EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52004XC0205(02)

Linji ta' gwida fuq l-istima jew kalkolu ta' l-għaqdiet orizzontali taħt ir-Regolament tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-intrapriżi (2004/K 31/03)

OJ C 31, 5.2.2004, p. 5–18 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 08 Volume 003 P. 10 - 23
Special edition in Estonian: Chapter 08 Volume 003 P. 10 - 23
Special edition in Latvian: Chapter 08 Volume 003 P. 10 - 23
Special edition in Lithuanian: Chapter 08 Volume 003 P. 10 - 23
Special edition in Hungarian Chapter 08 Volume 003 P. 10 - 23
Special edition in Maltese: Chapter 08 Volume 003 P. 10 - 23
Special edition in Polish: Chapter 08 Volume 003 P. 10 - 23
Special edition in Slovak: Chapter 08 Volume 003 P. 10 - 23
Special edition in Slovene: Chapter 08 Volume 003 P. 10 - 23
Special edition in Bulgarian: Chapter 08 Volume 004 P. 56 - 69
Special edition in Romanian: Chapter 08 Volume 004 P. 56 - 69
Special edition in Croatian: Chapter 08 Volume 005 P. 59 - 72

52004XC0205(02)



Official Journal C 031 , 05/02/2004 P. 0005 - 0018


Linji ta' gwida fuq l-istima jew kalkolu

ta' l-għaqdiet orizzontali taħt ir-Regolament tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-intrapriżi

(2004/K 31/03)

"I. INTRODUZZJONI

1. L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-intrapriżi [1] (hawnhekk iżjed ‘il quddiem: "ir-Regolament dwar l-Għaqda") jipprovdi li l-Kummissjoni għandha tagħti valur lill-konċentrazzjonijiet fl-ambitu tar-Regolament fuq l-Għaqdiet bil-għan illi jiġi stabbilit jekk humiex komaptibbli jew le mas-suq komuni. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tagħmel stima, skond l-Artikolu 2(2) u (3), jekk il-konċentrazzjoni tista' sinjifikament timpedixxi Kompetizzjoni effettiva jew le, b'mod partikolari bħala riżultat tal-ħolqien jew tisħiħ ta' posizzjoni dominanti, fis-suq komuni jew parti sostanzjali minnu.

2. Skond iċ-cirkostanzi, il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe impediment li huwa sinjifikanti għal Kompetizzjoni effettiva li x'aktarx ikun ikkawżat minn konċentrazzjoni. Il-ħolqien jew tisħiħ ta' posizzjoni dominanti huwa forma primarja ta' din il-ħsara lill-Kompetizzjoni. Il-kunċett ta' dominanza kien imfisser fil-kuntest tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4064/89 tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (hawnhekk iżjed `il quddiem "ir-Regolament Nru 4064/89") bħala:

"sitwazzjoni fejn intrapriża waħda jew aktar għandhom qawwa ekonomika li bija dawn l-impriżi jipprevjenu milli jkun hemm il-manteniment tal-Kompetizzjoni effettiva fis-suq relevanti billi tagħtihom l-opportunità jaġixxu sa ċertu punt independentament mill-kompetituri, mix-xerrejja u fl-aħħar mill-aħħar mill-konsumaturi tagħhom"

[2].

3. Għall-iskop sabiex jiġi intepretat il-kunċett ta' dominanza fil-kuntest tar-Regolament Nru 4064/89, il-Qorti tal-Ġustizzja rreferiet għall-fatt li hija intiża li tapplika għall-konċentrazzjonijiet kollha li għandhom dimensjoni Komunitarja sakemm huma x'aktarx, minħabba l-effett tagħhom fuq l-istruttura għall-Kompetizzjoni fil-Komunità, jiġu ppruvati bħala inkompatibbli mas-sistema li ma tfixkilx il-Kompetizzjoni kif jinsab fit-Trattat [3].

