EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52005DC0111

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew - Programmi Komunitarji Dwana 2013 u Fiscalis 2013 {SEC(2005) 423}

/* KUMM/2005/0111 finali */

52005DC0111

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew - Programmi Komunitarji Dwana 2013 u Fiscalis 2013 {SEC(2005) 423} /* KUMM/2005/0111 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 6.4.2005

KUMM(2005) 111 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U L-PARLAMENT EWROPEW

Programmi Komunitarji Dwana 2013 u Fiscalis 2013

{SEC(2005) 423}

WERREJ

1. Sfond 4

1.1. Dwana 4

1.2. Tassazzjoni indiretta 4

1.2.1. VAT 4

1.2.2. Taxxi tas-sisa 5

1.3. Tassazzjoni diretta 5

1.4. Perspettivi finanzjarji 5

2. Il-programmi preżenti 5

2.1. Is-sinsla tan-netwerks kompjuterizzati Trans-Ewropej 6

2.2. Netwerks kompjuterizzati Trans-Ewropej għad-dwana 6

2.3. Netwerks kompjuterizzati Trans-Ewropej għat-tassazzjoni 6

2.4. Azzjonijiet konġunti 6

3. Sfidi ta’ strateġija politika li jridu jiġu indirizzati mill-programmi suċċessuri 7

3.1. Dwana 7

3.2. Tassazzjoni 8

4. Sfidi ta’ implimentazzjoni għall-programmi suċċessuri 9

4.1. Netwerks kompjuterizzati Trans-Ewropej 9

4.2. L-importanza strateġika tan-netwerks kompjuterizzati Trans-Ewropej 9

4.3. Azzjonijiet konġunti 9

4.4. Għodod Komuni għat-Taħriġ 10

4.5. Pajjiżi kandidati, Pajjiżi Balkani tal-Punent, Politika Ewropea tal-Ġirien u Pajjiżi Terzi 10

5. Baġit 10

6. Konklużjoni 11

1. SFOND

Meta nħoloq is-Suq Intern fl-1993 l-aktar bidla li kienet tidher kienet it-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri bejn l-Istati Membri ta’ l-UE li għamlet possibbli l-moviment ħieles ta’ l-oġġetti u tas-servizzi. Il-kummerċ Intra-Komunitarju fl-oġġetti ta’ merkanzija issa jiswa madwar EUR 1 500 biljun kull sena u kważi rdoppja minn meta tneħħew il-fruntieri interni.

L-amministrazzjonijiet tad-dwana u tat-taxxa għandhom rwol kruċjali fil-Komunità fil-manteniment u l-iżvilupp tas-suq intern, billi japplikaw kontrolli fil-fruntieri esterni u jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Komunità u interessi oħra. Il-programmi tat-taxxa u tad-dwana huma essenzjali f’dan ix-xogħol u, mingħajrhom, il-kummerċ ta’ l-Ewropea jiġi mfixkel b'mod serju, il-kompetittività tiddgħajjef u s-sigurtà u s-sigurezza taċ-ċittadini jiġu mhedda. Quddiem l-isfidi l-ġodda u l-bidla li dejjem għaddejja, it-tkabbir u l-iżvilupp, speċjalment fil-qasam ta’ l-IT, huma inevitabbli. Din il-komunikazzjoni qed tfittex strateġija koerenti sabiex tipprovdi rispons għal dawn l-isfidi permezz ta' programmi futuri għad-dwana u t-taxxa ta' l-UE.

Din il-Komunikazzjoni dwar il-Programmi tal-Komunità dwar id-Dwana 2013 u l-Fiscalis 2013 mistennija jitħaddmu fil-perjodu 2007-2013, tikkapparral-proposta tal-Kummissjoni għall-programmi suċċessuri tad-Dwana 2013 u Fiscalis 2013 skond ir-riżultati ta’ l-evalwazzjonijiet intermedjarji.

1.1. Dwana

Illum id-dwana trid tiżgura t-tħaddim bla problemi tal-fruntieri esterni fuq naħa filwaqt li tapplika kontrolli effettivi fuq il-katina internazzjonali ta’ forniment sabiex:

- tiżgura s-sigurtà u s-sigurezza taċ-ċittadini ta’ l-UE;

- tiffaċilita l-kummerċ leġittimu filwaqt li tipproteġi lill-Komunità mill-kummerċ inġust u illegali;

- iżżid il-kompetittività tan-negozji Ewropej permezz ta' metodi ta' xogħol bl-appoġġ ta’ ambjent doganali elettroniku faċilment aċċessibbli;

- tipproteġi l-interessi finanzjarji ta’ l-UE u ta’ l-Istati Membri tagħha;

- timmaniġġja l-fruntieri esterni[1] bħala proġett ta’ interess reċiproku għall-Unjoni Ewropea u l-ġirien tagħha;

- tikkoopera nazzjonalment u internazzjonalment sabiex tikkumbatti l-frodi u tippromwovi l-kummerċ leġittimu.

1.2. Tassazzjoni indiretta

1.2.1. VAT

Bħala konsegwenza diretta tat-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri internazzjonali tal-Komunità, l-amministrazzjonijiet tat-taxxa huma obbligati li jiskambjaw l-informazzjoni sabiex jiżguraw li persuni taxxabbli qed jagħtu kont tal-VAT. Il-prinċipji tas-suq intern, partikolarment dawk tal-moviment ħieles ta’ l-oġġetti ta’ merkanzija ħolqu interdipendenza akbar bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa. L-interdipendenza nħolqot b'żewġ modi. L-ewwel nett, l-amministrazzjonijiet tat-taxxa jiddependu minn xulxin għal informazzjoni elettronika li tgħaddi mis-Sistema ta’ l-Iskambjar ta’ l-Informazzjoni dwar il-VAT (VIES), u li tipprovdi l-informazzjoni neċessarja għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa sabiex jiżguraw li l-VAT li ġejja mill-kummerċ ta’ l-oġġetti ta’ merkanzija bejn l-Istati Membri jingħata kont tagħha b’mod korrett. It-tieni, l-amministrazzjonijiet tat-taxxa jeħtieġu jikkooperaw mill-viċin biex jiżguraw li jidentifikaw negozjanti frodulenti u kif jittrattaw magħhom sabiex jipprevjenu kull irregolarità fil-kompetizzjoni fis-suq uniku.

