suq (l-evoluzzjoni taż-Żona Unika ta' Pagamenti bl-euro), biex tissaħħaħ il-protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumatur u jipprovdi qafas ġuridiku xieraq għall-iżvilupp ta' sistema ta' pagamenti moderna u effiċjenti fl-UE. Tipprova wkoll tallinja d-definizzjonijiet u l-kitba tar-Regolament 2560/2001 ma' dawk tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern. L-għan ġenerali tar-reviżjoni tar-Regolament huwa li jintlaħaq Suq Intern għas-servizzi tal-ħlas bl-euro, soġġett għal kompetizzjoni effettiva u fejn ma hemmx differenzi ta' reġim bejn ħlasijiet transkonifinali u ħlasijiet nazzjonali, b'hekk jiġu pprovduti benefiċċji u ffrankar sinifikanti lill-ekonomija usà Ewropea. |

120 | Il-kuntest ġenerali Ir-Regolament (KE) Nru 2560/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pagamenti transkonfinali bl-euro daħal fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2001. Preżentament japplika għat-trasferimenti ta' kreditu, ġbid ta' kontanti minn magni awtomatiċi (ATM) u ħlasijiet elettroniċi (fosthom ħlasijiet bil-kard) li jsiru bl-euro sal-ammont ta' EUR 50 000. Jiggarantixxi li meta konsumatur jagħmel ħlas transkonfinali bl-euro, l-ispiża tkun l-istess daqs dik ta' ħlas korrispondenti bl-euro li jagħmel fl-Istat Membru tiegħu. Ir-Regolament fil-fatt baxxa l-imposti fuq it-trasferimenti ta' ħlasijiet transkonfinali bl-euro għall-livell tal-imposti nazzjonali u ħeġġeġ lill-industrija tal-ħlasijiet Ewropea biex tibni infrastruttura għall-ħlasijiet fl-UE kollha u li hija meħtieġa sabiex tinħoloq iż-Żona Unika ta' Pagamenti bl-euro (SEPA). Dan ir-Regolament jista' għalhekk jitqies bħala l-bidu tas-SEPA. L-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament ħtieġ lill-Kummissjoni tipproduċi rapport dwar l-applikazzjoni tiegħu u tippreżenta, jekk xieraq, proposti għal emendi. Ir-rapport tal-Kummissjoni Com(2008) 64 tal-11 ta' Frar 2008 ikkonkluda li għadd ta' emendi għar-Regolament għandhom jiġu proposti biex jindirizzaw id-dgħjufijiet segwenti identifikati waqt il-proċess ta' reviżjoni: il-ħtieġa li jiġi estiż il-prinċipju tal-ugwaljanza tal-imposti għad-debiti diretti sabiex jiġu stabbiliti kundizzjonijiet indaqs bejn l-istrumenti differenti tal-ħlas u jiġi evitat li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament jiġu mhedda għax l-istrumenti tal-ħlas elettroniċi li joperaw f'livell transkonfinali ma jiġux soġġetti għal prinċipju tal-ugwaljanza tal-imposti; problemi ta' infurżar minħabba li ma ġewx identifikati awtoritajiet nazzjonali kompetenti u entitajiet ta' rimedju bonarju għat-tilwim relatat mar-Regolament; xkiel fis-suq intern tal-ħlas ikkaġunat mill-obbligi diverġenti ta' rappurtar statistiku fuq il-bilanċ tal-ħlasijiet (BtĦ) u l-għan mhux ċar tal-Artikolu dwar ir-rappurtar fuq il-BtĦ. |

130 | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Peress li l-emendi proposti jibdlu profondament ir-Regolament 2560/2001, qed jiġi propost li dan jiġi rrevokat u jitbiddel b'Regolament ġdid. Kif inhu, ir-Regolament 2560/2001 ma jindirizzax il-problemi deskritti hawn fuq. Barra minn hekk, kemm id-definizzjoniet u kif ukoll il-kitba tal-Regolament 2560/2001/KE huma differenti minn dawk użati fid-Direttiva 2007/64/KE u dan jista' jwassal għal problemi ta' konsistenza ġuridika. |

140 | Konsistenza mal-politiki u mal-għanijiet l-oħrajn tal-Unjoni L-għanijiet tal-proposta huma konsistenti mal-politiki u mal-għanijiet tal-Unjoni. L-ewwelnett, itejbu l-funzjonament tas-suq Ewropew tas-servizzi tal-ħlasijiet. It-tieni, jappoġġjaw b'mod ġenerali l-politiki l-oħra tal-UE, partikolarment il-politika tal-konsumatur (billi tugwalizza u tbaxxi l-imposti fuq il-ħlasijiet transkonfinali u l-ħlasijiet nazzjonali għall-benefiċċju tal-konsumaturi) u l-politika tal-kompetizzjoni, billi tistabbilixxi obbligi, drittijiet u opportunitajiet ugwali għall-parteċipanti kollha fis-suq u tiffaċilita l-forniment transkonfinali tas-servizzi ta' ħlas, b'hekk iżżid il-livell ta' kompetizzjoni. Jikkonformaw mal-prinċipji ta' regolamentazzjoni aħjar u tat-tnaqqis tal-piż amministrattiv. Billi jiffaċilitaw it-tranżizzjonijiet ekonomiċi fi ħdan l-UE, jikkontribwixxu wkoll biex jintlaħqu l-miri usa' tal-Aġenda ta' Lisbona, jiġifieri li jitrawwem it-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi. |

2. IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT |

Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

211 | Metodi ta’ konsultazzjoni, is-setturi ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali ta’ dawk li wieġbu Stħarriġ tal-impatt tar-Regolament 2560/2001 u l-kwistjonijiet relatati tneda f'Ġunju 2005. Dan l-istħarriġ involva l-awtoritajiet tal-Istati Membri, istituzzjonijiet finanzjarji, assoċjonijiet tan-negozjanti u organizzazzjonijiet tal-konsumaturi fl-Istati Membri kollha tal-UE. Kien segwit b'konsultazzjoni pubblika dwar it-test tar-Regolament 2560/2001 u l-emendi possibbli (Ottubru-Diċembru 2005). Konsultazzjonijiet regolari twettqu mill-Kummissjoni, bl-involviment tal-Istati Membri, il-Bank Ċentrali Ewropew, istituzzjonijiet finanzjarji, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u msieħba soċjali u ekonomiċi oħra. Żewġ kumitati konsultattivi dwar il-pagamenti bl-imnut (il-Grupp dwar is-Suq tas-Sistemi tal-Ħlas u l-Grupp tal-Esperti tal-Gvern tas-Sistemi tal-Ħlas) ġew mgħarrfa u kkonsultati regolarment (partikolarment f'Diċembru 2007, f'Marzu u f'Ġunju 2008). Il-kwistjonijiet dwar ir-rappurtar fuq il-bilanċ tal-ħlasijiet (BtĦ) ġew diskussi f'għadd ta' fora. Fosthom kien hemm il-Kumitat tal-Istatistika Monetarja, Finanzjarja u tal-Bilanċ tal-Ħlasijiet, il-Grupp ta' Ħidma tal-eurostat dwar il-Bilanċ tal-Ħlasijiet, u Task Force Konġunt ta' livell għoli dwar l-użu tad-Dejta tal-Ħlasijiet għall-Istatistika tal-Bilanċ tal-Ħlasijiet, imwaqqaf mill-Bank Ċentrali Ewropew (Settembru 2007-Jannar 2008). Is-suġġett tqajjem ukoll waqt diskussjonijiiet bilaterali ma' rappreżentanti tal-Banek Ċentrali Nazzjonali tal-Istati Membri u mal-industrija tas-servizzi tal-ħlas (Kunsill Ewropew tal-Ħlasijiet). Kwestjonarju ntbagħat lill-awtoritajiet (kompilaturi tal-BtĦ) tas-27 Stat Membru f'Marzu 2008 u talabhom jivvalutaw l-impatt tat-tibdil potenzjali fuq ir-rekwiżiti tar-rappurtar tal-bilanċ tal-ħlasijiet, biex jindikaw il-pjanijiet futuri tagħhom li jikkonċernaw il-ġbir tad-dejta tal-istatistika u biex jagħtu stimi tal-ispejjeż jekk ikun hemm bżonn ta' tibdil. |

212 | Taqsira tat-tweġibiet u kif tqiesu Kien hemm appoġġ wiesa' fost il-partijiet interessati għall-ħatra ta' awtoritajiet kompetenti u ta' entitajiet ta' rimedju bonarju sabiex jindirizzaw it-tilwim relatat mar-Regolament. L-estensjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza tal-imposti fuq il-krediti diretti kienet milqugħa tajjeb mill-Istati Membri u mill-organizzazzjonijet tal-konsumatur u aċċettata mill-maġġuranza tar-rappreżentanti tal-industrija tal-ħlas. L-intenzjoni tal-Kummissjoni li tindirizza l-kwistjoni tal-obbligi tar-rappurtar statistiku fuq il-BtĦ ġiet milqugħa tajjeb mill-banek u aċċettata mill-maġġuranza tal-Istati Mmebri. Minoranza żgħira ta' Stati Membri esprimew ir-riżervi tagħhom dwar din il-proposta. Dawn ir-riżervi ġew analizzati waqt il-valutazzjoni tal-impatt. Id-diskużjonijiet, it-tweġibiet u l-kontribuzzjonjiet bil-miktub ipprovduti mill-partijiet interessati servew ta' bażi għall-analiżi ppreżentata f'żewġ dokumenti tal-Kummissjoni: Dokument ta' Ħidma tal-Persunal dwar l-impatt tar-Regolament 2560/2001 fuq l-imposti tal-banek fuq il-ħlasijiet nazzjonali (Diċembru 2006, SRC(2006)1783) u f'Rapport dwar l-applikazzjoni tar-Regolament 2560/2001 (Frar 2008, COM(2008)64). Id-dokument tal-aħħar ikkonkluda li għandu jiġi propost bdil fir-Regolament 2560/2001 sabiex jiġu indirizzati l-problemi identifikati. |

