EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52006DC0079
Communication from the Commission to the Council, the European Parliament, the European Economic and Social committee and the Committee of the Regions on enhancing supply chain security
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar it-titjib tas-sigurtà fil-katina tal-forniment
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar it-titjib tas-sigurtà fil-katina tal-forniment
/* KUMM/2006/0079 finali */
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar it-titjib tas-sigurtà fil-katina tal-forniment /* KUMM/2006/0079 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 27.2.2006 KUMM(2006)79 finali 2006/0025(COD) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI dwar it-titjib tas-sigurtà fil-katina tal-forniment Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar it-titjib tas-sigurtà fil-katina tal-forniment {SEC(2006)251} (preżentata mill-Kummissjoni) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI dwar it-titjib tas-sigurtà fil-katina tal-forniment 1. Il-ħtieġa għas-sigurtà fit-trasport 1.1 It-terroriżmu huwa wieħed mill-akbar theddidiet għad-demokrazija u għal-libertà. Ir-riskju ta’ attakk terroristiku li bħala mira jkollu t-trasport tal-merkanzija għadu għoli. Il-ħsara potenzjali f’termini ta’ ħajjiet u ta’ attività ekonomika lanqas tista’ tiġi immaġinata jew ikkalkolata. 1.2. Is-sigurtà fit-trasport saret kwistjoni vitali fid-dinja kollha. Hija tikkonċerna l-Unjoni Ewropea li r-rwol tagħha bħala msieħba kummerċjali jiddependi fuq trasport effikaċi u sikur mill-modi kollha u fuq il-livelli kollha. L-imsieħba kummerċjali tagħha qed jibdew jindirizzaw il-kwistjonijiet tas-sigurtà fit-trasport tal-merkanzija. Tabilħaqq, l-Istati Uniti diġà introduċew xi miżuri tas-sigurtà għall-importazzjonijiet li għandhom impatt fuq il-katini Ewropej tal-forniment. 1.3. Dan l-aħħar sar titjib konsiderevoli fis-sigurtà tat-trasport fl-Ewropa: is-sigurtà ta’ l-avjazzjoni u ta’ l-ajruporti ngħataw qafas Ewropew[1], it-trasport marittimu u s-sigurtà tal-portijiet ġew imsaħħa[2], u s-sigurtà fi ħdan iż-żoni kollha tal-portijiet mistennija li jitjiebu b’mod konsiderevoli wara li dan l-aħħar tlesta l-proċess leġiżlattiv dwar il-miżuri tas-sigurtà għall-portijiet tal-baħar[3]. 1.4. Fl-2003 l-Kummissjoni diġà indikat il-ħtieġa għal sigurtà akbar fit-trasport tal-merkanzija bit-triq[4]. Bħalissa ma hemm ebda regola fis-seħħ għall-katina Ewropea kollha tal-forniment bit-trasport bit-triq. Il-katina tal-forniment hija definita bħala li tinkludi l-operazzjonijiet u l-proċessi kollha tat-trasport u dawk li għandhom x’jaqsmu mat-trasport li jibdew fil-post tal-produzzjoni u li jintemmu fil-punt tad-destinazzjoni tal-merkanzija. 1.5. It-theddida ta’ attakki terroristi enfasizzat il-punti vulnerabbli tal-katina tal-forniment u l-ħtieġa ta’ l-azzjoni: iċ-ċittadini jippretendu li jaraw li qed jittieħdu l-miżuri tas-sigurtà għall-katina tal-forniment li fuqha tiddependi l-ħajja ta’ kuljum tagħhom filwaqt li n-negozji ma jistgħux ikomplu ma jagħtux kas tas-sigurtà sabiex iħarsu lill-impjegati, lill-kumpaniji, lill-klijenti u lill-pubbliku tagħhom minn attakk terroristiku. 1.6. Biex jegħlbu t-terroriżmu, il-Kapijiet ta’ l-Istati ta’ l-UE għamlu sejħa biex “jissaħħu l-forom kollha tas-sistemi tat-trasport, inkluż li jissaħħaħ il-qafas ġuridiku u t-titjib tal-mekkaniżmi ta' prevenzjoni.”[5] 1.7. Li ma jsir xejn, m’hix għażla li għandha tiġi kkunsidrata. Il-Kummissjoni għalhekk tipproponi azzjoni Komunitarja biex ittejjeb is-sigurtà fil-katina tal-forniment bit-trasport bit-triq sabiex tikkomplementa r-regoli Komunitarji eżistenti dwar is-sigurtà tat-trasport. Din il-proposta ma tkoprix is-sigurtà tat-trasport tal-passiġġieri, b’mod partikolari f’sistemi tat-trasport tal-massa. Dawn jistgħu jkunu indirizzati fi stadju suċċessiv jekk ikun meħtieġ. 2. Lejn it-titjib tas-sigurtà tal-katina tal-forniment 2.1. Minħabba l-ħtieġa ta’ azzjoni urġenti u tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, il-Kummissjoni qiegħda tissottometti din il-Komunikazzjoni u proposta leġiżlattiva dwar it-titjib tas-sigurtà tal-katina tal-forniment. 2.2. Il- Komunikazzjoni tistabbilixxi l-fatti essenzjali dwar is-sigurtà tat-trasport tal-merkanzija li għandhom jiġu kkunsidrati minn kwalunkwe inizjattiva f’dan il-qasam. Hija tiddiskuti l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ xi għażliet u r-raġunijiet għala l-miżura leġiżlattiva proposta hija l-aktar strateġija realistika u ffokata sabiex ittejjeb is-sigurtà għat-trasport Ewropew tal-merkanzija. 2.3 L-għan tal-proposta huwa li ttejjeb is-sigurtà tal-katina tal-forniment sabiex tipprovdi iktar ħarsien għat-trasport tal-merkanzija Ewropew kollu kontra xi attakki terroristiċi possibbli. 2.4. L- għanijiet tal-proposta tal-Kummissjoni huma li: - iżżid il-livell tas-sigurtà fil-katina tal-forniment mingħajr ma xxekkel il-moviment ħieles tal-kummerċ; - tistabbilixxi qafas komuni għal strateġija sistematika Ewropea mingħajr ma tqiegħed fil-periklu s-suq komuni tat-trasport u l-miżuri eżistenti dwar is-sigurtà; - tevita proċeduri u piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa fuq livelli nazzjonali u Ewropew. 2.5. Il- miżura proposta mill-Kummissjoni: - tistabbilixxi sistema obbligatorja li titlob li l-Istati Membri joħolqu marka tal-kwalità tas-sigurtà (“operatur sikur”) li tista’ tingħata lill-operaturi fil-katina tal-forniment li jilħqu l-livelli minimi Ewropej tas-sigurtà u b’hekk tippermetti r-rikonoxximent reċiproku tal-marka fis-suq intern; - tintroduċi, fid-dispożizzonijiet obbligatorji għall-Istati Membri, skema volontarja li taħtha l-operaturi fil-katina tal-forniment jżidu r-rendiment tagħhom fir-rigward tas-sigurtà u għal dan jieħdu l-inċentivi; - tagħmel lill-operaturi fil-katina tal-forniment responsabbli għar-rendiment tagħhom fir-rigward tas-sigurtà fit-trasport tal-merkanzija Ewropew; - tippermetti lill-“operaturi sikuri” li jgawdu minn faċilitazzjonijiet fejn isiru l-kontrolli fuq is-sigurtà u li jiddistingwu ruħhom b’mod pożittiv minn kompetituri oħrajn fil-qasam tas-sigurtà, u b’hekk tagħtihom vantaġġ kummerċjali u kompetittiv; - tippermetti li jsir aġġornament u titjib regolari tar-rekwiżiti tas-sigurtà, inkluż ta’ rekwiżiti u standards internazzjonali rikonoxxuti, permezz tal-proċedura tal-kumitat. 3. Il-mistoqsijiet ewlenin u t-tweġibiet tal-Kummissjoni Liema livell ta' sigurtà huwa meħtieġ? 3.1 Żewġ kollegamenti ewlenin fil-katina tal-forniment, jiġifieri t-trasport bl-ajru flimkien ma’ l-ajruporti u t-trasport marittimu mal-portijiet tal-baħar, implimentaw livelli għoljin ta’ sigurtà f’għamla ta’ regoli u miżuri bi speċifikazzjonijiet u verifiki dettaljati li jorbtu ġuridikament. Strateġija simili għall-kollegamenti li jifdal fil-katina tal-forniment bla dubju għandha ttejjeb is-sigurtà tal-katina kollha tal-forniment. 3.2. Madankollu, it-tqabbil tat-trasport marittimu u dak bl-ajru mal-katina tal-forniment kollha juri differenzi fundamentali. Is-swieq tat-trasport marittimu u dak bl-ajru fihom numru limitat ta’ operaturi li, fuq kollox, jaħdmu f’żoni limitati ġeografikament u li huma definiti u kontrollabbli. Huma mdorrija bid-dispożizzjonijiet tas-sigurtà. 3.3. Il-katina tal-forniment tat-trasport bit-triq b’mod ġenerali għandha dimensjonijiet kemm xejn differenti. Aktar minn nofs miljun[6] kumpanija huma waħedhom involuti fis-servizzi tat-trasport u servizzi anċillari. Dawn ivarjaw minn kumpaniji multinazzjonali kbar sa kumpaniji żgħar tas-servizzi li għandhom l-għeruq tagħhom f’firxa wiesgħa ta’ kulturi u kuntesti kummerċjali. Huma jkopru l-Komunità kollha. Ħafna minnhom bħalissa m’għandhom l-ebda ġestjoni tas-sigurtà u, b’mod ġenerali, il-livelli tas-sigurtà għadhom qed jibdew jiżviluppaw. 3.4. L-atturi kollha involuti fil-katina tal-forniment fl-UE għandhom isiru aktar konxji tas-sigurtà. Skond it-tip ta' merkanzija li tinġarr, il-pożizzjoni ta’ l-operatur fi ħdan il-katina u l-vulnerabbiltà ta’ l-infrastruttura, il-livell tas-sigurtà meħtieġa jista’ jiġi definit. Miżuri tas-sigurtà ġodda li jkunu preskrittivi ħafna għall-operaturi kollha jwasslu biex titkisser il-katina tal-forniment. Iżda għadd dejjem akbar ta’ kumpaniji qed jistabbilixxu l-istandards tagħhom tal-ġestjoni tas-sigurtà mhux biss biex iħarsu l-operazzjonijiet u d-ditta tagħhom stess iżda wkoll bħala għodda biex jagħżlu lill-imsieħba tagħhom fil-katina kummerċjali. 3.5. Minħabba dan ta’ hawn fuq, fil-prattika huwa għalhekk impossibbli li jiġu stabbiliti, f’operazzjoni waħda li tħaddan kollox, regoli u miżuri dwar is-sigurtà għall-katina tal-forniment tat-trasport bit-triq li jkunu jistgħu jiġu mqabbla ma’ dawk fit-trasport bl-ajru u dak marittimu. Minflok huwa aktar realistiku li jitwaqqaf qasam ta’ kondizzjonijiet meħtieġa minimi tas-sigurtà li bil-mod jistgħu jevolvu skond il-progress teknoloġiku biex jiżguraw livelli sodisfaċenti tas-sigurtà f’ambjent operattiv. Regoli tas-sigurtà għall-merkanzija fil-kontejners biss? 3.6. Huwa magħruf li l-inizjattivi u d-diskussjonijiet l-aktar attwali qed jikkonċentraw it-trasport intermodali bil-kontejners, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll internazzjonali u fuq il-livell ta’ xi kumpaniji. Dan jista’ jinftiehem fid-dawl tal-biża’ li kontejner jista’ jintuża għall-kuntrabandu ta’ armi terroristiċi jew saħansitra bħala vettura għall-konsenja ta’ armi kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi jew nukleari. 3.7. Madankollu, il-kontejners mhumiex l-uniċi miri potenzjali. Il-kummerċ fi ħdan l-Ewropa jiddependi fuq bosta unitajiet tat-tagħbija li huma kollha suxxettibbli ndaqs għall-interferenza terroristika. Fil-fatt l-istess ansjetà tapplika għat-tipi kollha tat-trasport tal-merkanzija li, b’xi mod jew ieħor, jistgħu jintużaw ħażin. Regoli tas-sigurtà għal oqsma speċifiċi jew għall-katina kollha tal-forniment? 3.8. Dak li jkun jista' jitħajjar jikkonċentra fuq l-isforzi għat-titjib tal-livelli tas-sigurtà fil-katina tal-forniment f’għadd limitat ta’ oqsma ewlenin identifikati: qed jiġi żviluppat tagħmir li jagħmel is-siġilli aktar reżistenti għat-tbagħbis; ħafna ċentri loġistiċi għamlu regoli aktar stretti għall-aċċess u ħafna operaturi introduċew verifiki ta' l-anteċedenti ta’ l-impjegati u karti ta’ l-identità għall-istess impjegati. Il-kuxjenza dwar ir-riskji qed tikber. 3.9. Dawn l-iżviluppi kollha huma milqugħa. Iżda għandhom ambitu limitat u ma joffrux l-istrateġija sistematika għas-sigurtà tal-katina tal-forniment li hija meħtieġa biex ikun hemm rispons għal riskji jew attakki terroristiċi potenzjali bl-aktar mod mgħaġġel u effettiv possibbli. 3.10. Il-katina tal-forniment hija magħmula minn għadd ta’ operazzjonijiet, li jibdew fil-post tal-produzzjoni u jintemmu fil-punt tal-konsenja tal-merkanzija, u l-proċessi li jsiru magħhom. Dawn l-operazzjonijiet huma interdipendenti, bħalma huma l-operaturi li jwettquhom. L-elementi kollha individwali, inkluż il-fluss ta’ nformazzjoni, għandhom jaħdmu flimkien biex jiżguraw livelli għoljin ta’ sigurtà fil-katina kollha tal-forniment. 3.11. Madankollu, it-titjib tas-sigurtà f’oqsma ewlenin definiti jirriskja li jitlef l-impatt tiegħu jekk jittieħed b’mod iżolat. L-introduzzjoni, pereżempju, ta’ siġilli sikuri jkollha ftit utilità jekk ma ssirx flimkien ma’ żviluppi xierqa, pereżempju fl-attitudni ta’ l-impjegati lejn is-sigurtà. Tabilħaqq, parti għal kollox sikura tal-katina tal-forniment ta’ ħafna operaturi fejn karatteristika partikolari tas-sigurtà għandha importanza ewlenija titlef il-benefiċċju tas-sigurtà jekk xi parti oħra tal-katina tal-forniment, b’karatteristiċi oħrajn tas-sigurtà, titħalla li tibqa’ mhux sikura. Fuq livell internazzjonali, jiġu rikonoxxuti biss katini tal-forniment li huma sikuri. L-ammont kbir ta’ karatteristiċi speċifiċi tas-sigurà jeħtieġu miżuri mfassla apposta b’reazzjoni għall-karatteristiċi speċifiċi ta’ l-operaturi u tal-katini tal-forniment. 