4. Il-ħolqien jew it-tisħiħ ta' posizzjoni dominanti miżmuma minn ditta waħda bħala riżultat ta' għaqda kien l-aktar bażi komuni għall-iskoperta' li konċentrazzjoni tista' tirriżulta f'impediment sinjifikanti għall-Kompetizzjoni effettiva. Barra minn hekk, il-kunċett ta' dominanza ġie ukoll applikat fi kwadru oligopolistiku għall-każijiet ta' dominanza kollettiva. Bħala konsegwenza, huwa maħsub li ħafna mill-każijiet ta' inkompatibbilità ta' konċentrazzjoni mas-suq komuni xorta waħda ħa tkompli tkun ibbażata fuq it-tfittxija tad-dominanza. Dak il-kunċett għaldaqstant jipprovdi indikazzjoni importanti għall-istandard ta' ħsara Kompetitiva li hija applikabbli meta jiġi stabbilit jekk koncċentrazzjoni x'aktarx tista' timpedexxi il-Kompetizzjoni effettiva sa grad sinjifikanti, u b'hekk, li tista' twassal għal intevent [4]. Għal dak il-għan, dan l-avviż preżenti huwa intiż li jippreserva l-gwida li tista' tiġi meħuda minn prattika ta' deċiżjonijiet tal-passat u li jqis b'mod komplet il-każistika tal-passat tal-Qrati Komunitarji.

5. L-għan ta' dan l-avviż hu li jipprovdi gwida lill-Kummissjoni kif għandha tagħti stima lill-konċentrazzjonijiet [5] meta l-intrapriżi inkwistjoni huma attwalment jew potenzalment Kompetituri fuq l-istess suq rilevanti [6]. F'dan l-avviż dawn l-għaqdiet ħa jiġu mniżżla bħala "għaqdiet Orizzontali". Filwaqt li l-avviż jippreżenta l-approċċ analitiku użat mill-Kummissjoni fil-valutazzjoni ta' l-għaqdiet Orizzontali, l-istess Kummissjoni ma tistax tipprovdi dettalji ta' kull applikazzjoni possibli ta' dan l-approċċ. Il-Kummissjoni tapplika l-approċċ kif deskritt fl-avviż għal fatti partikolari u għaċ-ċirkostanzi ta' kull każ.

6. Il-gwida f'dan l-avviż tieħu u telabora fuq l-esperjenza tal-Kummissjoni li qiegħda tevolvi flimkien mal-valutazzjoni ta' l-għaqdiet Orizzontali taħt ir-Regolament Nru 4064/89 mid-dħul fis-seħħ fil-21 ta' Settembru 1990 kif ukoll fuq il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti ta' Prim Istanza tal-Komunitajiet Ewropej. Il-prinċipji li jinsabu hawnhekk ħa jiġu applikati u aktar żviluppati u rifinuti mill-Kummissjoni f'każijiet individwali. Il-Kummissjoni tista' tirrevedi dan l-avviż minn żmien għal żmien fid-dawl ta' żviluppi futuri.

7. L-interpretazzjoni tar-Regolament dwar l-għaqdiet mogħtija mill-Kummissjoni fir-rigward il-valutazzjoni ta' l-għaqdiet Orizzontali hija mingħajr preġudizzju għall-interpretazzjoni li tista' tiġi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja jew mill-Qorti ta' Prim Istanza tal-Komunitajiet Ewropej.

