EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008DC0823

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - Is-Sħubija tal-Lvant {SEG(2008) 2974}

/* KUMM/2008/0823 finali */

52008DC0823




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 3.12.2008

KUMM(2008) 823 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

Is-Sħubija tal-Lvant

{SEG(2008) 2974}

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

Is-Sħubija tal-Lvant

1. kuntest li qiegħed jinbidel

L-Unjoni Ewropea għandha interess vitali li tara stabbilità, governanza aħjar u żvilupp ekonomiku fil-fruntieri tal-Lvant tagħha. Fl-istess ħin, l-imsieħba tagħna fil-Lvant tal-Ewropa u fin-Nofsinhar tal-Caucasus qegħdin jagħmlu ħilithom biex isaħħu r-relazzjonijiet tagħhom mal-UE. Il-politika tal-Unjoni lejhom għandha tkun proattiva u ċara: l-UE se tagħti appoġġ qawwi lil dawn l-imsieħba fl-isforzi tagħhom biex ikunu qrib aktar mal-UE, u se tagħti l-assistenza kollha neċessarja bir-riformi kollha li jirriżultaw minnha, permezz ta' dimensjoni speċifika tal-Lvant fi ħdan il-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV)[1].

Il-15-il sena li għaddew ġabu magħhom bidliet kbar fuq in-naħa tal-Lvant tal-UE. Sa mill-konklużjoni tal-Ftehimiet ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Imsieħba tal-Lvant[2], tkabbir suċċessiv ġab miegħu prossimità ġeografika akbar, filwaqt li r-riformi appoġġati mill-PEV ġabu lil dawn il-pajjiżi politikament u ekonimikament aktar viċin mal-UE. L-UE għandha responsabbilità li dejjem qiegħda tikber lejn l-imsieħba, biex tgħinhom jindirizzaw l-isfidi politiċi u ekonomiċi li jistgħu jħabbtu wiċċhom magħhom, u biex tappoġġa l-aspirazzjonijiet taghħom għal rabtiet aktar fil-viċin. Wasal iż-żmien li jsir pass lejn bidla fir-relazzjonijiet ma' dawn l-imsieħba, mingħajr ħsara għall-aspirazzjonijiet tal-pajjiżi individwali fejn jidħlu r-relazzjonijiet tal-futur tagħhom mal-UE.

Il-Kunsill Ewropew tad-19/20 ta' Ġunju 2008 stieden lill-Kummissjoni biex tipprepara proposta għal "Sħubija tal-Lvant" (SLv), li tenfasizza l-ħtieġa għall-approċċ differenzjat li jirrespetta l-karattru tal-PEV bħala qafas politku uniku u koerenti. Il-Kunsill Straordinarju Ewropew tal-1 ta' Settembru 2008 talab biex din il-ħidma titħaffef, b'risposta għall-bżonn ta' sinjal aktar ċar fl-impenn tal-UE wara l-kunflitt li seħħ fil-Georġja u għar-riperkussjonijiet aktar fil-wiesgħa tiegħu.

2. Sħubija Aktar ambizzjuża

Il-Komunikazzjoni preżenti tistipula proposti għal Sħubija tal-Lvant. Is-SLv għandha twassal messaġġ politiku dewwiemi tas-solidarjetà tal-UE, flimkien ma' appoġġ tanġibbli adizzjonali għar-riformi demokratiċi tagħhom immirati lejn is-suq u l-konsolidazzjoni tagħhom bħala stati u l-integrità territorjali tagħhom. Dan se jkun ta' ġid għall-istabbilità, għas-sigurtà u għall-prosperità tal-imsieħba tal-UE kif ukoll tal-kontinent sħiħ. L-iSħubija tal-Lvant se timxi id f'id mal-isħubija strateġika tal-UE mar-Russja.

Il-PEV diġà kellha suċċess peress li wasslet għal relazzjoniet aktar fil-viċin bejn l-UE u l-viċinat tagħha. Is-SLv għandha twassal għal aktar minn hekk. Bħala prinċipju, irid jiġi offrut il-massimu possibbli, filwaqt li jkunu kkunsidrati r-realtajiet politiċi u ekonomiċi, u l-qagħda tar-riformi tal-imsieħeb ikkonċernat, filwaqt li benefiċċji ċari jkunu qegħdin jitwasslu liċ-ċittadini ta' kull pajjiż. Element essenzjali tas-SLv se jkun impenn min-naħa tal-UE biex takkumpanja b'mod aktar intensiv l-isforzi individwali ta' kull imsieħeb dwar ir-riformi

Huwa importanti li din is-sħubija għandha tiġi segwita b'impenn politiku sħiħ min-naħa tal-Istati Membri tal-UE. Kuntatti u skambji parlamentari attivi se jkollhom rwol importanti wkoll.

Is-SLv se tkun ibbażata fuq impenji reċiproki għar-regola tal-liġi, għal governanza tajba, għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, għar-rispett u l-protezzjoni ta' gruppi ta' minoranza, u għall-prinċipji tas-suq ekonomiku u għall-iżvilupp sostenibbli. Il-livell ta' ambizzjoni tar-relazzjoni tal-UE mal-Imsieħba tal-Lvant se jikkunsidra sa liema punt dawn il-valuri huma riflessi fil-prattiki nazzjonali u l-implimentazzjoni politika.

Sjieda konġunta hija essenzjali, u ż-żewġ naħat tas-SLv għandhom ir-responsabbilitajiet tagħhom. Is-SLv tista' tikseb l-għan tagħha ta' assoċjazzjoni politika u integrazzjoni ekonomika biss permezz ta' rieda politika qawwija kemm min-naħa tal-UE kif ukoll min-naħa tal-Imsieħba tal-Lvant.

Il-ħidma biex dawn l-għanijiet jintlaħqu għandhom jibqgħu għaddejjin f'linja bilaterali u multilaterali:

- Il-linja bilaterali se titfassal biex toħloq relazzjoni aktar fil-viċin bejn l-UE u kull wieħed mill-pajjiżi imsieħba biex jitrawmu l-istabbilità u l-prosperità tagħhom fl-interess reċiproku tagħna. Il-linja se tinkludi tisħiħ fir-relazzjonjiet kuntrattwali fir-rigward ta' ftehimiet ta' assoċjazzjoni; il-prospett tan-negozjati biex jiġu stabbiliti żoni ta' kummerċ ħieles profondi u komprensivi ma' kull pajjiż u appoġġ akbar sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti relatati, li se jwasslu għall-istabbiliment ta' netwerk ta' FTAs li jistgħu, fuq perjodu aktar fit-tul, jikbru u jsiru Komunità Ekonomika tal-Viċinat; il-liberalizzazzjoni progressiva tal-visas f'ambjent ta' sigurtà; kooperazzjoni aktar fil-fond sabiex tissaħħaħ is-sigurtà tal-enerġija tal-imsieħba kif ukoll tal-UE; u appoġġ għall-politiki ekonomiċi u soċjali mfassal sabiex jitnaqqsu d-differenzi fi ħdan kull pajjiż imsieħeb u bejn pajjiż imsieħeb u ieħor. Programm ġdid Komprensiv għall-Bini tal-Istituzzjonijiet (KBI) se jkun meħtieġ biex titjieb il-kapaċità ta' kull imsieħeb biex iwettqu r-riformi neċessarji.

- Il-linja multilaterali se tipprovdi qafas ġdid fejn jistgħu jiġu indirizzati l-isfidi komuni. Erba' pjattaformi politiċi huma proposti hawn isfel, waħda dwar id-demokrazija, il-governanza tajba u l-istabbilità; waħda dwar l-integrazzjoni u l-konvergenza ekonomika mal-politiki tal-UE; waħda dwar is-sigurtà fl-enerġija; u waħda dwar il-kuntatti bejn in-nies. Il-linja multilaterali se tavvanza wkoll permezz ta' numru ta' inizjattivi ewlenin li jappoġjaw il-miri tas-SLv li se jiġu ffinanzjati permezz ta' appoġġ minn għadd ta' donaturi, mill-IFIs u mis-settur privat.

3. IMPENN BILATERALI AKTAR FIL-FOND

L-imsieħba m'għandhomx l-istess għanijiet fejn tidħol ir-relazzjoni tagħhom mal-UE, iżda kollha kemm huma jikkondividu r-rieda komuni li jkollhom relazzjonijiet aktar fil-fond mal-UE. L-UE għandha tilqa' din l-istedina u toffri livell aktar għoli ta' assoċjazzjoni politika, flimkien ma' intensifikazzjoni progressiva tar-rabtiet fl-oqsma ewlenin.

Is-SLv, li se tkompli tibni fuq proposti tal-Kummissjoni li saru qabel biex issaħħaħ il-PEV, se ssaħħaħ l-interazzjoni ma' kull wieħed mis-sitt imsieħba, fejn l-interazzjoni se tkun imfassla skont is-sitwazzjoni u l-ambizzjoni speċifika ta' kull imsieħeb. Il-livell ta' parteċipazzjoni min-naħa tal-Belarus fis-SLv se jiddependi fuq l-iżvilupp ġenerali tar-relazzjonijet bejn l-UE u l-Belarus.

3.1. Relazzjonijiet kuntrattwali ġodda

Ftehimiet ta' Assoċazzjoni (FA) jistgħu jipprovdu rispons għall-aspirazzjonijiet tal-imsieħba li qegħdin ifittxu relazzjoni aktar fil-viċin mal-UE. Dan il-qasfas kontrattwali għall-impenn akbar, li se jieħu post il-Ftehimiet ta' Sħubija u Kooperazzjoni li qegħdin fis-seħħ attwalment, se jiġi nnegozjat mal-imsieħba li jixtiequ u huma kapaċi jlaħħqu mal-impenji profondi li jirriżultaw u li se jkollhom mal-UE. Dawn il-ftehimiet il-ġodda se joħolqu rabta politika b'saħħitha u se jippromwovu konverġenza ulterjuri billi jistabilixxu rabta aktar fil-viċin mal-legiżlazzjoni u l-istandards tal-UE. Permezz tagħhom għandu ikun hemm avvanz fil-kooperazzjoni fil-qasam tal-Politika Komuni tal-Affarijiet Barranin u tas-Sigurtà u tal-Politika Ewropea tas-Sigurtà u d-Difiża (ESDP)

Il-kontenut tal-ftehimiet se jivvarja u se jkun differenti skont l-għanijiet u l-kapċitajiet tal-imsieħba. L-implimentazzjoni tal-FA se tkun iffaċilitata minn dokumenti li se jieħdu post il-Pjanijiet ta' Azzjoni PEV, li jinkorporaw fejn hu xieraq stadji importanti u punti ta' riferiment kif ukoll agendi ta' riformi domestiċi li fuqhom huma bbażati.

