EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006DC0437

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew - L-iżvilupp ta’ strateġija ta’ l-UE komprensiva u koerenti sabiex titkejjel il-kriminalità u l-ġustizzja kriminali:Pjan ta’ Ħidma ta’ l-UE 2006 – 2010

/* KUMM/2006/0437 finali */

52006DC0437




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 7.8.2006

KUMM(2006) 437 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL ULILL-KUMI TAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW

L-iżvilupp ta’ strateġija ta’ l-UE komprensiva u koerenti sabiex titkejjel il-kriminalità u l-ġustizzja kriminali:Pjan ta’ Ħidma ta’ l-UE 2006 – 2010

DAĦLA

1. L-ISKOP

L-għan ta’ din il-Komunikazzjoni hija li jingħataw il-punti prinċipali ta’ qafas koerenti fejn tagħrif statistiku dwar il-kriminalità[i] (li jinkludi l-vittimizzazzjoni) u l-ġustizzja kriminali[ii] fuq il-livell ta’ Unjoni Ewropea jiġi żviluppat, l-iktar b'azzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea, bl-appoġġ ta' rappreżentanti mill-Istati Membri u b'koordinazzjoni ma' l-organizzazzjoniet Ewropej u internazzjonali rilevanti[iii].

Din il-Komunikazzjoni tinkludi pjan ta’ ħidma li tistabilixxi l-qafas u l-ħidma ġenerali għall-perjodu ta' ħames snin li ġejjin. Grupp ta’ esperti, b’rappreżentanti mill-Istati Membri kollha, qed jiġi ffurmat mill-Kummissjoni sabiex jgħin lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-pjan ta' ħidma fejn jikkonċerna l-identifikazzjoni ta' ħtiġijiet tal-politika għad- data fil-qasam tal-kriminalità u l-ġustizzja kriminali fuq il-livell ta' UE[iv], id-deċiżjoni hija mehmuża ma’ din il-Komunikazzjoni. Barra minn hekk, ser tiġi eżaminata l-possibiltà fis-Sistema Statistika Ewropea (ESS) li fl-2006 jiġi ffurmat grupp ta’ rappreżentanti ta’ l-Istati Membri kollha sabiex jaħdem fuq l-iżvilupp ta' statistika dwar il-kriminalità u l-ġustizzja kriminali[v].

2. L-IMPENJI POLITIċI

Il-ħtieġa li tiġi żviluppata statistika dwar il-kriminalità u l-ġustizzja kriminali ilha li ġiet identifikata mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni Ewropea. L-Istrateġija tal-Millennju dwar il-kriminalità organizzata[vi] rrakkomandat l-elaborazzjoni ta’ statistiċi dwar il-kriminalità. Il-valutazzjoni interim ta’ l-istrateġija tal-Millennju[vii] talbet li l-Kummissjoni tagħmel studju dwar l-istatistika fil-qasam tal-kriminalità organizzata u tressaq proposta sabiex ikunu stabbiliti riċerka, dokumentazzjoni u netwerk statistiku.

Id-Dikjarazzjoni ta’ Dublin[viii], tirrakkomanda li “sistema komprensiva ta’ statistika dwar il-kriminalità Ewropea għandha tiġi elaborata u Strateġija koordinata għal Statistika dwar il-Kriminalità fl-UE tiġi żviluppata.” u tistqarr li “L-għan ta’ l-istrateġija għandha tkun li tipprovdi t-tagħrif meħtieġ għal xejriet ta’ analiżi, riskji ta’ evalwazzjoni, miżuri ta’ valutazzjoni u benchmarking tat-twettiq”, li tiġi appoġġjata b'input mil-Grupp ta' Esperti tal-Kriminalità u min-Netwerk għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità fl-UE.

Il-Programm ta’ l-Aja[ix], li jiddeskrivi l-iżviluppi għall-ħames snin li ġejjin fl-oqsma tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja laqa’ “l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tistabilixxi strumenti Ewropej għall-ġbir, analiżi u t-tqabbil ta’ tagħrif dwar il-kriminalità u l-vittimizzazzjoni u x-xejriet rispettivi fl-Istati Membri, bl-użu ta’ statistiċi nazzjonali u sorsi ta’ informazzjoni oħrajn bħala indikaturi li kien hemm qbil fuqhom.” Il-Pjan ta' Ħidma tal-Kunsill u l-Kummissjoni li jimplimenta l-Program ta' l-Aja[x] jirreferi għal din il-Komunikazzjoni.

3. IL-QAGħDA ATTWALI U L-ħTIEġA TA’ AZZJONI FIL-ġEJJIENI

Sa minn kmieni fl-2004, il-Kummissjoni Ewropea allokat riżorsi umani u finanzjarji għall-preparamenti, bl-iżvilupp ta’ koordinazzjoni interna u bit-twaqqif ta’ strutturi informali ma’ l-atturi rilevanti u b’konsultazzjoni informali ma’ rappreżentanti fl-oqsma rilevanti. Il-Kummissjoni iffinanzjat ukoll numru ta’ proġetti ta’ riċerka[xi] u iktar studji limitati[xii] għaż-żieda ta’ l-għarfien f’dan il-qasam, u bniet netwerk ta’ akkademiċi b’għarfien fil-qasam. Fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja, ġew organizzati numru ta’ laqgħat taħt il-Forum għall-prevenzjoni tal-kriminalità organizzata[xiii] ġew organizzati sabiex jikkonsultaw lill-Istati Membri fi grupp aktar wiesa'. Ħafna aktar organizzazzjonijiet mill-EU u internazzjonali żiedu l-ħidma għall-iżvilupp ta’ statistika rilevanti[xiv].

Fir-rigward tal-kuntest statistiku, il-produzzjoni ta’ statistika tal-Komunità hija kkontrollata b’regoli stipulati fir-Regolament tal-Kunsill dwar l-Istatistika tal-Komunità[xv], u azzjonijiet dwar it-twaqqif ta’ statistika tal-Komunità għaddejjin skond il-Programm Statistiku tal-Komunità u l-Programm Annwali tagħha[xvi], li jirrispetta l-prinċipji stabbiliti fil-Kodiċi ta’ Prattika għall-Istatistika Ewropea[xvii]. Kwistjonijiet importanti li jikkonċernaw il-protezzjoni tad- data u l-kunfidenzjalità huma inklużi. F’dan il-qafas, statistika dwar il-kriminalità u l-ġustizzja kriminali ġiet inkluża fil-programm ta’ ħidma annwali sa mill-2005 u l-Eurostat wettqet konsultazzjoniet regolari fil-qafas tas-Sistema Statistika Ewropea (ESS).

Il-pjan ta' ħidma b'hekk huwa maħsub sabiex jinkorpora u jsaħħaħ dawn l-esperjenzi u l-kisbiet.

4. L-GħANIJIET

Waħda minn nuqqasijiet ewlenin fil-qasam tal-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà hija n-nuqqas ta' tagħrif statistiku serju u komparabbli.[xviii] Tagħrif kwantitattiv dwar ix-xejriet u l-livelli kif ukoll dwar l-istruttura tal-kriminalità u t-terroriżmu u tal-miżuri li jittieħdu għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra dawn il-problemi fi Stati Membri u fuq livell ta' UE, u fejn hu possibbli paraguni internazzjonali, huwa essenzjali għall-iżvilupp ta’ sistema msejsa fuq l-għarfien ta’ politika effettiva u effiċjenti għall-prevenzjoni tal-ġlieda kontra l-kriminalità u t-terroriżmu. Fid-dawl taż-żieda fir-riżorsi finanzjarji mill-2007, ħareġ ċar li n-nuqqas ta’ għarfien f’dan il-qasam jeħtieġ li jiġi indirizzat b’mod koerenti u komprensiv.