1.2.2. Taxxi tas-sisa

Il-prinċipju tad-destinazzjoni inkluż fil-liġi tas-sisa ta’ l-UE ikkomplika l-amministrazzjoni tas-sistema tas-sisa u obbliga lis-sistemi amministrattivi sabiex jimmonitorjaw fiżikament il-moviment tal-prodotti tas-sisa bejn l-Istati Membri.

1.3. Tassazzjoni diretta

It-taxxi diretti wkoll għandhom impatt fuq kif jiffunzjona s-suq komuni. Il-politika ta’ tassazzjoni għandha għalhekk tieħu konsiderazzjoni b'mod ċar ta' l-għanijiet importanti ta' l-Unjoni, bħalma huma t-tisħiħ u l-appoġġ tat-tħaddim tas-suq uniku u l-promozzjoni tat-tkabbir u tax-xogħol filwaqt li fl-istess ħin tipproteġi l-bażijiet tat-taxxa kontra kompetizzjoni fiskali ta’ ħsara u kontra qerq fit-taxxa kif ukoll tagħmel il-ħajja eħfef għall-kummerċ leġittimu.

1.4. Perspettivi finanzjarji

Billi jiżguraw it-tħaddim bla problemi tas-Suq Intern, il-programmi Fiscalis u Dwana jikkontribwixxu għal għanijiet usa' tat-tkabbir ekonomiku sostenibbli stipulati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-perspettivi finanzjarji 2007-2013[2]. It-tieni Komunikazzjoni tal-Kummissjoni[3] dwar dawn il-perspettivi tirreferi b’mod espliċitu għall-programmi Fiscalis u Dwana bħala waħda mill-miżuri prattiċi meħtieġa. Il-programmi jaqgħu taħt sotto-titolu 1 a – Kompetittività għat-tkabbir u għax-xogħol.

2. Il-programmi preżenti [4]

IL-PROGRAMMI DWANA 2007 [5] għandu l-għan li jiggarantixxi t-tħaddim effettiv tas-suq intern fil-qasam tad-dwana filwaqt li l-programm Fiscalis 2003-2007[6] għandu l-għan li jtejjeb l-operazzjoni tas-sistemi tat-tassazzjoni fis-suq intern.

L-evalwazzjoni temporanja għaż-żewġ programmi li bdiet fil-bidu ta’ l-2005, u l-evalwazzjoni ta' l-impatt se jipprovdu aktar materjal għall-appoġġ tal-programmi suċċessuri. Ir-rakkomandazzjonijiet se jkunu inkorporati fil-proposti għall-programmi suċċessuri, li huma ppjanati li jkunu sottomessi għall-adozzjoni kmieni fl-2006.

2.1. Is-sinsla tan-netwerks kompjuterizzati Trans-Ewropej

Is-sinsla għall-iskambjar elettroniku ta’ l-informazzjoni hi n-netwerk ta’ sigurtà CCN/CSI (Netwerk Komuni ta’ Komunikazzjoni/Sistema ta’ Interface Komuni) użata mill-amministrazzjonijiet doganali u fiskali u ffinanzjata miż-żewġ programmi. Permezz tas-CCN/CSI, rekords nazzjonali u tal-Komunità huma disponibbli b'mod żgur għall-aħħar madwar l-Ewropa. Madwar 180 miljun messaġġ ġew ipproċessati mis-CCN/CSI fl-2004.

Il-parti l-kbira tal-bażijiet tad-data tal-Komunità (EBTI, TQS, ECICS[7]) u uħud mir-rekords nazzjonali ta’ l-informazzjoni huma disponibbli għall-konsultazzjoni permezz ta’ l-internet minn portal imwaqqaf fil-websajt EUROPA u msejjaħ DDS (Sistema għad-Disseminazzjoni tad- Data ). Fl-2004 saru aktar minn 34 miljun mistoqsija.

2.2. Netwerks kompjuterizzati Trans-Ewropej għad-dwana

Fil-qasam doganali, is- Sistema Ġdida Kompjuterizzata ta' Tranżitu (NCTS) tiżgura t-trażmissjoni tad-dikjarazzjoni tat-tranżitu doganali ta’ l-oġġetti ta’ merkanzija simultaneament u qabel it-trasport fiżiku ta’ l-oġġetti. Din iżżid il-kapaċità tad-dwana kemm biex jiżguraw kontroll doganali korrett ta' dawn il-movimenti kif ukoll biex inaqqsu l-ispejjeż ta’ l-operaturi. Fl-2004, kienu rrekordjati aktar minn 5,5 miljun moviment ta' tranżitu. Is-sistema tat-Tariffa Komuni tal-Komunità (TARIC) tipprovdi informazzjoni vitali għall-applikazzjoni korretta u uniformi tal-legiżlazzjoni dwar it-tariffi għall-kummerċ estern fl-Istati Membri kollha. Fl-2004, saret xi 27 miljun mistoqsija.

Bit-tnedija ta’ l-inizjattiva doganali elettronika ttieħdu l-ewwel passi fid-direzzjoni ta’ ambjent doganali mingħajr karti.

2.3. Netwerks kompjuterizzati Trans-Ewropej għat-tassazzjoni

Is-Sistema ta’ l-Iskambju ta' l-Informazzjoni dwar il-VAT (VIES) iġġib flimkien bażijiet tad- data nazzjonali tal-VAT. L-għan ewlieni hu li tippermetti l-iskambju ta’ l-informazzjoni bejn l-Istati Membri rigward l-eżenzjoni intra-Komunitarja tal-forniment ta’ l-oġġetti ta’ merkanzija, b’hekk tippermetti lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa li jikkontrollaw b’mod korrett il-forniment ta’ l-oġġetti fis-suq uniku. Fl-2004, 80 miljun messaġġ ġew skambjati permezz tal-VIES.