Livell suffiċjenti ta' progress fir-rigward tad-demokrazija, ir-regola tal-liġi u tad-drittijiet tal-bniedem, u b'mod partikolari evidenza li l-qafas u l-prattika leġiżlattiva elettorali huma konformi mal-istandards internazzjonali, u b'kooperazzjoni sħiħa mal-Kunsill tal-Ewropa, l-OSCE/ODIHR u l-korporazzjonijiet tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem, se tkun kundizzjoni rekwiżita minn qabel biex jinbdew in-negozjati u biex ir-relazzjonijiet ikunu jistgħu jidħlu aktar fil-fond wara t-tlestija ta' dawn in-negozjati.

Biex tingħata l-assistenza lill-imisebħa biex ikunu jistgħu jilħqu ma' dawn il-kundizzjonjiet u biex tingħatalhom l-għajnuna biex jilħqu mal-impenji li jirriżultaw mill-FA, programm Komprensiv għall-Bini tal-Istituzzjoniet (KBI) biex bih titjib il-kapaċità amministrattiva fis-setturi relevanti ta' kooperazzjoni kollha se jiġi żviluppat għal kull imsieħeb, programm li huwa ffinanzjat bis-sħab permezz tal-Istrument Ewropew tal-Viċinat u ta' Sħubija (IEVS)[3].

3.2. Integrazzjoni gradwali fl-ekonomija tal-UE

Swieq miftuħin u l-integrazzjoni ekonomika huma essenzjali għall-iżvilupp tal-Imsieħba u għall-fiduċja tagħhom f'sħubija mal-UE li dejjem qiegħda titkattar. Għalhekk il-FT se jipprovdu aċċess tas-suq reċiproku, li se joħloq opportunitajiet ġodda għaż-żewġ naħat u se jsejsu stabilizzazzjoni politika.

Il-FA se jkollhom l-għan li jistabilixxu żona ta' kummerċ ħieles profonda u komprensiva (DCFTAs) ma ' kull wieħed mill-pajjiżi imsieħba[4] Dawn il-DCFTAs se jiġu stabbiliti biss ladarba dawn il-pajjiżi jsiru membri tal-WTO[5] Huma se jkopru b'mod sostanzjali l-kummerċ kollu, li jinkludi l-enerġija, u huma mmirati biex jintlaħaq l-ogħla livell ta' liberalizzazzjoni possibbli[6](bl-asimetrija tal-pass li bih qiegħda sseħħ il-liberalizzazzjoni kif jixraq l-ekonomija ta' kull pajjiż imsieħeb). Dawn il-DCFTAs se jkollhom fihom impenji li jorbtu legalment dwar apossimazzjoni regolatorja fl-oqsma relatati mal-kummerċ u b'hekk jagħmlu kontribut għall-modernanizzazzjoni tal-ekonomiji tal-pajjiżi msieħba u jankraw ir-riformi ekonomiċi neċessarji. Huma se joħolqu perspettivi reali ghal moviment aktar qawwi ta' prodotti ( dan jista' jinkludi Ftehimiet dwar Evalwazzjoni ta' Konformità u l-Aċċettazzjoni ta' Prodotti Industrijali u r-rikonoxximent tal-ekwivalenza li nkisbet mill-imsieħba, relatata mal-istandards sanitarji u fiżjosanitarji għal prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel), finanzi u l-fornitura ta' servizzi (inter alia permezz ta' dispożizzjonijiet dwar rikonoxximent reċiproku ta' oqfsa legali u istituzzjonali f'ċerti setturi, kondizzjonijiet aħjar għall-istabbiliment tal-kumpaniji, u aktar opportunitajiet għal persuni biex ikunu preżenti b'mod temporanju fit-territorji tal-partijiet għal raġunijiet ta' negozju), li għandhom jinkisbu fuq perjodu ta' żmien fit-tul.

Jista' jagħti l-każ li xi wħud mill-imsieħba mhumiex lesti li jinnegozjaw u jidħlu għal impenji li għan bħal dan jirrikjedi, fiż-żmien meta il-FA jkunu ġew konklużi. Madanakollu, l-għan li jiġi stabbilit DCFTA se jagħmel parti integrali tal-FA b'impenn biex jinbdew in-negozjati dwar żona ta' kummerċ ħieles komprensiva u profonda hekk kif il-pajjiż imsieħeb ikun għamel progress suffiċenti fil-preparazzjoni tiegħu biex jinnegozja, jimplimenta u jmantni l-effetti ta' liberalizzazzjoni wiesgħa. Ir-Rapporti PEV dwar Progress u l-istudji speċifiċi dwar vjabbilità tal-Kummissjoni se jagħtu kontribut għal din l-evalwazzjoni. Is-CIB se jagħti l-assistenza lill-imiseħba biex ikunu ppreparati għan-nogozjament u l-implimentazzjoni tal-impenji DCFTA.

Għan li għandu jinkiseb fuq perjodu aktar fit-tul, se jkun il-ħolqien ta' netwerk ta' ftehimiet bilaterali fost l-imsieħba, li jistgħu jwasslu għall-ħolqien ta' Komunità Ekonomika tal-Viċinat. Dan huwa diskuss aktar fit-tul fis-settur 4.

B'mod parallell, għandhom jiġu segwiti miżuri settorali biex jiffaċilitaw l-aċċess tas-suq għall-imsieħba. Fis-settur agrikolu, il-ftehimiet dwar Indikazzjonijiet Ġeografiċi se jiġu negozjati mal-imsieħba[7]u Djalogu dwar l-Agrikoltura jista' jiġi previst, fejn meħtieġ, biex jitjieb il-fehim reċiproku tal-politiki dwar l-agrikoltura tal-UE u tal-Imsieħba u biex issir ħidma lejn l-armonizzazzjoni. Il-protezzjoni ta' Proprjetà Intelletwali jista' jiġi msaħħaħ permezz ta' djalogu msaħħaħ u permezz ta' ftehimiet ta' validazzjoni bejn l-imsieħba u l-Uffiċċju Ewropew tal-Brevetti. Fid-dawl tal-attivitajiet għall-iżvilupp ekonomiku fil-qafas regolatorju xieraq, se tiġi promossa governanza tajba fil-qasam tat-taxxa.

3.3. Il-Mobilità u s-sigurtà

L-imsieħba jenfasizzaw li l-mobilità hija test ta' prova ewlieni għall-impenn mal-UE u l-promozzjoni tal-mobilità f'ambjent ta' sigurezza[8] għandha tkun prijorità għas-SLv. L-UE għandha tippromwovi l-mobilità taċ-ċittadini ma' dawk l-imsieħba li huma lesti jikkommettu ruħhom biex jiżguraw li ġew stabbiliti l-kundizzjonijiet għal mobilità sigura u ġestita tajba.

L-UE għandha toffri l-imsieħba patti ta' "Mobilità u Sigurtà" li jinkludu kemm l-aspett ta' mobilità kif ukoll il-kundizzjonijiet meħtieġa biex jiġi żgurat ambjent ta' sigurezza. Oqsma politiċi ewlenin li kieku jkunu koperti minn patti bħal dawn jinkludu l-ġlieda kontra l-migrazzjoni llegali, l-aġġornanemt tas-sistemi tal-asil għall-istandards tal-UE, it-tfassil ta' strutturi integrati għall-ġestjoni tal-konfini li jaqblu mal- acquis tal-UE, kif ukoll għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-puluzija u l-ġudizzjarju b'mod partikolari fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata. Il-patti se jtejbu l-mobilità tan-nies, filwqat li jagħmlu kontribut għall-istabbilità u s-sigurtà tal-imsieħba, kif ukoll għas-sigurtà tal-konfini tal-UE. Huma se jkunu mfasslin skont il-ħtiġijiet ta' kull pajjiz individwali.

L-aspett ta' mobilità tal-patti se jirreflettu l-Komunikazzjoni reċenti tal-Kummissjoni dwar it-Tisħiħ tal-Approċċ Globali għall-Migrazzjoni u l-Patt Ewropew dwar Immigrazzjoni u Asil, approvat mill-Kunsill Ewropew f'Ottubru tal-2008. L-għodda prinċipali tkun il-Partenarjat ta' Mobbiltà, kif identifikat fil-qafas tal-Approċċ Globali għall-Migrazzjoni u attwalment ittestjat f'numru ta' pajjiżi, jinkludu r-Repubblika ta' Moldova (minn hawn 'il quddiem imsejħa Moldova) Żviluppi fil-qasam politiku tal-viżas se jkunu parti integrali ta' dan il-kunċett usa.

Il-politika tal-Viżas se ssegwi approċċ b'fażijiet, li jwassal għall-liberalizzazzjoni tal-viżas taħt kundizzjonjiet speċifiċi u b'miżuri ta' akkumpanjament, li jinkludu assistenza finanzjarja għall-imsieħba tagħna.

Barra mill-proposti li ġew elenkati qabel f'tabella, fil-qafas tal-patti l-UE għandha:

- Bħala l-ewwel pass, għandhom jinbdew diskussjoni għall- faċilitazzjoni tal-viżas mal-imiseħba li m'għandhomx ftehim bħal dan. Ftehimiet għall-faċilitazzjoni tal-Viżas se jkun akkumpanjat permezz ta' ftehim ta' dħul mill-ġdid u, fejn meħtieġ, minn assistenza teknika taħt il-baġits ta' assistenza globali biex tingħata l-għajnuna lill-imsieħba biex jlaħħqu mal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn dawn il-ftehimiet;

- Bħala tieni pass, il-ftehimiet għandhom ikunu riveduti biex jiġu introdotti faċilitazzjonijiet adizzjonali, pereżempju r-rinunzja tal-miżata dwar viżas għaċ-ċittadini kollha[9] .

- Li jiġi żviluppat pjan ikkoordinat biex titjieb il-kopertura konsulari tal-Istati Membri fir-reġjun billi l-Istati Membri jkunu nkoraġġiti li jużaw b'mod aktar estensiv ir-rappreżentazzjoni u permezz ta' sostenn finanzjarju l-istabbiliment għal Ċentri Komuni għall-Applikazzjoni tal-Viżas, ibbażati fuq is-suċċess li nkiseb f'Chisinau;

- La darba l-faċilitazzjoni tal-viżas u l-ftehimeit għad-dħul mill-ġdid huma effettivament implimentati, djalogi miftuħin dwar ivvjaġġar mingħajr viża mal-imsieħba kollha li qegħdin jikkooperaw[10]. Id-djalogi jistabbilixxu pjanijiet iddettaljati li jwasslu għal rinunzja tal-viżas, li jittrattaw erba' partijiet priċipali ta' kwistjonijiet: sigurtà tad-dokumenti; Il-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari, li jinkludi dħul mill-ġdid f'pajjiż; kwistjonijiet marbutin mal-ordni pubblika; u kwistjonijiet marbutin ma' relazzjonijiet esterni, li jinkludu d-drittijiet fundamentali tal-migranti u ta' gruppi vulnerabbli oħra.