Gruppi ta’ esperti u organizzazzjonijiet differenti jikkompilaw l-istatistika nazzjonali disponibbli u jagħmlu sforzi sabiex jipparagunaw il-livelli u x-xejriet. Madankollu, l-istatistika nazzjonali tant hija differenti fuq bosta fatturi li l-paraguni bejn il-pajjiżi, saħansitra bi sforzi estensivi sabiex isir il-paragun, ikunu impossibbli. B’hekk l-azzjonijiet deskritti fil-pjan ta’ ħidma huma bbażati fuq il-prinċipju tas-sussidjarjetà. Bħal f’oqsma tal-politika oħrajn, hemm ftehim bejn l-atturi ewlenin dwar il-ħtieġa li jiġi żviluppat qafas sabiex issir statistika komparabbli fuq il-livell ta’ l-UE, imsejsa fuq definizzjonijiet armonizzati u proċeduri ta’ ġbir.

Għaldaqstant l-għan hu li tiġi żviluppata statistika li, fuq medda itwal ta’ żmien, tagħmel paraguni fir-rigward ta’ l-istruttura, il-livelli, u x-xejriet tal-kriminalità kif ukoll dwar il-miżuri ta' ġustizzja kriminali bejn l-Istati Membri u reġjuni fl-Istati Membri. Il-ħidma sabiex l-istatistika nazzjonali u sub-nazzjonali madwar l-UE tkun komparabbli tista’ sseħħ billi jsir użu mir-rwol tal-Kummissjoni sabiex ikunu definiti metodoloġiji armonizzati u metodi ta' ġbir tad- data għall-istatistika tal-Komunità. Ser jiġi adottat approċċ fuq żewġ binarji. Fuq medda qasira ta’ żmien, id- data nazzjonali disponibbli ser tinġabar u tiġi vvalutata sabiex tifforma l-ewwel statistika tal-komunità dwar il-kriminalità u l-ġustizzja kriminali. Madankollu ser isiru sforzi sinifikanti sabiex tiġi żviluppata statistika komparabbli fuq il-livell ta' l-UE permezz ta' metodi differenti deskritti fil-pjan ta' ħidma.

5. GRUPP TA’ ESPERTI DWAR IL-ħTIġIJIET TA’ POLITIKA GħAD- DATA DWAR IL-KRIMINALITÀ U L-ġUSTIZZJA KRIMINALI

It-twaqqif ta’ grupp ta’ esperti sabiex jgħin lill-Kummissjoni fl-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-politika għad- data dwar il-kriminalità u l-ġustizzja kriminali[xix]ser jgħin fit-tqassim tar-riżorsi, li huma skarsi, fuq in-naħa ta’ l-utent, filwaqt li jżid l-benefiċċji tas-sinerġija billi jevita d-duplikazzjoni tax-xogħol dwar il-kriminalità organizzata u ta’ volum u madwar il-Kummissjoni Ewropea, il-korpi ta' l-UE u aġenziji u organizzazzjonijiet internazzjonali li jaħdmu f'dan il-qasam.

6. L-INTEGRAZZJONI TA’ TAGħRIF STATISTIKU FL-UNJONI EWROPEA

L-iżvilupp ta’ statistika li tista’ tiġi pparagunata tista’ issir biss jekk l-Istati Membri jiġbru d- data b’mod armonizzat. Il-kisba ta’ l-armonizzazzjoni f’oqsma fejn l-Istati Membri diġà għandhom sistemi nazzjonali għall-ġbir tad- data fis-seħħ titlob riżorsi estensivi u ħafna drabi hija kkumplikata. Għalhekk dan hu identifikat bħala għan fuq medda medja taż-żmien li jitlob approċċ b'diversi stadji. Dan l-għan jista’ biss jintlaħaq bl-involviment ta’ l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tal-ħtieġa urġenti għal dan it-tip ta’ tagħrif armonizzat, jew fuq il-bażi ta’ azzjonijiet li jkunu jorbtu legalment.

Il-potenzjal li jkun hemm qbil dwar it-tiswir ta’ l-għarfien jista’ madankollu jkun iktar xieraq fir-rigward ta’ deċizjoni ġdida ta’ qafas, direttiva jew regolament li tinkludi miżuri komuni għall-revenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità permezz ta’ definizzjoni komuni jew ftehim. Tagħrif kwantitattiv dwar l-istruttura, il-livell u x-xejriet tal-problema indirizzata permezz ta’ l-istrument kif ukoll dwar l-implimentazzjoni ta’ l-istrument huma fatturi meħtieġa għall-valutazzjoni sussegwenti għall-effettività ta’ l-istrument.

Kull meta jitfasslu strumenti legali maħsuba għall-prevenzjoni jew għall-ġlieda kontra l-kriminalità, il-Kummissjoni, bħala inizjattiva ta’ integrazzjoni, tintroduċi l-ħtieġa li tiġi pprovduta l-istatisika xierqa f’sura adattata għall-prattiċi tas-Sistema Statistika Ewropea.

7. L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PJAN TA’ ħIDMA U S-SEGWITU

Attwalment, il-kompetenzi u l-istrumenti meħtieġa għall-valutazzjoni fil-qasam tal-kriminalità u l-ġustizzja kriminali qegħdin jiġu żviluppati. L-istatistika dwar il-ġustizzja kriminali fl-UE hija meħtieġa sabiex tippermetti lill-Kummissjoni li tagħmel valutazzjonijiet ex ante u ex post tal-politika u l-proposti tagħha. Komunikazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-politika tal-ġustizzja, ske data għall-adozzjoni fil-ħarifa ta’ l-2006, ser tistabilixxi metodi ta’ vvalutar li għandha f’moħħha l-Kummissjoni u ser tagħti iktar dettalji dwar l-oqsma ta' statistika relevanti. Il-pjan ta’ ħidma ser ikun aġġornat matul l-iżvilupp ta’ din il-ħidma, u l-attivitajiet identifikati ser ikunu inklużi fil-programmi ta’ ħidma rilevanti tal-kummissjoni u fil-Programm Statistiku tal-Komunità u fil-programm ta’ ħidma annwali tagħha. Ser ikun hemm il-ħtieġa ta' estensjoni tal-pjan ta' ħidma meta jintlaħaq qbil dwar l-strumenti ġodda relatati mal-kriminalità u l-ġustizzja kriminali. Il-perspettivi finanzjarji ġodda ser jirriflettu l-ħtieġa għall-appoġġ lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ħidma.

Il-Kummissjoni ser tħejji reviżjoni ta’ nofs it-terminu fl-2008 u tgħarraf lill-gruppi ta’ ħidma rilevanti tal-Kunsill dwar il-progress li jsir. Fi tmiem l-2010, il-Kummissjoni ser tħejji rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kisbiet fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Ħidma u tippreżenta proposti għal-ħidma ġejjiena f’dan il-qasam (inkluż l-istatus tal-grupp ta’ esperti) fil-kuntest ta’ l-istudju tal-ħtieġa ta' strument legali dwar l-istatistika ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-kriminalità u l-ġustizzja kriminali.