Il-ġbir u l-użu tal-għarfien espert |

229 | Ma kienx hemm bżonn ta’ għarfien espert estern. |

230 | Il-valutazzjoni tal-impatt Il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni tal-impatt elenkat fil-Programm ta’ Ħidma. Il-valutazzjoni tal-impatt iddiskutiet it-tliet kwistjonijiet prinċipali identifikati bħala problemi fir-Rapport tal-Kummissjoni ta' Frar 2008 dwar ir-Regolament 2560/2001. Dawn huma: il-ħtieġa li jiġi estiż l-ambitu tar-Regolament għall-krediti diretti, għar-rekwiżiti tar-rappurtar statistiku fuq il-bilanċ tal-ħlasijiet (BtĦ) impost fuq it-tranżazzjonijiet u l-assenza ta' awtoritajiet kompetenti u entitajiet ta' rimedju bonarju għall-kwistjonijiet relatati mar-Regolament, fosthom l-ilmenti tal-konsumaturi. L-alternattivi rilevanti fir-rigward tal-eżtenżjoni tal-ambitu biex jiġu inklużi d-debiti diretti huma: (1) li ma jiġix estiż l-ambitu tar-Regolement għad-debiti diretti; (2) li tiġi mħeġġa l-awtoregolazzjoni tal-industrija u/jew li tiġi rakkomandata azzjoni regolatorja mill-Istati Membri u (3) li tiġi adottata leġiżlazzjoni biex jiġi estiż l-ambitu tar-Regolament. Skont l-alternattiva 3, f'konformità mal-konklużjonijiet tar-rapport ta' evalwazzjoni, il-prezzijiet impsoti fuq debitu dirett nazzjonali u transkonfinali għandu jkun l-istess f'kull Stat Membru. Il-konsumaturi jiġu protetti mill-prezzijiet possibbilment diskriminatorji fuq id-debiti diretti transkonfinali. L-impriżi Ewropej jibbenefikaw anki aktar, peress li n-negozji jaġixxu wkoll fil-kapaċità ta' benefiċjarji. B'riżultat ta' ugwalizzazzjoni tal-prezzijiet, l-ispejjez tat-tranżazzjonijiet tal-ħlasijiet għan-negozju għandhom ikunu l-istess, irrispettivament minn fejn qiegħed il-pagatur. L-alternattivi relatati mar-rappurtar fuq il-BtĦ huma li (4) jinżamm il-limitu eżistenti li jeżenta lill-fornituri tas-servizzi tal-ħlasijiet milli jirrappurtaw dwar it-tranżazzjonijiet ta' anqas minn EUR 12 500; (5) tinħoloq Komunità ta' Servizz Opzjonali Addizzjonali (AOS) fi ħdan is-SEPA li tippermetti li kompli jsir il-ġbir tad-dejta statistika mis-saldi (6) jiġi mħeġġeġ li jsiru aġġustamenti volontarji mill-Istati Membri; u (7) jiġu indirizzati, bil-leġiżlazzjoni, il-problemi tar-rapurtar fuq il-BtĦ bi tliet sottoalternattivi: (7a) billi l-limitu tal-eżenzjoni jiżdied għal EUR 50 000; (7b) jitneħħew l-obbligi tar-rappurtar fuq il-BtĦ abbażi tas-saldi, imposti fuq il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas; u (7c) jiżdied il-limitu tal-eżenzjoni għal EUR 50 000 li jiġi segwit, fit-tieni fażi, mill-abolizzjoni tar-rappurtar fuq il-BtĦ abbażi tas-saldi sa Jannar 2012. Fl-alternattiva politika preferuta numru 7c, l-ispejjeż tal-ħlasijiet jitnaqqsu għall-minimu possibbli, u ma jkun hemm l-ebda distinzjoni amministrattiva bejn il-ħlasijiet nazzjonali u dawk transkonfinali. F'termi ta' kompetizzjoni jintlaħqu l-kundizzjonijiet ugwali għal-fornituri tas-servizzi tal-ħlas. Jiġi ffaċilitat l-użu tas-servizzi tal-ħlas transkonfinali. L-abolizzjoni tar-rekwiżiti tal-BtĦ tkun gradwali, wara fażi inizjali li matulha jiżdied il-limitu tar-rappurtar. Dan jippermetti lill-kompilaturi tal-BtĦ biex gradwalment jadottaw il-metodi tal-ġbir għall-bdil meħtieġ, b'hekk jiġi minimizzat l-impatt fuq il-kwalità tal-istatistika tal-BtĦ. L-alternattivi relatati mal-awtroritajiet kompetenti u mal-entitajiet ta' rimedju bonarju huma li (8) ma jinħatrux awtoritajiet kompetenti u entitajiet ta' rimedju bonarju; u (9) jinħatru awtroritajiet kompetenti u entitajiet ta' rimedju bonarju biex jindirizzaw il-kwistjonijiet marbuta mar-Regolament. Fl-alternativa 9, li hija l-alternattiva politika ppreferuta, l-Istati Membri jiġu mitluba jindikaw liema awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu responsabbli sabiex jikkoreġu l-applikazzjoni tar-Regolament fil-livell nazzjonali. Il-konsumaturi u n-negozji jkunu jistgħu jillimitaw l-ispejjeż legali tal-interventi ġuridiċi u jgħaġġlu r-risoluzzjoni tat-tilwim dwar il-pagamenti permezz tal-arbitraġġ u tal-medjazzjoni. |

3. L-ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA |

305 | Taqsira tal-azzjoni proposta Il-proposta temenda l-kitba tad-dispożizzjonijiet eżistenti kollha tar-Regolament 2560/2001. Barra minn dan tipproponi: l-estensjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza tal-imposti fuq il-ħlasijiet transkonfinali u dawk domestiċi korrispondenti sabiex ikopru d-debiti diretti; it-tneħħija gradwali, sal-1 ta' Jannar 2012, tal-obbligi tar-rappurtar statistiku fuq il-bilanċ tal-ħlasijiet, imposti fuq il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas; li l-Istati Membri jintalbu jaħtru awtoritajiet kompetenti u entitajiet ta' rimedju bonarju biex jindirizzaw b'mod effettiv l-ilmenti u t-tilwim marbuta ma' din il-proposta. |

310 | Il-bażi ġuridika L-Artikolu 95(1), tat-Trattat KE. |

320 | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika safejn il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. |

L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri għar-raġuni(jiet) li ġejja/in: |

321 | Il-pagamenti transkonfinali bl-euro jeħtieġu approċċ fuq livell Komunitarju għax ir-regoli applikabbli u l-prinċipji għandhom ikunu l-istess fl-Istati Membri kollha sabiex jkun hemm ċertezza ġuridika u kundizzjonijiet ugwali għall-partijiet kollha interessati fis-suq Ewropew tal-ħlasijiet. L-Istati Membri għandhom strumenti li huma inqas effettivi sabiex jintlaħqu l-istess riżultati. L-alternattiva tkun sistema ta' ftehimiet bilaterali, li jkunu diffiċli u jieħdu ħafna żmien biex jiġu nnegozjati bejn l-Istati Membri kollha, kif ukoll iqumu ħafna u jkunu kkumplikati biex jiġu implimentati. |