- Il-Kummissjoni se tniedi studju biex tikkwantifika l-ispejjeż u l-benefiċċji għall-UE u għall-imsieħba fir-rigward il-mobilità tax-xogħol u l-miżuri possibbli biex jinstab ix-xogħol[11]. Skont ma jrriżulta mill-istudju, l-UE se tkompli ssegwi ftuħ immirat fis-suq tax-xogħol tal-UE għaċ-ċittadini tal-imsieħba, kif ukoll miżuri biex jiffaċilitaw il-migrazzjoni ċirkulari, fi ħdan il-qafas tal-Isħubijiet ta' Mobilità.

- Biex jiġi żgurat li l-mobilità ssir f'ambjent ta' sigurezza , l-UE għandha wkoll tgħin lill-imsieħba tagħha timplimenta l-impenji politiċi u leġiżlattivi li diġà wettqu fil-qasfas PEV fl-oqsma tal-infurzar tal-liġi u l-ġustizzja. Dan jista' jsir permezz ta' kooperazzjoni teknika u assistenza finanzjarja msaħħa, fejn ir-rwol tal-proġetti ta' ġemellaġġ u TAIEX għandu jissaħħaħ b'mod sostanzjali.

B'mod partikolari, fil-qafas tal-patti l-UE għandha:

- Tgħin l-imsieħba jistabilixxu proċeduri ta' ġestjoni tal-konfini ta' livell għoli fil-konfini esterni;

- Tassistihom jistabilixxu reġim effettiv għall-protezzjoni tad-dejta li permezz tiegħu jistgħu jikkondividu informazzjoni operattiva ma' Europol u Eurojust fil-kuntest tal- ftehimiet bilaterali;

- Jagħtu lill-imsieħba status speċjali fl-aġenziji tal-UE relevanti, fejn vjabbli;

- Toffrilhom appoġġ fl-adozzjoni u l-implimentazzjoni effettiva ta' strateġiji nazzjonali b'konformità mal-istandards tal-UE biex bihom jiġġieldu b'mod rigoruż kontra l-kriminalità organizzata, it-traffikar u l-korruzzjoni ta' livell għoli , u biex jostakolaw il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, li jridu jiġu trattati b'mod effettiv fi stadju bikri.

3.4. Sigurtà fl-enerġija

Is-SLv hija mmirata biex issaħħaħ is-sigurtà fl-enerġija tal-UE u tal-imsieħba fir-rigward tal- fornitura tal-enerġija u t-trasport tagħha fil-medda t-twila.[12] Flimkien ma' l-inizjattivi multilaterali (ara s-settur 4.3), il-Kummissjoni tipproponi għadd ta' miżuri bilaterali, b'kunsiderazzjoni għat-tieni Reviżjoni Strateġika dwar l-Enerġija[13] .

- L-inklużjoni tad-dispożizzjonijiet ta' "interdipendenza fl-Enerġija" fil-FA , b'koerenza ma', inter alia, il-kummerċ tal-UE, il-kompetizzjoni u l-politiki tal-enerġija, li għandhom jiġu negozjati mal-imsieħba, b'kunsiderazzjoni, fejn inhu xieraq, tal-Memorandi ta' Ftehim eżistenti[14];

- Tlestija fil-pront tan-negozjati dwar l-isħubija tal-Ukrajna u tal-Moldova fil-Komunità tal-Enerġija. Fejn inhu xieraq, għandha tiġi kkunsidrata estensjoni tal-istatus ta' osservatur għall-imsieħba l-oħra;

- Il-konklużjoni tal-Memorandi ta' Ftehim dwar kwistjonijiet fl-enerġija mal-Maldova , il-Georġja u l-Armenja bħala strument adizzjonali flessibli, fejn meħtieġ. Għandhom ikollhom fihom miżuri biex jappoġġjaw u jissorveljaw is-sigurtà tal-fornitura tal-enerġija u t-trasport tagħha, li jinkludu dawk għall-infrastrutturi tal-enerġija ewlenin. Fil-każ tal-Armenja, il- Memorandi ta' Ftehim se jindirizzaw ukoll l-egħluq tal-Pjanta Nukleari ta' Medzamor;

- Appoġġ imsaħħaħ għall-integrazzjoni sħiħa tas-suq tal-enerġija tal-Ukrajna ma' dak tal-UE, fejn tintagħraf l-importanza ta' evalwazzjoni sodisfaċenti tal-livell tas-sigurtà nukleari fl-impjanti nukleari kollha li qegħdin joperaw fil-Ukrajna. Reabilitazzjoni tan-netwerk tal-Ukrajna għat-trasport tal-gass u taż-żejt hija prijorità, li tinkludi titjib fis-sorveljanza tal-fluss tal-gass u ż-żejt lejn l-Ukrajna. Konferenza tad-donaturi u tal-investiment immirata biex tassisti l-Ukrajna fir-reabilitazzjoni u l-iżvilupp tan-netwerk għat-trasport tal-gass tagħha ser issir fl-2009;

- Impenn politiku mkattar mal-Azerbaijan, li huwa l-unika msieħeb tas-SLv li jesporta l-idrokarbonju lejn l-UE , ibbażat fuq il-konverġenza gradwali tal-Azerbaijan mas-suq tal-enerġija tal-UE u l-integrazzjoni tal-infrastruttura tiegħu;

- Tlestija ta' dikjarazzjoni dwar l-enerġija bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Belarus , bħala bażi għal żvilupp ulterjuri tal-kooperazzjoni fl-enerġija. Din il-kooperazzjoni tista' tkopri, inter alia, it-trasport tal-idrokarbonju u r-riformi fis-settur tal-enerġija;

- Inkoraġġiment lill-imsieħba kollha biex jipparteċipaw fil-“Programm ta’ Enerġija Intelliġenti għall-Ewropa” .

3.5. Appoġġ għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali

Xi wħud mill-imsieħba qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' problemi strutturali ġejjin minn differenzi ekonomiċi u soċjali kbar bejn ir-reġjuni u l-gruppi fil-popolazzjoni tagħhom, li ħafna drabi jinsabu diviżi minħabba differenzi storiċi, kulturali, etniċi u religjużi. Kollha kemm huma qegħdin ifittxu wkoll konvergenza ekonomika mal-UE Sabiex dawn l-isfidi jiġu indirizzati, il-pajjiżi msieħba tas-SLv għandhom ikunu kapaċi jduru lejn l-esperjenza u l-mekkaniżmi tal-politiki ekonomiċi u soċjali tal-UE. Il-Kummissjoni tipproponi:

- Memorandi ta' Ftehim dwar politika reġjunali mal-imsieħba, bħala bażi għal djalogu. Il-kompetenza u n-netwerks tal-UE jistgħu jkunu ta' assistenza għall-kostruzzjoni tal-kapaċità amministrattiva fl-livell nazzjonali u lokali u jagħtu appoġġ għall-pjanijiet għall-iżvilupp nazzjonali.

- Permezz ta' finanzjament addizzjonali (ara settur 5), il-kooperazzjoni mal-imsieħba dwar programmi pilota għall-iżvilupp reġjonali li jindirizzaw il-bżonnijiet lokali għall-infrastruutura, għall-kapital uman u għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), imfasslin fuq politika tal-UE dwar koeżjoni.

- Kooperazzjoni diretta bejn ir-reġjuni tal-UE u dawk tal-pajjizi msieħba, li tinkludi l-parteċipazzjoni tal-imsieħba relevanti fil-programmi transnazzjonali fix-Xlokk u t-Tramuntana tal-Ewropa u fl-Ewropa Ċentrali.

- Li tiġi estiża kooperazzjoni transkonfinali ffinanzjata mill-ENPI, implimentata attwalment fil-konfini esterni tal-UE, għall-konfini ta' bejn l-imsieħba.

4. Qafas ġdid għall-kooperazzjoni multilaterali

Is-SLv se żżid qafas ġdid multilaterali fir-relazzjonijet tal-UE mal-imsieħba tagħha. Dan se jkun ta' appoġġ għall-progress fir-relazzjonijiet bilaterali tal-imsieħba mal-UE, li se jibqgħu jitmexxew mill-prinċipju ta' differenzjazzjoni, u se jkompli jiżviluppaw skont l-ambizzjonijiet u l-kapaċitajiet ta' kull imsieħeb. Se tipprovdi forum għal kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-esperjenza dwar l-passi li ttieħdu mill-imsieħba lejn ir-riforma u l-modernanizzazzjoni[15]u tagħti lill-UE strument addizzjonali biex jakkumpanja dawn il-proċessi. Se tiffaċilità l-iżvilupp ta' pożizzjonijiet komuni u attivitajiet konġunti. Il-qafas multilaterali se jrawwem rabtiet fost l-imsieħba stess u se jservu ta' forum naturali għal diskussjoni dwar żviluppi ulterjuri tas-SLv.

B'mod kruċjali, il-konverġenza leġiżlattiva u regolatorja hija essenzjali għall-progress tal-imsieħba biex jiġu aktar fil-viċin tal-UE. Il-qafas multiannwali propost se jipprovdi l-isfond biex jiġu organizzati b'mod sistematiku sessjonijiet dedikati li jinvolvu s-servizzi relevanti tal-Kummissjoni Ewropea u, fejn inhu xieraq, l-esperti tal-Istati Membri, iddedikati għall-preżentazzjoni u l-ispjegazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-istandrads tal-UE kif ukoll għat-tqabbil mal-politika u l-leġiżlazzjoni nazzjonali. B'dan il-mod is-SLv se tagħti bidu għall- proċess strutturata ta' approssimazzjoni, appoġġata mis-CIB[16].

Teżisti kumplimentarità sostanzjali bejn is-SLv u s-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed u inizjattivi reġjonali u internazzjonali oħra. Dan huwa diskuss fid-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja din il-Kommunikazzjoni.

4.1. Struttura operattiva

Il-Kummissjoni tipproponi li l-qafas tas-SLv multilaterali għandu jiġi organizzat fuq erba' livelli:

- Laqgħat bejn il-Kapijiet tal-Istat jew il-Gvernijiet tas-SLv għandhom isiru kull sentejn.

- Is-SLv għandha tavvanza permezz ta' laqgħat annwali tar-rebbiegħa għall-Ministri tal-Affarijiet Barranin mill-UE u mill-imsieħba tal-Lvant, li jinkludu l-Belarus kif inhu xieraq, flimkien ma' Kunsill dwar l-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni. Ministri tal-Affarijiet Barranin se jirrevedu l-progress u jipprovdu gwida politika. Ħidma fis-setturi individwali jistgħu jissaħħew permezz ta' konferenzi ministerjali għal setturi speċifiċi.