Tabella ta’ azzjonijiet għall-pjan ta’ l-UE dwar l-iżvilupp ta’ strateġija ta’ l-UE komprensiva u koerenti sabiex titkejjel il-kriminalità u l-Ġustizzja kriminali għall-2006-2010

1. KOORDINAZZJONI FIL-LIVELL EWROPEW

Għan | Azzjoni proposta | Atturi | Perjodu ta’ żmien | Riżultat |

1. Koordinazzjoni effiċjenti mal-Kummissjoni | It-twaqqif ta’ Inter-service group | COM/JLS[xx] u l-Eurostat | It-tielet kwart 2006 | L-ISG[xxi] mwaqqaf, mill-inqas 2 laqgħat fis-sena |

2. Pariri ta’ l-esperti u konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri,[xxii], rappreżentanti mill-Pajjiżi li ser jissieħbu u Pajjiżi Kandidati mill-oqsma tal-kriminalità u l-ġustizzja kriminali u mill-awtoritajiet nazzjonali ta' l-istatistika, iżda wkoll konsultazzjoni iktar wiesgħa. | a) Fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja t-twaqqif ta’ grupp ta’ esperti sabiex jagħtu pariri lill-Kummissjoni – fil-grupp ta' esperti li għandu jitwaqqaf jiġu inklużi rappreżentanti tal-gvern nazzjonali[xxiii] | COM/JLS u SM | 2006 | Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li jiġi ffurmat grupp ta’ esperti3. Il-membri maħtura |

b) Fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, laqgħat tal-Forum meta jkun meħtieġ iktar konsultazzjoni/tixrid ta’ tagħrif. | COM/JLS u SM | Meta jkun meħtieġ | Laqgħat tal-forum, minuti u tagħrif fuq il-websajt tal-JLS |

ċ) Fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, konsultazzjoni regolari man-Netwerk Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità (EUCPN) | COM/JLS u SM | Kontinwu | Rappreżentant wieħed tal-EUCPN maħtur bħala membru tal-grupp ta’ esperti tal-JLS |

d) L-organizzazzjoni tal-konsultazzjonijiet ta’ l-awtoritajiet ta’ l-istatistika kollha madwar is-Sistema Statistika Ewropea (ESS)[xxiv]. | COM/Eurostat ESS | Il-bidu ta’ l-2007 | Laqgħat tal-gruppi rilevanti |

3. Koordinazzjoni effiċjenti mal-Europol u Aġenziji u korpi ta’ l-UE – EUMC[xxv], EMCDDA[xxvi], CEPOL[xxvii], Eurojust[xxviii] | Organizzazzjonijiet li għandhom jiġu mistiedna sabiex jaħtru rappreżentant fil-grupp ta’ esperti tal-JLS | COM/JLS | 2006 | Membri maħtura tal-grupp ta’ esperti tal-JLS |

2. KOORDINAZZJONI FIL-LIVELLI INTERNAZZJONALI

Għan | Azzjoni proposta | Atturi | Perjodu ta’ żmien | Riżultat/ |

1. Il-Grupp tas-Sourcebook Ewropew | L-inklużjoni ta’ rappreżentant fil-grupp ta’ esperti tal-JLS Stedina għall-laqgħat tal-Forum13 eċċ. | COM/JLS | 2006 | Membri maħtura tal-grupp ta’ esperti tal-JLS |

2. Koordinazzjoni effiċjenti mal-korpi rilevanti tan-NU bħall-UNDOC, il-UNECE, il-UNICEF u l-WHO | L-istedin reċiproku għall-laqgħat rilevanti, kuntatti bilaterali | COM/ il-JLS u l-Eurostat | Kontinwu | Koordinazzjoni effettiva dwar l-istatistika eżistenti bħall-ICVS, is-CTS; Kollaborazzjoni ma’ l-UNECE sabiex jitfasslu linji gwida dwar stħarriġ ta’ vittimizzazzjoni; koordinazzjoni possibbli tal-kwestjonarji u l-laqgħat. |

3. Koordinazzjoni effiċjenti mal-Kunsill ta’ l-Ewropa | L-istħarriġ ta’ possibiltajiet għal koordinazzjoni ta’ l-istatistika penali (SPACE) | COM/JLS | 2006 | Il-konklużjoni dwar il-possibiltà li jiġu kkoordinati l-ħtiġijiet u l-ġbir tad-data. |

3. L-INVENTARJU U L-IżVILUPP TAT-TAGħRIF

Għan | Azzjoni proposta | Atturi | Perjodu ta’ żmien | Riżultat/ |

1. Il-kunsiderazzjoni tad-data u ta’ l-indikaturi disponibbli bħala bażi għal qbil fuq il-ħtieġa ta’ azzjoni fil-ġejjieni | a) It-tiswir ta’ inventarju armonizzat ta’ l-UE dwar id-definizzjonijiet ta’ tipi ta’ atti kriminali | COM/JLS | Lulju 2006 | L-aġġornament ta’ l-inventarju stabbilit |

b) It-tiswir ta' inventarju ta' definizzjonijiet armonizzat ta' miżuri ta' infurzar tal-liġi | COM/JLS | Lulju 2006 | Inventarju |

It-tiswir ta’ inventarju ta’ statistika eżistenti (li tkun tinkludi livelli sub-nazzjonali /reġjonali jekk rilevanti) disponibbli fuq il-livell nazzjonali u ta’ l-UE. | COM/Eurostat | Tmiem 2006, aġġornamenti annwali | Inventarju |

2. L-iżvilupp ta’ kuntatti mad-djinja akkademika li jwessgħu il-possibiltajiet għal input mir-riċerka | a) Il-promozzjoni tal-possibiltajiet għall-iżvilupp ta’ ħidmiet ta’ riċerka taħt il-Programm tas-Seba’ Qafas ta’ Riċerka | COM/JLS f’kooperrazzjoni ma’ l-RTD[xxix] u l-Eurostat | Kontinwu | Proġetti ta’ riċerka b’relevanza mal-politika fil-qasam iffinanzjat mill-Programm tas-Seba’ Qafas ta’ Riċerka |

b) It-tixrid ta’ tagħrif dwar opportunitajiet ta' finanzjament għal riċerka, studji u valutazzjonijiet mill-UE sabiex jingħataw lil gruppi interessati, bħas-Soċjetà Ewropea tal-Kriminoloġija (ESC). | COM/JLS f’kooperrazzjoni ma’ l-RTD u l-Eurostat | Kontinwu | It-tagħrif mitfugħ fuq websajts tal-COM bħal ma huma CORDIS u JLS u fuq websajts ta’ partijiet interessati bħall-websajt ta’ l-ESC. |

3. It-teħid tat-tagħrif utli kollu minn proġetti ta' riċerka li għaddejjin iffinanzjati mill-Programm tas-Sitt Qafas ta' Riċerka. | a) Il-monitoraġġ, l-attendenza tal-laqgħat u l-inklużjoni tar-riżultati finali minn proġetti ta' riċerka differenti, bħall-proġetti ta’ l-AOC[xxx] u ta’ l-IKOC[xxxi]. | COM/JLS, il-Eurostat dwar kwistjonijiet tekniċi | L-ewwel nofs ta’ l-2007 | Il-laqgħa tal-Forum13 organizzata f'Jannar 2007 għad-diskussjoni u t-tixrid tar-riżultati, il-minuti tal-aqgħa dwar il-websjat tal-JLS |

b) L-evalwazzjoni u l-użu possibbli tar-riżultati finali tal-proġett EU-ICS[xxxii]. | COM/Eurostat, il-JLS dwar kwistjonijiet tekniċi | 2007 | Il-konklużjonijiet għal stħarriġ dwar il-vittimizzazzjoni tal-futur. |

4. L-IDENTIFIKAZZJONI TAL-ħTIġIJIET TAL-POLITIKA, L-IżVILUPP U L-IMPLIMENTAZżJONI TA’ L-ISTRUMENTI ġENERALI

Għan | Azzjoni proposta | Atturi | Perjodu ta’ żmien | Riżultat/ |

1. L-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-politika - ħtiġijiet urġenti u ta’ fuq medda ta' żmien medja u twila - għal statistika dwar il-kriminalità u l-ġustizzja kriminali. | Diskussjonijiet kontinwi meħtieġa għall-monitoraġġ ta’ l-iżvilupp u sabiex jiġi evitat piż fuq l-MS u l-COM | COM/JLS, il-grupp ta’ esperti ta’ l-MS u l-JLS | Fl-2006 u imbagħad b’mod kontinwu | Inventarju tal-ħtiġijiet li kien hemm qbil fuqhom u indikaturi possibbli għal tipi differenti ta’ kriminalità u ġustizzja kriminali Aġġornament kontinwu għall-inklużjoni data relatata mal-politika |