3.12. Minħabba dan ta’ hawn fuq, jitqies aktar xieraq li tingħata attenzjoni lill-iżvilupp ta’ qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-katina tal-forniment minflok tingħażel strateġija fejn isir xogħol fuq l-affarijiet biċċa biċċa. Din l-għażla bl-ebda mod ma tipprekludi rekwiżiti Komunitarji minimi li jkunu dettaljati, jew saħansitra regoli dettaljati għal xi oqsma. Kif se jiġi spjegat aktar tard, il-qafas għandu jkun fih dawn ir-rekwiżiti minimi għall-kollegamenti individwali kollha fil-katina tal-forniment u regoli tekniċi speċifiċi fejn dan ikun ġustifikat. F’kull każ, madankollu, il-qafas għandu jippermetti aġġornamenti regolari u faċli. 3.13. Qafas ikun jista’ joffri gwida lill-operaturi, li spiss jagħmlu investimenti konsiderevoli biex itejbu s-sigurtà tagħhom. Min għandu jkun responsabbli għas-sigurtà? 3.14. Għandu jiġi stabbilit jekk wieħed mill-operaturi involuti għandux ikun responsabbli għas-sigurtà tal-katina kollha tal-forniment jew jekk kull operatur għandux ikun responsabbli mis-sigurtà tal-parti tiegħu tal-katina tal-forniment. Dan il-punt huwa rilevanti għaliex il-katina tal-forniment tikkonsisti minn għadd konsiderevoli ta’ operaturi. 3.15. Il-katina tal-forniment normalment tibda fil-post tal-manifattura bil-preparazzjoni għall-bgħit. Il-prodotti jistgħu jitgħabbew f’kontejners jew jiġu ippakkjati mod ieħor. Jistgħu jinġabru mill-post tal-manifattura biex jinġarru b’mod wieħed sa l-aħħar destinazzjoni tagħhom. Jistgħu jittieħdu f’imħażen, żoni tal-ħżin jew terminals interni, fejn jistgħu jibdlu l-mod tat-trasport. L-operazzjoni tista’ tinvolvi intermedjarji u aġenti jew sensara. Kull kollegament fil-katina tal-forniment iġib miegħu proċessi ta’ informazzjoni li spiss ikunu sofistikati. 3.16. Dak li jkun jista’ jitħajjar jimponi r-responsabbiltà għas-sigurtà tal-katina kollha tal-forniment fuq operatur wieħed. Dan ikun sempliċi. Iżda ma jkunx jagħti stampa vera tar-realtà tas-suq. Jista’ jkun li l-manufatturi speċjalizzati, minħabba d-daqs u t-tip ta’ operazzjoni tagħhom, iwettqu, jew għall-inqas jikkontrollaw għal kollox, l-operazzjonijiet tat-trasport. Ir-responsabbiltà tagħhom għas-sigurtà tal-katina kollha tal-forniment tista’ tiġi stabbilita sew. 3.17. Madankollu, f’ċirkostanzi kummerċjali normali, fabbrikant tal-merkanzija ma jwettaqx l-operazzjoni kollha tat-trasport. Il-kumpaniji speċjalizzati jagħmlu dan: il-kumpaniji tal-ferroviji huma biss eżempju wieħed. Tabilħaqq, il-fabbrikanti spiss ma jafux, jew lanqas għandhom għalfejn ikunu jafu, liema operatur iġorr il-prodotti tagħhom u b’liema mezzi. L-istess konsiderazzjonijiet jgħoddu għall-operaturi l-oħrajn fil-katina. Jistgħu jikkontrollaw aktar minn kollegament wieħed fil-katina, jew saħansitra, b’mod aktar rari, il-katina kollha ħlief l-ewwel stadju fil-post tal-manifattura. Ir-responsabbiltà tagħhom għalhekk tista’ tkopri aktar minn stadju wieħed. 3.18. Dawn ir-realtajiet tas-suq jindikaw konklużjoni prattika waħda biss: kull operatur ta’ kull kollegament fil-katina tal-forniment jieħu r-responsabbiltà tas-sigurtà ta’ l-attivitajiet tiegħu – u tiegħu biss. Il-miżuri individwali tas-sigurtà jammontaw għas-sigurtà tal-katina kollha. 3.19. L-analiżi tal-katina tal-forniment tidentifika erba’ gruppi ta’ attivitajiet, li kull wieħed minnhom għandu l-karatteristiċi rilevanti tiegħu: - il-preparazzjoni tal-prodotti għall-konsenja u l-konsenja mill-post tal-produzzjoni; - it-trasport tal-prodotti; - il-bgħit tal-prodotti; - l-operazzjonijiet ta’ l-imħażen, tal-ħżin u ta’ terminals interni. Kif jistgħu l-kunċetti eżistenti ta’ l-UE jiġu użati biex tiżdied is-sigurtà fil-katina tal-forniment? 3.20. Ir-regoli doganali Komunitarji[7] jaħdmu bil-kunċett ta’ “operatur ekonomiku awtorizzat”. L-operaturi li jkunu konformi ma’ ċerti kriterji ta’ kredibilità jistgħu jingħataw il-kwalifika ta’ “operatur ekonomiku awtorizzat” li jagħtihom l-opportunità jgawdu minn faċilitazzjonijiet fir-rigward tas-sikurezza u l-kontrolli doganali li għandhom x’jaqsmu mas-sigurtà u/jew minn semplifikazzjonijiet provduti taħt ir-regoli doganali. Din ta’ l-aħħar għandha valur kummerċjali partikolari għall-operaturi li mbagħad jistgħu jikkontrollaw il-fluss materjali tagħhom skond il-bżonnijiet tagħhom stess. 3.21. Taħt ir-regolament Komunitarju dwar is-sigurtà ta’ l-ajruporti[8] “aġent regolament” jew trasportatur bl-ajru jista’ jagħraf lil konsenjatur bħala “konsenjatur rikonoxxut” jekk dan ta’ l-aħħar jissodisfa ċerti kriterji rilevanti għas-sigurtà. B’riżultat ta’ dan, xi kontrolli tas-sigurtà ma jkollhomx għalfejn jiġu applikati għall-merkanzija riċevuta minn “konsenjatur rikonoxxut”. 3.22. Iż-żewġ kunċetti huma bbażati fuq il-prinċipju li jirfidhom, jiġifieri li l-operaturi li b’mod volontarju jkunu konformi ma’ ċerti rekwiżiti u li ġew eżaminati mill-awtoritajiet għandhom igawdu minn xi faċilitazzjonijiet. Dawn ikunu spezzjonati regolarment. L-istess kunċett, bit-tibdil xieraq, jista’ jintuża għas-sigurtà tal-katina tal-forniment fil-forma ta’ “operatur sikur”. 3.23. Għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi għall-operaturi involuti fl-erba’ gruppi ta’ attivitajiet: - il-preparazzjoni tal-prodotti għall-konsenja u l-konsenja mill-post tal-produzzjoni; - it-trasport tal-prodotti; - il-bgħit tal-prodotti; - l-operazzjonijiet ta’ l-imħażen, tal-ħżin u ta’ terminals interni. 3.24. Skema ta’ “operatur sikur” li tkun stabbilita fl-Istati Membri tippermetti lill-operaturi fil-katina tal-forniment li jagħtu prova tal-konformità tagħhom mar-rekwiżiti minimi tas-sigurtà. Il-kwalifika ta’ “operatur sikur” għandha tingħata lill-operaturi li jinstabu li qed iħarsu r-rekwiżiti. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jużaw sistemi jew proċeduri eżistenti jew jistgħu jkunu jixtiequ li joħolqu sistema speċifikament assenjata għas-sigurtà tal-katina tal-forniment. L-implimentazzjoni jkollha bżonn tkun verifikata; ma jistax ikun hemm fiduċja mingħajr verifika. 3.25. Minħabba li huwa impossibbli għan-numru sostanzjali ħafna ta’ operaturi fil-katina tal-forniment biex jimplimentaw ir-rekwiżiti minimi speċifiċi u għall-Istati Membri biex jiżguraw li l-implimentazzjoni tkun verifikata b’mod xieraq, l-implimentazzjoni se tkun fuq bażi volontarja. L-ebda operatur m’hu se jkun imġiegħel jieħu sehem fl-iskema ta’ l-“operatur sikur”. 3.26. Sabiex tinżamm l-integrità tas-suq komuni, se kull Stat Membru jkollu jirrikonoxxi l-kwalifika ta’ “operatur sikur” mogħti minn kwalunkwe Stat Membru ieħor, meta l-“operatur sikur” jagħmel il-kummerċ fit-territorju tiegħu. 3.27. Fejn ikun ġustifikat, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jillimitaw l-aċċess għall-installazzjonijiet u l-infrastruttra lil xi “operaturi sikuri”. Liema vantaġġi toffri l-iskema ta’ l-“operatur sikur”? 3.28. L-implimentazzjoni b’suċċess ta’ l-iskema ta’ “operatur sikur” tiddependi fuq vantaġġi prattiċi tanġibbli għall-awtoritajiet u għall-operaturi li jagħżlu li jagħmlu l-investimenti finanzjarji: 3.28.1. L-użu tar-riżorsi pubbliċi . L-awtoritajiet responsabbli għas-sigurtà jkunu jistgħu jikkonċentraw ir-riżorsi tal-kontroll tagħhom fuq dawk l-operaturi li ma jiħdux sehem fl-iskema mingħajr, madankollu, ma jitilfu d-dritt tagħhom li jikkontrollaw lill-“operaturi sikuri”, fejn dan ikun ġustifikat. L-istess strateġija ġiet ippruvata b’suċċess meta kienet applikata mill-awtoritajiet tad-dwana għall-“operaturi ekonomiċi awtorizzati” tagħhom. Ma hemm ebda raġuni biex wieħed jemmen li l-awtoritajiet tas-sigurtà ma jibbenefikawx milli jkunu jistgħu jagħtu attenzjoni speċjali lix-xogħol tagħhom. 3.28.2. Tmexxija koordinata ta’ l-inizjattiva tas-sigurtà fl-Ewropa kollha . L-awtoritajiet ikunu jistgħu, għall-ewwel darba, jindirizzaw inizjattivi tas-sigurtà tal-katina tal-forniment fl-Ewropa kollha fuq il-bażi ta’ kuxjenza komuni, għanijiet komuni u kriterji komuni. 3.28.3. L-interkonnessjoni mat-trasport sikur marittimu u bl-ajru . L-ajruporti u l-portijiet marittimi, inklużi l-impjanti tal-portijiet, li jaqgħu taħt regoli Komunitarji stretti dwar is-sigurtà, jistgħu jkunu konvinti li l-merkanzija li tidħol fil-perimetru tagħhom minn katina ta’ “operaturi sikuri” tkun ġiet assigurata b’mod xieraq fil-katina kollha. Dawn l-operaturi għandhom jingħataw trattament preferenzjali, pereżempju billi jkunu awtorizzati jużaw “is-servizz mgħaġġel”. 3.28.4. Rikonoxximent fl-Ewropa kollha . Ir-rikonoxximent fl-Ewropa kollha ta’ kwalifika ta’ “operatur sikur” mogħtija minn awtorità nazzjonali għandu l-vantaġġi għall-operaturi u għall-Istati Membri: l-operatur se jgawdi minn rikonoxximent fl-UE kollha. L-Istati Membri jkunu jistgħu jiddependu fuq għotja minn Stati Membri oħrajn, għaliex jafu li l-kwalifika ngħatat fuq bażi ta’ regoli Ewropej uniformi, li japplikaw rekwiżiti minimi Ewropej li huma miftiehma. 3.28.5. L-integrazzjoni fis-sigurtà globali tal-katina tal-forniment . Permezz ta’ dispożizzjonijiet tas-sigurtà li jkunu komparabbli, l-awtoritajiet tad-dwana inkarigati mill-kontrolli tas-sigurtà fuq il-fruntieri esterni, kemm għall-esporti kif ukoll għall-importazzjonijiet, se jirrikonoxxu għall-iskema tagħhom ta’ “operatur ekonomiku awtorizzat”, il-kwalifika ta’ “operatur sikur” mogħti mill-awtorità dwar is-sigurtà tal-katina tal-forniment. L-awtorità dwar is-sigurtà tal-katina tal-forniment se tagħmel l-istess bl-“operatur ekonomiku awtorizzat”. Ix-xogħol li qed isir bħalissa mill-awtoritajiet tad-dwana u l-kondizzjonijiet taħt il-proposta annessa ma’ din il-Komunikazzjoni, jekk ikunu implimentati, se jwasslu għall-kompatibilità u r-rikonoxximent reċiproku. L-iskema ta’ “operatur sikur” se tippermetti lill-esportaturi Ewropej li jgawdu minn skemi li hemm bħalissa ta’ l-Istati Uniti biex l-importazzjoni tkun aktar faċli, iżda tantiċipa wkoll l-iżviluppi internazzjonali. Fil-fatt, skema Ewropea tista’ ssir mudell għal implimentazzjoni mgħaġġla fid-dinja kollha tar-rakkomandazzjonijiet tas-sigurtà globali tal-katina tal-forniment żviluppati mill-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana. 3.28.6. Il-ħidma tas-sigurtà tal-kummerċ . L-“operatur sikur” jista’ juri lill-klijenti tiegħu u lill-imsieħba tiegħu fil-katina tal-forniment l-ħila tiegħu li jżomm il-katina tal-forniment ħielsa mill-ksur tas-sigurtà. Huwa se jsibha aktar faċli li jidentifika msieħba kummerċjali li huma responsabbli u konxji mis-sigurtà għad-detriment ta’ oħrajn li mhumiex daqstant konxji mis-sigurtà. 3.28.7. L-effiċjenza u l-elastiċità tal-kummerċ . L-esperjenza f’oqsma qrib tindika l-konklużjoni li l-operaturi jistgħu jiksbu benefiċċji milli jieħdu sehem fl-iskema ta’ “operatur sikur”. L-implimentazzjoni ta’ l-iskema CSI (Inizjattiva tas-Sigurtà tal-Kontejners fl-Istati Uniti) fit-trasport marittimu, minkejja li mhijiex speċifikament maħsuba biex igawdu minnha l-operaturi, hija rikonoxxuta bħala waħda li kellha għadd ta’ effetti kummerċjali pożittivi, b’mod partikolari sistemi operattivi aħjar u kontroll aħjar u prevedibbiltà aħjar tat-trasport u proċessi oħrajn, kif ukoll ħinijiet aktar kredibbli ta’ l-ipproċessar u tnaqqis fit-telf tas-serq. It-tendenzi fir-riċerka ppubblikata dan l-aħħar[9] jindikaw li għadd ta’ fatturi ta’ nfiq, kemm tal-katina tat-trasport kif ukoll tan-negozji involuti għandhom jiġbdu benefiċċji kollaterali pożittivi f’għadd ta’ oqsma minn miżuri mtejba tas-sigurtà. Huwa meħtieġ qafas Komunitarju? 