Il-Kummissjoni wkoll qed tiżviluppa proġett għal Sistema ta’ Kontroll tal-Moviment għas-SISA (EMCS)[8] li jistabbilixxi sistema ta’ l-IT biex tissorvelja l-moviment tal-prodotti li jaqgħu taħt is-sisa b’sospensjoni tat-taxxa tas-sisa. Sadanittant, numru ta’ sistemi intermedjarji li jippermettu l-iskambju tad- data dwar oġġetti li fuqhom hemm is-sisa, imħażen u negozjanti ta' oġġetti li fuqhom hemm is-sisa ġew installati u qed jiġu aġġornati u mtejba l-ħin kollu.

2.4. Azzjonijiet konġunti

L-esperjenza fl-organizzazzjoni ta’ l-attivitajiet għall-uffiċjali ilha teżisti u għandha l-għeruq tagħha fi programmi predeċessuri għal dawk ta' Dwana u Fiscalis, imnedija fl-1991.

Dawn l-azzjonijiet konġunti taw prova li huma ferm utli għall-aqwa żvilupp u disseminazzjoni tal-prattika amministrattiva, bini tal-kunfidenza u għall-istimolu u l-iżvilupp tal-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali.

3. Sfidi ta ’ STRATEġIJA POLITIKA LI JRIDU JIġU INDIRIZZATI MILL-PROGRAMMI SUċċESSURI

3.1. Dwana

L-implimentazzjoni komuni tal-liġi doganali tal-Komunità hi essenzjali sabiex tevita irregolaritajiet fis-suq. F’termini tal-globalizzazzjoni tal-kummerċ, l-attivitajiet doganali jridu jkunu konsistenti bil-għan li jiżguraw li l-Unjoni Ewropea tibqa’ kompetittiva. Id-dwana għalhekk għandha tiżgura li l-kummerċ ikompli għaddej bla problemi filwaqt li tapplika l-kontrolli neċessarji tar-riskji li l-kummerċ estern jista’ joħloq għas-sigurtà, saħħa, sigurezza u interessi ekonomiċi ta’ l-Unjoni.

Id-Dwana għandha pożizzjoni unika f’relazzjoni ma’ l-isfida l-ġdida ta’ sigurtà għall-katina tal-forniment. Minħabba li għandha kontroll fuq l-aspetti kollha tal-movimenti internazzjonali, id-dwana għandha idea ġenerali tal-parteċipanti kollha, fi ħdan l-UE, fil-fruntiera fiżika esterna u f’pajjiżi terzi. Minħabba li l-piż tal-kontroll tal-fruntiera esterna ta’ l-art tal-Komunità jrid jintrefa' b'mod sproporzjonat mill-Istati l-Membri l-ġodda, hu importanti wkoll li tkun ikkunsidrata l-possibbiltà ta’ appoġġ finanzjarju għal operazzjonijiet konġunti sabiex titejjeb il-konsistenza tal-kontrolli.

Il-kontroll effettiv jista' jinkiseb biss permezz ta’ l-immaniġġjar komuni tar-riskju. L-immaniġġjar tar-riskju jrid ikun inkorporat fl-aspetti kollha tax-xogħol tad-dwana, inkluż fis-sistemi ta’ l-IT u jrid ikun immonitorjat u żviluppat b’mod kostanti. Sabiex l-immanniġġjar tar-riskju u l-bini tal-profili jkunu effettivi, hemm bżonn li jkun żgurat l-iskambju rapidu ta’ l-informazzjoni bejn il-punti ta’ kontroll tad-dwana kif ukoll ma’ aġenziji oħra.

Sabiex jiġu evitati irregolaritajiet serji għall-kummerċ u theddid għas-sigurtà tal-Komunità, hemm bżonn ta’ sforzi kontinwi biex jiżguraw li l-kontrolli huma implimentati b’mod effettiv f’kull punt tat-territorju tad-Dwana tal-Komunita . Dan ikun jeħtieġ azzjonijiet operazzjonali speċifiċi immirati għall-issettjar u l-monitoraġġ ta’ l-istandards tal-kontroll u li jiżguraw li l-amministrazzjonijiet doganali nazzjonali għandhom mezzi adegwati biex jiksbu dawn l-għanijiet. L-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ prassi ġdida tax-xogħol, kooperazzjoni msaħħa[9], u kondiviżjoni sistematika ta’ prassi komuni, appoġġati mill-kejl, monitoraġġ u rapportaġġ ikunu prerekwiżiti sabiex jilqgħu għall-isfidi l-ġodda għas-sigurtà u s-sigurezza u biex jiggarantixxu standards għolja ta’ kontrolli doganali effettivi. Azzjonijiet f'dan il-qasam jikkontribwixxu wkoll sabiex jintlaħqu l-aspettattivi tal-partijiet interessati differenti, partikolarment fit-tnaqqis ta' l-ispejjeż tal-konformità għal operaturi ekonomiċi. Huwa importanti li tkun żgurata l-komplimentarità bejn l-attivitajiet fil-qasam tad-dwana, kif iffinanzjati taħt il-Programm Dwana 2013, u attivitajiet fil-qasam tal-kontroll tan-nies fil-fruntieri esterni inklużi dawk ta' l-Aġenzija tal-Fruntieri Esterni.

L-iffalsifikar u l-piraterija jikkawżaw dannu ekonomiku kbir u, minħabba li d-dwana hi interċettatur prinċipali ta’ oġġetti simili, hu essenzjali li ssir ġlieda għal dawn ir-reati b'mod effiċjenti. Din tkun tinkludi titjib għall-indikaturi tar-riskju f’dan il-qasam.

Sabiex jiġu segwiti dawn il-kwistjonijiet ta' prijorità, u tkun magħrufa l-projezzjoni lejn il-gvern elettroniku, hu neċessarju li tkun modernizzata l-legiżlazzjoni doganali u ssimplifikata radikalment. Il-leġiżlazzjoni biss ma tkunx biżżejjed u hemm bżonn urġenti sabiex ikunu żviluppati sistemi ġodda integrati jew tingħata sura ġdida lil dawk eżistenti. Il-programm ikun l-unika mod biex isiru inizjattivi doganali elettroniċi[10] li jaħdmu b’mod sħiħ. Mill-perspettiva ta’ l-IT, tkun tippermetti d-dikjarazzjonijiet doganali bejn uffiċċji tad-dwana fi Stati Membri differenti, flimkien mal-possibiltà ta' skambju ta' informazzjoni mal-bażijiet tad-data eżistenti. Dan mhux biss itejjeb l-immaniġġjar tar-riskju ta’ l-oġġetti importati u esportati, imma wkoll meta jinħarġu mid-dwana fejn l-uffiċċju doganali tad-dħul jew tal-ħruġ hu fi Stat Membri barra dak ta' l-uffiċċju doganali ta' l-importazzjoni jew esportazzjoni.