2. L-identifikazzjoni ta’ data u meta data disponibbli fuq livelli nazzjonali u sub-nazzjonali u l-ħolqien ta' indikaturi komuni dwar il-kriminalità u l-ġustizzja kriminali | a) L-identifikazzjoni tad-data disponibbli u l-ħolqien ta’ indikaturi komuni (bl-identifikazzjoni tat-tagħrif meħtieġ fil-kuntest[xxxiii] u tal-varjabbli ta’ l-isfond)[xxxiv][xxxv] | COM/JLS Il-Grupp ta’ Esperti, possibbilment is-subgruppi għal suġġetti speċifiċi | L-Azzjoni għal suġġetti speċifiċi kif jidher taħt 5. 2007 | L-inventarju tad-data possibbilment disponibbli, l-abbozz ta’ indikaturi sabiex jintużaw għall-istatistika ta’ l-Unjoni Ewropea. L-ewwel lista ta’ indikaturi, tagħrif ta’ l-isfond u tal-kuntest dwar il-kriminalità u l-ġustizzja kriminali. |

b) L-identifikazzjoni tal-metadata disponibbli | COM/ Il-Eurostat u l-ESS | 2006 | L-inventarju tal-metadata disponibbli |

c) L-eżaminar tar-rilevanza u l-kwalità tad-data identifikata | COM/JLS u, l-Eurostat U l-ESS | 2006-2007 | Rapport dwar il-Kwalità |

d) L-inklużjoni tad-data u l-metadata disponibbli f'database komuni | COM/Eurostat | 2006-2007 | Ir-Riżultati ta’ l-ewwel eżerċizzju ta’ ġbir ta’ data (2005) evalwat mill-ESS u inkluż fid-database ta’ l-Eurostat |

3. Il-ħolqien u l-implimentazzjoni ta’ metodolġija komuni għall-ġbir ta' data regolari għall-indikaturi komuni - fuq il-bażi tal-ħtiġijiet tal-politika identifikati | a) Il-ħolqien u l-implimentazzjoni ta’ kwestjonarju komuni għall-ġbir tad-data u l-metadata annwali għall-indikaturi komuni | COM/ Il-Eurostat u l-ESS | 2006 | L-ewwel ġabra pilota Aġġornamenti annwali għall-konsiderazzjoni tal-ħtiġijiet tal-politika, il-ġbir tad-data permezz ta’ l-awtoritajiet nazzjonali ta’ l-istatistika |

b) Il-ħolqien ta’ metodoloġija għal stħarriġ komuni (modulu)dwar il-vittimizzazzjoni | COM/ Il-Eurostat u l-ESS | Nofs l-2007 | L-ewwel proposta disponibbli |

c) It-traduzzjoni u l-ittestjar ta’ stħarriġ komuni (modulu) dwar il-vittimizzazzjoni | COM/ Il-Eurostat u l-ESS | 2007-2008 | Ir-riżultati disponibbli |

d) L-implimentazzjoni ta’ stħarriġ komuni (modulu) dwar il-vittimizzazzjoni | COM/ Il-Eurostat u l-ESS | 2008-2009 | Ir-riżultati disponibbli |

4. Il-ġbir ta' metadata u tagħrif kuntestwali - fuq il-bażi tal-ħtiġijiet tal-politika stabbiliti skond punt 1. hawn fuq | L-iżvilupp ta’ metodoloġija għal implimentazzjoni f’diversi stadji tal-ġbir ta’ meta data u tagħrif kuntestwali | COM/Il-Eurostat u l-ESS | 2006-2007 | Il-ġbir ta' metadata u tagħrif kuntestwali b'mod regolari |

5. L-iżvilupp ta’ strumenti għall-ġbir ta’ data dwar indikaturi li għadhom m’humiex disponibbli fuq livell nazzjonali | L-investigazzjoni tal-possibbiltajiet, fuq bażi ta’ każi individwali, sabiex jiġi inkluż tagħrif dwar it-tipi ta' kriminalità jew miżuri ta’ ġustizzja kriminali li għadhom m’humiex disponibbli fuq livell nazzjonali, fi ġbir ta’ data kontinwu mill-Eurostat jew korpi internazzjonali oħrajn | Com/il-Eurostat u l-ESS bl-input mill-JLS u l-grupp ta’ esperti tal-JLS, jew korpi internazzjonali oħrajn | Ħidma kontinwa, ara 5. iktar 'l isfel |

5. L-IżVILUPP TA’ INDIKATURI SPEċIFIċI

Għan | Azzjoni proposta | Atturi | Perjodu ta’ żmien | Riżultat/ |

1. Il-kejl tal-ġustizzja kriminali fl-SM ta’l-EU u fuq il-livell ta' l-UE | L-azzjoni ser tiġi ppreżentata f’iktar dettall f’komunikazzjoni jew Evalwazzjoni tal-politika tal-ġustizzja, skedata sabiex tiġi adottata fil-ħarifa ta’ l-2006.[xxxvi] | COM/JLS u DĠs relatati oħrajn bħall-OLAF, u possibbilment saħansitra l-grupp ta’ esperti tal-JLS | Il-Ħarifa 2006 | L-iżvilupp ta’ pjan ta’ ħidma għal din il-parti li għandha tiġi inkluża fil-Komunikazzjoni dwar l-Evalwazzjoni tal-politika tal-ġustizzja |

2. L-inklużjoni ta’ tagħrif ta’ sfond dwar in-nazzjonalità u r-residenza għall-popolazzjoni tal-ħabs eċċ. billi hija meħtieġa b’mod urġenti għall-politika ta’ l-UE dwar il-ġustizzja kriminali | L-investigazzjoni tal-possibbiltajiet għall-produzzjoni ta’ dan it-tip ta’ tagħrif, inkluża l-koordinazzjoni mal-Kunsill ta’ l-Ewropa fir-rigward tal-ġbir ta’ l-istatistiċi penali (SPACE) | Il-Eurostat Il-Kunsill ta’ l-Ewropa | Ottubru 2006 | Il-konklużjoni dwar il-possibbiltajiet sabiex jiġi inkluż tagħrif wiesa’ skond il-ħtiġijiet tal-politika ta’ l-UE dwar in-nazzjonalità u r-residenza tal-popolazzjoni tal-ħabs eċċ. |

3. Il-kejl tal-kooperazzjoni tal-pulizija fl-SM ta’ l-EU, b’mod speċifiku fir-rigward ta’ kooperazzjoni li tinvolvi pajjiżi differenti u t-tip tad-data skambjata[xxxvii] | L-azzjoni se tiġi ppreżentata fid-dettal fil-kuntest ġenerali tal-ħidma li l-COM se tagħmel f’dan ir-rigward | COM/JLS, possibbilment il-grupp ta’ esperti tal-JLS | 2008 | L-iżvilupp ta’ pjan ta’ ħidma għal din il-parti li għandha tiġi inkluża fil-Komunikazzjoni dwar l-Evalwazzjoni tal-politika għall-kooperazzjoni tal-pulizija |