II. DEHRA ĠENERALI

8. Il-Kompetizzjoni effettiva ġġib magħha benefiċċji lill-konsumaturi, bħal per eżempju Prezzijiet baxxi, Prodotti ta' kwalità għolja, għażla wiesa' ta' oġġetti u servizzi, u innovazzjoni. Bil-kontoll tagħha fuq l-għaqdiet, il-Kummissjoni tipprevjeni dawk l-għaqdiet li jkunu jistgħu jċaħdu lill-klijent minn dawn il-benefiċċji billi tinkrimenta il-qawwa ta' l-dittii fis-suq b'mod sinjifikanti. B' "inkriment fil-qawwa tas-suq" tfisser il-kapaċità ta' ditta waħda jew aktar li żżid bi profit il-prezzijiet, tnaqqas il-ħruġ, l-għażla u l-kwalità tal-prodotti u s-servizzi, tnaqqas l-innovazzjoni, jew inkella li tinfluwenza l-parametri tal-Kompetizzjoni. F'dan l-avviż, l-espressjoni "Prezzijiet miżjuda jew inkrimentati" hija frekwentament użata fil-qosor għal dawn il-modi diversi fejn għaqda tista' tirriżulta fi ħsara għall-Kompetizzjoni [7]. Kemm fornituri kif ukoll xerrejja jista' jkollhom qawwa fis-suq. Madankollu, biex ikun kollox ċar, hawnhekk qawwa fis-suq ġeneralment tirriferi għal qawwa fis-suq tal-fornituri. Fejn il-qawwa fis-suq tax-xerrej hija l-materja inkwistjoni, it-terminu "l-qawwa tax-xerrej" huwa użat.

9. Sabiex jiġu kkalkolati l-effetti kompetittivi ta' għaqda, il-Kummissjoni tqabbel il-kondizzjonijiet kompetittivi li jistgħu jirrizultaw mill-għaqda meta hi notifikata ma' dawk il-kondizzjonijiet li jkunu jipprevalu kieku ma kiex hemm l-għaqda [8]. F'ħafna każijiet il-kondizzjonijiet kompetittivi li jeżistu filwaqt li hemm għaqda jikkostitwixxu l-paragun rilevanti sabiex jiġu valutati l-effetti ta' għaqda. Madankollu, f'ċertu ċirkostanzi, il-Kummissjoni tista' tqis bidliet futuri fis-suq li bir-raġuni jistgħu jiġu mbassra [9]. Hi tista', meta tikkunsidra x'jikkostitwixxi l-paragun rilevanti, tqis b'mod partikolari, d-dħul jew ħruġ ta' ditti li x'aktarx ikun hemm jekk l-għaqda ma seħħietx [10].

10. L-istima ta' l-għaqdiet magħmula mill-Kummissjoni normalment iġġorr:

(a) tifsira tal-Prodott rilevanti u tas-swieq ġeografiċi;

(b) Stima Kompetittiva ta' l-għaqda.

L-għan prinċipali tat-tifsira tas-suq huwa li jidentifika b'mod sistematiku r-restrizzjonijiet kompetittivi immedjati li taffaċja l-entità magħquda. Gwida fuq din il-materja jistgħu jinsabu fl-Avviż tal-Kummissjoni dwar it-tifsira tas-suq rilevanti għall-finijiet tal-liġi Komunitarja dwar il-Kompetizzjoni [11]. Diversi konsiderazzjonijiet li jwasslu għad-delineazzjoni tas-swieq rilevanti jistgħu jkunu wkoll ta' importanza għall-istima Kompetittiva ta' l-għaqda.

11. Dan l-avviż huwa mibni madwar l-elementi li ġejjin:

(a) L-approċċ tal-Kummissjoni għall-ishma tas-suq u l-limiti tal-konċentrazzjoni (Taqsima III).

(b) L-għaqda li x'aktarx ikollha effetti anti-Kompetittivi fis-suq relevanti, fin-nuqqas ta' fatturi kompensatorji (Taqsima IV).

(ċ) Il-qawwa tax-xerrej li x'aktarx taġixxi bħala fattur kompensatorju għaż-żieda fil-qawwa tas-suq li jirriżulta mill-għaqda (Taqsima V).

(d) Id- dħul li x'aktarx iżomm il-Kompetizzjoni effettiva fis-swieq rilevanti (Taqsima VI).