3.2. Tassazzjoni

Il-Kummissjoni temmen li l-prijorità prinċipali għal politika tat-taxxa qed tindirizza l-preokupazzjonijiet ta’ l-individwi u tan-negozji li joperaw fi ħdan is-Suq Intern billi jiffokaw fuq l-eliminazzjoni ta’ l-ostakoli tat-taxxa għall-forom kollha ta' attività ekonomika li taqsam il-fruntieri. B’żieda ma' dan kien evidenti li kwistjonijiet oħra li jaffettwaw b'mod ħażin it-tħaddim tas-suq ukoll iridu jkunu indirizzati, b'mod partikolari l-ġlieda kontra l-kompetizzjoni li tagħmel ħsara u l-frodi fit-taxxa.

Fiż-żminijiet riċenti l -istrumenti legali kollha għall-kooperazzjoni fl-oqsma tal-VAT, sisa u tassazzjoni diretta u rkupru ġew imsaħħa. Dawn l-istrumenti legali saħħu aktar il-konsolidazzjoni ta’ struttura ta’ kooperazzjoni amministrattiva żviluppata tajjeb u effiċjenti li hi appoġġjata mill-programm Fiscalis. Il-programm suċċessur għandu jkun mibni fuq ix-xogħol tal-programmi kurrenti u jkollhom l-għan li jifhmu u jimplimentaw aħjar il-liġi tal-Komunità, kooperazzjoni imtejba, ikomplu jagħmlu titjib fil-proċeduri amministrattivi għall-amministraturi u għal dawk li jħallsu t-taxxa, u jxerrdu prassi ta' amminsitrazzjoni tajba u jikkumbattu l-frodi.

L- iskambjar ta’ l-informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet għandu rwol importanti sabiex jissolvew numru ta’ kwistjonijiet diffiċli, bħall-possibbiltà ta' tassazzjoni effettiva fuq id-dħul mit-tfaddil. B’mod simili, fl-oqsma tal-VAT u s-sisa, is-soluzzjoni għall-iskambjar ta' l-informazzjoni qed tkun rikonoxxuta bħala prekondizzjoni għal aktar progress. Eżempji ta’ din il-filosofija fil-qasam tal-VAT jinkludu proposta tal-Kummissjoni[11] għal post wieħed fejn tinqeda għal negozji li jagħmlu kummerċ f'aktar minn Stat Membru wieħed u l-proposta sabiex jinbidel il-post għall-forniment tas-servizzi. Fil-futur, x’aktarx li soluzzjoni ta' l-IT tkun rikonoxxuta bħala l-ewwel għażla.

Il-bżonn li qed dejjem jiżdied sabiex tikber it-trasparenza u l-iskambjar effettiv ta' l-informazzjoni mhux limitat għall-Istati Membri jew il-ġirien immedjati ta' l-UE. Fil-promozzjoni attiva ta’ prassi soda, kif imfassla fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni[12] dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra prassi ħażina korporattiva u finanzjarja, il-programm Fiscalis jista’ jkun għodda utli li jappoġġa r-riforma f'dawk imsejħa korporattivi li għandhom kenn mit-taxxi, u aktar ġenerali, sieħba ta' l-UE. L-esperjenza li nkisbet mill-każijiet ta' frodi riċenti ta’ ċerta importanza ikkonvinċiet lill-Kummissjoni li użu aktar wiesa’ tal-kooperazzjoni amministrattiva hu neċessarju sabiex tkun evitata l-manipulazzjoni tar-regoli minn negozjanti bla skrupli.

4. SFIDI TA’ IMPLIMENTAZZJONI GħALL-PROGRAMMI SUċċESSURI

4.1. Netwerks kompjuterizzati Trans-Ewropej

Matul l-aħħar snin, in-netwerks kompjuterizzati Trans-Ewropej saru ta' importanza strateġika għall-attivitajiet operazzjonali ta' l-amministrazzjonijiet Ewropej tad-dwana u tat-taxxa. Is-suċċess kbir tas-CCN/CSL u s-sistemi ta’ l-IT tat-taxxa u d-dwana irriżultaw f'żieda tremenda fl-użu ta’ dawn is-sistemi, li irduppjaw il-kapaċità fuq bażi annwali. It-traffiku iġġenerat mill-10 Stati Membri ġodda hu biss parti mir-raġuni għal din iż-żieda, minħabba li ż-żieda hi primarjament ir-riżultat ta’ użu aktar intensiv tas-sistemi li jiffaċilitaw il-kummerċ, biex jikkontrollaw il-maġġoranza tat-tranżazzjonijiet li jaqsmu l-fruntieri u biex jiġġieldu l-frodi. Hu mistenni li l-uffiċjali tad-dwana u tat-taxxa jagħmlu aktar użu mis-sistemi fis-snin li ġejjin.

L-użu aktar intensiv tas-sistemi jkun jeħtieġ aktar titjib tas-sistema CCN u hu mistenni li l-arranġamenti ta' sigurtà jkunu jeħtieġu li jiġu riveduti u mtejba fil-futur qrib.

It-tkabbir progressiv ta’ l-operazzjonijiet u l-immaniġġjar ċentralizzati ta’ dawn in-netwerks kompjuterizzati trans-Ewropej ikun ukoll ta’ importanza u impatt prinċipali. Barra l-effiċjenza mtejba li tirriżulta mill-użu tas-sistema unika flok il-multiplikazzjoni ta' sistemi nazzjonali li jeżistu llum, din tirriżulta fi tfaddil fuq livell nazzjonali.