3.29. L-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri jixtiequ jiġu assigurati li l-istess rekwiżiti minimi għas-sigurtà jkunu jgħoddu fl-Istati Membri kollha u li jkunu implimentati b’mod effettiv. Wara kollox, billi s-suq komuni għall-operaturi tal-katina tal-forniment huwa realtà, kull awtorità nazzjonali se tkun iffaċċjata b’operaturi li jkunu ġew mogħtija l-kwalifika ta’ “operatur sikur” fi Stat Membru ieħor u li jippretendu li jingħataw permess jużaw faċilitazzjonijiet mogħtija lill-operaturi nazzjonali. L-awtoritajiet nazzjonali jiddependu fuq implimentazzjoni uniformi fl-Ewropa kollha. 3.30. Għalkemm perċentwal għoli ta’ l-operazzjonijiet tat-trasport se jkun dejjem limitat għall-konfini ġeografiċi ta’ l-Unjoni Ewropea, parti sostanzjali tinvolvi wkoll lil pajjiżi oħrajn Ewropej jew pajjiżi oħrajn barra l-Ewropa. Il-movimenti diġà bdew f’pajjiżi li mhumiex fl-UE bl-għan li tiżdied is-sigurtà tal-katina tal-forniment. Għalkemm id-dimensjoni esterna bilfors se tinvolvi l-awtoritajiet tad-dwana taż-żewġ imsieħba kummerċjali, is-sistemi nazzjonali tas-sigurtà inevitabbilment se jiġu eżaminati. Sistema Ewropea uniformi, implimentata mill-aktar fis possibbli, x’aktarx ikollha impatt konsiderevoli fuq l-iżviluppi fil-pajjiżi li mhumiex fl-UE u żgur aktar milli możajk diżorganizzat ta’ regoli nazzjonali. 3.31. L-aspetti globali tas-sigurtà tal-katina tal-forniment jagħmluha neċessarju li jkun hemm qafas Komunitarju. 4. Konklużjoni Il-Kummissjoni tqis li hemm il-ħtieġa ta’ l-ewwel pass lejn it-titjib tas-sigurtà tal-katina tal-forniment kollha. Minħabba d-daqs u l-kumplessitajiet tas-suq, qafas volontarju iżda kkontrollat għas-sigurtà tal-katina tal-forniment tat-trasport bit-triq huwa l-mod ta’ azzjoni l-aktar xieraq. Il-qafas se jistimola l-interkonnettività bejn il-modi differenti tat-trasport u l-operaturi, u b’hekk itejjeb is-sigurtà fil-katina tal-forniment kollha. Is-“servizz mgħaġġel” jista’ jistimola lill-awtoritajiet nazzjonali biex iżidu l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet amministrattivi differenti u ma’ l-industrija, u b’hekk inaqqsu l-piżijiet amministrattivi. Il-qafas għandu jiġi implimentat u jista’ jiġi żviluppat aktar ma jgħaddi ż-żmien skond ir-riskji tas-sigurtà stmati u l-livell ta’ l-aċċettazzjoni mill-operaturi kummerċjali. Se jħeġġeġ lill-operaturi tal-katina tal-forniment biex jintroduċu għodda ġodda ta’ l-amministrazzjoni tas-sigurtà u biex itejbu dawk eżistenti skond il-rekwiżiti minimi speċifiċi. L-element volontarju huwa mirfud minn vantaġġi prattiċi fil-kontrolli tas-sigurtà, inklużi dawk li jsiru mid-dwana. Huwa jħeġġeġ miżuri innovattivi u jagħti lill-parteċipanti l-opportunità li jżidu l-kompetittività tagħhom. Il-proposta ma teskludix li jkun hemm miżuri stretti jekk jintwera li s-suq ma jaċċettax l-istrateġija proposta. Fuq livell leġiżlattiv, hawn inkluża proposta għal Regolament. MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI 1. Kuntenut tal-Proposta - Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha Il-Kunsill ta’ l-UE identifika t-trasport bħala qasam ewlieni fil-ġlieda tiegħu kontra t-terroriżmu. Għalhekk huwa għamel sejħa biex “jissaħħu l-forom kollha tas-sistemi tat-trasport, inkluż li jissaħħaħ il-qafas ġuridiku u t-titjib tal-mekkaniżmi ta’ prevenzjoni[10]". Din il-proposta qiegħda ssir b’reazzjoni għall-ħtiġijiet identifikati u fuq talba tal-Kunsill. - Il-kuntest ġenerali Dan l-aħħar sar titjib konsiderevoli fis-sigurtà tat-trasport fl-Ewropa: is-sigurtà ta’ l-avjazzjoni u ta’ l-ajruporti ngħataw qafas Ewropew[11]; it-trasport marittimu[12] u s-sigurtà tal-portijiet[13] ġew imsaħħa. Bħalissa ma hemm ebda regoli fis-seħħ għall-katina Komunitarja sħiħa tal-forniment tat-trasport bit-triq li hija definita bħala li tinkludi l-operazzjonijiet u l-proċessi kollha tat-trasport u dawk li għandhom x’jaqsmu mat-trasport li jibdew fil-post tal-produzzjoni u li jintemmu fil-punt tad-destinazzjoni tal-merkanzija. - Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta. Ma teżistu ebda dispożizzjoni fil-qasam tal-proposta. - Il-konsistenza mal-politika u għanijiet oħra ta’ l-Unjoni Il-proposta tintrabat mal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar is-sigurtà tat-trasport. Hija għal kollox kompatibbli mal-miżuri tad-dwana sabiex tiżdied is-sigurtà tat-trasport fuq il-fruntieri esterni u tappoġġja l-għanijiet ta’ l-aġenda ta’ Liżbona. 2. Konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-valutazzjoni ta’ l-impatt - Il-konsultazzjoni tal-partijiet interessati Metodi ta' konsultazzjoni, setturi ewlenin fil-mira u profil ġenerali ta’ dawk li ħadu sehem fil-konsultazzjoni F’Diċembru 2003 l-Istati Membri, l-għaqdiet tat-trasport, it-trejdunjins, u għaqdiet oħrajn b’interess partikolari fit-trasport u fis-sigurtà, eż., għaqdiet tal-kummerċ, kienu kkonsultati fuq il-bażi ta’ dokument ta’ konsultazzjoni. Dawk li rrispondew huma kampjun rappreżentattiv ta’ industriji li huma interessati kemm direttament kif ukoll indirettament fis-sigurtà tat-trasport. Il-konsultazzjoni miftuħa saret fuq l-Internet mit-23 ta’ Diċembru 2003 sas-27 ta’ Frar 2004. Il-Kummissjoni rċeviet 65 risposta. Ir-riżultati huma disponibbli fuq: http://europa.eu.int/comm/dgs/energy_transport/security/intermodal/consultation_en.htm Wara l-konsultazzjoni miftuħa fuq l-Internet kien hemm aktar konsultazzjonijiet ma’ l-Istati Membri u ma’ l-industrija matul is-sena 2004 u fl-ewwel nofs ta’ l-2005. Sommarju tat-tweġibiet u kif tqiesu Il-konklużjonijiet ewlenin tal-proċess tal-konsultazzjoni jistgħu jitqassru kif ġej: 1) is-sigurtà tal-katina tal-forniment saret kwistjoni serja li għandha bżonn tiġi indirizzata; 2) il-miżuri possibbli ta’ l-UE dwar is-sigurtà għandhom jiffokaw fuq it-terroriżmu minflok fuq il-vjolazzjoni b’mod ġenerali; 3) il-valutazzjoni tar-riskju hija importanti u għandha tiġi studjata aktar; 4) x’aktarx li l-ebda garanzija ta’ sigurtà assoluta m’hi ser tinkiseb f’perjodu medju ta’ żmien; 5) il-miżuri għandhom iqisu r-realtajiet tas-suq; 6) kwalunkwe miżura għandha tkun mifruxa madwar l-UE kollha sabiex jiġi evitat tagħwiġ bejn is-swieq u, sa fejn huwa possibbli, għandha tgħodd għall-modi kollha tat-trasport; 7) kien hemm appoġġ għal skema volontarja, bħall-“aġent regolamentat” u “trasportatur bil-baħar magħruf”. Dawn il-konklużjonijiet ewlenin huma skond l-istrateġija tal-Kummissjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu[14] u jifformaw is-sisien tal-proposta tal-Kummissjoni. - Ġbir u użu ta' l-għarfien espert Il-Kummissjoni rċeviet pariri kompetenti minn bosta għejun: operaturi, rappreżentanti kummerċjali, speċjalisti u awtoritajiet tas-sigurtà u tat-trasport fl-Istati Membri. - Il-valutazzjoni ta’ l-impatt Ġew investigati għażliet oħrajn. Studju estern li kopra bosta aspetti, ‘L-impatt tal-leġiżlazzjoni Ewropea possibbli biex tittejjeb is-sigurtà fit-trasport’, identifika l-punti fundamentali tal-proposta bħala dawk li joffru l-aħjar valur għall-infiq tal-flus. L-istudju huwa disponibbli fuq: http://europa.eu.int/comm/dgs/energy_transport/security/intermodal/doc/2005_finalreport_impact_assessment_transport_security.pdf#pagemode=bookmarks L-Istati Membri Il-proposta timponi obbligu fuq l-Istati Membri biex dawn jimplimentaw sistema nazzjonali għall-għoti tal-kwalifika ta’ “operatur sikur” lill-operaturi applikanti li jissodisfaw il-kondizzjonijiet minimi meħtieġa. L-Istati Membri jistgħu jew iwaqqfu sistema ġdida tas-sigurtà u s-sikurezza jew jużaw dawk eżistenti. Minkejja li l-ħolqien ta’ skema nazzjonali se tkun teħtieġ riżorsi finanzjarji, għandu jkun possibbli li jintużaw is-sinerġiji mal-miżuri eżistenti tas-sigurtà. Il-proposta tippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali li jħaddmu l-iskemi fuq bażi li hija newtrali mill-ispejjeż. L-industriji Il-proposta ma fiha ebda miżura obbligatorja fuq l-operaturi tal-katina tal-forniment. L-iskema proposta ta’ l-“operatur sikur” hija volontarja; dawk li jużawha jistgħu jistennew li jgawdu minn faċilitazzjonijiet tas-sigurtà u semplifikazzjonijiet tal-kontrolli doganali kif ukoll li juru lilhom infushom bħala operaturi b’livelli għoljin ta’ sigurtà lil imsieħba oħra fil-katina tal-forniment li jeħtieġu dawn l-istandards. Operaturi oħra li jemmnu li l-attivitajiet tagħhom ma jeħtiġux standards għoljin tas-sigurtà jistgħu jiddeċiedu li ma jeħdux sehem fl-iskema l-ġdida. Il-Kummissjoni Xejn, ħlief l-obbligu tagħha bħala gwardjana tat-Trattati. 3. Elementi ġuridiċi tal-proposta - Sommarju ta’ l-azzjoni proposta Il-Kummissjoni tipproponi li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jadottaw, mill-aktar fis possibbli, dan ir-Regolament dwar it-titjib tas-sigurtà tal-katina tal-forniment. Il-proposta tikkomplementa miżuri oħrajn dwar is-sigurtà tat-trasport li huma diġà fis-seħħ. Il-miżuri meħtieġa biex titjieb is-sigurtà tal-forniment bit-trasport bit-triq isegwu dawn il-prinċipji: - is-sigurtà tal-katina tal-forniment titlob li fil-qasam tas-sigurtà jkun hemm sħubija attiva bejn l-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri u l-industrija; - is-sigurtà tal-katina tal-forniment tikkomplementa miżuri dwar is-sigurtà tat-trasport li huma diġà fis-seħħ fl-oqsma ta’ l-avjazzjoni u t-trasport marittimu, inklużi l-ajruporti u l-portijiet marittimi; - l-obbligu li l-Istati Membri jwaqqfu skemi nazzjonali li jkunu kompatibbli ma’ xulxin biex iżidu s-sigurtà tal-katina tal-forniment; - qafas volontarju għall-operaturi li jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi meħtieġa li operaturi f’erba' kategoriji identifikati ta’ l-operazzjonijiet tal-katina tal-forniment għandhom jissodisfaw sabiex jingħataw il-kwalifika ta’ “operatur sikur”; - l-“operaturi sikuri” għandhom igawdu minn faċilitazzjonijiet tas-sigurtà li joffru “servizz mgħaġġel” ( fast track treatment ) u semplifikazzjoni tal-kontrolli doganali, u għandhom igawdu pożizzjoni aħjar ma’ l-imsieħba kummerċjali tagħhom; - l-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti għas-sigurtà tal-katina tal-forniment sabiex din tagħti l-kwalifika ta’ “operatur sikur”. Għal dan il-għan jistgħu jaħtru organizzazzjonijiet rikonoxxuti għas-sigurtà tal-katina tal-forniment kemm-il darba dawn jissodisfaw ċerti kondizzjonijiet speċifiċi; - l-Istati Membri għandhom jaħtru punt fokali nazzjonali għas-sigurtà tal-katina tal-forniment sabiex jamministra l-komunikazzjoni meħtieġa kemm ma’ Stati Membri oħrajn kif ukoll mal-Kummissjoni; - il-kwalifika ta’ “operatur sikur” mogħti mill-awtoritajiet fi Stat Membru wieħed se jkun rikonoxxut mill-awtoritajiet fl-Istati Membri l-oħrajn; - issir proċedura biex id-dispożizzjonijiet jiġu addattati għat-tibdil tekniku. - Il-bażi legali L-Artikoli 71 u 80 (2) tat-Trattat. - Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika sakemm il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri għal dawn ir-raġunijiet li ġejjin: - Huma meħtieġa regoli komuni, inkluż qafas komuni, sabiex jingħelbu b’mod effettiv ir-riskji terroristiċi transnazzjonali. - It-tlestija tas-suq komuni tat-trasport flimkien ma' l-erba' libertajiet tat-Trattat teħtieġ strateġija komuni Ewropea għas-sigurtà tal-katina tal-forniment. Bosta skemi differenti ta’ sigurtà nazzjonali fil-katina tas-suq joħolqu r-riskju li jerġgħu jinħolqu l-fruntieri nazzjonali; - Inizjattivi iżolati meħuda minn Stat Membru wieħed jew aktar u li neċessarjament iwasslu għal livelli differenti fis-sigurtà bejn l-Istati Membri inevitabbilment se jiġu interpretati mill-imsieħba kummerċjali ta’ l-Ewropa bħala nuqqas ta’ rieda li jiġu indirizzati l-kwistjonijiet tas-sigurtà jew se jintużaw biex l-Istati Membri jiġu mqabbla kontra ta’ xulxin. L-azzjoni Komunitarja se tissodisfa aħjar l-għanijiet tal-proposta. Qafas mifrux madwar l-Ewropa kollha b’rekwiżiti minimi li jkunu identiċi għall-operaturi mill-Istati Membri kollha