(e) L-effiċjenzi li x'aktarx jaġixxu bħala fattur li jirribatti l-effetti ta' ħsara fuq il-Kompetizzjoni li jistgħu jirriżultaw xort'oħra mill-għaqda (Taqsima VII).

(f) Il-kondizzjonijiet għal difiża ta' ditti fi stat ta' falliment (Taqsima VIII).

12. Sabiex jiġi stimat l-impatt previst [12] ta' għaqda f'suq rilevanti, il-Kummissjoni tanalizza l-effetti anti-kompetittivi possibli tagħha u l-fatturi kompensatorji li huma rilevanti bħal per eżempju l-qawwa tax-xerrej, il-limitu ta' impedimenti għad-dħul u l-effiċjenzi possibli mogħtija mill-partijiet. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Kummissjoni tikkusidra jekk il-kondizzjonijiet tad-difiża ta' ditti fi stat ta' falliment huma mlaħħqa.

13. Fid-dawl ta' dawn l-elementi, il-Kummissjoni tistabilixxi, skond l-Artikolu 2 tar-Regolament dwar l-għaqdiet, jekk l-għaqda tista' sinjifikament timpedixxi il-Kompetizzjoni effettiva, b'mod partikolari bil-ħolqien u t-tisħiħ ta' posizzjoni dominanti, u għalhekk għandha tiġi dikkjarata bħala inkompatibbli mas-suq komuni. Għandu jiġi enfasizzat li dawn il-fatturi m'humiex tip ta' "checklist" li tiġi applikata mekkanikament fil-każijiet kollha. Għaldaqstant, l-analiżi Kompetittiva f'każ partikolari ħa tkun ibbażata fuq stima komplessiva ta' l-impatt ta' l-għaqda li huwa previst fid-dawl tal-fatturi u l-kondizzjonijiet rilevanti. L-elementi mhux dejjem ikunu rilevanti kollha għal kull għaqda Orizzontali, u mhux dejjem huwa neċessarju li tanalizza l-elementi kollha ta' każ bl-istess dettal.

III. IS-SEHEM TAS-SUQ U L-LIVELLI TAL-KONĊENTRAZZJONI

14. L-ishma tas-suq u l-livelli tal-konċenrazzjoni jipprovdu l-ewwel indikazzjonijiet li huma utli dwar l-istruttura tas-suq u dwar l-importanza Kompetittiva kemm tal-partijiet magħquda kif ukoll tal-Kompetituri tagħhom.

15. Normalment, fl-analiżi kompetittiva tagħha ll-Kummissjoni tuża' l-ishma tas-suq attwali [13]. Madankollu, l-ishma tas-suq attwali jistgħu jiġu aġġustati biex jirriflettu ċertu bidliet futuri li huma raġonevoli, bħal per eżempju fid-dawl tal-ħruġ, id-dħul u t-tkabbir [14]. L-ishma tas-suq wara l-formazzjoni ta' l-għaqda huma kkalkolati fuq il-presuppost li s-sehem tas-suq wara l-formazzjoni ta' l-għaqda tal-partijiet magħqudin flimkien huma s-somma ta' l-ishma tagħhom tas-suq qabel il-formazzjoni ta' l-għaqda [15]. Informazzjoni storika tista' tiġi użata jekk l-ishma tas-suq ġew volatili, bħal per eżempju meta s-suq huwa kkaratterizzat minn ordnijiet kbar u vasti. Bidliet f'ishma storiċi tas-suq jistgħu jipprovdu informazzjoni utli dwar il-proċess Kompetittiv u l-importanza futura tad-diversi Kompetituri li x'aktarx ikun hemm, bħal per eżempju, billi tindika jekk id-ditti kienu qegħdin jakkwistaw jew jitilfu l-ishma tas-suq. F'kull każ, il-kummissjoni tinterpreta il-market shares fid-dawl tal-kondizzjonijiet tas-suq li x'aktarx ikunu preżenti, bħal per eżempju, jekk is-suq fil-katrattru huwa dinamiku ħafna u jekk l-istruttura tas-suq m'hijiex stabbli dovut mill-innovazzjoni jew tkabbir [16].