- Fuq it-tielet livell, erba' pjattformi tematiċi għandhom ikunu stabbiliti, skont l-oqsma prinċipali ta' kooperazzjoni (ara settur 4.2). Kull pjattforma se taddotta sett ta' għanijiet ewlenin, realistiċi u aġġornati kull tant żmien – b'programm korrispondenti ta' ħidma – u se tirrevedi l-progress li sar. Il-laqgħat se jsiru minn tal-inqas kull sentejn bejn uffiċjali b'kariga għolja ingaġġati f'ħidma ta' riforma fiż-żoni politiċi relevanti. L-Istati Membri li għandhom esperjenza ta' trasizzjoni jistgħu jagħmlu kontribut partikolari fil-proċess. Il-pjattaformi se jħejju rapport u jressquh fil-laqgħat annwali tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin. Il-Kummissjoni se tipprepara l-aġendi tal-laqgħat b'kooperazzjoni fil-qrib mal-Presidenza tal-UE u l-Imsieħba u se tmexxi l-laqgħat. Il-ħidma tal-pjattaformi tista' xi drabi tkun promossa permezz ta' laqgħat ministerjali għal setturi speċifiċi

- Fir-raba' livell, għandu jkun hemm bordijiet biex jagħtu appoġġ lill-ħidma tal-pjattaformi tematiċi f'oqsma speċifiċi. Il-formats u l-parteċipanti tagħhom se jkunu determinati skont il-bżonn.

Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni se tirrevedi l-istrutturi interni tagħha biex tiżgura l-koordinazzjoni neċessarja għal implimentazzjoni ta' suċċess tas-SLv.

4.2. Pjattaformi Tematiċi

Id-Demokrazija, governanza tajba u stabbilità

Filwaqt li l-istadji individwali tagħhom ta' riforma huma differenti, il-pajjiżi msieħba qegħdin iħabtu wiċċhom ma' sfidi simili hekk kif jiġu biex jiżviluppaw istituzzjonijet demokratiċi stabbli u strutturi tal-istat effettivi għas-servizz taċ-ċittadini tagħhom, u jikkonformu mal-impenji li jirriżultaw mill-Kunsill għall-Ewropa tagħhom u mill-isħubija tagħhom fl-OSCE. Ir-riformi tagħhom li għadhom għaddejjin jinħtieġu wkoll parteċipazzjoni aktar b'saħħitha fis-soċjetà ċivili biex isaħħu s-sorveljanza tas-servizzi pubbliċi u jkattru l-fiduċja tal-pubbliku fihom. Attivitajiet multiannwali jistgħu għalhekk jinkludu reviżjonijiet ta' pari tal-gvern u skambju tal-aħjar prattiki biex jindirizzaw kwistjonijiet bħal standards elettorali, ir-regolamentazzjoni fil-midja jew il-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

Is-SLv għandha tipprowovi wkoll it-tkattir tal-fiduċja multilaterali u fl-istabbilità bl-għan jiġu kkonsolidati l-integrità territorjali u s-sovranità tal-imsieħba. Is-SLv għandha twassal għal avvanz fid-djalogu politiku fl-oqsma tal-interess komuni u tkopri kwistjonijiet speċifċi tas-CFSP u l-ESDP, li jinkludu l-parteċipazzjoni tal-pajjiżi msieħba fil-missjonijiet u l-eżerċizzji tal-ESDP. Arranġamenti ta' twissija minn qabel għandhom jiġu msaħħa, b'enfansi partikolari fuq żoni ta' konflitt.

Integrazzjoni u konverġenza ekonomika mal-politiki tal-EU

L-imsieħba jistgħu jgawdu minn benefiċċji jekk jikkoordinaw l-isforzi tagħhom lejn integrazzjoni ekonomika u konverġenza regolatorja mal-UE. Bħala għan fit-tul, l-UE għandha tinkoraġixxi dawn il-pajjiżi biex jistabilixxu netwerk ta' DCFTAs bejniethom jew ftehimiet reġjonali dwar suq ħieles ibbazati fuq l-impenji bilaterali meħudin fid-DCFTAs mal-UE. Dan se jkompli jsaħħaħ il-kummerċ intra-reġjonali u l-integrazzjoni ekonomika u jikkumplimenta l-isforzi tal-pajjiżi biex jintegraw ruħhom aħjar fl-ekonomija tal-UE. Element importanti li jagħmel kontribut lejn integrazzjoni ekonomika ulterjuri hija l-kumulazzjoni djagonali tal-oriġini. Azzjoni ewlenija oħra hija li tingħata appoġġ għar-riformi tad-dwana tal-pajjiżi msieħba bl-għan li titjib il-kapaċità b'konformità mal-istandards internazzjonali u tal-UE. Dan il-proċess għandu jkun speċifikament immirat skont l-istatus tal-pajjiżi msieħba bħala pajjiżi ta' tansizzjoni u akkumpanjat minn politiki paralleli relatati. Bħala pass ulterjuri, l-UE u l-imsieħba tagħha jistgħu jirriflettu fuq approċċ dwar kummerċ reġjonali usa u jistabilixxu Komunità Ekonomika tal-Viċinat [17], li tkun ispirata miż-Żona Ekonomika Ewropea[18]fejn inhu xieraq. Kommunità bħal din tista' toffri, fuq medda ta' żmien fit-tul, aċċess sħiħ għas-suq uniku. Bħala membri tal-Komunità l-imsieħba se jkollhom jiżviluppaw il-kapaċità tal-ekonomiji tagħhom biex ikunu jistgħu jżommu sod fil-konfront tal-pressjonijiet tas-suq uniku u juru biċ-ċar, mhux biss li huma lesti li jadottaw l-elementi kollha relevanti tal-acquis tal-UE, iżda wkoll li huma kapaċi jimplimentawhom, bl-użu ta' standards u prattiki kumparabbli. Se tinħtieġ żieda sostanzjali fl-assistenza teknika u finanzjara biex dan l-għan jinkiseb.

L-involviment tas-settur privat se tkun imfittxa, bil-ħsieb li jitjib l-ambjent tan-negozju li jinsab fil-pajjiżi msieħba. L-isforzi se jkunu konċentrati wkoll fuq it-tisħiħ tal-impjiegi, fuq ix-xogħol deċenti, fuq il-koeżjoni soċjali u fuq l-opportunitajiet ekwivalenti, immirati lejn impatt pożittiv fuq l-integrazzjoni ekonomika.

Kooperazzjoni multilaterali għandha tkun estiża għall-politika ambjentali u dwar it-tibdil fil-klima , biex jkunu indirizzati kwistjonijiet bħal konvenzjonijiet multilaterali, l-ippjanar strateġiku, it-tmexxija tal-ambjent, temi speċifiċi dwar l-ambjent, il-finanzjament ta' investimenti ambjentali f'kuntest reġjonali, il-mitigazzjoni u l-addatament għat-tibdil fil-klima, l-involviment tal-imsieħba f'diskussjonijiet internazzjonali dwar azzjoni tal-futur favur il-klima u l-kondiviżjoni tal-esperjenza dwar l-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet. Il-proċess multilaterali tas-SLv għandu jiffaċilità wkoll l-interkonnessjoni tan-netwerks tal-imsieħba għat-telekomunikazzjoni u għat-trasport– bejn pajjiż imsieħeb u ieħor u mal-UE – kif ukoll l-armonizzazzjoni tal-ambjent regolatorju. Kooperazzjoni b'saħħitha u diversifikata fit-trasport reġjonali diġà teżisti[19]; is-SLv tista' tippromwovi taħdidiet tekniċi adizzjonali dwar temi magħżulin bħas-sigurtà fl-avjazzjoni, in-navigazzjoni interna u proġetti tal-infrastruttura, b'kunsiderazzjoni għal taħdid li għadhom għaddejjin f'reġjuni oħra. Il-mobilizzazzjoni ta' netwerks avvanzati għar-riċerka u l-komunikazzjoni għandhom ikunu promossi wkoll.

Sigurtà fl-enerġija

Is-sigurtà fl-enerġija tal-UE u dik fl-enerġija tal-imsieħba huma marbutin mill-qrib u l-pjattaforma tas-SLv għas-Sigurtà tal-Enerġija għandha tikkonċentra fuq miżuri ta' interess reċiproku:

Is-SLv hija mmirata biex tiżviluppa u timplimenta mekkaniżmi reċiproki għall-appoġġ u s-sigurtà fl-enerġija , li jinkudu mekkaniżmi li jwissu minn qabel u azzjonijiet ta' sigurtà konġunti. Wieħed mill-għanijiet se jkun li jissaħħew l-kuntatti dwar is-sigurtà fl-enerġija u tissaħħaħ it-tħejjija għal-kriżi fl-enerġija. Bord għas-sigurtà fl-enerġija se jkun stabbilit biex jappoġġja din il-ħidma. Dan il-bord jista' jikkunsidra li jifformalizza l-interazzjoni tal-imsieħba, fuq bażi ad hoc, man-NESCO (in-Netwerk ta' Korrispondenti għas-Sigurtà fl-Enerġija) tal-UE, u jkompli jibni fuq arranġamenti eżistenti mal-Grupp għall-Koordinazzjoni tal-Gass u l-Grupp għall-Fornitura taż-Żejt, u jikkunsidra l-ħidma li qiegħda ssir f'fora oħra, li jinkludu l-Komunità tal-Enerġija, fejn inhu xieraq.

Is-SLv se tkompli tħaffef l-armonizzazzjoni tal-politiki u tal-leġiżlazzjoni dwar l-enerġija tal-imsieħba mal-parattiki u l- acquis tal-UE, inter alia, fil-qasam tal-elettriku, tal-gass, taż-żejt, tal-enerġija li tiġġedded, u tal-enerġija effiċenti. Kooperazzjoni intensifikata ma' partijiet interessati ewlenin (amministraturi nazzjonali, regolaturi, aġenziji) se tappoġġja dan il-proċess.

Il-ħolqien fuq perjodu medju ta' suq tal-enerġija interkonness u diversifikat bejn l-UE u l-imsieħba li huwa ta' benefiċċju għat-tnejn, għandu isir wkoll . Dan jirrikjedi l-iżvilupp ta' Pjan ta' Azzjoni għall-Infrustruttura tal-Enerġija għas-SLv, li jikkunsidra t-tieni Reviżjoni Strateġika dwar l-Enerġija u l-Pjan Prijoritarju ta' Interkonnessjoni tal-UE[20]. Il-kapaċitajiet tal-imsieħba biex jaħżnu z-żejt u l-gass għandha titjib ukoll, li jinkludu l-inkoraġġiment ta' arranġamenti għal tiħżin konġunt. Fejn huma kkonċernati infrastrutturi ewlenin li huma vulnerabbli għal riskji mhux kummerċjali kifrin, l-iżvilupp tal-isħubiji privati-pubbliċi li jġibu flimkien l-UE mal-pajjiżi msiehba fis-SLv jistgu jsiru importanti aktar minn qabel.