4.2. L-importanza strateġika tan-netwerks kompjuterizzati Trans-Ewropej

Li kieku n-netwerk Ewropea kompjuterizzata tad-dwana kienet indisponibbli, is-sistema l-antika tal-karti jkollha tiġi użata. Din toħloq dewmien serju fil-moviment ta’ l-oġġetti, u operaturi ekonomiċi m'għadhomx lesti li jaċċettaw dan. Li dawn is-sistemi jkunu indisponibbli jew ikunu qed jiffunzjonaw ħażin ikollhom effett negattiv konsiderevoli fuq in-negozju permezz ta’ applikazzjoni inkorretta tat-tariffa u l-kodiċi tad-dwana, timblokka t-tariffi fil-fruntieri, li jwasslu għal konsegwenzi ta’ dannu fuq il-kummerċ.

B’mod simili, l-indisponibblità u l-funzjonar ħażin tas-sistema VIES jhedded il-kontrolli tal-VAT u jfassal it-triq għal frodi fuq skala kbira bħall-karużell ta’ frodi.

4.3. Azzjonijiet Konġunti

L-istrateġija ta’ Liżbona tenfasizza li x-xogħol fis-Suq Intern qed jitbiddel minn tfassil tal-liġi għal implimentazzjoni prattika mill-Istati Membri dwar miżuri differenti fuq bażi ta’ kuljum. Azzjonijiet konġunti indirizzaw din il-kwistjoni mill-bidu u saru instrument prinċipali tal-Kummissjoni u ta' l-Istati Membri sabiex irawwmu kultura unika ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri. Hemm bżonn li tkun żgurata l-partiċipazzjoni attiva ta’ l-Istati Membri minħabba t-tagħrif u l-kompetenza li għandhom f’ħafna oqsma, biex tkun imsaħħa aktar l-assistenza reċiproka u biex il-kooperazzjoni tilħaq għal uffiċjali li qed jaħdmu barra l-kwartieri ġenerali.

Sabiex isir użu effiċjenti tar-riżorsi disponibbli fil-Komunità, firxa ta’ possibbiltajiet jeħtieġ li jkunu esplorati, inkluż kondiviżjoni tat-tagħmir bejn l-Istati Membri, skambjar tat-tagħrif dwar it-tnedija u l-użu ta' tagħmir u appoġġ finanzjarju għax-xiri tat-tagħmir.

4.4. Għodod Komuni għat-Taħriġ

It-taħriġ komuni hu element essenzjali sabiex ikun żgurat metodu uniformi fl-azzjonijiet ta’ l-Istati Membri. Ix-xogħol fuq l-iżvilupp ta’ għodda komuni għat-taħriġ u l-użu ta’ ghodod tat-tagħlim bl-internet jeħtieġ li jkomplu u impetus ġdid għandu jingħata lid-distribuzzjoni tar-riżultati u l-effetti ta’ l-attivitajiet. B’żieda ma’ dawn, speċjalment fil-qasam tad-dwana, aktar konsiderazzjoni għandha tingħata lill-proviżjoni tat-taħriġ komuni f’oqsma fundamentali fuq livell Ewropew.

4.5. Pajjiżi kandidati, Pajjiżi Balkani tal-Punent, Politika ewropea tal-Ġirien u Pajjiżi Terzi

Kemm fil-programmi Dwana 2013 u Fiscalis 2013, se jkun hemm komponent estern iffinanzjat mill-Istrument tal-Pre-Adeżjoni taħt titolu 4 tal-perspettivi Finanzjarji 2007-2013. Arranġamenti speċifiċi se jsir ftehim dwarhom mad-Direttorati Ġenerali RELEX għall-ipprogrammar u implimentazzjoni tal-fondi involuti.

Fir-rigward tas-sigurtà u l-kooperazzjoni internazzjonali ibbażati fuq standards komuni u għarfien reċiproku tar-riżultati tal-kontroll hu l-unika mod biex jitnaqqas il-piż fuq negozjanti leġittimi. Tali kooperazzjoni hu għalhekk xogħol ta’ prijorità taħt il-programm il-ġdid.

Il-programmi se jipprovdu assistenza lill-pajjiżi kandidati u jistgħu jipprovdu assistenza lill-pajjiżi sieħba fil-Politika Ewropea tal-Ġirien u pajjiżi terzi oħra. Fil-qasam tad-dwana, hu importanti li jittieħdu inizjattivi li jallinja l-prattiċi tax-xogħol tal-ġirien tagħna u tas-sieħba fil-kummerċ mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità u jsaħħu l-amministrazzjoni tagħhom mal-kapaċità operazzjonali, per eżempju f’termini ta’ kontrolli fuq oġġetti projbiti, perikolużi u illegali. Fil-qasam tat-taxxa huwa importanti li dawn il-pajjiżi jiġu mgħejjuna jsaħħu l-kapaċità amministrattiva sabiex ikunu kapaċi b’mod partikolari jikkumbatti frodi fit-taxxa li taqsam il-fruntieri. L-interkonnettività mas-sistemi kompjuterizzati tagħna trid tkun stabbilita għad-dwana u amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-pajjiżi kandidati qabel id-data ta' l-adeżjoni. L-interkonnettività tista’ tkun ukoll maħsuba għad-dwana u għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa ta’ pajjiżi oħra ġirien, fuq bażi ta' każ b’każ skond il-bżonnijiet.

5. Baġit

Il-baġits proposti għall-programmi juru żieda sinjifikanti fuq perjodu ta’ sitt snin, jiġifieri minn EUR 157.435 miljun għal EUR 323,8 miljun għall-programmi tad-Dwana u minn EUR 67,25 miljun għal EUR 175,30 miljun għall-programm Fiscalis. Iż-żieda hi prinċipalment dovuta għall-iżvilupp ta’ sistemi ġodda kompjuterizzati biex jappoġġaw l-inizjattivi leġiżlattivi u kummerċjali fil-qasam tad-dwana u t-tassazzjoni li huma mistennija fil-futur qrib.