16. Il-livell komplessiv tal-konċentrazzjoni fis-suq jista' wkoll jipprovdi informazzjoni utli dwar is-sitwazzjoni tal-Kompetizzjoni. Biex jiġu mkejla l-livelli tal-konċentrazzjoni, il-Kummissjoni spiss tapplika l-Indiċi Herfindahl-Hirschman(IHH) [17]. L-IHH huwa kkalkolat billi tgħodd il-kwadri ta' l-ishma individwali tas-suq tad-ditti kollha li jinsabu fis-suq. [18] L-IHH jagħti proporzjonalment qies akbar lill-ishma tas-suq ta' l-ikbar ditti. Għalkemm l-aħjar huwa li tinkludi d-ditti kollha fil-kalkoli, in-nuqqas ta' informazzjoni dwar ditti żgħar ħafna jista' ma jkunx daqshekk importanti għax ditti bħal dawn ma tantx jaffettwaw lill-IHH. Waqt li l-livell assolut tal-IHH jista' jagħti indikazzjoni inizzjali tal-pressjoni kompetittiva fis-suq wara l-formazzjoni ta' l-għaqda, il-bidla fl-IHH (magħrufa bħala "d-delta") hija prokura utli għall-bidla fil-konċentrazzjoni miġjuba direttament mill-għaqda [19].

Il-livelli tas-sehem tas-suq

17. Skond każistika ferm stabbilita, ishma tas-suq li huma kbar ħafna - 50 % jew iktar - jistgħu jkunu prova ta' l-eżistenza ta' posizzjoni dominanti fis-suq [20]. Madankollu, Kompetituri żgħar jistgħu jaġixxu bħala ristrezzjoni ta' influwenza suffiċjenti jekk, per eżemju, għandhom il-kapaċità u l-inċentiv li jżidu l-povvisti tagħhom. Għaqda li tinvolvi ditta li s-sehem tas-suq tagħha ħa jibqgħu wara l-għaqda taħt il-50 %, tista' wkoll żżid preokkupazzjonijiet dwar il-Kompetizzjoni minħabba fatturi oħra bħas-saħħa u n-numru tal-Kompetituri, il-presenza ta' restrizzjonijiet ta' kapaċità jew il-limitu sa fejn il-prodotti tal-partijiet magħquda huma sostituti viċini. Il-Kummissjoni b'hekk f'diversi każijiet ikkunsidrat għaqdiet li jirrizultaw f'ditti li għandhom ishma tas-suq bejn l-40 % u l-50 % [21], u f'ċertu każi taħt l-40 % [22], li jwasslu għall-ħolqien jew għat-tisħiħ ta' posizzjoni dominanti.

18. Konċentrazżjonijiet li, minħabba s-sehem limitat tas-suq ta' l-impriżi inkwistjoni, m'humiex responsabbli għall-impediment ta' Kompetizzjoni effettiva jistgħu jiġu preżunti li huma kompattibli mas-suq komuni. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, indikazzjoni bħal din teżisti, b'mod partikolari, fejn is-sehem tas-suq ta' l-impriżi inkwistjoni ma taqbiżx il-25 % [23] sew fis-suq komuni jew f'parti sostanzjali minnu [24].

Il-livelli tal-IHH

19. Il-Kummissjoni x'aktarx ma toqgħodx tidentifika l-preokkupazzjonijiet dwar il-kompetizzjoni Orizzontali f'suq b'IHH taħt l-1000 wara l-formazzjoni ta' l-għaqda. Swieq bħal dwan normalment m'għandhomx bżonn analiżi estensiv.