jżomm strateġija komuni tas-sigurtà għall-katina tal-forniment u jevita li s-sigurtà tal-katina tal-forniment terġa’ ssir nazzjonali. Din il-proposta hija limitata għal dak li huwa meħtieġ għal qafas li japplika fil-Komunità kollha: - strateġija identika, obbligatorja għall-Istati Membri biex iwaqqfu l-qafas komuni Komunitarju li huwa meħtieġ biex jiġi żgurat li jkompli jitħaddem is-suq tat-trasport, u volontarja għall-operaturi, iżda li tindika b’mod ċar il-ħtieġa li l-operaturi kollha tal-katina tal-forniment jtejbu l-amministrazzjoni tas-sigurtà; - rekwiżiti minimi komuni tas-sigurtà għall-gruppi ta’ l-operaturi li jaħdmu fil-katina tal-forniment tat-trasport bit-triq; rikonoxximent reċiproku tal-kwalifika ta’ “operatur sikur” li b’hekk jippermetti li l-“operaturi sikuri” kollha jibbenefikaw minn faċilitazzjonijiet u semplifikazzjonijiet fuq livell nazzjonali u li jevitaw ir-riskju ta’ diskriminazzjoni; - sistema li tikkomplementa r-regoli doganali Komunitarji eżistenti u tippermetti li l-aġġornamenti jikkunsidraw l-iżviluppi internazzjonali, eż., fl-istandardizzazzjoni. Għalhekk il-proposta tħares il-prinċipju tas-sussidjarjetà. - Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija skond il-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin. - Il-proposta hija mibnija fuq ir-realtajiet tal-katina tal-forniment. Hija tevita miżuri li huma preskrittivi u ta’ livell għoli ħafna li kienu jkunu diffiċli wisq, jekk mhux impossibbli biex l-Istati Membri jimplimentawhom u jikkontrollawhom. Minflok, hija tistieden lill-operaturi sabiex jinvestu fis-sigurtà tal-katina tal-forniment filwaqt li jafu li l-investiment tagħhom huwa skond rekwiżiti li huma uniformi fl-Ewropa kollha u toffri faċilitazzjonijiet lill-voluntiera għall-kontrolli li għandhom x’jaqsmu mas-sigurtà u semplifikazzjonijiet ta’ xi ostakli proċedurali possibbli; - L-Istati Membri, permezz tal-Kunsill, għarfu l-ħtieġa li jtejbu s-sigurtà tal-katina tal-forniment; - L-Istati Membri jistgħu jżommu l-ispejjeż għall-minimu. L-Istati Membri jkollhom jistabbilixxu skema sabiex jagħtu l-kwalifika ta’ “operatur sikur” li għaliha jistgħu, madankollu, jiddependu fuq il-mudelli li diġà jeżistu fis-sigurtà tat-trasport bit-triq u fid-dwana. Jistgħu jitolbu għajnuna prattika minn organizzazzjonijiet rikonoxxuti għas-sigurtà tal-katina tal-forniment. Forsi jkunu jixtiequ li jagħmlu mod li għall-awtoritajiet il-proċedura ta’ l-għotja tkun newtrali mill-ispejjeż. L-awtoritajiet reġjonali u lokali ma jkunux involuti, kemm-il darba Stat Membru ma jiddeċidix mod ieħor. L-ispejjeż huma negliġibbli għall-Komunità: il-Kummissjoni jkollha biss teżerċita d-dmirijiet tagħha bħala gwardjana tat-Trattat. L-operaturi li jixtiequ jinvestu f’miżuri tas-sigurtà issa jkunu jafu li l-investimenti tagħhom huma skond ir-rekwiżiti fil-Komunità kollha. It-tendenzi fir-riċerka ppubblikata dan l-aħħar jindikaw li għadd ta’ fatturi relatati ma’ l-ispejjeż, kemm tal-katina tat-trasport kif ukoll tan-negozji involuti, jibbenefikaw b’mod sħiħ u pożittiv mit-titjib tal-miżuri tas-sigurtà. - Għażla ta’ l-istrumenti L-istrumenti proposti: Regolament. Mezzi oħrajn ma jkunux xierqa għar-raġunijiet li ġejjin. Ġie kkunsidrat jekk il-Kummissjoni għandhiex tipproponi Regolament jew Direttiva. L-għażla ta’ Regolament hija għal kollox skond il-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà: dwar it-trasport marittimu, l-avjazzjoni u l-ajruporti. Hija skond il-leġiżlazzjoni doganali, li hija tista’ tikkomplementa fejn il-katina tal-forniment tissodisfa r-rekwiżiti tad-dwana. Ir-riskji transnazzjonali tat-terroriżmu jeħtieġu strateġija uniformi, parallela u konverġenti min-naħa ta’ l-Istati Membri biex titwaqqaf skema li effikaċjament tikkumbatti t-theddida terroristika. Regolament huwa l-għodda l-aktar effikaċi. Meqjusa b’mod iżolat, il-proposta hija sempliċi ħafna; ma hemm ebda ħtieġa għal prinċipji u għanijiet ġenerali li jistgħu jiġu deskritti mill-Istati Membri. L-elementi ewlenin jistgħu jkunu implimentati minnufih biex jagħmlu tajjeb għas-sitwazzjoni mhux sodisfaċenti tas-sigurtà u, jekk ibbażati fuq Regolament, jistgħu jiġu implimentati mingħajr leġiżlazzjoni nazzjonali timplimentahom. Għalhekk l-għażla ta’ Regolament kienet l-aktar waħda xierqa. 4. Implikazzjoni fuq il-baġit Xejn. 5. Informazzjoni addizzjonali - Żona Ekonomika Ewropea L-att propost huwa ta’ relevanza għaż-ŻEE u għalhekk għandu jestendi għaż-Żona Ekonomika Ewropea. - Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta Il-Kummissjoni tipproponi li tibbaża r-Regolament fuq l-Artikolu 71 tat-Trattat tal-KE mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ l-Istati Membri dwar is-sigurtà u kwalunkwe miżura li tista’ tittieħed fuq il-bażi tat-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. KONSIDERAZZJONIJIET SPEĊJALI: L-Artikolu 1 Dan l-artikolu jistabbilixxi l-għan tar-Regolament. L-Artikolu 2: Dan l-artikolu jiddefinixxi ‘katina tal-forniment’. L-Artikolu 3: Dan l-artikolu jistabbilixxi l-ambitu tar-Regolament. L-Artikolu 4 Dan l-artikolu jimponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jaħtru awtorità kompetenti dwar is-sigurtà fil-katina tal-forniment. L-Artikolu 5: Dan l-artikolu jimponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jistabbilixxu skema nazzjonali biex jagħtu l-kwalifika ta’ “operatur sikur” lil operaturi tal-katina tal-forniment. L-Artikolu 6: Dan l-artikolu jintroduċi l-benefiċċji tal-kwalifika ta’ “operatur sikur” (“is-servizz mgħaġġel”) u l-possibbiltà li “operatur sikur” jiġi miċħud l-applikazzjoni ta’ dawn il-benefiċċji. L-Artikolu 7: Dan l-artikolu jimponi l-obbligu tar-rikonoxximent reċiproku bejn l-Istati Membri. L-Artikolu 8: Dan l-artikolu jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom tista’ tingħata l-kwalifika ta’ “operatur sikur”. L-Artikolu 9: Dan l-artikolu jipprovdi għall-possibbiltà li l-kwalifika ta’ “operatur sikur” tiġi rtirata jew sospiża. L-Artikolu 10: Dan l-artikolu jimponi obbligu fuq l-Istati Membri li jistabbilixxu l-proċeduri ta’ l-għotja, jew direttament permezz ta’ awtorità pubblika jew permezz ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti għas-sigurtà tal-katina tal-forniment, u li jagħmlu aċċessibbli l-lista ta’ “operaturi sikuri” għall-awtoritajiet nazzjonali, għall-punti fokali u għall-Kummissjoni. L-Artikolu 11: Dan l-artikolu jipprovdi għall-ħatra ta’ punt fokali għas-sigurtà tal-katina tal-forniment bħala l-punt ta’ kuntatt għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni. L-Artikolu 12: Dan l-artikolu jimponi obbligu fuq l-Istati Membri li jiżguraw superviżjoni xierqa u b’mod regolari ta’ l-iskemi nazzjonali tagħhom li jwasslu għall-għotja tal-kwalifika ta’ “operatur sikur”. L-Artikolu 13: Dan l-artikolu jipprovdi li r-rekwiżiti tekniċi li jinsabu fl-Annessi ta’ dan ir-Regolament jistgħu jkunu emendati jew supplimentati mill-proċedura stabbilita fid-Deċiżjoni 1999/468/KE. L-Artikolu 14: Dan l-artikolu jistipola li l-Kummissjoni se tkun assistita minn kumitat magħmul minn rappreżentanti ta’ l-Istati Membri. L-Artikolu 15: Dan l-artikolu jitkellem dwar il-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni li għandha x’taqsam mas-sigurtà. L-Artikolu 16: Dan l-artikolu fih id-dettalji dwar id-dħul fis-seħħ. L-Annessi 1 - 4: Fihom ir-rekwiżiti dettaljati biex trasportatur, kumpannija tat-trasport, kumpannija li tibgħat, u maħżen, impjant tal-ħżin jew terminal intern jingħataw il-kwalifika ta’ “operatur sikur”. L-Anness 5: Fih ir-rekwiżiti dettaljati biex operaturi jagħmlu valutazzjoni tar-riskju. L-Anness 6: Fih ir-rekwiżiti dettaljati li għandhom jiġu sodisfatti minn organizzazzjoni rikonoxxuta għas-sigurtà tal-katina tal-forniment. 2006/0025(COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar it-titjib tas-sigurtà fil-katina tal-forniment (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[15], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[16], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[17], Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[18], Billi: (1) L-inċidenti tas-sigurtà u t-terroriżmu huma fost l-akbar theddid għall-ideali tad-demokrazija u l-libertà u għall-valuri tal-paċi, li huma l-bażi essenzjali ta’ l-Unjoni Ewropea. (2) Il-katina tal-forniment għandha tiġi mħarsa kontra l-inċidenti tas-sigurtà. Dan il-ħarsien ikun ta’ benefiċċju għall-utenti tat-trasport, il-ħaddiema, l-ekonomija u s-soċjetà kollha. (3) Il-Kunsill Ewropew għamel sejħa biex “jissaħħu l-forom kollha tas-sistemi tat-trasport, inkluż li jissaħħaħ il-qafas ġuridiku u t-titjib tal-mekkaniżmi ta’ prevenzjoni”[19]. (4) Dan l-aħħar sar titjib konsiderevoli fis-sigurtà tat-trasport fl-Ewropa għall-avjazzjoni[20] u għat-trasport marittimu.[21] Huwa mistenni aktar titjib wara li dan l-aħħar ġew adottati miżuri tas-sigurtà għall-portijiet[22]. (5) Fin-nuqqas ta’ regoli Komunitarji, il-livelli tas-sigurtà tal-katina tal-forniment barra minn dawn l-oqsma msemmija għadhom mhumiex sodisfaċenti. (6) Huwa meħtieġ li jitjieb il-livell tas-sigurtà tal-katina tal-forniment Ewropea tat-trasport bit-triq. Dan jista’ jinkiseb bl-adozzjoni ta’ miżuri xierqa mingħajr preġudizzju għar-regoli ta’ l-Istati Membri fl-oqsma tas-sigurtà nazzjonali u miżuri li jistgħu jittieħdu fuq bażi tat-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. (7) Kwalunkwe miżura għandha tqis is-swieq tal-katina tal-forniment li huma magħmula minn għadd kbir ta’ operaturi u mudelli operattivi li jagħmlu l-miżuri mhux xierqa meta mqabbla ma’ dawk fl-avjazzjoni u fit-trasport marittimu fuq perjodu qasir ta’ żmien. (8) Kwalunkwe miżura għandha tiżgura l-moviment ħieles tal-kummerċ filwaqt li tippermetti li r-rekwiżiti minimi dwar is-sigurtà jkunu aktar stretti. (9) L-Istati Membri għandhom jintroduċu skema li taħtha jagħtu l-kwalifika ta’ “operatur sikur” lill-operaturi bbażati fil-Komunità fil-katina tal-forniment kemm-il darba l-operaturi jissodisfaw ċerti rekwiżiti minimi dwar is-sigurtà. Din l-iskema għandha tkun kompatibbli mal-programmi tas-sigurtà tal-katina tal-forniment li qed jiġu żviluppati għall-katini globali tal-forniment. (10) L-operaturi tal-katina tal-forniment jaqgħu taħt minn dawn il-gruppi li ġejjin: il-preparazzjoni u l-konsenja tal-prodotti mill-post tal-produzzjoni; it-trasport tal-prodotti; il-bgħit tal-prodotti; operazzjonijiet ta’ l-imħażen, tal-ħżin u ta’ terminals interni. (11) Għandhom jiġu speċifikati rekwiżiti minimi dwar is-sigurtà għal kull wieħed mill-gruppi ta’ operaturi tal-katina tal-forniment. L-Istati Membri jistgħu jintroduċu rekwiżiti aktar għoljin għall-operaturi stabbiliti fit-territorju tagħhom. (12) Skema ta’ “operatur sikur” toffri vantaġġi għall-awtoritajiet u għall-operaturi kummerċjali. (13) Skema ta’ “operatur sikur” tkun tippermetti lill-awtoritajiet responsabbli mis-sigurtà li jikkonċentraw ir-riżorsi tagħhom ta’ kontroll fuq dawk l-operaturi li ma jkunux lesti li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi dwar is-sigurtà u li jagħmlu dan fil-kuntest ta’ inizjattiva dwar is-sigurtà fl-Ewropa kollha. (14) Il-kwalifika ta’ “operatur sikur” għandha tkun rikonoxxuta fl-Unjoni Ewropea kollha. (15) L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-“operaturi sikuri” faċilitazzjonijiet fil-qasam tal-kontrolli tas-sigurtà kif ukoll semplifikazzjonijiet tal-kontrolli tas-sigurtà fuq il-fruntieri esterni, inkluż fejn disponibbli, l-użu ta’ “servizz mgħaġġel”, mingħajr ma jitilfu d-dritt li jwettqu l-kontrolli tas-sigurtà fuq l-“operaturi sikuri”. (16) L-“operaturi sikuri” ikunu jistgħu wkoll juru lis-suq il-ħila tagħhom li jżommu l-katina tas-sigurtà ħielsa mill-ksur tas-sigurtà, li jiddistingwu ruħhom b’mod pożittiv minn operaturi oħrajn, u li jistabbilixxu