Is-sigurtà fl-enerġija tal-UE u tal-imsieħba tirrekjedi diversifikazzjoni qawwija fil-fornitura u fir-rottot ta' trasportazzjoni . Dan jista' jintlaħaq aħjar bl-involviment aktar fil-viċin tal-pajjiżi terzi li jinkludu il-pajjiżi tal-Ażja Ċentrali. Għalhekk, is-SLv għandha tagħmel kontribut lejn t-tisħiħ li għadu għaddej tal-Proċess ta' Baku bħala imsieħeb tal-enerġija ġenwin, b'parteċipazzjoni sħiħa tal-pajjiżi tal-Ażja Ċentrali bħala reġjun ewlieni li jipproduċi l-enerġija, u inkluż permezz tal-iżvilupp tal-passaġġ fix-Xlokk li jinkludi t-Transcaspian.

Kuntatti bejn in-nies

L-interazzjoni bejn l-UE u ċ-ċittadini tal-pajjiżi msieħba, b'mod partikolari ż-żagħżagħ, għandha tkun rikonoxxuta bħala element li jippromwovi u jissorvelja l-bidla u għalhekk se din l-interazzjoni se tiġi nkoraġġita. L-UE għarfet, b'mod speċifiku, il-valur tal-kooperazzjoni kulturali u tad-djalogu interkulturali bħala parti intergrali tal-politiki esterni kollha u, tefgħet dawl fuq l-importanza ta' kooperazzjoni kulturali kull meta qegħdin jiġu indirizzati proċessi u sfidi politiċi[21]. Il-kooperazzjoni tista' tibni wkoll fuq numru ta' programmi ta' assistenza popolari tal-Komunità u esterni, notevolment fil-qasam tal-edukazzjoni , li jinkludu t-tagħlim tal-lingwi, iż-żgħażagħ u r-riċerka . L-iżvilupp tas-Soċjeta Informatika u r-rwol tal-midja li jiffaċilita l-kuntatti bejn in-nies, għandhom ikunu appoġġati wkoll.

4.3. Inizjattivi prominenti

L-għanijiet tas-SLv jistgħu javvanzaw permezz ta' inizjattivi prominenti magħżulin li jipprovdu viżibilità u ffokkar għal kooperazzjoni multilaterali. Dawn l-inizjattivi għandhom ifittxu li jimmobilizzaw appoġġ multi-donatur, finanzjament minn IFIs differenti u investiment min-naħa tas-settur privat. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-inizjativi jistgħu jinkludu Programm għall-Ġestjoni tal-Konfini Integrat ; Faċilità SME; Il-promozzjoni tas-swieq tal-elettriku Reġjonali, tal-effiċenza fl-enerġija u tal-energija li tiġġedded ;[22]u l-iżvilupp tal-passaġġ tal-enerġija tax-Xlokk; u kooperazzjoni dwar il-Prevenzjoni ta', it-tħejjija għal, u r-rispons għal diżastri naturali u dawk kkaġunati mill-bniedem.

Temi potenzjali għall-ħidma tal-pjattaformi u l-bordijiet tematiċi u deskrizzjoni tal-inizjattivi prominenti proposti huma stabbiliti fid-dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni.

4.4. Parteċipazzjoni

Minbarra r-rappreżentanti tal-gvern u l-Kummissjoni Ewropea, il-ħidma se tinvolvi istituzzjonijiet tal-UE oħra, organizzazzjonijiet internazzjonali (bħall-OSCE u s-COE), Istitituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali, parlamenti, rappreżentanti tan-negozju, awtoritajiet lokali, u medda wiegħsa ta' partijiet interessati fl-oqsma koperti mill-pjattaformi tematiċi.

Attenzjoni partikolari għandha tingħata lill-involviment tas-soċjetà ċivili. Il-Kummissjoni tipproponi li tagħti appoġġ għall-iżvilupp ulterjuri ta' Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili (CSOs) u biex tistabilixxi Forum tas-Soċjetà Ċivili tas-SLv biex tippromwovi kuntatti fost is-CSOs u tiffaċilita d-djalogu bejnhom u bejn l-awtoritajiet pubbliċi.

Il-Pajjiżi Terzi jistgħu jkunu involuti fil-ħidma ta' pjattaforma tematika, ta' bord jew ta' inizjattiva, fuq bażi ta' każ b'każ u jekk ikun hemm qbil dwar interessi komuni fuq tema, dwar prossimità ġeografika jew dwar rabtiet ekonomiċi eżistenti, dan se jkun ta' benefiċċju.

Il-Kummissjoni tilqa' kull inizjattiva mill-Parlament Ewropew biex tagħmel il-kooperazzjoni parlamentari "EuroNest" li żviluppat, parti integrali mis-SLv. Barra minn dan, Troika Parlamentari li jinvolvi l-Parlament Ewropew, l-OSCE u l-Kunsill tal-Ewropa għall-Assembleji Parlamentari jista' jriffed l-aspetti multilaterali tas-SLv.

Il-Kummissjoni tistieden il-parteċipazzjoni tal-Kumitat tar-Regjuni u tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew , b'mod partikolari fil-ħidma taħt il-pjattformi tematiċi dwar Demokrazija, tmexxija tajba u stabbilità u dwar Kuntatti bejn in-nies. Il-Kummissjoni tistieden ukoll lill-Kumitat tar-Reġjuni biex jistabilixxi Assembleja Regjonali u Lokali għall-Ewropa tal-Lvant u l-Kawkażu tan-Nofsinhar u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew biex jipparteċipa fil-Forum tas-Soċjetà Ċivili.

5. Riżorsi

Li ġġib il-livelli ta' finanzajament fuq l-istess skala tal-livell ta' ambizzjoni politika tal-Imsieħba huwa wieħed mis-sinjali l-aktar ċari li juri li l-UE hija lesta li toffri impenn konkret lill-imsieħba tagħha. Żieda sostanzjali fir-riżorsi finanzjarji hija meħtieġa biex jintlaħqu dawn l-għanijiet stabbiliti f'din il-proposta.

Dawn il-fondi se jintużaw biex l-aġenda tar-riforma tas-SLv tavvanza permezz tal-implimentazzjoni tal-programmi CIB li se jipprovdu kosultazzjoni u taħriġ (pereżempju, permezz ta' ġemellaġġ u TAIEX) għall-amministraturi pubbliċi kif ukoll tagħmir u infrastruttura speċjalizzata (pereżempju, laboratorji) li huma meħtieġa għall-operazzjoni tagħhom. Ir-rizorsi miżjuda se jiffinanzjaw ukoll l-operazzjonijiet tal-pjattaformi u jappoġġaw numru ta' inizjattivi prominenti. Fl-aħħar nett, se jappoġġaw l-istabbiliment tal-politiki reġjonali tal-imiseħba u jrawmu l-istabbilità permezz tal-promozzjoni ta' koeżjoni interna u t-tnaqqis tad-differenzi soċjo-ekonomiċi.

Finanzjament attwali ENPI għall-imsieħba ammonta għal madwar € 450 miljun fl-2008. Il-Kummissjoni bi ħsiebha tipproponi li żżid b'mod progressiv dan l-ammont sakemm jilhaq € 785 miljun fl-2013. Dan se jirrikjedi li l-pakkett attwali ENPI irid jiġi miżjud b' € 350 miljun f'fondi ġodda barra u minn fuq ir-riżorsi ppjanati għall-2010-13. Barra min hekk, fil-qafas tar-reviżjoni tal-baġit, se tingħata kunisderazzjoni biex tiżdied il-livell ta' assistenza biex dan jirrifletti l-livell ta' ambizzjoni tal-politika lejn dawn l-imsieħba.

Sabiex jindirizza l-ħtiġijiet l-aktar immedjati, il-Programm Reġjonali tal-Lvant ENPI se jkun iffokat mill-ġdid biex imantni d-dimensjoni multilaterali tas-SLv. Fondi li se jkunu disponibbli sa l-2009 jistgħu jintużaw biex jagħtu spinta lill-inizjattivi urġenti u madwar € 250 miljun taħt il-pakkett attwali ENPI jistgħu jkunu programmati mill-ġdid għall-perjodu 2010-13.

Din it-taħlita ta' fondi ġodda u prgrammati mill-ġdid se ġġib it-total tar-riżorsi allokati lill-inizjattivi l-ġodda identifikati f'din il-Komunikazzjoni għal € 600 miljun

Barra li għandha tiżdied l-assistenza mogħtija mill-Komunità, SLv rigoruża se tirrikjedi mizuri prattiċi biex jiġi żgurat twassil effettiv u koordinazzjoni tad-donaturi mtejba, u biex tikseb aktar fondi għall-investimet, notevolment permezz tal-EIB u l-EBRD. Ir-reviżjoni li ssir f'nofs il-perjodu tal-mandat estern tal-EIB se tipprovdi opportunità biex jkun ikkunsidrat jekk għandux jogħla l-limitu indikattiv għall-imsieħba tal-Lvant u jekk għandux jitwessa' l-iskop tiegħu. Għall-proġetti ta' infrastruttura prinċipali, għandu jkun ikkunsidrat appoġġ għall-investimenti pubbliċi/privati permezz ta' kopertura ta' riskji mhux kummerċjali. Il-Faċilità ta’ Investiment tal-Viċiniat (NIF) tista' tintuża biex jgħaddu fondi mill-UE bħala għotja għall-proġetti bħal dawn u l-Kummissjoni titlob lill-Istati Membri biex jagħmlu kontribut finanzjarju għas-SLv li jinkludi żieda fil-kontribuzzjoniet lill-NIF. Informazzjoni ulterjuri kkonċernata ma' dawn il-kwistjonijiet jinstabu fid-dokument ta' ħidma għall-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja din il-Komunikazzjoni.

L-implimentazzjoni tas-SLv se teħtieġ ukoll l-allokazzjoni ta' rizorsi umani adekwati fi ħdan is-servizz tal-Kummissjoni relevanti. B'mod partikolari, id-Delegazzjonijiet KE fil-pajjiżi msieħba għandhom jissaħħew.