Azzjoni Komunitarja tilħaq aħjar l-għanijiet tal-proposta għar-raġuni(jiet) li ġejja/in: |

324 | L-azzjoni Komunitarja tiżgura armonizzazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet fl-Istati Membri kollha u partikolarment tneħħi l-impedimenti li fadal għall-ħlasijiet transkonfinali fil-livell tal-Istati Membri, bħall-obbligi tar-rappurtar fuq il-BtĦ. L-għan aħħari li jitnaqqsu l-ispejjeż tal-ħlasijiet transkonfinali jista' jintlaħaq l-aħjar fil-livell tal-UE. |

325 | Hemm qbil ġenerali fost il-partijiet interessati (partikolarment fost l-Istati Membri u l-industrija tal-ħlasijiet) li l-għanijiet politiċi identifikati jistgħu jintlaħqu bl-aktar mod effiċjenti b'azzjoni Komunitarja. |

327 | Il-proposta għalhekk tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. |

Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġuni(jiet) li ġejja/in: |

331 | Il-proposta ma tmurx lil hinn minn dak li huwa strettament meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet tagħha. Tippermetti lill-Istati Membri li jiddeċidu dwar il-ħatra tal-awtoritajiet kompetenti u tal-entitajiet ta' rimedju bonarju, bl-użu ta' korpi eżistenti, jekk jitqies xieraq. Dwar ir-rappurtar statistiku, l-Istati Membri huma ħielsa li jiddeċidu dwar metodu alternattiv tal-ġbir tal-BtĦ li bih jibdlu r-rappurtar abbażi tas-saldi. |

332 | Il-proposta timmira biex timminimizza l-impatt tal-bidliet fuq l-awtoritajiet nazzjonali, l-aġenti ekonomiċi u ċ-ċittadini. L-Istati Membri jistgħu jużaw l-istrutturi u l-korpi amministrattivi eżistenti sabiex inaqqsu l-ispejjeż tagħhom. It-tneħħija tar-rappurtar, abbażi tas-saldi, tal-bilanċi tal-ħlasijiet sabiex jiddaħħlu metodi oħrajn tal-ġbir għandha twassal għal tnaqqis sinifikanti fl-ispejjeż tar-rappurtar statistiku għas-soċjetà fl-Istati Membri affetwati. L-ugwalizzazzjoni tal-imposti fuq id-debiti diretti domestiċi u transkonfinali ma għandhiex twassal għal żieda fil-piż finanzjarju jew amministrattiv fuq il-partijiet interessati. |

L-għażla ta' strumenti |

341 | L-istrumenti proposti: Regolament. |

342 | Mezzi oħrajn ma jkunux adattati għar-raġuni(jiet) li ġejja/in: Il-proposta għandha l-għan li tieħu post ir-Regolament eżistenti. F'dan il-kuntest u sabiex isseħħ armonizzazzjoni kemm jista' jkun sħiħa, bla ma jkun hemm bżonn ta' miżuri ta' traspożizzjoni nazzjonali, huwa xieraq li tintuża l-forma ġuridika ta' Regolament fir-rigward ta' din il-proposta wkoll. |

4. L-IMPLIKAZZJONIJIET BAġITARJI |

409 | Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Komunità. |

5. TAGħRIF ADDIZZJONALI |

510 | Simplifikazzjoni |

511 | Il-proposta tipprovdi għas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni u għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi għall-individwi privati. |

512 | L-allinjament tal-kitba tar-Regolament propost mad-Direttiva 2007/64/KE għandu jipprovdi konsistenza ġuridika u jżid iċ-ċarezza bejn iż-żewġ liġijiet dwar il-ħlasijiet u b'hekk jissimplifika l-qafas ġuridiku. |

514 | Il-tneħħija gradwali tal-obbligi tar-rappurtar, abbażi tas-saldi, tal-bilanċ tal-ħlasijiet hija mistennija li tnaqqas il-piż amministrattiv impost fuq il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas fit-12-il Stat Membru affetwat b'din il-proposta bi EUR 300-400 miljun fis-sena. Barra dan, il-projezzjonijiet tal-valutazzjoni tal-impatt u l-esperjenza tal-Istati Membri li diġà neħħew dawn il-metodi jindikaw li l-ispejjeż tar-rappurtar għas-soċjetà għandhom jonqsu b'mod sinifikanti meta jiddaħħlu metodi alternattivi tal-ġbir tad-dejta statistika. Skont l-estimi tal-Kummissjoni Ewropea u meta jitqiesu s-suppożizzjonijiet u d-dubbji sottostanti għall-mudell tal-ispejjeż applikat, l-ispejjeż tar-rappurtar statistiku għas-soċjetajiet tat-12-il Stat Membru għandhom jonqsu minn EUR 600-800 miljun fis-sena għal EUR 75-150 miljun fis-sena. Fil-livell tal-Istati Membri individwali, l-ispejjeż tar-rappurtar jistgħu jitnaqqsu b'medja għal terz jew kwart ta' dawk li huma.attwalment. |

520 | Revoka tal-leġiżlazzjoni eżistenti L-adozzjoni tal-proposta għandha twassal għar-revoka tar-Regolament (KE) Nru 2560/2001. |