tendenza pożittiva fil-ħidma tas-sigurtà fil-kummerċ. (17) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li lista ta’ “operaturi sikuri” tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri l-oħrajn u għall-Kummissjoni. (18) Il-kwalifika ta’ “operatur sikur” għandha tkun rikonoxxuta fi ħdan l-Unjoni Ewropea kollha iżda tista’ tkun irtirata mill-Istat Membru li jkun tah din il-kwalifika jekk jinstab li l-operatur ikun wettaq xi ksur gravi tal-kondizzjonjiet li taħthom tkun ġiet mogħtija l-kwalifika. Il-kwalifika għandha tingħata għal żmien limitat iżda tkun tista’ tiġġedded. Stat Membru jista’ jiċħad li jagħti faċilitazzjonijiet u semplifikazzjoni fejn isib li “operatur sikur” li ngħata din il-kwalifika minn Stat Membru ieħor ikun qiegħed jikser ir-rekwiżiti minimi dwar is-sigurtà. (19) L-Istati Membri jistgħu jaħtru organizzazzjonijiet rikonoxxuti għas-sigurtà tal-katina tal-forniment sabiex dawn jevalwaw jekk “operatur sikur” applikant ikunx jissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa. (20) L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti għas-sigurtà tal-katina tal-forniment. (21) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li post speċjalizzat jieħu r-rwol ta’ punt ta’ kuntatt bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri. (22) L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw l-implimentazzjoni fost l-operaturi tal-katina tal-forniment. (23) Il-miżuri meħtieġa biex jiġi implimentat dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[23]. Għandha tiġi definita proċedura biex dan ir-Regolament ikun adattat sabiex iqis l-iżviluppi fl-istrumenti internazzjonali u, fid-dawl ta’ l-esperjenza, biex ikunu adattati jew miżjuda d-dispożizzjonijiet dettaljati ta’ l-annessi ta’ dan ir-Regolament, mingħajr ma jinbidel l-ambitu ta’ dan ir-Regolament. (24) L-għanijiet ta’ l-azzjoni proposta, jiġifieri l-introduzzjoni ta’ strateġija komuni għas-sigurtà tal-katina tal-forniment, skema ta’ “operatur sikur”, u l-ħtieġa li jkun żgurat ir-rikonoxximent tal-kwalifika ta’ “operatur sikur” mogħtija fuq livell nazzjonali fis-suq kollu komuni tat-trasport, jistgħu, permezz tad-dimensjoni Ewropea ta’ dan ir-Regolament, jintlaħqu aħjar fuq livell Komunitarju. Għalhekk, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament huwa limitat għar-rekwiżiti minimi tas-sigurtà meħtieġa sabiex jinkisbu l-għanijiet tas-sigurtà tal-katina tal-forniment u ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għal dak l-iskop. ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Għan 1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli komuni għat-titjib tas-sigurtà tal-katina tal-forniment fit-trasport bit-triq fir-rigward ta’ theddid ta’ inċidenti marbuta mas-sigurtà. 2. L-għan deskritt fil-paragrafu 1 għandu jintlaħaq permezz ta’: a) it-twaqqif ta’ skema li tippermetti lill-Istati Membri li jagħtu l-kwalifika ta’ “operatur sikur” lill-operaturi fil-katina tal-forniment; b) it-twaqqif ta’ rekwiżiti minimi tas-sigurtà li l-operaturi għandhom jissodisfaw qabel ma tingħatalhom il-kwalifika ta’ “operatur sikur”; c) it-twaqqif ta’ mekkaniżmi xierqa ta’ monitoraġġ. Artikolu 2 Id-Definizzjoni Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, il-katina tal-forniment tfisser il-proċessi u l-operaturi kollha involuti fil-preparazzjoni għat-trasport u t-trasport bit-triq tal-prodotti mill-post tal-produzzjoni sal-post tal-konsenja fi ħdan it-territorju tal-Komunità Ewropea. Artikolu 3 L-Ambitu 1. Dan ir-Regolament għandu jgħodd għas-sigurtà tal-katina tal-forniment u jindirizza s-sigurtà tal-merkanzija, tat-trasport u, fejn xieraq, ta’ l-infrastruttura li għandha x’taqsam mal-katina tal-forniment fi ħdan it-territorju tal-Komunità Ewropea. 2. Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament għandhom jgħoddu għal kwalunkwe operatur involut f’waħda minn dawn l-attivitajiet li ġejjin: a) il-preparazzjoni tal-prodotti għall-konsenja u l-konsenja mill-post tal-produzzjoni; b) it-trasport tal-prodotti; c) il-bgħit tal-prodotti; d) operazzjonijiet ta’ l-imħażen, tal-ħżin u ta’ terminals interni. 3. Dan ir-Regolament għandu jgħodd mingħajr preġudizzju għal: a) regoli Komunitarji fil-qasam tas-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili[24]; b) regoli Komunitarji dwar it-titjib tas-sigurtà tal-bastimenti u tal-portijiet[25]; c) regoli Komunitarji dwar is-sigurtà fil-portijiet[26]; d) regoli Komunitarji u internazzjonali dwar it-trasport tal-merkanzija perikoluża[27] u materjal nukleari[28]; e) regoli Komunitarji tad-dwana[29]. Artikolu 4 L-awtorità kompetenti għas-sigurtà tal-katina tal-forniment L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti għas-sigurtà tal-katina tal-forniment sabiex tikkoordina, timplimenta u timmonitorja l-applikazzjoni tal-miżuri għas-sigurtà tal-katina tal-forniment stabbiliti f’dan ir-Regolament. Artikolu 5 “Operatur sikur” 1. Fi żmien 18-il xahar mill-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom iwaqqfu skema sabiex jagħtu l-kwalifika ta’ “operatur sikur” lill-operaturi fil-katina tal-forniment. 2. Operatur jista’ japplika biex tingħatalu l-kwalifika ta’ “operatur sikur” kemm-il darba huwa jkun involut f’waħda minn dawn l-attivitajiet fil-katina tal-forniment: a) il-preparazzjoni tal-prodotti għall-konsenja u l-konsenja mill-post tal-produzzjoni; b) it-trasport tal-prodotti; c) il-bgħit tal-prodotti; d) operazzjonijiet ta’ l-imħażen, tal-ħżin u ta’ terminals interni. 3. L-applikazzjoni għandha tkun indirizzata lill-awtorità kompetenti għas-sigurtà tal-katina tal-forniment fil-pajjiż fejn l-applikant ikun stabbilit. 4. Il-kwalifika ta’ “operatur sikur” turi l-ħila ta’ l-operatur li lilu tkun ġiet mogħtija din il-kwalifika, li jżomm il-parti tal-katina tal-forniment taħt ir-responsabbiltà tiegħu ħielsa mill-ksur tas-sigurtà. 5. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni Ewropea ladarba l-iskema tagħhom għall-għoti ta’ “operatur sikur” tkun implimentata. Artikolu 6 Il-benefiċċji ta’ l-“operatur sikur” 1. L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-“operaturi sikuri” li jgawdu minn faċilitazzjonijiet u semplifikazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-miżuri tal-kontroll tas-sigurtà (“servizz mgħaġġel”). 2. Il-faċilitazzjoni u s-semplifikazzjonijiet għandhom jinkludu permess biex l-“operaturi sikuri” jċaqalqu l-merkanzija tagħhom skond proċeduri li jiddistingwuhom minn operaturi li mhumiex sikuri. Dawn għandhom jinkludu livell aktar baxx ta’ kontrolli tas-sigurtà. 3. L-Istati Membri jistgħu jivverifikaw l-awtentiċità tal-kwalifika ta’ “operatur sikur” mal-punt fokali kompetenti. 4. Stat Membru jista’ jiċħad l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 6(1) u 6(2) lil “operatur sikur” ta’ Stat Membru ieħor meta dan l-operatur jinstab li wettaq ksur gravi tar-regoli tas-sigurtà. Għandu minnufih javża lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni u għandu jressaq il-kwistjoni quddiem il-kumitat stabbilit bl-Artikolu 14. L-Artikoli 9 u 12 għandhom jgħoddu. Artikolu 7 Ir-rikonoxximent reċiproku Il-kwalifika ta’ “operatur sikur” mogħtija fi Stat Membru wieħed għandja tkun rikonoxxuta mill-awtoritajiet fl-Istati Membri kollha. Artikolu 8 L-għoti tal-kwalifika 1. Operatur għandu jingħata l-kwalifika ta’ “operatur sikur” jekk juri li a) waqqaf, implimenta u ddokumenta sistema ta’ amministrazzjoni tas-sigurtà; b) jiżgura li r-riżorsi biex jingħelbu r-riskji possibbli tas-sigurtà jkunu disponibbli għal dik il-parti tal-katina tal-forniment li huwa jkun responsabbli minnha; c) is-sistema ta’ l-amministrazzjoni tas-sigurtà tiegħu tagħti lok għal titjib kontinwu; d) jissodisfa r-rekwiżiti provduti fl-annessi. e) jissodisfa r-rekwiżiti taħt ir-regoli msemmija fl-Artikolu 3(3), fejn applikabbli. 2. Il-kwalifika ta’ “operatur sikur” għandha tingħata għal perjodi ta’ tliet snin. Il-kwalifika tista’ tiġġedded fejn l-“operatur sikur” ikompli jħares ir-rekwiżiti minimi ta’ dan ir-Regolament. 3. Jekk operatur ingħata l-kwalifika ta’ “operatur ekonomiku awtorizzat” skond l-Artikolu 5a tar-Regolament KE Nru. 648/2005[30], l-awtorità kompetenti għas-sigurtà tal-katina tal-forniment għandha tqis li l-kriterji deskritti fil-paragrafu 1 jkunu ġew sodisfatti, bil-kondizzjoni li l-kriterji għall-għoti tal-kwalifika ta’ “operatur ekonomiku awtorizzat” ikunu identiċi jew komparabbli. Artikolu 9 L-irtirar jew is-sospensjoni tal-kwalifika 1. L-Istati Membri għandhom jintroduċu regoli li jippermettu l-irtirar tal-kwalifika ta’ “operatur sikur” fejn l-operatur jinstab li qed iwettaq jew qed jirrepeti xi ksur tal-kondizzjonijiet li taħthom ingħata l-kwalifika. 2. Il-kwalifika ta’ “operatur sikur” tista’ wkoll tiġi rtirata b’riżultat ta’ verifiki dwar l-implimentazzjoni u l-konformità mwettqa skond l-Artikolu 12. 3. Fejn il-kwalifika ta’ “operatur sikur” tiġi rtirata, l-operatur jista’ jerġa’ japplika biss wara sentejn. 4. L-Istati Membri għandhom jintroduċu regoli li jippermettu s-sospensjoni tal-kwalifika ta’ “operatur sikur” fejn l-operatur jinstab li qed iwettaq ksur ieħor tal-kondizzjonijiet li taħthom ingħata l-kwalifika. 5. Is-sospensjoni għandha titneħħa meta l-awtorità kompetenti għas-sigurtà tal-katina tal-forniment tkun ċerta li l-ksur ġie rimedjat. Artikolu 10 Il-proċeduri għall-għotja 1. L-awtorità kompetenti għas-sigurtà tal-katina tal-forniment għandha tkun responsabbli biex tagħti l-kwalifika ta’ “operatur sikur”. L-Istati Membri għandhom iwaqqfu reġistru ta’ l-“operaturi sikuri” kollha. Ir-reġistru għandu jkun aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti u l-punti fokali ta’ l-Istati Membri għas-sigurtà tal-katina tal-forniment u għall-Kummissjoni. 2. Kull “operatur sikur” għandu jingħata numru ta’ identifikazzjoni li jibda bil-kodiċi ta’ l-Istat Membru. 3. L-Istati Membri jistgħu jaħtru organizzazzjonijiet rikonoxxuti għas-sigurtà tal-katina tal-forniment għall-iskop imsemmi fil-paragrafu 1. L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għas-sigurtà tal-katina tal-forniment għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness 6. Artikolu 11 Il-punt fokali għas-sigurtà tal-katina tal-forniment 1. L-Istati Membri għandhom jaħtru punt fokali għas-sigurtà tal-katina tal-forniment. 2. Il-punt fokali għandu jservi bħala l-punt ta’ kuntatt għall-Kummissjoni u għal Stati Membri oħrajn u għandu jiffaċilita, isegwi u jgħarraf dwar l-applikazzjoni tal-miżuri dwar is-sigurtà tal-katina tal-forniment Artikolu 12 Il-verifika ta’ l-implimentazzjoni u tal-konformità L-Istati Membri għandhom jiżguraw monitoraġġ xieraq ta’ l-iskema ta’ l-“operatur sikur” inkluż superviżjoni ta’ l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għas-sigurtà tal-katina tal-forniment. Artikolu 13 L-adattament Id-dispożizzjonijiet ta’ l-annessi jistgħu jiġu emendati jew supplimentati b’rekwiżiti tekniċi dettaljati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14, mingħajr ma jinbidel l-ambitu ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 14 Il-proċedura tal-Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat magħmul mir-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u presjedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom jgħoddu l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE[31], wara li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha. 3. Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ xahar. 