20. Il-Kummissjoni wkoll x'aktarx ma toqgħodx tidentifika l-preokkupazzjonijiet dwar il-kompetizzjoni Orizzontali f'għaqda b'IHH bejn l-1000 u l-2000 wara l-formazzjoni ta' l-għaqda u b'delta taħt il-250, jew għaqda b'IHH ‘fuq minn l-2000 wara l-formazzjoni ta' l-għaqda u b'delta taħt il-150, barra fejn hemm ċirkostanzi speċjali bħal, per eżempju, meta wieħed jew aktar mill-fatturi li ġejjin huma preżenti:

(a) għaqda li tinvolvi lil dak li se jidħol kemm potenzalment jew reċentament b'sehem żgħir fis-suq;

(b) parti waħda jew aktar magħquda huma innovaturi importanti f'modi li ma jirriflettux fl-ishma tas-suq;

(ċ) hemm cross-shareholdings sinjifikanti fost dawk li qegħdin jipparteċipaw fis-suq [25];

(d) waħda mid-ditti magħquda ditta "maverick" bi probabbilta' għolja li jħassar aġir li jkun ikkordinat;

(e) indikazzjonijiet ta' kordinazzjoni tal-passat jew li għadha għaddejja, jew prattika ta' faċilitazzjoni, huma preżenti;

(f) waħda mill-partijiet magħquda għandha sehem tas-suq ta' 50 % jew aktar qabel il-formazzjoni ta' l-għaqda [26].

21. Kull wieħed minn dawn il-livelli tal-IHH, meta magħquda mad-deltas rilevanti, jistgħu jiġu użati bħala indikatur inizjali tan-nuqqas ta' preokkupazzjonijiet dwar il-Kompetizzjoni. Madankollu, dawn ma jagħtux lok għal presuppost ta' kemm l-eżistenza jew in-nuqqas ta' dawn il-preokkupazzjonijiet.

IV. EEFETTI ANTI-KOMPETITTIVI POSSIBLI TA' GĦAQDIET ORIZZONTALI

22. Hemm żewġ modi prinċipali kif għaqdiet Orizzontali jistgħu sinjifikament jimpedexxu Kompetizzjoni effettiva, b'mod partikolari billi toħloq jew issaħħaħ posizzjoni dominanti:

(a) billi jiġu eliminati dawk ir-restrizzjonijiet importanti fuq il-Kompetizzjoni fuq ditta waħda jew aktar, li konsegwentament kienu jżidu l-qawwa fis-suq, mingħajr ma jiġu użati dawk l-aġiri ikkordinati (effetti li m'humiex ikkordinati);

(b) billi tiġi mibdula n-natura tal-Kompetizzjoni b'tali mod li ditti li qabel ma kienux qegħdin jikkordinaw l-aġir tagħhom, issa x'aktarx huma sinjifikament iktar lesti li jikkordinaw u li jżidu l-Prezzijiet jew inkella li jagħmlu ħsara lill-effettività tal-Kompetizzjoni. Għaqda tista' wkoll tagħmel il-kordinazzjoni eħfef, aktar stabbli u aktar effettiva lid-ditti li kienu qegħdin jikkordinaw qabel il-formazzjoni ta' l-għaqda (effetti li huma kkordinati).

23. Il-Kummmissjoni tivvaluta jekk il-bidliet miġjuba mill-għaqda jirriżultaw f'waħda minn dawn l-effetti. Dawn iż-żewġ ċirkostanzi msemmija hawn fuq jistgħu jkunu rilevanti meta tiġi valutata operazzjoni partikolari.