Klawżola ta’ analiżi/reviżjoni/eżtinzjoni |

531 | Din il-proposta tinkludi klawżola għal reviżjoni. |

560 | Iż-Żona Ekonomika Ewropea L-att propost jikkonċerna kwistjoni taż-ŻEE u għalhekk għandu jkun estiż għaż-Żona Ekonomika Ewropea. Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta It-taqsira li ġejja għandha l-għan li tiffaċilita l-proċess tat-teħid tad-deċiżjoni billi tindika d-differenżi bejn din il-proposta u r-Regolament eżistenti Nru 2560/2001. B'konsegwenza għal-bidliet fid-definizzjonijiet, inbidlet il-kitba tal-Artikoli kollha. Madankollu s-sustanza tagħhom tibqa fil-biċċa l-kbira l-istess, minbarra t-tliet bidliet imsemmija hawn fuq. L-Artikolu 1 – is-suġġett u l-ambitu – huwa bbażat fuq l-Artikolu 1 tar-Regolament 2560/2001. Barra dan, fih referenza għall-applikazzjoni possibbli tar-Regolament għall-muniti oħra li mhumiex l-euro. L-Artikolu 2 – definizzjonijiet – jestendi l-ambitu tad-definizzjoni 'ħlasijiet transkonfinali' għad-debiti diretti. Definizzjonijiet oħra huma allinjati ma' dawk użati fid-Direttiva 2007/64/KE. L-Artikolu 3 – imposti fuq il-ħlasijiet transkonfinali – jadatta l-Artikolu 3 tar-Regolament 2560/2001 għad-definizzjonijiet il-ġodda. Il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas huma espliċitament obbligati li dejjem jsibu ħlas korrispondenti. L-Artikolu 4 – faċilitazzjoni tal-ħlasijiet – jimmodifika l-Artikolu 5 tar-Regolament 2560/2001 u jqis l-ambitu estiż tal-proposta preżenti. L-Artikolu 5 – rappurtar tal-bilanċ tal-ħlasijiet – jieħu post l-Artikolu 6 tar-Regolament 2560/2001. Idaħħal skadenza għall-Istati Membri biex ineħħu l-obbligi tar-rappurtar fuq il-BtĦ abbażi tas-saldu. L-Artikoli 6, 7, u 8 – l-awtoritajiet kompetenti, il-proċeduri tal-ilmenti u tar-rimedju bonarju – huma ġodda. Dawn jobbligaw lill-Istati Membri sabiex jistabbilixxu awtroritajiet kompetenti, proċeduri tal-ilmenti u entitajiet ta' rimedju bonarju biex jiżguraw il-konformità mar-Regolament. Huma jitolbuhom ukoll biex jipprovdu lill-Kummissjoni bit-tagħrif dwar dawn l-arranġamenti. L-Artikolu 9 – il-kooperazzjoni – huwa ġdid. Jipprovdu għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-entitajiet ta' rimedju bonarju fis-soluzzjoni ta' tilwim transkonfinali. L-Artikolu 10 – penalitajieti – jieħu post l-Artikolu 7 tar-Regolament 2560/2001. Jeżiġi wkoll lill-Istati Membri biex jipprovdu lill-Kummsijoni bid-dettalji dwar il-penalitajiet. L-Artikolu 11 – l-applikazzjoni għall-muniti li mhumiex miż-żona euro – jieħu post it-tieni parti tal-Artikolu 9 tar-Regolament 2560/2001. Fih ukoll il-klawżola ta’ anterjorità (grandfathering clause) għall-Istati Membri li diġà applikaw ir-Regolament għall-muniti tagħhom. L-Artikolu 12 – il-klawżola ta' reviżjoni – jibdel bi klawżola simili fl-Artikolu 8 tar-Regolament 2560/2001 L-Artikolu 13 – ir-revoka – huwa ġdid. Jirrevoka r-Regolament 2560/2001. L-Artikolu 14 – id-dħul fis-seħħ – jibdel l-ewwel parti tal-Artikolu 9 tar-Regolament 2560/2001. |

2008/0194 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-ħlas transkonfinali fil-Komunità

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew[3],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 251 tat-Trattat[4],

Billi:

(1) Għat-tħaddim tajjeb tas-Suq Intern u sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ transkonfinali fi ħdan il-Komunità huwa essenzjali li l-imposti fuq il-ħlasijiet transkonfinali bl-euro jkunu l-istess bħal dawk fuq il-pagamenti korrispondenti fi ħdan Stat Membru. Dan il-prinċipju huwa stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 2560/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2001 dwar il-ħlasijiet transkonfinali bl-euro[5], li japplika għall-ħlasijiet transkonfinali bl-euro u f'Kronor Żvediż sa EUR 50 000.

(2) Ir-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2560/2001 dwar il-ħlasijiet transkonfinali bl-euro, adottat fil-11 ta' Frar 2008[6], ikkonferma li l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2560/2001 effettivament baxxiet l-imposti fuq il-ħlasijiet transkonfinali bl-euro għall-livell tal-imposti nazzjonali u li ħeġġet l-industrija Ewropea tal-ħlasijiet biex tagħmel l-isforżi meħtieġa sabiex tibni infrastruttura għall-ħlasijiet fil-Komunità kollha.

(3) Fir-rapport ġew eżaminati l-problemi prattiċi li nqalgħu bl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2560/2001. B'riżultat ġew proposti għadd ta' bidliet fir-Regolament sabiex jiġu indirizzati l-problemi identifikati waqt il-proċess ta' reviżjoni. Dawn il-problemi jikkonċernaw ix-xkiel għas-suq intren tal-ħlasijiet kkawżat mill-obbligi differenti tar-rappurtar statistiku; il-problemi għall-infurzar tar-Regolament (KE) Nru 2560/2001 minħabba li ma ġewx identifikati awtoritajiet kompetenti nazzjonali; in-nuqqas ta' entitajiet ta' rimedju bonarju għat-tilwim relatat mar-Regolament u l-fatt li r-Regolament ma jkoprix id-debiti diretti.