4. Il-kejl tal-ħames tipi ta’ kriminalità serja li tinvolvi pajjiżi differenti | a) Il-monitoraġġ tal-progress ta’ studju li għaddej dwar l-istatistika fuq[xxxviii]: Il-Korruzzjoni; Il-frodi, bl-esklużjoni ta' dik li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej; traffikar illeċitu ta' oġġetti tal-kultura, inkluż ta' antikitajiet u opri ta' l-arti L-iffalsifikar u l-piraterija ta’ prodotti (trademarks, dittijiet ta’ l-awtur u possibbilment oħrajn); kif ukoll Esplojtazzjoni sesswali tat-tfal u pornografija tat-tfal | COM/JLS u l-kuntrattur | L-istudju kkuntrattat fl-2005, ir-riżultati mistennija fir-Rebbiegħa ta’ l-2006 | Ir-riżultat mogħti |

b) L-istudju tar-rilevanza u l-kwalità tar-riżultati miksuba | L-OLAF u l-grupp ta’ esperti, il-Eurostat u l-ESS | Tmiem l-2006 | Il-konklużjonijiet dwar il-kwalità ta’ l-istatistika miġbura |

c) Dwar il-korruzzjoni: Ir-riżultati ta’ l-istudju, u ta' l-istħarriġ ta' l-Eurobarometer, li għandhom ikunu ikunu diskussi mill-grupp ta' esperti tal-JLS sabiex jiġi deċiż kif l-aħjar jiġu żviluppati indikaturi speċifiċi għall-inklużjoni fi stħarriġ fil-futur jew f’ġabriet ta’ statistika | COM/JLS, il-grupp ta’ esperti ta’ l-OLAF u l-JLS, possibbilment subgruppi | 2007 | L-ifformular ta’ mistqosijiet sabiex jiġu inklużi fl-istħarriġ tal-vittimizzazzjoni u fl-istħarriġ tal-barometru fil-futur |

d) Ir-riżultati ta’ l-istudju fir-rigward tat-tipi tal-kriminalità 2 sa 5 għad-diskussjoni tal-grupp ta' esperti tal-JLS, sabiex jittieħdu deċiżjonijiet fuq ħidma ulterjuri | COM/JLS, il-grupp ta’ esperti ta’ l-OLAF u l-JLS, possibbilment subgruppi | 2007 | Il-konklużjonijiet ta’ fejn jitkompla x-xogħol u f'liema sura |

e) L-istudju ta’ possibbiltajiet li tiġi inkluża din l-istatistika f’ġabra ta’ data regolari jew stħarriġ | COM/il-Eurostat U l-ESS | Tmiem l-2006 | Id-deċiżjoni dwar il-possibbiltajiet għal ġbir regolari ta’ data jew stħarriġ |

f) L-inklużjoni ta’ data fid-database tal-Eurostat | COM/il-Eurostat | L-ewwel, possibbilment fir-Rebbiegħa ta' l-2007 - possibbilment estiża fl-2008 | L-istatistiċi dwar il-ħames tipi ta’ kriminalità (dawk possibbli) |

5. Il-kejl tal-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu | a) L-identifikazzjoni tad-data li għandha tinġabar, inkluża d-data dwar l-investigazzjoni, l-iffriżar u l-qbid, il-konfiska u l-kundanna għal ħasil ta’ flus/l-iffinanzjar tat-terroriżmu[xxxix] | COM/ MARKT mal-kumitat, il-JLS, l-OLAF u possibbilment il-grupp ta’ esperti tal-JLS | Il-Ħarifa 2006 | Lista tad-data u l-indikaturi meħtieġa Lista tad-data disponibbli |

b) L-istudju tal-possibbiltajiet għal ġbir ta' data b'mod regolari | COM/Il-Eurostat u L-ESS mal-MARKT | 2006-2007 | Metodoloġija komuni għall-ġbir ta’ data u l-implimentazzjoni |

6. Il-kejl ta’ qbid relatat ma’ kriminalità li tinvolvi pajjiżi differenti dwar prodotti pprojbiti u ristretti | a) L-inventarju u l-istudju tal-kwalità tat-tagħrif disponibbli fuq livell nazzjonali | COM/JLS u l-grupp ta’ esperti tal-JLS, il-Eurostat u l-ESS mat-TAXUD u l-OLAF | 2007 | L-istudju tal-possibbiltà ta’ ġbir ta’ data komuni |

b) Ir-riżultati ta’ l-istudju li għandhom jiġu diskussi mill-grupp ta' esperti tal-JLS, għad-deċiżjoni ta' ħidma ulterjuri, u l-ħolqien possibbli ta' subgrupp | COM/DĠ JLS u l-grupp ta’ esperti tal-JLS | Tard fl-2007 | Il-konklużjonijiet dwar l-indikaturi |

c) L-inklużjoni ta’ mistoqsijiet eċċ. fejn possibbli fil-ġbir ta’ data b’mod regolari | COM/ Il-Eurostat u l-ESS | 2008 | Kunsuderazzjoni għall-publikazzjoni |

7. Il-kejl tat-traffikar tal-bnedmin | L-iżvilupp ta’ linji gwida skond il-pjan ta’ l-EU dwar it-THB[xl] u r-roadmap dwar l-ugwaljanza tas-sessi[xli] II-ħolqien possibbli ta’ subgrupp mal-Grupp ta’ esperti tal-JLS | COM/il-Eurostat il-JLS u l-Grupp ta’ esperti tal-JLS | Ir-Rebbiegħa 2007 | Il-linji gwida maħruġa |

8. Il-kejl tal-kriminalità minorenni u l-ġustizzja minorenni | L-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-politika[xlii] u l-iżvilupp ta’ indikaturi filwaqt li tiġi kkunsidrata l-ħidma attwali mill-organizzazzjonijiet internazzjonali | COM/JLS, il-EUCPN u l-grupp ta’ esperti, il-Eurostat u l-ESS | 2007 2008 2010 | L-iżvilupp ta’ l-ewwel indikaturi Il-ħruġ tal-Green paper L-ewwel statistika dwar il-kriminalità tal-minornenni u l-ġustizzja tal-minorenni |

9. Il-kejl taż-żamma tad-data b'rabta mad-dispożizzjoni tal-komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku jew netwerk ta' komunikazzjonijiet pubbliċi[xliii] | L-iżvilupp ta’ metodi li jinkludu l-istatistika msemmija fid-direttiva[xliv] dwar l-attivitajiet għall-ġbir tad-data b’mod regolari u l-inklużjoni ta’ dawn fl-ESS | COM/JLS u l-Eurostat, il-grupp ta’ esperti tal-JLS u l-ESS | 2007 | Id-data miġbura u inkluża fid-database ta’ l-Eurostat soġġetta għal evalwazzjoni tal-kwalità |

10. L-identifikazzjoni tal-kriminalità relatata mad-drogi[xlv] | L-iżvilupp ta’ definizzjonijiet komuni tat-terminu “kriminalità relatata mad-drogi” fuq il-bażi ta’ studji eżistenti li jitressqu mill-EMCDDA | COM/JLS il-grupp ta’ esperti tal-JLS, l-EMCDDA | 2007 | Il-proposta tal-Kummissjoni għal definizzjoni tat-terminu “kriminalità relatata mad-droga” |

11. Il-kejl ta’ l-attitudnijiet taċ-ċittadini għal fenomeni speċifikati | It-tfassil ta’ mistoqsijiet għal stħarriġ tal-Eurobarometer dwar il-frodi fiskali, is-serq ta’ l-identità u l-ħarsien tal-vittmi | COM/JLS, u COMM | Ir-Rebbiegħa 2006 | Parti mir-rapport tal-Eurobarometer ippubblikat fil-ħarifa ta’ l-2006 |

12. Il-kejl tal-vjolenza kontra n-nisa | L-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-politika u l-iżvilupp ta’ indikaturi komuni fuq il-bażi ta’ ħidma preċedenti, skond ma hu indikat fir-roadmap għall-ugwaljnaza bejn is-sessi u l-fehma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[xlvi] | COM/JLS, Il-grupp ta’ esperti tal-JLS, l-EMPL, il-Eurostat u l-ESS | 2008 | Qafas komuni ta’ l-UE għal indikaturi u ġbir ta’ data dwar il-vjolenza fuq in-nisa |

13. Il-kejl ta’ vjolenza domestika | L-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-politika u l-iżvilupp ta’ indikaturi komuni fuq il-bażi ta’ hawn fuq iżda bl-inklużjoni tat-tipi kollha ta’ vjolenza domestika | COM/JLS, il-EUCPN | 2008 | Indikaturi komuni tal-vjolenza domestika |