6. KONKLUżJONIJIET

Il-loġika tal-PEV – li l-Unjoni għandha l-interess vitali li tippromwovi governanza u żvilupp ekonomiku aħjar permezz ta' impenn determinat mal-viċinat tagħha – hija valida aktar minn qatt qabel. Li nidħlu aktar fil-fond fir-realzzjonijiet tagħna mal-imsieħba permezz tal-Isħubija tal-Lvant huwa għalhekk kemm imperattiv strateġiku kif ukoll investiment politiku għall-UE, li se jħalli l-frott ghaċ-ċittadini tal-Ewropa.

Is-SLv se tagħmel kontribut siewi biex ir-riformi jkollhom enerġija mġedda, is-swieq u s-soċjetajiet jkunu integrati, biex tiġi proġettata l-istabbilità u biex tostakola r-riskju li jiġu stabbiliti konfini ġodda fil-kontinent tagħna. Il-Kummissjoni titlob lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew biex jipprovdu appoġġ politiku u finanzjaru b'saħħtu għas-SLv.

Il-Kummissjoni tipproponi li s-Sħubija tal-Lvant għandu jintnieda waqt Samit fir-rebbiegħa tal-2009 , li jinvolvi l-Kapijiet tal-Istat jew il-Gvern tal-Istati Membri tal-UE kollha u l-pajjiżi msieħba. Dan is- "Samit tas-Sħubija tal-Lvant" se jadotta Dikjarazzjoni Politika li tistabilixxi s-Sħubija, u li tiddiskrivi l-għanijiet u l-prinċipji prinċipali tagħha filwaqt li tiddetermina l-elementi ġenerali tal-proċess ta' kooperazzjoni li jsegwi.

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. ISEM TAL-PROPOSTA:

Sħubija tal-Lvant (SLv)

2. IL-QAFAS ABM / ABB

Kapitolu 19.08 - Politika Ewropea dwar il-Viċinat u relazzjonijiet mar-Russja

3. LINJI BAĠITARJI

3.1 Il-linji tal-baġit (linji operattivi u linji ta' assistenza amministrattivi u tekniki relatati (eż – linji B.A)) li jinkludi l-intestaturi:

Intestatura 4 – Relazzjonijiet esterni

BL 19.01.04.02 Nefqiet ENPI fuq Ġestjoni Amministrattiva

BL. 19.08.01.03 Kooperazzjoni Finanzjarja PEV mal-Ewropa tal-Lvant

3.2 Dewmien tal-azzjoni u l-impatt finanzjarju:

Is-SLv tikkuplimenta l-Politika Ewropea tal-Viċinat. L-impatt finanzjarju koprut minn dan il-fische jikkonċerna l-perjodu 2009-13, flimkien mal-allokazzjonijiet diġà previsti għall-perjodu 2007-2013.

3.3 Karatteristiċi baġitarji:

Linja baġitarja | Tip ta' nefqa | Ġdida | Kontribut EFTA | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | Intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

19.01.04.02 | Mhux-komp | Mhux-diff | LE | LE | LE | Nru 4 |

19.08.01.03 | Mhux-komp | Diff | LE | LE | LE | Nru 4 |

4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

4.1 Riżorsi finanzjarji4.1.1 Sommarju tal-approprjazzjonijiet għall-impenji (CA) u approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (PA), EUR mn (sa 3 punti deċimi)

Tipi ta' nefqa | N. tas-settur | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | Total |

Nefqa operattiva (Linja tal-Baġit 19.08.01.03) |

Approprjazzjonijiet għall-Impenji (CA) | 8.1 | a (97%) | 0 | 24.25 | 51.41 | 109.61 | 154.23 | 339.5 |

Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet (PA) | b[23] | 0 | 4.25 | 14.41 | 46.61 | 85.23 | 150.5 |

Nefqa amministrattiva fi ħdan l-ammont ta' referenza (Linja tal-Baġit 19.01.04.02) |

Assistenza teknika u amministrattiva (NDA)[24] | 8.2.4 | c (3%) | 0 | 0.75 | 1.59 | 3.9 | 4.77 | 10.5 |

TOTAL TAL-AMMONT TA' REFERENZA |

Approrjazzjonijiet għall-Impenji | a+c | 0 | 25 | 53 | 113 | 159 | 350 |

Approprjazzjonijiet ta' Ħlas | b+c | 0 | 5 | 16 | 50 | 90 | 161 |

Nefqa amministrattiva mhux inkluża fl-ammont ta' referenza |

Riżorsi Umani u nefqa marbuta magħhom (NDA) | 8.2.5 | d | 0 | 2.35 | 2.838 | 2.838 | 2.838 | 10.864 |

Infiq amministrattiv barra spejjeż ta' riżorsi umani u infiq marbut miegħu, mhux inkluż fl-ammont ta' referenza (NDA) | 8.2.6 | e | 0 | 0.193 | 0.229 | 0.229 | 0.229 | 0.880 |

Total tan-nefqa finanzjarja indikattiva tal-intervent

TOTAL tas-CA li jinkludi n-nefqa għar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | 0 | 27.543 | 56.067 | 116.067 | 162.067 | 361.744 |

TOTAL tal-PA li jinkludi n-nefqa tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | 0 | 7.543 | 19.067 | 56.067 | 93.067 | 172.744 |

4.1.2 Il-kompatabilità mal-Ipprogrammar Finanzjarju

( Il-proposta hija kompatibbli mal-programmi ta' finanzjament eżistenti.

X Il-proposta se tirrekjedi programmar mill-ġdid tal-intestatura relevanti fil-perspettiv finanzjarju (l-użu tal-marġini).

( Il-proposta tista' tinħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Inter-istituzzjonali[25](pereżempju l-istrument ta' flessibilità).

L-ammont adizzjonali ta' EUR 350 miljun se jkun allokat mill-marġini tal-Intestatura 4 taħt liema € 998 miljun huwa disponibbli skont l-aħħar programmar finanzjaru (PDB 2009).

4.1.3 Impatt finanzjarju fuq dħul

X Il-proposta m'għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq dħul

( Il-proposta se jkollha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

4.2 Riżorsi Umani FTE (li jinkludi l-uffiċjali, il-persunal temporanju u dak estern) – ara d-dettall taħt il-punti 8.2.1 u 8.2.2.

Rekwiżiti annwali | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | Fl-2013 u aktar tard |

Numru totali ta' riżorsi umani meħtieġa fis-sena[26] | 0 | 18 | 27 | 40 | 50 |

5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

5.1 Iridu jintlaħqu fi żmien qasir

Din il-komunikazzjoni tippreżenta l-proposti tal-Kummissjoni għall-impenn aktar fil-fond mal-viċinati tal-Lvant tal-Ewropa[27], li se jeħtieġ l-mobilizzazzjoni ta' riżorsi addizzjonali mill-Komunità.

Il-Kummissjoni bi ħsiebha żżid gradwalment il-finanzjament ENPI għall-imsieħba tal-Lvant minn € 450 miljun fl-2008 għal madwar € 785 miljun fl-2013. Dan se jirrikjedi li l-pakkett attwali ENPI irid jiġi miżjud b' € 350 miljun f'fondi ġodda barra u minn fuq ir-riżorsi diġà pprogrammati[28] għall-perjodu 2010-13. Dan l-ammont se jittieħed mill-marġini taħt il-limitu tal-Intestatura 4 taħt liema € 998 miljun huma disponibbli għal dak il-perjodu.

Barra min hekk, fil-qafas tar-reviżjoni tal-baġit, se tingħata kunsiderazzjoni biex tiżdied il-livell ta' assistenza biex dan jirrifletti l-livell tal-ambizzjoni politika lejn l-imsieħba.

5.2 Il-valur miżjed tal-involviment tal-Komunità u l-koerenza tal-proposta ma' strumenti finanzjarji oħra u s-sinerġija possibbli

Il-proposta tiddependi fuq il-kondiviżjoni tal-esperjenzi dwar integrazzjoni Ewropea mal-viċinati tal-Lvant tal-Ewropa tagħna fejn b'mod progressiv ikunu qegħdin jiġu involuti aktar fil-politiki tal-UE Il-qafas legali ENPI ġie stabbilit biex imantni il-miżuri ta' kooperazzjoni li se jagħmlu parti mis-SLv. Madankollu, biex dan isir filwaqt li jiġi matenut il-livell ta' assistenza ppjanat għall-pajjiżi oħra (tal-Mediterran) PEV, se jkun hemm bżonn żieda fir-riżorsi finanzjarji tal-istrument li jgħamel użu mill-marġini tal-Intestatura 4. Iż-żieda proposta tista' tkun implimentata mingħajr ma ssir reviżjoni formali tar-regolament ENPI peress li tibqa' fi ħdan il-flessibilità ta' 5% awtorizzata permezz tal-punt 37 tal-IIA dwar il-perspettiva Finanzjarja[29].

Strumenti speċifiċi oħra se jagħmlu kontribut ukoll għall-implimentazzjoni tas-SLv b'azzjonijiet speċifiċi li jaqgħu fi ħdan l-iskop tal-operazzjonijiet tagħhom.

5.3 L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM

Għanijiet

L-għan globali tas-SLv huwa li jistabilixxi realzzjonijiet aktar fil-viċin bejn l-UE u l-viċinati tagħha u biex l-aġenda tar-riforma tagħhom tavvanza billi jiġu segwiti l-għanijiet operattivi li ġejjin:

1. Appoġġ għar-riformi tal-pajjiżi msieħba permezz tal-Programm Komprensiv għall-Bini tal-Istituzzjonijiet (CIB) li jindirizza s-setturi kollha relevanti ta' kooperazzjoni;

2. Dimensjoni multilaterali tas-SLv, li tinkludi appoġġ għal numru ristrett ta' inizjattivi prominenti;

3. Li jiġu indirizzati d-differenzi ekonomiċi u soċjali bejn ir-reġjuni fi ħdan pajjiż imsieħeb u jitkattar il-koezjoni interna tagħhom permezz ta' żvilupp ekonomiku u soċjali, ta' appoġġ.

Riżultati

- Progress fl-implimentazzjoni tar-riformi mifthiema;

- Legiżlazzjoni li taqbel aktar mal- acquis tal-UE.

- Tnaqqis fid-differenzi ekonomiċi interni;

- Żieda fl-istabbilità interna;

- Qafas multi-laterali funzjonali;

- Inizjattivi prominenti implimentati;

Indikaturi

- In-numru ta' kundizzjonijiet għall-konklużjoni tal-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni li ntlaħqu;

- Tnaqqis fil-livell ta' korruzzjoni;

- Il-pass li bih qegħdin jiġu implimentati l-inizjattivi prominenti;

- In-numru ta' laqgħat u r-riżultati tal-ħidma tal-pjattaformi;

- Tnaqqis fil-livell ta' differenzu ekonomiċi u soċjali;

- Tnaqqis fil-livell ta' kunflitt intern.