(4) Id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern[7] tipprovdi bażi ġuridika moderna għal ħolqien ta' suq uniku tal-ħlasijiet mal-Ewropa kollha. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza ġuridika bejn iż-żewġ atti ġuridiċi, huma rakkommandat li jiġu adattati d-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament (KE) Nru 2560/2001, b'mod partikolari d-definizzjonijiet.

(5) Ir-Regolament (KE) Nru 2560/2001 jkopri t-trasferimenti transkonfinali tal-kreditu u t-tranżazzjonijiet transkonfinali tal-ħlasijiet elettroniċi. Ikopri wkoll iċ-ċekkijiet transkonfinali, iżda għal raġunijiet ta' trasparenza biss. F'konformità mal-għan tad-Direttiva 2007/64/KE li jsiru possibbli d-debiti diretti transkonfinali huma rakkommandabbli li jiġi estiż l-ambitu tar-Regolament. Fir-rigward tal-istrumenti tal-ħlas li huma prinċipalment jew esklussivament stampati, bħaċ-ċekkijiet, għadu mhux rakkommandabbli li jiġi applikat il-prinċipju tal-imposti uniformi billi min-natura tagħhom ma jistgħux jiġu pproċessati b'mod effiċjenti daqs il-pagamenti elettroniċi.

(6) Peress li għandha tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-swieq tal-ħlas, huwa xieraq li jiġi applikat il-prinċipju tal-ugwaljanza tal-imposti. Għal dak il-għan għandu jiġi identifikat għal kull katergorija ta' tranżazzjoni ta' ħlas transkonfinali, ħlas nazzjonali li għandu karatteristiċi simili ħafna jew l-istess bħal ta' ħlas transkonfinali, partikolarment fejn jidħlu l-kanal minn fejn jibda, il-ħeffa u l-grad ta' awtomazzjoni.

(7) Huwa importanti li tiġi ffaċilitata l-eżekuzzjoni tal-ħlasijiet transkonfinali mill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas. F'dan ir-rigward, l-istandardizzazzjoni għandha tkun imħeġġa fir-rigward, partikolarment, tal-użu tan-Numru Internazzjonali tal-Kont Bankarju (IBAN) u tal-Kodiċi tal-Identifikazzjoni tal-Bank (BIC) Huwa għalhekk xieraq li l-utenti tas-servizzi tal-ħlas jiġu pprovduti biżżejjed tagħrif dwar l-IBAN u l-BIC.

(8) L-obbligi differenti tar-rappurtar statistiku tal-bilanċ tal-ħlasijiet, li japplikaw eskulssivament għat-tranżazzjonijiet transkonfinali, ixekklu l-iżvilupp ta' suq integrat tal-ħlasijiet, partikolarment fil-qafas taż-Żona Unika ta' Pagamenti bl-euro (SEPA). Huwa rakkommandabbli f'kuntest tas-SEPA li dawn l-obbligi ta' rappurtar abbażi tas-saldi bankarji nqatgħu gradwalment u b'kunsiderazzjoni taż-żmien meħtieġ biex jiġi aġġustat ir-rappurtar tal-bilanċ tal-ħlasijiet fl-Istati Membri għal metodi alternattivi tal-ġbir tad-dejta. Sabiex ikun żgurat li l-istatistika tal-bilanċ tal-ħlasijiet tkun kontinwa, effiċjenti u tingħata fil-waqt, ta' min wkoll jiżgura li d-dejta immedjatament disponibbli, bħall-IBAN, il-BIC u l-ammont tat-tranżizzjoni jew id-dejta dwar il-ħlasijiet aggregati għall-istrumenti differenti tal-ħlas tkun tista' tiqba' tinġabar, jekk il-proċess tal-ġbir ma jfixkilx l-ipproċessar tal-ħlasijiet awtomizzati u jista' jiġi awtomizzat kompletament.

(9) Biex tiġi żgurata l-possibbiltà ta' riparazzjoni fil-każijiet ta' applikazzjoni ħażina ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri adegwati u effettivi biex isiru lmenti jew appelli u għas-soluzzjoni ta' kwalunkwe tilwim bejn il-utenti tas-servizzi tal-ħlas u l-fornituri tas-servizz tal-ħlas tagħhom. Huwa wkoll importanti li jinħatru awtroritajiet kompetenti u entitajiet ta' rimedju bonarju, fejn applikabbli bl-użu tal-proċeduri eżistenti.

(10) Huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti u l-entitajiet ta' rimedju bonarju fi ħdan il-Komunità jikkoperaw attivament sabiex it-tilwim transkonfinali li jqum minn dan ir-Regolament jissolva fil-waqt u mingħajr diffikultajiet.

(11) Huwa meħtieġ li fil-liġi nazzjonali l-Istati Membri jistipulaw penalitajiet effittivi, proporzjonati u dissważivi għan-nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

(12) L-estensjoni tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal muniti oħra minbarra l-euro ikollha benefiċċji ċari, speċjalment fir-rigward tal-għadd ta' ħlasijiet koperti. Għalhekk, għandha tiġi stipulata proċedura ta' notifikazzjoni sabiex l-Istati Membri li ma għandhomx l-euro bħala l-munita tagħhom ikunu jistgħu jestendu l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-ħlasijiet transkonfinali li jitwettqu bil-munita nazzjonali tagħhom. Għandu madanakollu jiġi żgurat li l-pajjiżi li diġà jikkonformaw ma' din id-dispożizzjoni ma jeħtiġux idaħħlu notifikazzjoni ġdida.

(13) Huwa mixtieq li l-Kummissjoni tippreżenta rapport dwar l-użu tal-IBAN u tal-BIC għall-faċilitazzjoni tal-ħlasijiet fi ħdan il-Komunità. Huwa wkoll xieraq li l-Kummissjoni tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(14) Għal raġunijiet ta' sigurtà u ċarezza, ir-Regolament (KE) Nru 2560/2001 għandu jiġi sostitwit.