14. Il-kejl ta’ tal-grad u l-istruttura tal-vittimizzazzjoni fil-qasam tan-negozju | L-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-politika u l-iżvilupp ta’ indikaturi komuni u metodoloġija għall-ġbir tad-data | COM/JLS il-grupp ta’ esperti tal-JLS, il-Eurostat, l-ESS, possibbilment il-JRC | 2008 | L-indikaturi komuni żviluppati, Il-metodoloġija għall-ġbir tad-data u l-implimentazzjoni tal-ġabra tad-data |

15. Il-kejl ta’ l-impatt ta’ l-attakki terroristiċi fuq l-ekonomija | L-investigazzjoni tal-possibiltajiet li jintlaħaq l-għan fin-netwerk ta’ esperti dwar l-ekonomija ta' sigurtà li għanda tinħoloq[xlvii] | COM/JLS, in-netwerk imsemmi | 2008 | Rapport maħruġ min-netwerk |

16. Il-kejl tal-kriminalità ambjentali u l-azzjoni għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra din it-tip ta’ kriminalità | L-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-politika u l-iżvilupp ta’ indikaturi komuni u metodoloġija għall-ġbir tad-data | COM/JLS, l-ENV, il-grupp ta’ esperti ta’ l-ENV u l-JLS, is- subgrupp possibbli, il-Eurostat | 2007 | L-ewwel diskussjoni tal-grupp ta’ esperti tal-JLS, il-konklużjoni dwar il-ħtieġa tal-ħolqien ta’ subgrupp għall-iżvilupp ta’ linji gwida |

6. IT-TIXRID

Għan | Azzjoni proposta | Atturi | Perjodu ta’ żmien | Riżultat/ |

1. Il-publikazzjoni ta’ l-istatistika tal-komunità dwar il-kriminalità u l-ġustizzja kriminali għall-pubbliku in ġenerali | Il-publikazzjoni ta’ data u indikaturi skond il-politika ta’ tixrid tal-Eurostat permezz tal- websajts ta’ l-Eurostat u l-JLS | COM/ Il-Eurostat u l-JLS | Ir-Rebbiegħa 2007 | Id-data disponibbli fuq il-websjat ta’ l-Eurostat, l-indikaturi mxerrda permezz tal-websajts ta’ l-Eurostat u l-JLS |

2. L-aġġornament ta’ gruppi differenti, inkluż il-grupp ta’ esperti tal-JLS u l-grupp stabbilit fil-kuntest tas-Sistema Statistika Ewropea | Il-ħolqien ta’ websajts CIRCA | COM/JLS u l-Eurostat | 2006 | Websajts CIRCA stabbiliti għall-gruppi rilevanti |

7. IL-FTEHIM POLITIKU U S-SEGWITU

Għan | Azzjoni proposta | Atturi | Perjodu ta’ żmien | Riżultat/ |

1. Il-bażi legali għal statistika armonizzata dwar il-kriminalità u l-ġustizzja kriminali | L-istudju tal-ħtieġa ta’ strument tal-Komunità għal statistika dwar il-kriminalità u l-ġustizzja kriminali – u l-ifformular possibbli ta' bażi legali | COM/ Il-Eurostat u l-JLS | 2007 2008 | Il-konklużjonijiet dwar il-ħtieġa L-ifformular possibbli ta’ strument tal-Komunità |

2. L-evalwazzjoni ta’ l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ħidma | a) Aġġornament annwali tal-pjan ta’ ħidma fil-Com u reviżjoni ta’ nofs il-perjodu | COM/JLS u l-Eurostat | 2008 | Ir-rapport lid-DSS u lill-MDG u lill-Kunsill |

b) It-tkomplija tal-ħidma mibdija u l-evalwazzjoni ta’ l-impatt | COM/JLS u l-Eurostat | 2010 | Ir-rapport lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew inklużi l-konklużjonijiet dwar il-ħtieġa ta’ pjan ta’ ħidma ieħor |

ANNESS Noti ta’ l-aħħar

.

[i] Dan il-qafas huwa żviluppat sabiex ikopri tagħrif fuq it-tipi kollha ta’ kriminalità, organizzata jew le, u t-terroriżmu.

[ii] It-terminu ġustizzja kriminali jintuża f’dan id-dokument sabiex jindika l-miżuri fis-sistema ġudizzjarja li tikkonċerna l-kriminalità, inkluża l-ħidma tal-forzi tal-pulizija, prosekuturi, qrati eċċ.

[iii] Eżempju wieħed ta’ esperjenzi preċedenti fejn il-Kummissjoni, b'koordinazzjoni bejn id-DĠ JLS u l-Eurostat, għamlet xogħol fl-armonizzazzjoni ta’ l-istatistika ta’ l-UE fil-qasam tal-Libertà, il-Ġustizzja u s-Sigurtà, kif ukoll approċċ f’diversi stadji, huwa l-Pjan ta’ Ħidma ta’ l-2003 dwar l-istatistika ta’ l-emigrazzjoni (Com(2003)179) u l-proposta għal Regolament dwar l-Istatistika tal-Komunità dwar l-Emigrazzjoni u l-Ħarsien Internazzjonali (COM(2005)375).

[iv] Il-membri ta’ dan il-grupp ta’ esperti għandhom jirrappreżentaw l-utenti ta’ statistika dwar il-kriminalità u l-ġustizzja kriminali.

[v] Il-membri ta’ dan il-grupp ta’ esperti għandu jirrapreżenta l-fornituri ta’ statistika dwar il-kriminalità u l-ġustizzja kriminali.

[vi] Il-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Kriminalità Organizzata: Strateġija ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Bidu tal-Millennju l-Ġdid. ĠU C 124 tat-3.5.2000, p.1

[vii] Dok. 10925/03 CRIMORG 49 tat-30 ta’ Ġunju 2003. Ir-rapport dwar il-miżuri u passi li ttieħdu fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet ta’ l-Istrateġija ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Bidu tal-Millennju l-Ġdid dwar il-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Kriminalità Organizzata.

[viii] Dok. 16302/03 CRIMORG 96 tad-19 ta’ Diċembru 2003. Id-Dikjarazzjoni tal-Konferenza ta’ Dublin dwar il-Kriminalità Organizzata.

[ix] Il-Programm ta' l-Aja: it-Tisħiħ tal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja fl-Unjoni Ewropea. ĠU C 53 tat-3.3.2005, p.1.

[x] ĠU L 198 tat-12.8.2005, p.1.

[xi] Ara l-noti ta’ l-aħħar 23-25.

[xii] Pereżempju l-proġetti li ġejjin, iffinanzjati mill-programm AGIS (Programm ta’ qafas dwar il-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali, immexxija mid-DĠ JLS tal-Kummissjoni Ewropea):

- Il-proġett JAI 2003/AGIS/051 “L-iżvilupp ta’ apparat statistiku ta’ l-UE għall-kejl tal-kriminalità organizzata, l-istudju tar-riskju tagħha u l-evalwazzjoni tal-politika dwar il-kriminalità organizzata”, mmexxi mit-Trascrime, Centro interdipartimentale di ricerca sulla criminalità transnazionale – Università di Trento;

- Il-proġett JAI 2003/AGIS/111 " Séminaire sur l'évaluation des performances de la justice pénale", organizzat mill-Ministeru tal-Ġustizzja, l-Italja. Il-proċeduri tal-konferenza tas-seminar li seħħ f’Ottubri 2004, “Il-Kejl tat-Twettiq tal-Ġustizzja Kriminali – Il-kejl tal-Ġustizzja? It-Tqabbil ta’ l-Esperjenzi Nazzjonali” kien ippubblikat f’volum trilingwali matul ir-rebbiegħa ta’ l-2006.

Ħafna iktar proġetti li huma rilevanti kemm b’mod ġenerali, kif ukoll għal tipi ta’ kriminalità speċifika, ġew iffinanzjati mill-programm AGIS u l-predeċessuri. Taħt il-programm AGIS għall-2006, hemm previst iffinanzjar għal mill-inqas żewġ studji li huma importanti għall-iżvilupp ta’ statistiċi dwar il-kriminalità u l-ġustizzja kriminali.