Fil-qasam tad-dwana hu maħsib li EUR 77 miljun huma meħtieġa ghall-operar u l-evolviment tas-sistemi tat-Tariffa[13] u TRANSIT. Il-baġit għal Dwana 2013 jinkludi EUR 104,5 miljun fuq sitt snin biex jitwettaq il-proġett tad-dwana elettronika li qed jiġi mfassal bħalissa. Is-sistemi meħtieġa għall-immaniġġjar ta’ l-inizjattivi relatati ma' l-aspetti tas-sigurtà tal-politika tad-dwanam huma stmati li jeħtieġu EUR 38,7 miljun.

Fil-programm Dwana 2013 ammont ta’ 46 miljun EUR huma bbaġitjati sabiex jiffinanzjaw azzjonijiet konġunti. Il-baġit ġie miżjud mill-2007 għall-2008 minħabba li hu mistenni li l-politika tal-fruntieri esterni tirriżulta f’żieda ta' attivitajiet ma' pajjiżi li m’humiex fl-UE, speċjalment pajjiżi ġirien[14]. Finalment il-programm Dwana jipprevedi ammont ta’ 11,4 miljun EUR fuq perjodu ta’ sitt snin biex jappoġġa l-iżvilupp ta’ l-għodod għat-taħriġ komuni biex jappoġġaw l-objettivi tal-politika doganali msemmija qabel. L-inizjattivi komuni għat-taħriġ se jkomplu l-inizjattivi żviluppati taħt il-programm kurrenti.

Fil-qasam tat-taxxa 30,3 miljun EUR se jkunu meħtieġa biex koperaw u jevolvu s-sistema VIES. Mill-2009, il-programm Fiscalis 2013 se jinkorpora s-sistema ta’ l-EMCS. Huwa stmat li fuq perjodu ta’ sitt snin 19,5 miljun EUR huma meħtieġa għall-EMCS. Finalment, ammont ta’ 37 miljun EUR kienu bbaġitjati biex jappoġġjaw inizjattivi ġodda ta’ politika fil-qasam tat-taxxa bħas-sistema VIES II, faċilità biex tinqeda f’post wieħed għan-negozjanti u inizjattivi ġodda għall-iskambjar ta’ l-informazzjoni. L-azzjonijiet konġunti dwar it-tassazzjoni huma bbaġitjati għal 39 miljun EUR. Il-programm Fiscalis se jappoġġa wkoll l-iżvilupp ta’ l-għodod komuni għat-taħriġ. Din l-inizjattiva hi ġdida u hi mistennija li tibda fil-bidu tal-programm il-ġdid f’konnessjoni ma’ l-inizjattivi legali ġodda. Ammont ta’ 3,3 miljun EUR huma bbaġitjati.

Finalment, iż-żewġ programmi suċċessuri jinkludu ammont ogħla b’mod sinifikanti għas-sistema CCN: 46,2 miljun EUR għal kull programm meta mqabbla mat-18,5 miljun EUR f'kull wieħed mill-programmi preżenti. Din iż-żieda qawwija ġiet ibbaġġitjata sabiex tappoġġja x-xejra kurrenti ta’ l-irduppjar tal-kapaċità kull sena. Din ir-realtà hi kkonfermata mill-bżonn kontinwu għall-interoperabilità u l-livell ta’ disponibbiltà meħtieġ. Fil-fatt, is-sistemi ta’ l-IT iffinanzjati mill-programmi jeħtieġu aktar u aktar li jkunu disponibbli fuq bażi permanenti, 24 siegħa kuljum u 7 ijiem fil-ġimgħa. Sabiex jinkiseb dan il-livell ta’ disponibbiltà, hi meħtieġa żieda esponenzjali fil-baġit minħabba li tinvolvi t-twaqqif ta’ arkitetturi li wieħed jista’ jaqa’ fuqhom fil-bżonn u servizzi assoċjati.

Kurrentement, il-programm Dwana jiffinanzja biss attivitajiet ta’ l-ewwel pilastru. Minħabba li huwa impossibli li l-azzjonijiet tad-dwana jillimitaw ruħhom għal attivitajiet ta’ pilastri speċifiċi, il-programm tal-futur għandu jippermetti ko-finanzjar mill-ewwel u mit-tielet pilastri tal-programmi.

6. Konklużjoni

Il-programmi Dwana u Fiscalis 2007 qed itejbu l-kooperazzjoni bejn id-dwana u l-amministrazzjonijiet tat-taxxa u l-uffiċjali tagħhom u qed jistabilixxu netwerks konpjuterizzata trans-Ewropej meħtieġa sabiex jissodisfaw l-obbligazzjonijiet tal-kontrolli doganali fi ħdan is-suq intern u biex imantnu t-tassazzjoni ta’ oġġetti u servizzi skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali u Komunitarja fi ħdan dan is-suq. Il-programmi għandhom rwol importanti għall-funzjonar bla problemi tas-suq intern u l-immaniġġjar tal-fruntieri esterni ta' l-UE, u għaldaqstant jikkontrobwixxu għat-twettiq ta' l-objettivi tal-Komunità 2005-2009 u l-Istrateġija ta' Liżbona. Għalhekk, il-Kummissjoni tipproponi li jkollha żewġ programmi suċċessuri, Fiscalis 2013 u Dwana 2013 imdaħħla fil-Perspettivi Finanzjarji 2007-2013 u biex tiffinanzja l-proġett EMCS mill-Fiscalis 2013 mill-2009[15].