(15) Sabiex tiġi żgurat il-koerenza ġuridika bejn dan ir-Regolament u d-Direttiva 2007/64/EC, partikolarment fir-rigward tat-trasparenza tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti tal-informazzjoni għas-servizzi tal-ħlas u fir-rigward tad-drittijiet u tal-obbligi fir-relazzjoni tal-forniment u l-użu tas-servizzi tal-ħlas huwa xieraq li dan ir-Regolament jibda japplika mill-1 ta' Novembru 2009.

(16) Billi l-għanijiet tal-azzjoni li għandha tittieħed ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. B'qbil mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Suġġett u ambitu

1. Dan ir-Regolament jistipula regoli għall-ħlasijiet transkonfinali fi ħdan il-Komunità, li jiżguraw li l-imposti fuq dawn il-ħlasijiet huma l-istess bħal dawk fuq ħlasijiet fl-istess munita fi ħdan Stat Membru.

2. Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-ħlasijiet sal-ammont ta' EUR 50 000 li huma denominati bl-euro jew fil-muniti tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 11.

3. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-ħlasijiet imwettqa mill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas għal kont tagħhom stess.

Artikolu 2Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. 'pagamenti traskonfinali' tfisser tranżazzjonijiet ta' ħlas elettroniku mibdijin mill-pagatur jew mill-benefiċjarju u mwettqa permezz ta' fornitur tas-servizzi tal-ħlas jew fergħa tiegħu f'wieħed mill-Istati Membri, bil-ħsieb li jitqiegħed ammont ta' flus għad-dispożizzjoni ta' benefiċjarju permezz tal-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jew fergħa tiegħu, fi Stat Membru ieħor;

2. “strument tal-ħlas” tfisser kwalunkwe mezz(i) personalizzat(i) u/jew sett ta' proċeduri miftehma bejn l-utent tas-servizz tal-ħlas u l-fornitur tas-servizz tal-ħlas u użati mill-utent tas-servizz tal-ħlas sabiex jagħti bidu għal tranżazzjoni ta' ħlas;

3. 'pagatur' tfisser persuna naturali jew legali li għandha kont tal-pagament u tippermetti ordni ta' ħlas minn dak il-kont tal-ħlas, jew, fejn ma jkun hemm l-ebda kont tal-ħlas, persuna naturali jew legali li tordna l-ħlas;

4. 'benefiċjarju' tfisser persuna naturali jew legali li tkun ir-riċevitur intenzjonat ta' fondi li kienu s-suġġett ta' tranżazzjoni ta' ħlas;

5. "fornitur tas-servizz tal-ħlas' tfisser kwalunkwe mill-kategoriji msemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2007/64/KE u l-persuni ġuridiċi u fiżiċi msemmija fl-Artikolu 26 ta' dik id-Direttiva;

6. 'utent ta' servizz ta’ ħlas' tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tuża servizz ta’ ħlas fil-kapaċità ta’ pagatur jew benefiċjarju, jew tat-tnejn;

7. 'tranżazzjoni ta' ħlas' tfisser att, mibdi mill-pagatur jew mill-benefiċjarju, ta' tqegħid, trasferiment jew ġbid ta' fondi, irrispettivament minn kwalunkwe obbligi sottostanti bejn il-pagatur u l-benefiċjarju;

8. 'ordni tal-ħlas' tfisser kwalunkwe struzzjoni minn pagatur jew benefiċjarju lil fornitur tas-srevizz tal-ħlas tiegħu, li titlob l-eżekuzzjoni ta' tranżazzjoni ta' ħlas

9. 'imposti' tfisser kwalunkwe imposta mitluba minn fornitur tas-servizz tal-ħlas fuq l-utent tas-servizz tal-ħlas u direttament jew indirettament marbut mat-tranżazzjoni tal-ħlas.

Artikolu 3Imposti għall-tranżazzjonijiet ta' ħlasijiet transkonfinali u ħlasijiet nazzjonali korrispondenti

1. L-imposti mitluba minn fornitur tas-servizz tal-ħlas fir-rigward ta' ħlasijiet transkonfinali għandhom ikunu l-istess daqs l-imposti mitluba mill-istess fornitur tas-servizz tal-ħlas għal ħlas korrispondenti tal-istess valur fi ħdan l-Istat Membru minn fejn joriġina l-ħlas transkonfinali.

2. Waqt il-valutazzjoni, bl-għan tal-konformità mal-paragrafu 1, il-livell tal-imposti fuq ħlas transkonfinali, fornitur tas-servizz tal-ħlas għandu jidentifika l-ħlas domestiku korrespondenti.

Artikolu 4Miżuri għall-faċilitazzjoni tal-awtomazzjoni tal-ħlasijiet

3. Fornitur tas-servizz tal-ħlas għandu, fejn applikabbli, jikkomunika lill-utent tas-servizz tal-ħlas in-Numru Internazzjonali tal-Kont Bankarju (IBAN) tal-utent u l-Kodiċi ta' Identifikazzjoni tal-Bank (BIC) tal-fornitur.

Barra dan, fejn applikabbli, fornitur tas-servizz tal-ħlas għandu jindika fuq id-dikjarazzjonijiet tal-kont tal-utent tas-servizz tal-ħlas, jew f'anness mehmuż magħhom, l-IBAN tal-utent u l-BIC tal-fornitur.