4. Il-kumitat għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu stess. Artikolu 15 Il-kunfidenzjalità u t-tixrid ta’ l-informazzjoni 1. Meta tapplika dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa, skond id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/844/KE, ECSC, Euratom[32], biex tħares l-informazzjoni li hija suġġetta għar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità, li għaliha jkollha aċċess jew li tiġi komunikata lilha mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri ekwivalenti skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti. Artikolu 16 Id-dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea . Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jgħodd direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President ANNESS 1 It-Trasportatur bil-baħar (il-preparazzjoni tal-prodotti għall-konsenja u l-konsenja mill-post tal-produzzjoni) Biex trasportatur jingħata l-kwalifika ta’ “operatur sikur”, is-sistema ta’ l-amministrazzjoni tas-sigurtà tiegħu għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tar-riskju u għandha tindirizza dawn li ġejjin: Is-sigurtà fiżika : Il-bini u l-istabbilimenti kollha għandhom ikunu mħarsa minn kwalunkwe dħul mhux awtorizzat u għandhom iservu bħala protezzjoni kontra d-dħul forzat. Is-sigurtà fiżika għandha tinkludi: - Tagħmir ta' sokor għall-bibien, twieqi, gradi u rixtelli esterni u interni; - Dawl ġewwa u barra l-impjant, inkluż fil-parkeġġi; - Parkeġġ għall-vetturi privati li jkun separat miż-żoni tal-konsenja, tat-tagħbija u tal-merkanzija; - Sistemi tal-komunikazzjonijiet interni/esterni biex jiġu kkuntatjati l-ħaddiema interni tas-sigurtà jew l-aġenziji lokali responsabbli mill-ħarsien tal-liġijiet. Il-kontrolli ta’ l-aċċess : L-aċċess mhux awtorizzat għaż-żoni tal-konsenja, tat-tagħbija u tal-merkanzija għandu jkun projbit. Il-kontrolli għandhom jinkludu: - Identifikazzjoni sistematika perfetta għall-impjegati, il-viżitaturi u l-kuntatti kummerċjali kollha; - Proċeduri biex il-persuni mhux awtorizzati/identifikati jiġu mwaqqfa. Is-sigurtà proċedurali : Il-miżuri għall-immaniġġjar ta’ merkanzija li dieħla jew li ħierġa għandhom jinkludu ħarsien kontra d-dħul, l-iskambju jew it-telf tal-materjali. Il-proċeduri tas-sigurtà għandhom jinkludu: - Uffiċjal tas-sigurtà maħtur biex jissorvelja d-dħul jew it-tneħħija tal-merkanzija; - Il-merkanzija li tkun immarkata, miżuna, magħduda u dokumentata tajjeb; - Il-kontroll ta’ l-integrità tas-siġilli jew tagħmir ieħor tas-sigurtà tal-merkanzija li tidħol; - Il-proċeduri biex jitqiegħdu s-siġilli jew tagħmir ieħor tas-sigurtà fuq merkanzija li ħierġa; - L-iskoperta u r-rapportar ta’ ammonti nieqsa jew żejda; - It-traċċjar tal-moviment tal-merkanzija li tidħol u toħroġ; - Ħażna sew ta’ unitajiet ta’ tagħbija vojta jew mimlija sabiex jiġi mrażżan l-aċċess mhux awtorizzat; - Proċeduri biex jiġu indirizzati l-anomaliji jew l-attivitajiet illegali li l-kumpanija tiskopri jew tissuspetta fihom. Is-sigurtà tal-ħaddiema: Il-kumpaniji għandhom jistabbilixxu proċess intern sabiex jeżaminaw bir-reqqa lill-impjegati prospettivi, u jivverifikaw l-applikazzjonijiet, b’ħarsien sħiħ tal-leġiżlazzjoni fl-oqsma tat-trattament ugwali u l-protezzjoni tad-data personali. Dan il-proċess intern jista’ jinkludi verifiki ta' l-anteċedenti u testijiet oħrajn skond il-funzjoni partikolari ta’ l-impjegat involut. Il-proċeduri tad-dokumentazzjoni : Il-kumpaniji għandhom jiżguraw li d-dokumentazzjoni tkun kompleta, leġġibbli, preċiża u mressqa fil-ħin. Is-sigurtà ta’ l-informazzjoni: Il-proċessi kollha ta’ l-informazzjoni fil-kuntest ta’ l-operazzjonijiet tal-katina tal-forniment għandhom ikunu sikuri . Titqajjem kuxjenza dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ : Għandu jkun provdut programm li jqajjem kuxjenza dwar is-sigurtà lill-impjegati. Dan għandu jinkludi l-għarfien tar-riskji possibbli għas-sigurtà, iż-żamma ta’ l-integrità tal-prodott, u d-determinazzjoni u l-indirizzar ta’ l-aċċess mhux awtorizzat. Dawn il-programmi għandhom iħeġġu l-parteċipazzjoni attiva ta’ l-impjegati fil-kontrolli tas-sigurtà. ANNESS 2 Il-kumpanija tat-trasport Sabiex kumpanija tat-trasport tingħata l-kwalifika ta’ “operatur sikur”, is-sistema ta’ l-amministrazzjoni tas-sigurtà tagħha għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tar-riskju u għandha tindirizza dawn li ġejjin: Is-sigurtà fiżika : Il-bini u l-istabblimenti kollha għandhom ikunu mħarsa minn kwalunkwe dħul mhux awtorizzat u għandhom iservu bħala ħarsien minn indħil barrani. Is-sigurtà fiżika għandha tinkludi - Tagħmir ta' sokor għall-bibien, twieqi, gradi u rixtelli esterni u interni; - Rixtelli mad-dawra, biżżejjed dawl ġewwa u barra l-impjant, inkluż fil-parkeġġi; - Parkeġġ għall-vetturi privati li jkun separat miż-żoni tal-konsenja, tat-tagħbija u tal-merkanzija; - Sistemi tal-komunikazzjonijiet interni/esterni biex jiġu kkuntatjati l-ħaddiema interni tas-sigurtà jew l-aġenziji lokali responsabbli mill-ħarsien tal-liġijiet; Il-kontrolli ta’ l-aċċess : L-aċċess mhux awtorizzat għall-impjanti u għall-mezzi tat-trasport għandu jkun projbit. Il-kontrolli għandhom jinkludu: - Identifikazzjoni sistematika perfetta għall-impjegati, il-viżitaturi u l-kuntatti kummerċjali kollha; - Proċeduri biex il-persuni mhux awtorizzati/identifikati jiġu mwaqqfa; Is-sigurtà proċedurali : Għandu jkun hemm proċeduri biex iħarsu kontra d-dħul ta’ materjal mhux dokumentat fuq il-mezzi tat-trasport u fil-merkanzija, u biex iħarsu milli impjegati mhux awtorizzati jiġu mogħtija l-aċċess. Il-proċeduri tas-sigurtà għandhom jinkludu: - Il-merkanzija/it-tagħmir tal-merkanzija jkunu immarkati, miżuna, magħduda u dokumentati tajjeb; - Il-kontroll ta’ l-integrità tas-siġilli jew tagħmir ieħor tas-sigurtà meta l-merkanzija tiġi aċċettata għat-trasport; - Proċeduri biex tkun żgurata l-integrità tas-siġilli jew tagħmir ieħor tas-sigurtà meta l-merkanzija tiġi trasferita; - Sistema għall-iskoperta u r-rapportar ta’ ammonti nieqsa; - It-traċċjar tal-moviment tal-merkanzija u tal-mezzi tat-trasport li jidħlu u joħorġu; - Proċeduri biex jiġu indirizzati l-anomaliji jew l-attivitajiet illegali li l-kumpanija tiskopri jew tissuspetta fihom. F’każijiet fejn jiġu skoperti materjali mhux dokumentati jew sinjali ta’ tbagħbis, għandha ssir spezzjoni fiżika tal-partijiet aċċessibbli tal-mezz tat-trasport u taż-żoni li jkunu aċċessibbli b’mod faċli ħdejn il-mezz tat-trasport. Għandu jkun hemm proċeduri biex dawn il-każijiet ikunu rappurtati. Is-sigurtà tal-ħaddiema: Il-kumpaniji għandhom jistabblixxu proċess intern sabiex jeżaminaw bir-reqqa lill-impjegati prospettivi, u jivverifikaw l-applikazzjonijiet, b’ħarsien sħiħ għal-leġiżlazzjoni fl-oqsma tat-trattament ugwali u l-protezzjoni tad- data personali. Dan il-proċess intern jista’ jinkludi verifiki ta’ l-anteċedenti u testijiet oħrajn skond il-funzjoni partikolari ta’ l-impjegat involut Il-proċeduri tad-dokumentazzjoni : Il-kumpaniji għandhom jiżguraw li d-dokumentazzjoni tkun kompleta, leġġibbli, preċiża u mressqa fil-ħin. Is-sigurtà ta’ l-informazzjoni: Il-proċessi kollha ta’ l-informazzjoni fil-kuntest tal-ħidma tal-katina tal-forniment għandhom ikunu sikuri. Id-dispożizzjonijiet dwar il-moviment sikur tal-merkanzija : Il-kumpaniji jistgħu jtejbu l-merkanzija offerta minn dawk li mhumiex “operaturi sikuri” għal livell ogħla ta’ sigurtà meta l-ispezzjoni tal-kontenut tagħtihom l-opportunità li jagħmlu dan. Jekk dawn l-ispezzjonijiet ma jsirux jew ma jippermettux li l-merkanzija titqies bħala parti minn katina sikura tal-forniment, is-“servizz mgħaġġel” jistà jiġi miċħud. Titqajjem kuxjenza dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ: Għandu jkun provdut programm li jqajjem kuxjenza dwar is-sigurtà fost l-impjegati. Dan għandu jinkludi l-għarfien tar-riskji possibbli għas-sigurtà, iż-żamma ta’ l-integrità tal-prodott, u d-determinazzjoni u l-indirizzar ta’ l-aċċess mhux awtorizzat. Dawn il-programmi għandhom iħeġġu l-parteċipazzjoni attiva ta’ l-impjegati fil-kontrolli tas-sigurtà. ANNESS 3 Il-kumpanija li tibgħat Sabiex kumpanija li tibgħat tingħata l-kwalifika ta’ “operatur sikur”, is-sistema ta’ l-amministrazzjoni tas-sigurtà tagħha għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tar-riskju u għandha tindirizza dawn li ġejjin: Il-kontrolli ta’ l-aċċess : L-aċċess mhux awtorizzat għall-impjanti u għall-mezzi tat-trasport għandu jkun projbit. Il-kontrolli għandhom jinkludu l-identifikazzjoni pożittiva ta’ l-impjegati, il-viżitaturi u l-kuntatti kummerċjali kollha kif ukoll proċeduri biex il-persuni mhux awtorizzati/identifikati jiġu mwaqqfa. Is-sigurtà proċedurali : Il-proċeduri għandhom jindirizzaw l-anomaliji jew l-attivitajiet illegali li l-kumpanija tiskopri jew tissuspetta fihom. Il-proċessar tad-dokumentazzjoni : Il-kumpaniji li jibagħtu għandhom jagħmlu mill-aħjar li jistgħu sabiex jiżguraw li d-dokumentazzjoni kollha provduta u li tintuża fir-rilaxx tal-merkanzija tkun leġġibbli u tkun mħarsa mill-possibiltà ta’ skambju, telf jew dħul ta’ informazzjoni żbaljata. Il-proċeduri tad-dokumentazzjoni għandhom jinkludu: - li tinżamm il-preċiżjoni ta’ l-informazzjoni rċevuta, inkluż l-isem u l-indirizz tat-trasportatur u tad-destinatarju, l-ewwel u t-tieni jipprovdu informazzjoni dwar il-partijiet, id-deskrizzjoni, il-piż, il-kwantità u l-unità tal-kejl (jiġifieri kaxxi, kartuni, eċċ.) tal-merkanzija; - Ir-reġistrazzjoni, ir-rapportar u l-investigazzjoni ta’ l-ammonti nieqsa jew żejda tal-merkanzija; - It-traċċjar tal-moviment tal-merkanzija li tidħol u toħroġ; - Il-ħarsien ta’ l-aċċess għall-kompjuter u l-informazzjoni. Is-sigurtà tal-ħaddiema: Il-kumpaniji għandhom iwaqqfu proċess intern sabiex jeżaminaw bir-reqqa lill-impjegati prospettivi, u jivverifikaw l-applikazzjonijiet, b’ħarsien sħiħ għal-leġiżlazzjoni fl-oqsma tat-trattament ugwali u l-protezzjoni tad- data personali. Dan il-proċess intern jista’ jinkludi verifiki ta' l-anteċedenti u testijiet oħrajn skond il-funzjoni partikolari ta’ l-impjegat in kwistjoni. Il-proċeduri tad-dokumentazzjoni : Il-kumpaniji għandhom jiżguraw li l-listi tat-tagħbija, il-manifesti u/jew dokumenti oħrajn li għandhom x’jaqsmu mat-trasport ikunu kompleti, leġġibbli, preċiżi u mressqa fil-ħin. Is-sigurtà ta’ l-informazzjoni: Il-proċessi kollha ta’ l-informazzjoni fil-kuntest ta’ l-operazzjonijiet tal-katina tal-forniment għandhom ikunu sikuri. Id-dispożizzjonijiet dwar il-moviment sikur tal-merkanzija : Il-kumpaniji jistgħu jtejbu l-merkanzija offerta minn dawk li mhumiex “operaturi sikuri” għal livell ogħla ta’ sigurtà meta l-ispezzjoni tal-kontenut tagħtihom l-opportunità li jagħmlu dan. Jekk dawn l-ispezzjonijiet ma jsirux jew ma jippermettux li l-merkanzija titqies bħala parti minn katina sikura tal-forniment, is-“servizz mgħaġġel” jistà jiġi miċħud. Titqajjem kuxjenza dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ: Għandu jkun provdut programm li jqajjem kuxjenza dwar is-sigurtà fost l-impjegati. Dan għandu jinkludi l-għarfien tar-riskji possibbli għas-sigurtà, iż-żamma ta’ l-integrità tal-prodott, u d-determinazzjoni u l-indirizzar ta’ l-aċċess mhux awtorizzat. Dawn il-programmi għandhom iħeġġu l-parteċipazzjoni attiva ta’ l-impjegati fil-kontrolli tas-sigurtà u għandhom jipprovdu: - Rikonoxximent għall-parteċipazzjoni attiva ta’ l-impjegati fil-kontrolli tas-sigurtà; - Taħriġ dwar il-frodi fid-dokumentazzjoni u kontrolli tas-sigurtà bil-kompjuter. ANNESS 4 L-operazzjonijiet ta’ l-imħażen, tal-ħżin jew tat-terminals interni (inklużi l-portijiet interni*) Sabiex kumpanija li tħaddem maħżen, impjant tal-ħżin, terminal intern jew port intern, tingħata l-kwalifika ta’ “operatur sikur”, is-sistema ta’ l-amministrazzjoni tas-sigurtà tagħha għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tar-riskju u għandha tindirizza dawn li ġejjin:: Is-sigurtà fiżika : Il-bini u l-istabbilimenti kollha għandhom ikunu mibnija minn materjali li jirreżistu d-dħul mhux awtorizzat u jħarsu kontra l-intrużjoni barranija. Is-sigurtà fiżika għandha tinkludi: - Tagħmir ta’ sokor għall-bibien, twieqi, gradi u rixtelli esterni u interni; - Dawl provdut ġewwa u barra l-impjant, inkluż fiż-żoni tal-parkeġġi; - Parkeġġ għall-vetturi privati li jkun separat miż-żoni tal-konsenja, tat-tagħbija u tal-merkanzija; - Sistemi tal-komunikazzjonijiet interni/esterni biex jiġu kkuntatjati l-ħaddiema interni tas-sigurtà jew il-pulizija lokali responsabbli mill-ħarsien tal-liġijiet Il-kontrolli ta’ l-aċċess : L-aċċess mhux awtorizzat għall-impjanti għandu jkun ipprojbit. Il-kontrolli għandhom jinkludu: - Identifikazzjoni sistematika perfetta għall-impjegati, il-viżitaturi u l-kuntatti kummerċjali kollha; - Proċeduri biex il-persuni mhux awtorizzati/identifikati jiġu mwaqqfa. Is-sigurtà proċedurali : Għandu jkun hemm proċeduri biex iħarsu kontra d-dħul ta’ materjal mhux dokumentat fil-maħżen, fl-impjant tal-ħżin jew fit-terminal intern (inklużi l-portijiet interni). Il-proċeduri tas-sigurtà għandhom jinkludu: - Uffiċjal tas-sigurtà maħtur sabiex jissorvelja d-dħul/ħruġ tal-merkanzija - Il-merkanzija/t-tagħmir tal-merkanzija jkunu mmarkati, magħduda u dokumentati tajjeb u jkunu vverikfikati mad-dokumentazzjoni tal-manifest; - Il-kontroll ta’ l-integrità tas-siġilli jew tagħmir ieħor tas-sigurtà meta l-merkanzija tidħol; - Il-proċeduri biex jitqiegħdu s-siġilli jew tagħmir ieħor tas-sigurtà meta l-merkanzija toħroġ; - Proċeduri għall-iskoperta u r-rapportar ta’ ammonti nieqsa jew żejda; - Proċeduri biex jiġu indirizzati l-anomaliji jew l-attivitajiet illegali li l-kumpanija tiskopri jew tissuspetta fihom. - Ħażna sewwa ta’ l-unitajiet tat-tagħbija vojta u mimlija sabiex jiġi mrażżan l-aċċess mhux awtorizzat; - Il-prevenzjoni ta’ l-aċċess għall-merkanzija jew għall-kontejners vojta. Is-sigurtà tal-ħaddiema: Il-kumpaniji għandhom jistabblixxu proċess intern sabiex jeżaminaw bir-reqqa lill-impjegati prospettivi, u jivverifikaw l-applikazzjonijiet, b’ħarsien sħiħ tal-leġiżlazzjoni fl-oqsma tat-trattament ugwali u l-protezzjoni tad- data personali. Dan il-proċess intern jista’ jinkludi verifiki ta' l-anteċedenti u testijiet oħrajn skond il-funzjoni partikolari ta’ l-impjegat involut. Is-sigurtà ta’ l-informazzjoni: Il-proċessi kollha ta’ l-informazzjoni fil-kuntest tal-operazzjonijiet tal-katina tal-forniment għandhom ikunu sikuri. Id-dispożizzjonijiet dwar il-moviment sikur tal-merkanzija : Il-kumpaniji jistgħu jtejbu l-merkanzija offerta minn dawk li mhumiex “operaturi sikuri” għal livell ogħla ta’ sigurtà meta l-ispezzjoni tal-kontenut tagħtihom l-opportunità li jagħmlu dan. Jekk dawn l-ispezzjonijiet ma jsirux jew ma jippermettux li l-merkanzija titqies bħala parti minn katina sikura tal-forniment, is-“servizz mgħaġġel” jistà jiġi miċħud. Titqajjem kuxjenza dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ: Għandu jkun provdut programm li jqajjem kuxjenza dwar tas-sigurtà fost l-impjegati. Dan għandu jinkludi l-għarfien tar-riskji possibbli għas-sigurtà, iż-żamma ta’ l-integrità tal-prodott, u id-determinazzjoni u l-indirizzar ta’ l-aċċess mhux awtorizzat. Dawn il-programmi għandhom iħeġġu l-parteċipazzjoni attiva ta’ l-impjegati fil-kontrolli tas-sigurtà. * Kemm-il darba ma jgħoddx ir-Regolament (KE) Nru 725/2004. ANNESS 5 Il-valutazzjoni tar-riskju Il-valutazzjoni tar-riskju ta’ operatur għandha twassal għal sistema ta’ amministrazzjoni tas-sigurtà. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tkun ibbażata fuq is-sitwazzjoni ġenerali tal-kumpanija, mhux fuq operazzjoni speċifika tat-trasport, u għandha tindirizza għall-inqas dawn il-passi li ġejjin: L-ewwel pass – identifikazzjoni tat-tipi ta’ theddid: - X’jgħidu l-aħbarijiet dwar il-klima nazzjonali u internazzjonali attwali, jew il-kampanji terroristiċi attwali; - Il-parir ta’ l-awtoritajiet tas-sigurtà dwar ir-riskju ta’ attakk terroristiku fuq l-impjanti jew l-operazzjonijiet; - Kemm il-bini, il-ħidma kif ukoll il-ħaddiema ta’ l-organizzazzjoni jista’ jkun fil-mira ta’ attakk terroristiku; - Il-possibbiltà ta’ ħsara kollaterali minħabba l-post ta’ l-operatur f’żona ta’ riskju għoli. It-tieni pass – identifikazzjoni ta’ dak li għandu jiġi mħares u b’mod partikolari ta’ kif dan huwa vulnerabbli għal attakk terroristiku. It-tielet pass – identifikazzjoni ta’ dak li għandu jsir sabiex ir-riskju jitnaqqas sa livell aċċettabbli. ANNESS 6 Il-kondizzjonijiet li organizzazzjoni rikonoxxuta għandha tissodisfa għas-sigurtà tal-katina tal-forniment Organizzazzjoni rikonoxxuta għas-sigurtà tal-katina tal-forniment għandha tkun kapaċi turi: - li l-organizzazzjoni u l-impjegati tagħha qatt ma ġew kundannati minħabba korruzzjoni u frodi; - għarfien espert fl-aspetti rilevanti tas-sigurtà tal-katina tal-forniment; - għarfien xieraq tal-ħidma tal-katina tal-forniment, inkluż l-għarfien tar-rekwiżiti operattivi; - għarfien xieraq ta’ operazzjonijiet oħrajn rilevanti għas-sigurtà li jistgħu potenzjalment jaffettwaw is-sigurtà tal-katina tal-forniment; - il-kapaċità li tivvaluta r-riskji possibbli ta’ sigurtà fil-katina tal-forniment; - il-kapaċità li żżomm u ttejjeb l-għarfien espert tal-ħaddiema tagħha dwar is-sigurtà tal-katina tal-forniment; - il-kapaċità li timmonitorja u żżomm il-fiduċja dejjiema tal-ħaddiema tagħha; - il-kapaċità li żżomm miżuri xierqa sabiex tevita l-iżvelar mhux awtorizzat ta’, jew aċċess għal, materjal li huwa sensittiv għas-sigurtà; - għarfien tal-leġiżlazzjoni rilevanti nazzjonali u internazzjonali u tar-rekwiżiti dwar is-sigurtà; - għarfien dwar it-theddid għas-sigurtà u t-tendenzi attwali; - għarfien dwar ir-rikonoxximent u l-individwazzjoni ta’ armi, u sustanzi u tagħmir perikolużi; - għarfien dwar ir-rikonoxximent, fuq bażi mhux diskriminatorja, tal-karatteristiċi u t-tendenzi fl-imġiba ta’ persuni li x’aktarx jheddu s-sigurtà tal-katina tal-forniment; - għarfien tat-teknika użata sabiex jiġu evitati l-miżuri tas-sigurtà; - għarfien tat-tagħmir u tas-sistemi tas-sigurtà u tas-sorveljanza u tal-limiti fil-ħidma tagħhom. DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA 1. ISEM IL-PROPOSTA: Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib tas-sigurtà tal-katina tal-forniment. 2. QAFAS ABM / ABB Il-qasam(l-oqsma) tal-politika kkonċernatu u Attività/Attivitajiet relatata/i: Il-qasam(l-oqsma) tal-politika: il-politika dwar it-trasport intern, bl-ajru u t-trasport marittimu Attività/Attivitajiet: L-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-miżuri tas-sigurtà tal-katina tal-forniment. 3. LINJI TAL-BAĠIT 3.1. Linji tal-baġit (linji operattivi u linji tekniċi u amministrattivi relatati) (linji ex- B.A) inklużi l-intestaturi: 06 02 03 02 Is-sigurtà tat-trasport 06 02 11 03 Il-Kumitati 3.2. Tul ta’ żmien ta’ l-azzjoni u ta’ l-impatt finanzjarju: Indefinit, jibda fl-2008 3.3. Karatteristiċi tal-baġit (żid il-linji jekk meħtieġ) Linja tal-baġit | Tip ta’ nefqa | Ġdid | Il-kontribut ta’ l-EFTA | Il-kontribut minn pajjiżi applikanti | Intestatura fil-perspettiva finanzjarja | Mhux obblig | NDA | LE | LE | LE | Le | Mhux obblig | NDA | LE | LE | LE | Le | 4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI 4.1. Riżorsi finanzjarji 4.1.1. Sommarju ta’ l-approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) u l-approprjazzjonijiet tal-ħlasijiet (AĦ) Miljun EUR (sa 3 ċifri deċimali) Tip ta’ nefqa | Sezzjoni Nru | 2006 | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 u wara | Total | Nefqa operattiva[33] | Approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) | 8.1 | a | 0 | 0 | 0 | 0. | 0.5 | 0 | 0.5 | Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (PA) | b | 0 | 0 | 0 | 0. | 0.5 | 0 | 0.5 | Nefqa amministrattiva fl-ammont ta’ referenza[34] | L-għajnuna teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4 | c | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | L-AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA | Approprjazzjonijiet għall-impenji | a+c | 0 | 0 | 0 | 0. | 0.5 | 0 | 0.5 | Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet | b+c | 0 | 0 | 0 | 0. | 0.5 | 0 | 0.5 | Nefqa amministrattiva mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza[35] | Riżorsi umani u nfiq relatat (NDA) | 8.2.5 | d | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | Spejjeż amministrattivi, minbarra r-riżorsi umani u l-ispejjeż relatati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (NDA) | 8.2.6 | e | 0 | 0 | 0.056 | 0.037 | 0.037 | 0.037 | 0.168 | Spiża finanzjarja indikattiva totali ta’ l-intervent AI TOTALI inklużi l-ispejjeż tar-riżorsi umani | a+c+d+e | 0 | 0 | 0.056 | 0.037 | 0.537 | 0.037 | 0.668 | AĦ TOTALI inklużi l-ispejjeż tar-riżorsi umani | b+c+d+e | 0 | 0 | 0.056 | 0.037 | 0.537 | 0.037 | 0.668 | Dettalji dwar il-kofinanzjament Jekk il-proposta tinvolvi l-kofinanzjament minn Stati Membri, jew korpi oħra (jekk jogħġbok speċifika liema huma), stima tal-livell ta' dan il-kofinanzjament għandha tiġi indikata fit-tabella ta’ hawn taħt (linji addizzjonali jistgħu jiżdiedu jekk korpi oħra huma previsti għall-provista tal-kofinanzjament): Miljun EUR (sa 3 ċifri deċimali) Il-korp tal-kofinanzjament | 2006 | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 u wara | Total | …………………… | f | AI TOTALI inkluż il-kofinanzjament | a+c+d+e+f | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 4.1.2. Kompatibilità mal-Programmazzjoni Finanazjarja X Il-proposta hija kompatibbli mal-programmazzjoni finanzjarja eżistenti. ( Il-proposta se tinvolvi r-riprogrammazzjoni ta' l-intestatura relevanti fil-perspettiva finanzjarja. ( Il-Proposta għandha mnejn tirrikjedi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[36] (jiġifieri l-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja). 4.1.3. Impatt finanzjarju fuq id-dħul X Il-proposta ma għandhiex implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul ( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej: NB: Id-dettalji u l-osservazzjonijiet kollha konnessi mal-metodu ta' kalkolu ta' l-effett fuq id-dħul għandhom jintwerew f’anness separat. Miljun EUR (sa ċifra deċimali waħda) Qabel l-azzjoni [Sena n-1] | Il-qagħda wara l-azzjoni | Numru totali ta’ riżorsi umani | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET Dettalji tal-kuntest tal-proposta huma rekwiżiti fil-Memorandum ta' Spjegazzjoni. Din is-sezzjoni tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva għandha tinkludi l-informazzjoni kumplementarja speċifika li ġejja: 5.1. Ħtieġa li għandha tintlaħaq fit-terminu ta' żmien qasir jew twil Fid-Dikjarazzjoni tiegħu kontra t-terroriżmu tal-25 ta’ Marzu 2004[38], il-Kunsill Ewropew “jagħmel sejħa biex jissaħħu l-forom kollha tas-sistemi tat-trasport, inkluż li jissaħħaħ il-qafas ġuridiku u t-titjib tal-mekkaniżmi ta’ prevenzjoni.” Din il-proposta hija b’reazzjoni għall-ħtiġijiet identifikati u fuq talba tal-Kunsill. F’dawn l-aħħar snin l-Unjoni Ewropea għamlet progress konsiderevoli fit-triq lejn il-ħarsien ta’ l-operazzjonijiet tat-trasport mit-theddida terroristika. Teżisti leġiżlazzjoni Ewropea ta’ sigurtà għall-avjazzjoni, inklużi l-ajruporti, u t-trasport marittimu. Il-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà tal-portijiet tal-baħar waslet fi tmiem il-proċess leġiżlattiv. Ma hemm ebda leġiżlazzjoni Ewropea li tkopri l-katina tal-forniment barra mill-oqsma msemmija hawn fuq. Din il-proposta timla l-vojt li jeżisti fis-sigurtà bejn il-bosta modi tat-trasport. 5.2. Valur miżjud ta’ l-involviment tal-Komunità u koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħra u sinerġija possibbli Sabiex jiġi evitat l-itfaċċar mill-ġdid ta’ swieq nazzjonali tat-trasport, minħabba r-regoli nazzjonali dwar is-sigurtà tal-katina tal-forniment, huwa meħtieġ li jkun hemm strateġija Komunitarja, kif kien il-każ għat-trasport marittimu, għall-portijiet marittimi, għall-avjazzjoni u għall-ajruporti. 