[xiii] Il-Forum għall-prevenzjoni tal-kriminalità organizzata – minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Forum” – kien previst fil-Komunikazzjoni dwar il-prevenzjoni tal-kriminalità (COM (2000) 786 tad-29.11.2000) li ppreżentat xi orjentazzjonijiet għal azzjoni ulterjuri. Il-Forum għandu l-għan li jlaqqa’ flimkien firxa wiesgħa ta' partijiet interessati, bħall-awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi nazzjonali, gruppi ta' negozju u gruppi professjonali, riċerkaturi akkademiċi, organizzazzjonijiet mhux governattivi u s-soċjetà ċivili għad-diskussjoni ta' approċċi ġodda għall-prevenzjoni tal-kriminalità organizzata, f' wirja ta' sħubija fuq il-livell Ewropew.

[xiv] Eżempju wieħed huwa ċ-Ċentru tal-Monitoraġġ Ewropew għar-Razziżmu u l-Ksenofobija (EUMC) li għamel riċerka u rrapurtaġġ li indirizza ftit mill-kwistjonijiet ewlenin għall-iżvilupp fil-ġbir tad- data dwar il-ġustizzja kriminali. L-EUMC jippubblika tagħrif dwar il-qagħda fil-ġbir tad- data dwar il-vjolenza razzjali u l-kriminalità fl-Istati Membri ta’ l-UE. Dawn ir-rapporti jikklassifikaw il-mekkaniżmi ta’ ġbir ta’ data eżistenti fl-UE 25, kif ukoll jagħtu tagħrif dwar xejriet tal-kriminalità razzjali fl-Istati Membri li għandhom data disponibbli. Fid-dawl tan-nuqqas ta' data uffiċjali u komprensiva dwar il-ġustizzja kriminali fuq il-vjolenza razzjali u l-kriminalità f’ħafna Stati Membri, l-EUMC nieda stħarrig preliminari li jħares lejn l-esperjenza ta' vittimizzazzjoni kriminali tal-minoranzi etniċi u l-immigranti.

[xv] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta’ Frar 1997 dwar l-Istatistika tal-Komunità, ĠU L tat-22.2.1997, p.1.

[xvi] 2003-7 Programm Statistiku tal-Komunità, kif adottat bid-Deċiżjoni Nru 2367/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002. ĠU L 358 tas-31.12.2002, p.1.

[xvii] Adottat mill-Kumitat tal-Programm ta' Statistika fl-24 ta’ Frar 2005 u mehmuż mal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni (COM(2005)217 finalli) lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Mejju 2005 dwar l-indipendenza, l-integrità u r-reponsabbiltà ta' l-awtoritajiet ta' l-istatistika tal-Komunità u dawk nazzjonali.

[xviii] F’din il-Komunikazzjoni l-kelma “komparabbli” hija relatata mhux biss mal-ħtiġijiet li jikkonċernaw il-kwalità ta’ l-istatistika tal-Komunità, iżda wkoll mal-possibilità li l-istatistika tintuża sabiex jitqabblu pereżempju kemm isseħħ tip ta' kriminalità fi Stat Membru wieħed meta mqabbel ma’ Stat Membru ieħor, jew li jitqabbel in-numru ta’ uffiċjali tal-pulizija bejn l-Istati Membri. Il-problema ta’ l-użu ta’ l-istatistika nazzjonali bħala bażi hija li huma bbażati fuq definizzjonijiet differenti u l-proċeduri ta’ rrapurtaġġ u reġistrazzjoni huma differenti. Id-diskrezzjoni tal-pulizija hija differenti f'kull Stat Membru, kif ukoll iż-żmien ta' meta l-att kriminali rrappurtat lill-pulizija jiġi rreġistrat f' data base statistika (fiż-żmien meta l-att kriminali ikun ġie rrappurtat lill-pulizija, wara l-investigazzjoni preliminari biss jew wara investigazzjoni iktar fid-dettall). Barra minn hekk, il-metodi ta’ kif tingħadd il-kriminalità.

[xix] Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- […] 2006 li twaqqaf grupp ta' esperti dwar il-ħtiġijiet tal-politika għal data dwar il-kriminalità u l-ġustizzja kriminali (2006/.../KE).

[xx] Id-Direttorat Ġenerali ġħall-Ġustizzja, Libertà u Sigurtà fil-Kummissjoni Ewropea, DĠ JLS

[xxi] Grupp ta’ bejn is-servizzi fil-Kummissjoni Ewropea, għall-koordinazzjoni bejn id-Direttorati Ċenerali differenti.

[xxii] Minn issa 'l quddiem fil-pjan ta’ ħidma l-Istati Membri ser jissejħu SM.

[xxiii] Ara l-abbozz ta’ deċiżjoni li twaqqaf Grupp ta’ Esperti dwar il-ħtieġa fil-politika għal data dwar il-kriminalità u l-ġustizzja kriminali, mehmuż. Minn issa 'l quddiem dan il-grupp jissejjaħ il-grupp ta’ esperti tal-JLS.

[xxiv] Sistema Statistika Ewropea (ESS): is-sħubija li tinkludi lill-Eurostat, l-istituti nazzjonali ta’ l-istatistika u korpi oħrajn ta' statistika responsabbli li jipproduċu u jifirxu statistika Ewropea f'kull Stat Membru.

[xxv] Iċ-Ċentru ta’ l-Unjoni Ewropea ta' Monitoraġġ dwar ir-Razziżmu u l-Ksenofobija, l-Aġenzija ta’ l-UE għad-Drittijiet Fundamentali tal-ġejjieni

[xxvi] Iċ-Ċentru ta' l-Unjoni Ewropea għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga

[xxvii] Il-Kulleġġ tal-Pulizija Ewropew

[xxviii] Il-Eurojust hija L-Unità għall-Kooperazzjoni Ġudizzjarja ta’ l-Unjoni Ewropea mwaqqfa fl-2002 sabiex issaħħaħ l-effettività ta’ l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri meta jindirizzaw investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet ta’ kriminalità serja bejn il-fruntieri u kriminalità organizzata.

[xxix] Direttorat Ġenerali għar-Riċerka

[xxx] Il-Proġett “L-Evalwazzjoni tal-Kriminalità Organizzatta: L-Ittestjar tal-Vjabbiltà ta’ Approċċ Ewropew Komuni fi Studju ta’ Każ tas-Swieq Illegali tas-Sigaretti fl-UE”, ikkoordinat minn Petrus C. Duyne fl-Universita’ ta’ Tillburg u parzjalment iffinanzjat mill-Programm tas-Sitt Qafas ta’ Riċerka taħt l-intestatura tar-Riċerka għall-Appoġġ tal-Politika.

[xxxi] Il-Proġett “It-titjib ta’ l-Għarfien dwar il-Kriminalità Organizzata għall-Iżvilupp ta' Approċċ Komuni Ewropew”, koordinat minn Ernesto Ugo Savona fl-università Cattolica del Sacro Cuore u parzjalment iffinanzjat mis-Sitt Programm ta’ Qafas għar-Riċerka, taħt l-intestatura tar-Riċerka għall-Appoġġ tal-Politika.

[xxxii] Il-Proġett “Proposta għat-Twettiq ta’ Stħarriġ Ewropew dwar il-Kriminalità u s-Sigurtà bbażat fuq l-ICS fit-18-il Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea", kkoordinat minn Robert Manchin fl-EU Gallup u parzjalment iffinanzjat mill-Programm tas-Sitt Qafas ta’ Riċerka taħt l-intestura tar-Riċerka għall-Appoġġ tal-Politika.

[xxxiii] Eżempju wieħed ta’ tagħrif importanti tal-kuntest huwa t-tagħrif relatat man-numru (u l-karatteristiċi) ta’ każi li jinkludu fatturi li jinvolvu pajjiżi differenti, eżempji oħrajn huma jekk atti kriminali jinkludu fattur ta’ razziżmu u ksenofobija, it-tagħrif dwar il-metodu li ntuża fl-att kriminali, il-valur ta’ l-affarijiet misruqa eċċ.