4. Fejn xieraq fir-rigward tan-natura tat-tranżizzjoni tal-ħlas ikkonċernat, għat-tranżizzjonijiet mibdijin mill-pagatur, il-pagatur għandu, meta jintalab, jikkomunika lill-fornitur tas-servizz tal-ħlas l-IBAN tal-benefiċjarju u l-BIC tal-fornitur tas-servizz tal-ħlas tal-benefiċjarju.

5. Fejn xieraq fir-rigward tan-natura tat-tranżizzjoni tal-ħlas konċernat, għat-tranżizzjonijiet mibdijin mill-benifiċjarju, il-benefiċjarju għandu, meta jintalab, jikkomunika lill-fornitur tas-servizz tal-ħlas tiegħu l-IBAN tal-pagatur u l-BIC tal-fornitur tas-servizz tal-ħlas tal-pagatur.

6. Fejn xieraq fir-rigward tan-natura tat-tranżizzjonijiet tal-ħlas konċernati, għall-fatturat kollu tal-merkanzija u tas-servizzi fil-Komunità, fornitur li jaċċetta ħlasijiet koperti b'dan ir-Regolament għandu jikkomunika l-IBAN u l-BIC tal-fornitur tas-servizz tal-ħlas tiegħu lill-klijenti.

Artikolu 5Obbligi tar-rappurtar tal-bilanċ tal-ħlasijiet

7. B'effett mill-1 ta' Jannar 2010 l-aktar tard, l-Istati Membri għandhom ineħħu l-obbligi tar-rappurtar nazzjoanli abbażi tas-saldi fuq il-fornituri tas-servizz tal-ħlas, għall-istatistika tal-bilanċ tal-ħlasijiet sal-ammont ta' EUR 50 000.

8. B'effett mill-1 ta' Jannar 2012 l-aktar tard, l-Istati Membri għandhom ineħħu l-obbligi tar-rappurtar nazzjonali abbażi tas-saldi minn fuq il-fornituri tas-servizz tal-ħlasijiet għall-istatistika tal-bilanċ tal-ħlasijiet.

9. Mingħajr ħsara għall-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri jistgħu jibqgħu jiġbru d-dejta aggregata jew informazzjoni oħra li tkun diġà disponibbli, sakemm dan il-ġbir jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

10. ma jħallix impatt fuq l-ipproċċessar sħiħ tal-ħlasijiet mill-fornituri tas-servizz tal-ħlas;

11. jista' jiġi totalment awtomizzat mill-fornituri tas-servizz tal-ħlas.

Artikolu 6Awtoritajiet kompetenti

10. L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet responsabbli biex jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawn l-awtoritajiet fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe bdil sussegwenti li jikkonċerna lil dawn l-awtoritajiet.

Artikolu 7Proċedurigħall-ilmenti

11. L-Istati Membri għandhom jistipulaw il-proċeduri li jippermettu lill-utenti ta' servizz tal-ħlas u lil partijiet oħra interessati li jressqu ilmenti lill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta' allegat ksur ta' dan ir-Regolament minn fornituri ta' servizz tal-ħlas.

12. Fejn xieraq u mingħajr ħsara għad-dritt li jinfetħu proċedimenti fil-qorti skont il-liġi proċedurali nazzjonali, ir-risposta mill-awtoritajiet kompetenti għandha tinforma lil min jilmenta bl-eżistenza tal-proċeduri għall-ilmenti u għar-rimedju bonarju stabbiliti skont l-Artikolu 8.

Artikolu 8Proċeduri ta' rimedju bonarju

13. L-Istati Membri għandhom joħolqu proċeduri xierqa u effettivi għall-ilmenti u għar-rimedju bonarju bejn l-utenti tas-servizz tal-ħlas u l-fornituri tas-servizz tal-ħlas tagħhom, għat-tilwim dwar id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, bl-użu tal-entitajiet eżistenti fejn xieraq.

14. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawn l-entitajiet fi żmien sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar kwalunkwe bdil sussegwenti li jikkonċerna lil dawn l-entitajiet.

Artikolu 9Kooperazzjoni transkonfinali.

15. L-awtoritajiet kompetenti u l-entitajiet ta' rimedju bonarju tal-Istati Membri, msemmija fl-Artikolu 6 u 8, għandhom jikkooperaw attivament sabiex isolvu t-tilwim transkonfinali.

Artikolu 10Penalitajiet

16. L-Istati Membri għandhom jistipulaw regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk id-dispożizzjonijiet, sa mhux aktar tard minn ... [ tnax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament ] u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

Artikolu 11L-applikazzjoni għall-muniti oħrajn li mhumiex l-euro

17. L-Istati Membri li ma għandhomx il-euro bħala l-munita tagħhom u li jixtiequ jestendu l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-munita tagħhom għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom. In-notifikazzjoni għandha tiġi ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Din l-estenzjoni għandha tidħol fis-seħħ 14-il jum wara dik il-pubblikazzjoni.

18. L-Istati Membri li, fil-jum tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, ikunu diġà ikkonformaw mal-proċedura ta' notifikazzjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 2560/2001, ma jeħtiġux iressqu notifikazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 12Klawżola ta’ reviżjoni

19. Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2012, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Bank Ċentrali Ewropew rapport dwar l-użu tal-IBAN u tal-BIC fir-rigward tal-awtomazzjoni tal-pagamenti, flimkien ma' kwalunkwe proposta xierqa.

20. Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2015, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Bank Ċentrali Ewropew rapport dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, flimkien ma' kwalunkwe proposta xierqa.

Artikolu 13Ir-revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 2560/2001 hu revokat.

Referenzi għar-Regolament revokat għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 14Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Novembru 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

[1] ĠU C, , p. .

[2] ĠU C, , p. .

[3] ĠU C, , p. .

[4] ĠU C, , p. .

[5] ĠU L 344, 28.12.2000, p. 13

[6] COM(2008) 64 finali.

[7] ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1

Top