5.3. Għanijiet, rizultati mistennija u indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM Xejn, ħlief għall-funzjoni eżistenti bħala gwardjana tat-Trattati. 5.4. Metodu ta’ Implimentazzjoni (indikattiv) Uri hawn taħt il-metodu/i[39] magħżul/a għall-implimentazzjoni ta' l-azzjoni. ٱ Ġestjoni ċentralizzata ٱ Direttament mill-Kummissjoni ٱ Indirettament b'delega lil: ٱ Aġenziji eżekuttivi ٱ Korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet hekk kif imsemmi fl-Art. 185 tar-Regolament Finanzjarju ٱ Korpi tas-settur pubbliku nazzjonali/korpi b’missjoni fis-servizz pubbliku ٱ Ġestjoni kondiviża jew deċentralizzata ٱ Ma’ l-Istati Membri ٱ Ma’ Pajjiżi Terzi ٱ Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika) Kummenti Rilevanti: Xejn. 6. MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI 6.1. Sistema ta' monitoraġġ Il-Kummissjoni se jkollha twettaq xogħol konvenzjonali ta’ monitoraġġ bħala gwardjana tat-Trattati. 6.2. Evalwazzjoni 6.2.1. Evalwazzjoni ex-ante Id-Dikjarazzjoni kontra t-terroriżmu tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2004[40] stabbiliet il-kuntest politiku imperattiv ta’ din l-inizjattiva tal-Kummissjoni. Mill-2004 sar proċess ta’ konsultazzjoni. Dan il-proċess żied l-attenzjoni partikolari tal-miżuri possibbli fl-UE sabiex titjieb is-sigurtà tal-katina tal-forniment tat-trasport bit-triq. Dan ġie żviluppat u kien verifikat ma’ l-Istati Membri u mal-partijiet interessati. Il-proċess ta’ konsultazzjoni u l-valutazzjoni ta' l-impatt[41] jindikaw li l-miżuri ta’ l-UE għandhom iqisu dan li ġej: - Is-sigurtà tal-katina tal-forniment tinvolvi li wieħed jaħseb dwar affarijiet li ma ġewx maħsuba qabel. Ir-riskji tas-sigurtà għandhom x’jaqsmu mal-merkanzija, mal-modi tat-trasport u ma’ l-infrastruttura. L-awtoritajiet pubbliċi ma jistgħux jiggarantixxu s-sigurtà totali. - Ħafna kumpaniji qed jimplimentaw aktar u aktar l-istandards tas-sigurtà tagħhom stess. L-imsieħba tagħhom fil-katina tal-forniment għandhom jadattaw għal dawn il-proċeduri. Il-fornituri tas-servizz tat-trasport u l-fornituri l-oħrajn li jaħdmu għal għadd ta’ klijenti jistgħu jsibu ruħhom suġġetti għal bosta evalwazzjonijiet, li mhumiex meħtieġa, li jikkawżaw tfixkil u li jqumu l-flus. - L-isfida hija li jinkiseb l-ogħla livell possibbli ta’ sigurtà għall-katina tal-forniment, mingħajr ma jitqiegħed il-kummerċ fil-periklu, filwaqt li r-rekwiżiti jinżammu għall-minimu. - L-awtoritajiet pubbliċi u l-industrija għandhom bżonn jikkooperaw biex itejbu s-sigurtà tal-katina tal-forniment. Il-prinċipju ta’ gwida għandu jkun li l-operaturi li volontarjament iħarsu ċerti rekwiżiti u li jkunu ġew eżaminati mill-awtoritajiet għandhom igawdu minn xi faċilitazzjonijiet u semplifikazzjonijiet. - Metodu uniformi għall-qafas tal-katina tal-forniment inaqqas il-kompetizzjoni relatata mas-sigurtà fi ħdan il-fruntieri ta’ l-UE. Iċ-ċertifikazzjoni tal-kumpaniji tista’ tkun possibbiltà. 6.2.2. Miżuri li ttieħdu wara evalwazzjoni intermedjarja/ex-post (lezzjonijiet mitgħallma minn esperjenzi simili fil-passat) Il-Kummissjoni bi ħsiebha tordna studju sabiex tevalwa l-impatt u l-effikaċja tal-miżuri adottati. Dan l-istudju għandu jsir fl-2010, u wara kull tliet snin. Din l-evalwazzjoni regolari hija meħtieġa sabiex tagħti lill-Kummissjoni l-possibbiltà tipproponi, permezz tal-proċedura tal-kumitat, kwalunkwe aġġustament għas-sistema proposta li jistgħu juru li jkunu meħtieġa. L-ispiża għal kull studju separat hija stmata li hija €500,000. 6.2.3. It-termini u l-frekwenza ta’ l-evalwazzjoni fil-ġejjieni Ara 6.2.2. 7. MIŻURI KONTRA L-FRODI Taħt l-Anness 6 tar-Regolament propost, organizzazzjoni tas-sigurtà rikonoxxuta għas-sigurtà tal-katina tal-forniment għandha turi li qatt ma ġiet kundannata minħabba korruzzjoni u frodi, kemm għall-organizzazzjoni kif ukoll għall-impjegati tagħha. 8. DETTALJI TAR-RIŻORSI 8.1. L-għanijiet tal-proposta f’termini ta’ l-ispejjeż finanzjarji tagħhom Approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljun EUR (sa 3 punti deċimali) 2006 | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | Uffiċjali jew staff temporanju[43] (XX 01 01) | A*/AD | B*, C*/AST | Staff iffinanzjat[44] mill-art. XX 01 02 | staff ieħor[45] iffinanzjat mill-art. XX 01 04/05 | TOTAL | 8.2.2. Deskrizzjoni tal-kompiti li jirriżultaw mill-azzjoni Mhux applikabbli. 8.2.3. Sorsi tar-riżorsi umani (statutarji) (Fejn aktar minn sors wieħed jiġi ddikjarat, jekk jogħġbok indika n-numru ta' karigi li joriġinaw minn kull wieħed mis-sorsi) ( Karigi attwalment allokati għall-ġestjoni tal-programm li għandhom jinbiddlu jew jiġu estiżi ( Karigi allokati minn qabel fi ħdan l-eżerċizzju ta’ l-APS/PDB għas-sena n ( Karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura ta’ l-APS/PDB li jmiss ( Karigi li għandhom jerġgħu jimtlew permezz ta' riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta’ l-ġestjoni (riskjerament intern) ( Karigi meħtieġa għas-sena n li madankollu ma jkunux previsti fl-eżerċizzju ta’ l-APS/PDB tas-sena inkwistjoni 8.2.4. Infiq Amministrattiv ieħor inkluż fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – Infiq fuq il-ġestjoni amministrattiva) Miljun EUR (sa 3 punti deċimali) Linja tal-baġit (numru u intestatura) | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL | Assistenza teknika u amministrattiva oħra | intra muros | extra muros | Assistenza teknika u amministrattiva totali | 8.2.5. Spejjeż finanzjarji minbarra l-ispejjeż tar-riżorsi umani u oħrajn relatati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza Miljun EUR (sa 3 punti deċimali) Tip ta’ riżorsi umani | 2006 | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | Uffiċjali u staff temporanju (XX 01 01) | Staff iffinanzjat mill-Art XX 01 02 (awżiljarji, END, impjegati kuntrattwali, eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) | Infiq totali tar-riżorsi umani u spejjeż relatati (MHUX fl-ammont ta’ referenza) | Kalkolu – Għandha ssir referenza għall-Punt 8.2.1, jekk applikabbli 8.2.6 Infiq amministrattiv ieħor mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza Miljun EUR (sa 3 punti deċimali) | 2006 | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | TOTAL | XX 01 02 11 01 – Missjonijiet | XX 01 02 11 02 – Laqgħat u Konferenzi | 01 02 11 03 – Kumitati obbligatorji (27C730) | 0.056 | 0.0375 | 0.0375 | 0.0375 | 0.168 | XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet | XX 01 02 11 05 – Sistemi ta’ informazzjoni | 2 Total ta’ nfiq ta' ġestjoni ieħor (XX 01 02 11) | 3 Infiq ieħor ta’ natura amministrattiva (speċifika u inkludi referenza għal-linja tal-baġit) | Total ta' l-infiq amministrattiv, minbarra riżorsi umani u spejjeż relatati (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 0.056 | 0.0375 | 0.0375 | 0.0375 | 0.168 | Kalkolu – 3 laqgħat ta’ kumitat tar-rappreżentanti tas-sigurtà tal-katina tal-forniment fl-ewwel sena. – 2 laqgħat għas-snin ta’ wara. Ħlas lura ta’ l-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġjar ta’ l-esperti, ikkalkolati bħala 25 darba l-medja ta’ EUR750/espert. [1] Ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002, ĠU L 355, 30.12.2002, p.1. [2] Ir-Regolament (KE) Nru 725/2004, ĠU L 129, 29.4.2004, p.6. [3] Id-Direttiva (KE) Nru 65/2005, ĠU L310, 25.11.2005, p.28 [4] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar it-titjib tas-sigurtà fit-trasport marittimu, COM(2003)0229 finali tas-16.05.2003, p.18 [5] Id-Dikjarazzjoni ta’ l-UE dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu tal-25 ta’ Marzu 2004, 7906/2004 29 ta’ Marzu 2004 [6] Stima skond l-Enerġija u t-Trasport ta’ l-UE f’Numri, Ktejjeb Statistiku 2004, kapitolu 3.1.12. Din iċ-ċifra (għall-UE-25) ma tinkludix produtturi ta’ prodotti li jinsabu fil-bidu tal-katina tal-forniment. L-inklużjoni tagħhom iżżid it-total sa madwar 4.7 miljun kumpanija fil-katina tal-forniment. [7] Ir-Regolament (KE) Nru 648/2005, ĠU L 117, 4.5.2005, p. 13 [8] Ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002, ĠU L 355, 30.12.2002, p.1 [9] James B. Rice, Jr. e Philip W. Spayd, ‘Investing in Supply Chain Security: Collateral Benefits’, Mejju 2005 (Massachusetts Institute of Technology) u Hau L. Lee e Seungjin Whang, ‘Higher supply chain security with lower cost: Lessons from total quality management’, International Journal of Production Economics, 2004. [10] Id-Dikjarazzjoni ta’ l-UE dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu tal-25 ta’ Marzu 2004, 7906/2004 29 ta’ Marzu 2004 [11] Ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002, ĠU L 355, 30.12.2002, p. 1 [12] Ir-Regolament (KE) Nru 725/2004, ĠU L 129, 29.4.2004, p. 6 [13] Id-Direttiva (KE) Nru 65/2005, ĠU L 310, 25.11.2005, p. 28 [14] Ara n-noti 7, 9, 10, 11 u 12 [15] ĠU C , , p. . [16] ĠU C , , p. . [17] ĠU C , , p. . [18] ĠU C , , p. . [19] Id-Dikjarazzjoni ta’ l-UE dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu tal-25 ta’ Marzu 2004, 7906/2004 29 ta’ Marzu 2004 [20] Ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002, ĠU L 355, 30.12.2002, p. 1 [21] Ir-Regolament (KE) Nru 725/2004, ĠU L 129, 29.4.2004, p. 6 [22] Id-Direttiva (KE) Nru 65/2004, ĠU L 310, 25.11.2005, p. 28 [23] ĠU L 184, 17.7.1999, p.23 [24] Ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002, ĠU L 355, 30.12.2002, p.1 [25] Ir-Regolament (KE) Nru 725/2004, ĠU L 129, 29.4.2004, p. 6 [26] Id-Direttiva (KE) Nru 65/2005, ĠU L 310, 25.11.2005, p. 28 [27] Id-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE tal-21 ta’ Novembru 1994, kif emendata, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija perikoluża bit-triq - ĠU L 319, 12.12.1994, p. 7.Id-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE tat-23 ta’ Lulju 1996 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija – ĠU L 235, 17.9.1996, p. 25.Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/36/EC tad-29 ta’ April 1999 dwar it-tagħmir tal-pressa trasportabbli – ĠU L 138, 1.6.1999, p. 20 [28] Id-Direttiva tal-Kunsill tal-KE 2003/122/Euratom tat-22 ta’ Diċembru 2003 dwar il-kontroll ta' sorsi radjoattivi siġillati ta' attività għolja, ĠU L 346, 31.12.2003, p. 57. [29] Ir-Regolament (KE) 648/2005, ĠU L 117, 4.5.2005, p. 13 [30] ĠU L 117, 4.5.2005, p. 13 [31] ĠU L 184, 17.7.1999, p.23 [32] ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1 [33] Infiq li ma jaqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx konċernat. [34] Infiq taħt l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx. [35] Infiq taħt il-Kapitolu xx 01 minbarra l-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05. [36] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali. [37] Għandhom jiżdiedu aktar kolonni jekk dan ikun meħtieġ, jiġifieri jekk it-terminu ta’ l-azzjoni jkun ta’ aktar minn 6 snin. [38] Id-Dikjarazzjoni ta’ l-UE dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu tal-25 ta’ Marzu 2004, 7906/2004, 29 ta’ Marzu 2004 [39] Jekk ikun indikat aktar minn metodu wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji addizzjonali fit-taqsima “Kummenti Rilevanti” ta’ dan il-punt [40] Id-Dikjarazzjoni ta’ l-UE dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu tal-25 ta’ Marzu 2004, 7906/2004 29 ta’ Marzu 2004 [41] DNV Consulting, ‘Studju dwar l-impatti tal-leġiżlazzjoni possibbli biex titjieb is-sigurtà tat-trasport’. L-ispejjeż taħt il-baġit ta’ l-2004. [42] Kif deskritt taħt it-Taqsima 5.3 [43] In-nefqa ta' dan MHIJIEX koperta mill-ammont ta' referenza [44] In-nefqa ta' dan MHIJIEX koperta mill-ammont ta' referenza [45] In-nefqa ta' dan MHIJIEX koperta mill-ammont ta' referenza [46] Għandha ssir referenza għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-Aġenzija/i Eżekuttiva/i kkonċernta/i.