It-tiġdid tal-programmi hu essenzjali għall-kompetittività tal-kummerċ Ewropew, il-ġbir u l-protezzjoni tad-dħul tal-Komunità u s-sigurtà u s-sigurezza taċ-ċittadini ta' l-UE. Il-volum enormi tad-dikjarazzjonijiet tad-dwana, miżjuda mat-talbiet għal li jiġi ffaċilitat il-kummerċ leġittimu u l-aspettativi tal-partijiet interessati rigward il-ħarsien ta' l-interessi, jistgħu jiġu ssodisfatti biss bl-azzjonijiet li huma appoġġati mill-programm tad-dwana. L-element ta' Komunità tas-sistemi ta’ l-IT hu kruċjali: it-titjib tal-kontrolli u żieda fil-faċilità tal-kummerċ jeħtieġu skambjar elettroniku tad-data bejn l-operaturi ekonomiċi u d-dwana, il-proviżjoni rapida ta' informazzjoni ta' riskju għoli lill-postijiet tad-dwana u lill-atturi ewlenin li jkollhom aċċess għal informazzjoni doganali aġġornata sa l-aħħar minuta. Is-suq uniku jitlob trattament ekwivalenti fil-Komunità, u l-programm Dwana jagħti kontribuzzjoni essenzjali għall-prevenzjoni ta’ prattiċi diverġenti mid-dwana meta japplikaw il-leġiżlazzjoni tal-Komunità. Aktar minn hekk, mingħajr il-programm id-dwana jsibuha ferm aktar diffiċli biex japplikaw kontrolli effettivi bi spejjeż ta' konformità raġonevoli għan-negozji. Il-waqfien tal-programm Dwana jqiegħed f’riskju l-kompetittività Ewropea, is-sigurtà u x-xogħol, u jħalli impatt negattiv fuq il-perċezzjoni ta’ l-UE bħala entità unika fid-diskussjonijiet internazzjonali.

Li kieku l-programm Fiscalis kurrenti kellu jitwaqqaf, il-funzjonar tas-suq uniku jkun fil-perikolu, minħabba r-rwol tal-programm fl-iffinanzjar tas-Sistema għall-Iskambjar ta' l-Informazzjoni dwar il-VAT (VIES) kif ukoll għadd ta' sistemi prinċipali dwar is-sisa. Is-sistema VIES bħalissa tipprovdi informazzjoni lill-Istati Membri sabiex ikunu jistgħu jiksbu kontroll tat-tranżazzjonijiet tat-taxxa intra-Komunitarja f’UE mingħajr fruntieri interni u fl-istess ħin jiffaċilitaw il-kummerċ għan-negozjanti fis-suq intern. Mingħajr dan l-iskambju ta’ l-informazzjoni, l-Istati Membri jkollhom isibu metodoloġija oħra għall-kontrolli tal-VAT, u din tkun pass lura f'termini ta' piżijiet dwar in-negozji. B’żieda ma’ dan, hu essenzjali li tiġi mrawma u żviluppata kooperazzjoni amministrattiva bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa, u l-programm Fiscalis hu l-post ideali fejn dan jista' jseħħ.

ANNEX 1

Budget of Customs 2007, Fiscalis 2007 and EMCS

The development and maintenance of the Trans-European Computerised Networks for the exchange of information consume the largest part of the budget. The remainder is spent on activities for improving cooperation between officials. After the May 2004 enlargement, the Customs programme budget was increased from €133 million to €165 million and the Fiscalis budget from €44 million to €67 million. EMCS has a total budget of €35 million.

Customs 2007 Programme Budget

2003 | 2004 | 2005 | 2006 | 2007 | Total |

Internal Budget Line |

Joint Actions | 3.180.000 | 6.220.000 | 7.830.000 | 7.890.000 | 7.795.000 | 32.915.000 |

IT Actions | 16.965.000 | 22.230.000 | 27.230.000 | 26.680.000 | 27.160.000 | 120.265.000 |

Total | 24.200.000 | 28.450.000 | 35.060.000 | 34.570.000 | 39.495.000 | 157.235.000 |

External Budget Line |

Total | 1.500.000 | 1.550.000 | 1.700.000 | 1.755.000 | 1.810.000 | 8.315.000 |

Fiscalis 2003 – 2007 Programme Budget

2003 | 2004 | 2005 | 2006 | 2007 | Total |

Joint Actions | 2.750.000 | 4.600.000 | 4.850.000 | 5.850.000 | 6.350.000 | 24.400.000 |

IT Actions | 6.600.000 | 8.350.000 | 9.750.000 | 9.150.000 | 9.000.000 | 42.850.000 |

Total | 9.350.000 | 12.950.000 | 14.600.000 | 15.000.000 | 15.350.000 | 67.250.000 |

EMCS Budget A small amount of the total EMCS budget is used for Joint Action type activities.

2003 | 2004 | 2005 | 2006 | 2007 | 2008 | Total |

Total Budget | 3.000.000 | 5.500.000 | 5.400.000 | 8.300.000 | 7.300.000 | 5.500.000 | 35.000.000 |

ANNEX 2

SIMPLIFIED LEGISLATIVE FINANCIAL STATEMENT

1. NAME OF THE PROPOSAL :

Communication (EC) of the Commission to the European Parliament and the Council on Community programme Customs 2013.

2. ABM / ABB FRAMEWORK

Policy Area(s) concerned and associated Activity/Activities:

1404 Customs Policy

3. BUDGET LINES

1. Budget lines (operational lines and related technical and administrative assistance lines (ex- B..A lines)) including headings :

2. 14040X Customs 2013 programme

3. 1401040X Customs 2013 programme – Expenditure on administrative management

4. The final budgetary structure will be decided at a later stage.

5. Duration of the action and of the financial impact:

6. The period of validity of the legal base runs from 01/01/2008 to 31/12/2013.

7. The payments will continue after 31/12/2013

8. Budgetary characteristics :

Budget line | Type of expenditure | New | EFTA contribution | Contributions from applicant countries | Heading in financial perspective |

14040X | Non-comp | Diff[16] | YES | NO | YES | 1a |

1401040 X | Non-comp | Diff[17] | YES | NO | YES | 1a |

9. 4. SUMMARY OF RESOURCES

10. Financial Resources

11. Summary of commitment appropriations (CA) and payment appropriations (PA)

EUR million (to 3 decimal places)

Total cost | Total cost | Total cost | Total cost | Total cost | Total cost | Total cost |

- Common Training Tools | 1.500 | 1.500 | 1.750 | 2.000 | 2.200 | 2.450 | 11.400 |

- Transit | 7.500 | 7.500 | 7.000 | 7.000 | 6.000 | 6.000 | 41.000 |

- Tariff | 6.000 | 6.000 | 6.000 | 6.000 | 6.000 | 6.000 | 36.000 |

- Security Aspects for Customs (electronic customs) | 5.000 | 6.000 | 6.500 | 7.200 | 7.200 | 6.800 | 38.700 |

- Electronic customs | 12.000 | 15.000 | 18.000 | 18.000 | 20.000 | 21.500 | 104.500 |

TOTAL COST | 46.500 | 51.000 | 54.650 | 55.900 | 57.200 | 58.550 | 323.800 |

23. ANNEX 3

SIMPLIFIED LEGISLATIVE FINANCIAL STATEMENT

24. NAME OF THE PROPOSAL :

Communication (EC) of the Commission to the European Parliament and the Council on the Community Programme Fiscalis 2013.