[xxxiv] Tagħrif ta’ l-isfond importanti u ovvju huwa l-età u s-sess. Tagħrif ieħor li b’mod ġenerali jkun importanti għall-finijiet tal-politika ta' l-UE f'dan il-qasam tal-ġustizzja kriminali huwa n-nazzjonalità u r-residenza. Dan it-tip ta’ tagħrif jgħin fl-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ miżuri ufq il-livell ta’ l-UE.

[xxxv] Fejn ikun relevanti, data mqassma fuq livelli sub-nazzjonali/reġjonali għandha tiġi inkluża.

[xxxvi] Attwalment joħroġ biċ-ċar li l-ħtiġijiet tal-politika għandhom bżonn tagħrif dwar li ġej:

- Il-baġit għall-ġustizzja kriminali (li jeskludi l-baġit għall-ħabs) inkluż in-numru ta’ imħallfin, prosekuturi, avukati tad-difiża, għajnuna legali (u n-numru ta’ każi fejn l-għajnuna legali ingħatat mill-istat) u l-baġit għat-taħriġ (dwar il-kooperazzjoni ġuridika u għal interpreti u tradutturi)

- Numru ta’: - reati rreġisrati/kundanni ta’ prosekuzzjoni u kriminali kull sena

-Il-Mandati ta’ Arrest Ewropej li nħarġu u twettqu kull sena

- it-talbiet għall-estradizzjoni (milqugħa jew irrifjutati) kull sena

- l-ittri rogatorji li ntbagħtu/ntlaqgħu/twettqu f’kull pajjiż fis-sena (UE biss)

- talbiet għall-Għajnuna Legali Reċiproka, risposti, iż-żmien għal kull tip ta’ talba (eż.: is-smigħ ta’ xhieda, il-qbid eċċ.)

- Gruppi ta’ Investigazzjoni Konġunti (li jinkludu indikazzjoni ta’ liema Stati Mambri kienu involuti u l-ispejjeż involuti)

- il-qorti kwalifikata u l-interpreti u t-tradutturi fl-għases tal-pulizija u l-każi involuti

- Ċittadini barranin (ta’ l-UE u pajjiżi oħrajn) fi proċeduri kriminali f’kull Stat Membru

- persuni miżmuma f’ detenzjoni ta’ qabel is-smigħ u fil-ħabs

Medja: - it-tul tal-proċeduri (skond it-tip ta’ proċedura)

- it-tul tas-sentenza ta’ ħabs li tingħata u kemm wieħed jiskonta minnha, skond it-tip ta' reat

- iż-żmien li jingħadda f’detenzjoni ta’ qabel is-smigħ skond it-tip ta’ reat

[xxxvii] Il-kooperazzjoni tal-pulizija li trid tiġi mkejla tista' tkejjel pereżempju il-livell u l-intensità tal-kooperazzjoni bħal fil-kuntest tal-kooperazzjoni tal-pulizija ta' Schengen u l-ftehim ta' kooperazzjoni bilaterali. L-istatistika tiġi speċifikata skond ir-reġjun (intern jew fruntiera komuni eċċ.) u meta tinvolvi kooperazzjoni bejn pajjiżi differenti tinkludi n-numru ta’ insegwimenti minn pajjiż għal ieħor, ta' sorveljanza li tinvolvi aktar minn pajjiż wieħed, ta' għajnuna bejn pajjiżi differenti fuq talba ta’ għases konġunti għaż-żamma ta’ l-ordni pubbliku f’attivitajiet tal-massa.

[xxxviii] Kuntratt Nru. DĠ JLS/D2?2005/04 dwar Studju għall-evalwazzjoni ta’ l-iskop u għall-ġbir ta’ statistika disponibbli dwar metadata li tikkonċerna ħames tipi ta' kriminalità u definizzjonijiet armonizzati proposti u proċeduri ta' ġbir għal dawn it-tipi ta' kriminalità għall-Istati Membri ta' l-UE u għall-Pajjiżi li ser jissieħbu. Il-kuntratt ingħata, wara li nħareġ tender u saret il-proċedura ta’ evalwazzjoni sussegwenti, lil Transcrime, iċ-Ċentru ta’ Riċerka Konġunta dwar il-Kriminalità Tranżnazzjonali, fl-Italja, f'Diċembru 2005. L-istudju ser ikun irrappurtat matul ir-rebbiegħa ta’ l-2006.

[xxxix] Skond l-Artikolu 33 tad-Direttiva 2005/60 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni ta’ l-użu tas-sistemi finanzjarji għall-iskop ta’ ħasil ta’ flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu (ĠU L 309 tal-25.11.2005, p.29), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jżommu statistiċi komprensivi fuq mill-inqas “in-numru ta’ rapporti ta’ tranżazzjonijiet suspetti li jsiru lill-FIU u t-tkomplija tal-ħidma fuq dawn ir-rapporti u jindikaw in-numri ta’ każijiet investigati fuq bażi annwali, in-numru ta’ persuni mixlija, in-numru ta’ persuni kkundannati fuq reati ta’ ħasil ta’ flus jew iffinanzjar tat-terroriżmu u kemm ġiet iffriżata, issekwestrata jew ikkonfiskata propjetà”.

[xl] Il-pjan tal-Kunsill ta’ l-UE dwar l-aħjar prattiċi, standards u proċeduri għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-persuni u l-prevenzjoni tiegħu, ĠU C 311 tad-09.12.2005, p.1

[xli] COM (2006)92 finali Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Ir-roadmap għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2006-2010 {SEC(2006)275}.

[xlii] Tiġi kkunsidrata l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew SOC/202 Opinjoni tat-Taqsima għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza dwar il-Prevenzjoni tad-delinkwenza tal-minorenni. Metodi sabiex tiġi indirizzata d-delinkwenza tal-minornenni u r-rwol tas-sistema tal-ġustizzja għall-minorenni fl-Unjoni Ewropea (opinjoni fuq l-inizjattiva tagħha stess). 28 ta' Frar 2006.

[xliii] Skond l-artikolu 10 tad-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar iż-żamma tad- data ġġenerata jew ipproċessata b'rabta mad-dispożizzjoni ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbli’u jew ta' netwerks ta’ komunikazzjonijiet pubbliċi u li temeda d-Direttiva 2002/58/KE. ĠU L 105 tal-13.4.2006, p. 54.

[xliv] L-Artikolu 10: “L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni tingħata statistika fuq bażi annwali dwar iż-żamma tad- data ġġenerata jew ipproċessata b’rabta mad-dispożizzjoni ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku jew netwerk ta’ komunikazzjonijiet pubbliċi. Din l-istatistika għandha tinkludi: il-każijiet fejn it-tagħrif ingħata lill-awtoritajiet kompetenti skond il-liġi nazzjonali applikabbli; - iż-żmien li għadda bejn id-data meta nżammet id- data u d-data meta l-awtoritajiet kompetenti talbu t-trażmissjoni tad- data ; - il-każijiet fejn it-talbiet għad- data ma setgħux ikunu ssodisfati.”

[xlv] Azzjoni 25.1 tal-Pjan ta’ Ħidma ta’ l-UE dwar id-Drogi (2005-2008). ĠU C 168 tat-8.7.2005, p.1.

[xlvi] SOC/218. Il-fehma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Vjolenza domestika fuq in-nisa (fehma fuq inizjattiva tiegħu stess). 16 ta' Marzu, 2006.

[xlvii] Laqgħa ta’ tħejjija ser tiġi organizzata mill-JLS fis-sajf ta’ l-2006. Hu maħsub li l-grupp ta' esperti jiġi stabbilit b'deċiżjoni tal-Kummissjoni iktar tard matul l-2006.

Top