Effetti li m'humiex ikkordinati [27]

24. Għaqda tista' sinjifikament timpedexxi Kompetizzjoni effettiva f'suq billi tneħħi dawk ir-restrizzjonijiet importanti fuq il-Kompetizzjoni fuq bejjiegħ wieħed jew iktar, li konsegwentament żied il-qawwa fis-suq. L-aktar effett dirett ta' għaqda jkun it-telf tal-Kompetizzjoni bejn id-ditti magħquda. Per eżempju, jekk qabel l-għaqda waħda mid-ditti magħquda żiedet il-Prezzijiet tagħha, hi tkun tilfet xi bejgħ a favur tad-ditti l-oħra. L-għaqda tneħħi din ir-restrizzjoni partikolari. Ditti mhux magħquda fl-istess suq jistgħu wkoll jibbenefikaw mit-tnaqqis tal-pressjoni fuq il-Kompetizzjoni li tirriżulta mill-għaqda, minħabba li ż-żieda fil-prezzijiet tad-ditti magħquda jistgħu jitfgħu d-domanda fuq id-ditta rivali, li, min-naħa tagħha, tista' ssib li huwa ta' profitt li żżid il-Prezzijiet tagħha [28]. It-tnaqqis f'dawn ir-restrizzjonijiet Kompetittivi jistgħu jwasslu għal żieda sinjifikanti fil-Prezzijiet tas-suq rilevanti.

25. Ġeneralment, għaqda li tagħti lok għal dawn l-effetti li m'humiex ikkordinati jistgħu sinjifikament jimpedexxu il-Kompetizzjoni effettiva billi joħolqu jew isaħħu l-posizzjoni dominanti ta' ditta waħda, li tipikament, ikollha sehem tas-suq li huwa ikbar minn dak tal-kompetitur li jidħol wara l-formazzjoni ta' l-għaqda. Ma' dan għandu jingħad, illi għaqdiet fi swieq oligopolistiċi [29] li jinvolvu l-eliminazzjoni ta' restrizzjonijiet importanti fuq il-kompetizzjoni li qabel il-partijiet magħquda flimkien kienu jeżerċitaw fuq xulxin, flimkien mat-tnaqqis fil-pressjoni kompetittiva fuq il-kompetituri li jibqgħu, jistgħu wkoll, anki meta hemm possibilità żgħira ħafna ta' kordinament bejn il-membri tal-oligopolija, jirriżultaw f'impediment sinjifikanti lill-kompetizzjoni. Ir-Regolament dwar l-għaqdiet jiċċara l-punt li l-għaqdiet kollha li jagħtu lok għal dawn l-effetti li m'humiex ikkordinati għandhom ukoll jiġu ddikjarati inkompatibbli mas-suq komuni [30].

26. Numru ta' fatturi, li jekk meħuda separatament m'humiex neċessarjament deċisivi, jistgħu jinfluwenzaw jekk effetti sinjifikanti li m'humiex ikkordinati jistgħu x'aktarx jirriżultaw minn għaqda. M'hemmx bżonn li l-fatturi kollha jkunu preżenti sabiex dawn l-effetti ikunu possibbli. Lanqas din m'għandha tiġi meqjusa bħala "exhaustive list" jew lista spurgativa.

Ditti magħquda għandhom ishma akbar tas-suq

27. Aktar mas-sehem tas-suq ikun kbir, aktar id-ditta jkollha qawwa fis-suq. U aktar maż-żieda tas-sehem tas-suq tkun kbira, aktar huwa possibli li l-għaqda twassal għal aktar żieda sinjifikanti fil-qawwa tas-suq. Aktar ma tkun kbira ż-żieda fil-bażi tal-bejgħ wara ż-żieda fil-Prezzijiet fuq x'hiex il-marġnijiet qegħdin jiġu aktar mgawda, aktar hija kbira l-possibilità li d-ditti magħquda jsibu din iż-żieda fil-Prezzijiet aktar ta' profitt xorta waħda għalkemm din tiġi akkumpanjata man-nuqqas fil-ħruġ. Għalkemm l-ishma tas-suq u ż-żidiet fl-ishma tas-suq jipprovdu biss l-ewwel indikazzjonijiet tal-qawwa tas-suq u tikber fil-qawwa tas-suq, dawn normalment huma fatturi importanti għall-istima [31].