5.4 Metodu ta' Implimentazzjoni (indikattiv)

Finanzjament adizzjonali se jingħata permezz tal-programmi regjonali u tal-pajjiż ENPI b'konfomità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju.

6. SORVELJANZA U EVALWAZZJONI

6.1 Sistema ta' sorveljanza

Il-Kummissjoni se tissorvelja il-progress tal-kooperazzjoi esterna tagħha f' kull livell:

- dħul (b'mod partikolari flussi finanzjarji: impenji, kuntratti u ħlasijiet);

- attivitajiet / eżiti (l-eżekuzzjoni ta' proġetti u programmi, sorveljanza interna li saret fuq il-post minn Delegazzjonijiet tal-Kummissjoni); u

- progress / eżitu ( Sorveljanza Orjentata lejn ir-riżultati ir-Riżultati -ROM [30]) u l-impatt.

Il-programmi indikattivi jinkludi l-għanijiet speċifiċi u r-riżultati mistennija f'kull qasam ta' kooperazzjoni.

L-ipprogrammar ta' għajnina esterna fit-tul għall-pajjiżi u r-reġjuni msieħba jitwettaq fil-qafas għat-tħejjija tad-dokumenti strateġiċi (sa 7 snin) u fil-programmi indikattivi (3-4 snin). Dawn id-dokumenti dwar programmar huma soġġetti għal reviżjoni li ssir f'nofs il-perjodu u li tipprovdi flessibilità biex il-prijoritajiet ta' programmar ikunu jistgħu jiġu aġġustati mill-ġdid.

6.2 Evalwazzjoni

B'konformità mar-regoli attwali u fid-dawl tal-iskop vast tal-attivitajiet previsti, ġiet stabbilita sistema ta' evalwazzjoni li tkopri l-livelli differenti ta' intervent.

Notevolment, ir-regolament finanzjarju jitlob għall-evalwazzjoni regolari tal-attivitajiet (imdaqqsin) kollha[31]. Evalwazzjonijiet ta' obbligazzjonijiet legali usa bħat-tlitt "KKK"[32]huma wkoll neċessarji u jiqbgħu għaddejjin.

7. MIżURI KONTRA L-FRODI

Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità u l-ġlieda kontra l-frodi u l-irregularitajiet jiffurmaw parti integrali ta' dan ir-Regolament ENPI.

Sorveljanza amministrattiva tal-kuntratti u tal-ħlasijiet se jkunu r-responsabbilità tad-Delegazzjonijiet tal-KE fil-pajjiżi li se jibbenifikaw.

Kull operazzjoni li hija ffinazjata taħt dan ir-regolament ENPI se tkun taħt superviżjoni f'kull stadju taċ-ċiklu tal-proġett permezz tad-delegazzjonijiet[33].

Attenzjoni partikolari se tingħata lin-natura tan-nefqa (l-eġilibilità tan-nefqa), lir- rispett għall-baġits (nefqa reali) u biex tiġi verifikata l-informazzjoni ta' appoġġ u d-dokumentazzjoni relevanti (evidenza tan-nefqa).

8. ID-DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1 L-għanijiet tal-proposta b'ħarsa lejn n-nefqa finanzjarja tagħhom flimkien mal-allokazzjonijiet eżistenti.

Approprjazzjonijiet għall-impenji f'miljuni ta' EU (sa 3 punti deċimi)

(L-intestaturi tal-għanijiet, l-azzjonijiet u l-eżiti għandhom jitniżżlu) | Sena 2010 | Sena 2011 | Sena 2012 | Sena 2013 | TOTAL |

Nefqa totali stmata | Nefqa totali stmata | Nefqa totali stmata | Nefqa totali stmata | +Nefqa totali stmata |

8.2 Nefqa Amminstrattiva

8.2.1 Numru u tip ta' riżorsi umani

Persunal li se jiġi assenjat biex jieħu ħsieb il-ġestjoni tal-azzjoni bl-użu ta' riżorsi adizzjonali (numru ta' impjiegi / FTEs) |

Types of postTipi ta' impieg | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 |

Persunal iffinanzjat[36] bl-art. XX 01 02 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

Persunal ieħor[37] iffinanzjat mill-linja ex-BA 19.01.04.02 | 0 | 6 | 12 | 25 | 35 |

Total tan-numru ta' persunal adizzjonali meħtieġa fis-sena | 0 | 18 | 27 | 40 | 50 |

8.2.2 Deskrizzjoni tax-xogħolijiet imisslin mill-azzjoni.

Fil-KĠ tal-Kummissjoni tim zgħir (3 AD u 1 AST) se jingħaqad biex jissorvelja l-istabbiliment u jikkordina l-ħidma għal erba' pjattaformi tematiċi multilaterali kif deskritti fid-dokument ta' ħidma għal persunal tal-Kummissjoni. It-tim se jassistu l-koordinaturi tal-Pjattaformi fl-ippjanar, fl-organizzazzjoni u fit-mexxija tal-laqgħat. It-tim se jiżgura wkoll li se jkun provdut rappurtar adekwat u li l-informazzjoni se titqassam.

Total ta' ħames impjiegi żejda (AD) se jkunu allokati għal servizzi bażiċi biex jagħmlu tajjeb għaż-żieda fi-xogħol li jista' jirriżulta mill-azzjonijiet bilaterali u multilaterali proposti. Is-sitt Delegazzjonjiet tal-KE fil-pajjiżi msieħba se jissaħħew bl-għajnuna ta uffiċjal ieħor (AD) għal kull Delegazzjoni (sitta b'kollox)

Aġenti adizzjonali fuq kuntratt (u/ jew lokali) u persunal temporanju ieħor ( 61 huma preveisti b'kollox) se jinħtieġu l-aktar[38]fid-Delegazzjonijet għall-attivitajiet ta' kooperazzjoni li jirrekjedu xogħol intensiv li se jiġu implimentati mar-riżorsi finanzjarji adizzjonali għas-SLv.

8.2.3 Sorsi ta' riżorsi umani (tal-istatut)

( Impjiegi li attwalment huma allokati għall-ġestjoni tal-programm li se jiġu sostitwiti jew estiżi

( Impjiegi li ġew allokati minn qabel fi ħdan l-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n

X Impjiegi li se ssir talba għalihom fil-proċedura APS/PDB li jmiss.

( Impjiegi li se jiġu mobilizzati mill-ġdid bl-użu ta' riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta' ġestjoni

( Impjiegi meħtieġa għas-sena n minkejja li mhumiex previsti fl-eżerċizzju APS/PBD tas-sena kkonċernata (għas-sena 2009)

Il-ħtiġijiet ta' rizorsi umani u amministrattivi se jkunu koperti fi ħdan l-allokazzjoni li tista' tingħata lill-DĠ li qiegħed jiġġestixxi fil-qafas tal-proċedura ta' allokazzjoni annwali fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġtarji

8.2.4 Infiq amministrattiv ieħor inkluż fl-ammont ta' riferenza ((XX 01 04/05 – Nefqa fuq ġestjoni amministrattiva)

EUR miljun (sa 3 punti deċimi)

Linja baġitarja (numru u intestatura) | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u iżjed tard | TOTAL |

Assistenza teknika u amministrattiva oħra |

- intra muros |

- extra muros |

Total tal-assistenza teknika u amministrattiva |

Il-livell ta ħlasijiet amministrattivi neċessarji biex jappoġġa l-implimentazzjoni ta' dawn l-inizjattivi ġie stabbilit għal 3% tal-approprjazzjonijiet għall-impenji globali. Barra minn hekk, sar sforz ukoll biex jiġi kkwantifikat il-persunal li se jiġi ffinanzjat taħt dak l-ammont u li se jkun meħtieġ għall-gestjoni tar-riżorsi adizzjonali. Huwa diffiċli f'dan l-istadju biex wieħed ikompli: u din hija r-raġuni għalfejn it-tabella t' hawn fuq ma tlestietx. Se tintalab Assistenza Amministrattiva u Tekinka fil-każ li l-inizjattivi jridu jiġu implimentati fi ħdan il-limitu għall-ħlasijiet amministrativi stabbiliti f'dan il-fiche.

8.2.5 Nefqa finanzjarja ta' riżorsi umani u infiq assoċjat mhux inkluż fl-ammont ta' referenza

EUR miljun (sa 3 punti deċimi)

Tip ta' riżorsi umani | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 |

Uffiċjali u persunal temporanju (XX 01 01) | 0 | 2.350 | 2.838 | 2.838 | 2.838 |

Persunal iffinanzjat bl-Art XX 01 02 li jinkludi staff awżiljarju, END, fuq kuntratt. eċċ. | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

Total tan-nefqa finanzjarja għar- riżorsi umani u infiq assoċjat (MHUX inkluż fl-ammont ta' referenza) | 0 | 2.350 | 2.838 | 2.838 | 2.838 |

Kalkolazzjoni – Uffiċjali u aġenti temporanji

(Għandha ssir referenza għall-punt 8.2.1 jekk applikabbli)

Għall-2010:

5 (Uffiċjali fil-KĠ) x 122,000 € (infiq standard BUDG) = 610,000

6 (Uffiċjali ta' Delegazzjoni) x 290,000 € (Nefqa stmata) = 1,740,000

( 610,000+ 1,740,000= 2,350,000

Mill- 2011 sal-2013:

9 (Uffiċjali fil-KĠ) x 122,000 € (infiq standard BUDG) = 1,098,000

6 (Uffiċjali ta' Delegazzjoni) x 290,000 € (Nefqa stmata) = 1,740,000

( 1,098,000 + 1,740,000= 2,838,000

Il-ħtiġijiet ta' rizorsi umani u amministrattivi se jkunu koperti fi ħdan l-allokazzjoni li tista' tingħata lill-DĠ li qiegħed jiġġestixxi fil-qafas tal-proċedura ta' allokazzjoni annwali fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġtarji.