25. ABM / ABB FRAMEWORK

Policy Area(s) concerned and associated Activity/Activities:

1405 Taxation Policy

26. BUDGET LINES

27. Budget lines (operational lines and related technical and administrative assistance lines (ex- B..A lines)) including headings :

28. 14050X Fiscalis 2013 programme

29. 1401040X Fiscalis 2013 programme – Expenditure on administrative management

30. The final budgetary structure will be decided at a later stage.

31. Duration of the action and of the financial impact:

32. The period of validity of the legal base runs from 01/01/2008 to 31/12/2013.

33. The payments will continue after 31/12/2013

34. Budgetary characteristics ( add rows if necessary ) :

Budget line | Type of expenditure | New | EFTA contribution | Contributions from applicant countries | Heading in financial perspective |

14050X | Non-comp | Diff[24] | YES | NO | YES | 1a |

1401040 X | Non-comp | Diff[25] | YES | NO | YES | 1a |

36. SUMMARY OF RESOURCES

37. Financial Resources

38. Summary of commitment appropriations (CA) and payment appropriations (PA)

EUR million (to 3 decimal places)

50. | |Total cost | |Total cost | |Total cost | |Total cost | |Total cost | |Total cost | |Total cost | |OPERATIONAL OBJECTIVE No.1 [31]……… | | | | | | | | | | | | | | | | Action 1 – Joint Actions | | | | | | | | | | | | | | | | - Joint Actions | |6.500 | |6.500 | |6.500 | |6.500 | |6.500 | |6.500 | |39.000 | | - Common Training Tools | |400 | |450 | |600 | |600 | |600 | |650 | |3.300 | | Action 2 – IT Actions. | | | | | | | | | | | | | | | | - CCN CSI | |7.000 | |7.500 | |7.700 | |8.000 | |8.000 | |8.000 | |46.200 | |- Taxation Systems (VIES) | |5.000 | |5.000 | |5.000 | |5.000 | |5.000 | |5.300 | |30.300 | |- Excise Systems (EMCS) | | | |3.000 | |4.500 | |4.000 | |4.000 | |4.000 | |19.500 | |- New IT Developments | |4.000 | |5.000 | |6.000 | |7.000 | |7.000 | |8.000 | |37.000 | | TOTAL COST | |22.900 | |27.450 | |30.300 | |31.100 | |31.100 | |32.450 | |175.300 | |

[1] COM(2003) 452 u ĠU C 96, 21.4.2004, p. 5 – Ambjent mingħajr karti għad-Dwana u Kummerċ fil-fruntieri esterni.

[2] COM(2004) 101, 10.2.2004 (ĠU C 98, 23.4.2004, p. 6).

[3] COM(2004) 487, 14.7.2004, p. 13 (ĠU C 24, 29.1.2005, p. 6).

[4] L-Informazzjoni dwar il-baġit hi pprovduta fl-Anness 1.

[5] Deċiżjoni Nru 253/2003/KE tal-11 ta’ Frar, 2003, (ĠU L 36, 12.2.2003, p.1).

[6] Deċiżjoni Nru 2235/2002/KE tat-3 ta’ Diċembru 2002, (ĠU L 34, 17.12.2002, p.1).

[7] EBTI: is-sistema ta' informazzjoni Ewropea tat-tariffa li torbot, TQS: Sistema ta’ Sorveljanza u Kwota tat-Tariffi; ECICS: l-Inventarju Doganali Ewropew dwar is-Sostanzi Kimiċi.

[8] Deċiżjoni Nru 1152/2003/KE tas-6 ta’ Ġunju 2003 (ĠU L 162, 1.7.2003, p. 5).

[9] B’mod partikolari ma’ l-Aġenzija Ewropea għall-Immaniġġjar Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tal-25 ta’ Novembru 2004).

[10] COM(2003) 452, 24.7.2003 (ĠU C 96, 21.4.2004, p. 5).

[11] COM(2004) 728, 29.10.2004 (ĠU C 24, 29.12005, p. 9).

[12] COM(2004) 611, 27.9.2004.

[13] Transit EUR 41 miljun u Tariff EUR 36 miljun.

[14] L-azzjonijiet konġunti tal-linja baġit intern se jiffinanzjaw il-parteċipazzjoni ta’ l-Istati Membri f’dawn l-attivitajiet. Il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi terzi se tkun iffinanzjata mill-linja tal-baġit esterna.

[15] Il-programmi suċċessuri se jkopru mill-1 ta' Jannar 2008 sal-31 ta' Diċembru 2013.

[16] Differentiated appropriations.

[17] Differentiated appropriations.

[18] Expenditure that does not fall under Chapter xx 01 of the Title xx concerned.

[19] Expenditure within article xx 01 04 of Title xx.

[20] The administrative expenditure line anticipates the possible externalisation of activities under the programme. Budgetary figures will only be available after the completion in 2006 of a feasibility study on the topic.

[21] Expenditure within chapter xx 01 other than articles xx 01 04 or xx 01 05.

[22] If more than one method is indicated please provide additional details in the "Relevant comments" section of this point.

[23] As described under Section 5.3.

[24] Differentiated appropriations.

[25] Differentiated appropriations.

[26] Expenditure that does not fall under Chapter xx 01 of the Title xx concerned.

[27] Expenditure within article xx 01 04 of Title xx.

[28] The administrative expenditure line anticipates the possible externalisation of activities under the programme. Budgetary figures will only be available after the completion in 2006 of a feasibility study on the topic.

[29] Expenditure within chapter xx 01 other than articles xx 01 04 or xx 01 05.

[30] If more than one method is indicated please provide additional details in the "Relevant comments" section of this point.

[31] As described under Section 5.3.

Top