8.2.6 Infiq amministrattiv ieħor mhux inkluż fl-ammont ta' referenza

EUR miljun (sa 3 punti deċimi)

2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | TOTAL |

XX 01 02 11 01 – Missjonijiet | 0.93 | 0.129 | 0.129 | 0.129 | 0.48 |

XX 01 02 11 02 – Laqgħat U Konferenzi | 0.10 | 0.10 | 0.10 | 0.10 | 0.4 |

XX 01 02 11 03 – Kumitati |

XX 01 02 11 04 – Studji U konsultazzjonijiet |

XX 01 02 11 05 – Sistemi tal-informatika |

2 It-total ta' infiq ieħor ta' Ġestjoni (XX 01 02 11) |

3 Infiq ieħor ta' natura amministrattiva (speċifika u niżżel ir-refernza għall-linja tal-baġit) |

It-total tan-nefqa Amministrattiva, minbarra nefqa tar-riżorsi umani u infiq assoċjat (MHUX inkluż fl-ammont ta' referenza) | 0 | 0.193 | 0.229 | 0.229 | 0.229 | 0.88 |

Kalkolazzjoni - Infiq amministrattiv ieħor mhux inkluż fl-ammont ta' referenza

Missjonijiet

Għall-2010:

6 Uffiċjali ta' Delegazzjoni x 8000 (infiq standard għal kull sena) = 48,000

5 uffiċjali fil-KĠ x 6 missjonijiet x 1500 € għal kull missjoni= 45,000

Mil-2010 sa l-2013:

9 uffiċjali fil-KĠ x 6 missjonijiet x 1500 € għal kull missjoni = 81,000

12 Uffiċjali ta' Delegazzjoni x 8000 (infiq standard għal kull sena) = 96,000

( 81,000 + 96,000 = 177,000

Konferenzi

Konferenza unika internazzjonali kull sena fi Brussel li tiswa 100,000

Il-ħtiġijiet ta' rizorsi umani u amministrattivi se jkunu koperti fi ħdan l-allokazzjoni li tista' tingħata lill-DĠ li qiegħed jiġġestixxi fil-qafas tal-proċedura ta' allokazzjoni annwali fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġtarji.

[1] http://ec.europa.eu/world/PEV/index_en.htm

[2] L-Imsieħba tal-Lvant (jew "l-imsieħba") għall-fini ta' din il-Komunikazzjoni huma l-pajjiżi tal-Lvant tal-Ewropa u tan-Nofsinhar tal-Caucasus li ġew indirizzati mill-Politika Ewropea tal-Viċinat: Armenja, Azerbaijan, Belarus, Ġeorgja, Moldova u l-Ukrajina.

[3] ir-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-24 ta' Ottubru 2006

[4] Il-Kummissjoni fissret fil-qosor in-natura u l-vantaġġi ta' Ftehim ta' Kummerċ Ħieles profond u komprensiv fil-Komunikazzjonijiet tagħha dwar "it-tisħiħ tal-PEV" tal-4 ta' Diċembru 2006 - COM(2006)726 – u dwar "PEV b'sħaħħitha" tal-5 ta' Diċembru 2007 - COM(2007) 774 – u, b'mod partikolari, fid-dokument informali dwar "PEV – it-triq lejn integrazzjoni ekonomika ulterjuri", ara http://ec.europa.eu/world/PEV/pdf/non-paper_economic-integration_en.pdf.

[5] Fil-preżent Azerbaijan u Belarus biss għadhom ma kkonkludewx in-negozjati ta' aċċessjoni mad-WTO.

[6] Dan jinkludi limitu fuq in-numru ta' prodotti agrikoli eżklużi mill-liberlizzazzjoni sħiħa, cf "EBP b'saħħitha", 5 ta' Diċembru 2007 – COM(2007)774.

[7] In-negozjati mal-Ukrajina u l-Ġeorġja għadhom għaddejjin, u proposta għal dan il-fini saret lill-Moldova Il-ftehimiet li jirriżultaw se jkunu inklużi eventwalment fil-DCFTAs

[8] COM(2007) 774

[9] Li ħarġu minn statistiċi għall-2007, li jassumu li n-numru ta' applikazzjonijiet ma jinbidilx, li n-nefqa annwali marbuta ma' rinunzja tal-miżati tal-viżas għas-sitt imsieħba f'daqqa jammonta kieku għal total ta' madwar € 75 miljun għall-Istati Membri kollha li jagħmlu parti miż-Żona Schengen Ser issir stedina lill-Istati Memebri li ma jagħmlux parti miż-Żona Schengen biex jikkunsidraw il-possibilità li jirrinunzjaw għall-miżati tal-viżas tagħhom.

[10] Fis-Samit bejn l-UE u Ukranja f'Settembru 2008 Summit ġie deċiz li se jitniedi djalogu dwar reġim reċiproku ta' vvjaġġar mingħajr viża bħala perspettiv fit-tul.

[11] L-istudju se jibni fuq il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni li jmiss "Ħiliet ġodda għall-impjiegi ġodda" u se jikkumplimentaha.

[12] Il-fatt li l-pipijiet prinċipali li minnhom jgħaddi l-idrokarbonju għal żoni ta' konflitt, jinsabu fil-qrib ta' xulxin, jibqa' punt ta' tħassib. Nuqqas ta' stabbilità fin-Nofsinhar tal-Kawkażu tista' wkoll tpoġġi fil-periklu is-sigurtà tal-enerġija tar-reġjun. Impjant idroelettriku Ġeorġjan kbir ħafna jinsab fit-tarf tal-Abkhazia. Fornitura tal-gass Russa lejn l-Armenia tgħaddi mill-Ġeorġja. Il-pipe prinċipali mill-Federazzjoni tar-Russja lejn il-pajjiżi Baltiċi jgħaddi minn fuq ir-reġjun Tranżnistrijan tal-Moldova. Dawn il-fatturi ghandhom impatt fuq il-fiduċja tal-investituri fuq il-prospetti tat-trasport tal-enerġija sostenibbli minn fuq il-Kawkażu u fuq l-istrateġija tal-UE biex tħajjar fornituri ġodda mill-Ażja Ċentrali.

[13] Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar is-Sigurtà fl-Enerġija u s-Soledarjetà - COM(2008) 744.The closeness of main hydrocarbon transit pipelines to zones of conflict remains of concern. Instability in the Southern Caucasus can also threaten the region’s energy security. A very large Georgian hydroelectricity plant lies at the fringes of Abkhazia. Georgia trades electricity with Armenia and Azerbaijan. Gas supplies from Russia reach Armenia via Georgia. The main gas pipeline from the Russian Federation to the Balkans passes through the Transnistrian region of Moldova. These factors impact on investor confidence, on the prospects of sustainable energy transit through the Caucasus and on the EU’s strategy for securing new suppliers in Central Asia

[14] Il- Memorandi ta' Ftehim imsemmijin f'din il-Komunikazzjoni mhumiex strumenti li jorbtu legalment.

[15] Ara d-dokument mhux uffiċjali tal-Kummissjoni dwar "PEV – Domensjoni Tematika" tar-rebbiegħa 2007, http://ec.europa.eu/world/PEV/pdf/non-paper_thematic-dimension_en.pdf .

[16] Il-Leġiżlazzjoni u l-istandards tal-UE se jibqgħu jkunu preżentati u diskussi wkoll fil-qafas tas-sottokumitati tematiċi bilaterali.

[17] Is-servizzi tal-Kummissjoni fissru fil-qosor l-iskop tal-isfozi meħtieġa f'dokument mhux uffiċjali bit-titolu "PEV –triq lejn integrazzjoni ekonomika ulterjuri" tar-rebbiegħa 2007, http://ec.europa.eu/world/PEV/pdf/non-paper_economic-integration_en.pdf .

[18] L-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Istati Membri tal-UE.

[19] Notevolment fil-qafas tal-TRACECA .

[20] COM(2006) 846 finali/2, 23.2.2007.

[21] Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-UE tal-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2008, paragrafu 78.

[22] Xogħol f'dan il-qasam diġà beda taħt il-programm INOGATE.

[23] Ibbażat fuq kalkoli tal-Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet tal-Istrument ENPI fl-2006.

[24] Nefqa fuq Ġestjoni Amministrattiva (linja – BA) tinkludi inter alia nefqa fuq Persunal fuq Kuntratt f'Delegazzjonijiet, kif ukoll studji, laqgħat ta' espeerti, u informazzjoni u pubblikazzjonijiet marbuta direttament mal-kisba tal-għan tal-programm.

[25] Ara l-punti 19 u 24 tal-ftehim Inter-istituzzjonali

[26] Dawn jinkludu iż-żewġ uffiċjali għall-KĠ kif ukoll il-Persunal fuq kuntratt għall-assistenza finanzjarja fis-sitt Delegazzjonjiet; Għal tqassim dettaljat ara 8.2.1 "Numru u tip ta' Riżorsi Umani"

[27] Armenia, Azerbaijan, Belarus, Ġeorgja, Moldova u l-Ukrajina.

[28] L-ammont adizzjonali ta' € 75 miljun li jista' jkun meħtieġ għall-Ġeorġja fl-2010 fil-qafas tal-impenn tal-Kummissjoni ma jagħmilx parti mis-600 miljun Euro

[29] Wieħed jassumi li r-riżorsi żejda mobilizzata s'issa (u li għad iridu jiġu mobilizzati fil-futur) għall-kriżi fil-Palestina u l-Ġeorġja ma jgħoddux fil-persentaġġ ta' 5% peress li jaqgħu taħt "rispons ċirkustanzi b'għan fit-tul li għalihom jeżistu raġunijiet preċiżi...."

[30] Is-sistema ta' sorveljanza orjentata lejn ir-riżultati (ROM) jippermetti apprezzament rapidu tal-prestazzjoni ta' proġett jew programm u tal-implikazzjonijiet aktar fil-wisa' tiegħu u tipprovdi il-Kummissjoni b'konsultazzjoni indipendenti dwar il-portfolju tal-proġetti tagħha Meta tuża approċċ uniku u konsistenti l-Kummissjoni tkun qiegħda tiżgura li għandha dejta kumparabbli għar-reġjunijiet kollha fiejn tipprovdi assistena esterna.

[31] Dan jissarraf f'evalwazzjoni ta' operazzjonijiet uniċi (p.e. proġetti għall-iżvilupp), ta' programmi (p.e. strateġiji tal-pajjiż) u setturi jew temi tal-politka (p.e. it-trasport jew kwistjonijiet dwar is-sessi)

[32] Il-Koerenza, il-Kumplimentarità, il-Koordinazzjoni

[33] Dawn se jawtorizzaw il-Kummissjoni (OLAF) biex iwettqu kontrolli u ispezzjonijiet fuq il-post b'konformità mar-Regolament tal-Kunisill (Euratom, EC) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996.

[34] Li n-nefqa tagħhom MHIJIEX koperta mill-ammont ta' referenza.

[35] Jinkludi Uffiċjali u persunal Temporanju għal RELEX u 5 uffiċjali għal servizzi ta' linja.

[36] Li n-nefqa tagħhom MHIJIEX koperta mill-ammont ta' referenza.

[37] Li n-nefqa tagħhom hija koperta mill-ammont ta' referenza. Dan jikkonċerna aġenti fuq kuntratt u persunal temporanju (linja ex-BA 19.01.04.02).

[38] Għal dawk l-attivitajiet ta' kooperazzjoni reġjonali li ser jiġu implimentati b'mod ċentarli, se jinħtieġu persunal adizzjonali fuq kuntratt fil-kwartieri ġenerali wkoll.

[39] Għandha ssir referenza għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-Aġenzija(i) Eżekuttiv(i) konċernata(i)

Top