Ditti maqgħuda huma Kompetituri fil-qrib jew viċini

28. Prodotti jistgħu jiġu differenzati [32] f'suq rilevanti b'mod li ċertu Prodotti huma sostituti eqreb minn oħra [33]. Aktar mal-grad ta' sostituzzjoni bejn il-prodotti tad-ditti magħquda jkun għoli, aktar id-ditti magħquda jżidu il-Prezzijiet b'mod sinjifikattiv [34]. Per eżempju, għaqda bejn żewġ Produtturi li joffru Prodotti li numru sostanzjali ta' klijenti jqisu bħala l-ewwel u t-tieni għażla tista' toħloq żieda sinjifikanti fil-Prezz. B'hekk, il-fatt li r-rivalità bejn il-partijiet kienet sors importanti ta' kompetizzjoni fis-suq jista' jkun fattur ċentrali fl-analiżi [35]. Marġnijiet għolja qabel il-formazzjoni ta' l-għaqda [36] x'aktarx jistgħu wkoll jagħmlu żidiet sinjifikanti fil-Prezzijiet. L-inċentiv tad-ditta' magħquda li tgħolli l-Prezzijiet x'aktarx hija aktar ristretta meta ditti rivali jipproduċu sostituti li huma qrib għall-Prodotti tad-ditti magħquda milli meta huma joffru sostituti li huma inqas fil-qrib [37]. Għalhekk x'aktarx għaqda ma timpedixxix b'mod sinjifikanti l-Kompetizzjoni effettiva, speċjalment bil-ħolqien jew bit-tisħiħ ta' posizzjoni dominanti, meta hemm grad għoli ta' sostituzzjoni bejn il-Prodotti tad-ditti magħquda u dawk forniti mill-produtturi rivali.

29. Meta informazzjoni qiegħda għad-disposizzjoni, il-grad ta' sostitwibilità tista' tiġi valutata mill-istħarriġ fuq il-preferenza tal-klijent, mill-analiżi ta' patterns ta' xiri, mill-istima tal-elastiċita bejn prezz u ieħor tal-Prodotti involuti [38], jew mir-rati ta' diversjoni [39]. Fi swieq fejn hemm l-offerti huwa possibli li tkejjel jekk storikament l-offerti mogħtija minn waħda mill-partijiet magħquda ġiet ristretta bil-presenza tal-parti magħquda l-oħra [40].

30. F'ċertu swieq tista' tkun relattivament faċli u mhux daqshekk kostuż jew għoli għal ditti li huma attivi biex jerġgħhu jagħtu posizzjoni lil Prodotti tagħhom jew li jestendu il-portafoll tal-prodotti tagħhom. B'mod partikolari, il-Kummissjoni teżamina jekk il-possibilità li l-kompetituri jew il-partijiet magħquda jerġgħu jagħtu pozizzjoni jew jipproduċu linja ta' estensjoni tista' tinfluwenza l-inċentiv ta' l-entità magħquda milli żżid il-Prezzijiet. Madankollu, prodotti li qegħdin jerġgħu jiġu posizzjonati jew estensjoni ta' linja ta' prodotti spiss iġorru magħhom riskji u spejjeż kbar li jaqgħu/jinżlu [41] u jistgħu joffru profitt inqas mill-linja attwali.

Il-klijenti għandhom possibilitajiet limitati li jbiddlu l-fornitur

31. Il-klijenti tal-partijiet magħquda jistgħu jkollhom xi diffikultajiet biex ibiddlu għal fornituri oħra minħabba li hemm ftit fornituri alternattivi [42] jew inkella minħabba li jħabbtu wiċċhom ma' spejjeż sostanzjali tal-bdil [43]. Dawn il-klijenti huma partikolarment vunnerabbli għaż-żieda fil-prezzijiet. L-għaqda tista' taffetwa l-abilità ta' dawn il-klijenti milli jipproteġġu lilhom infushom miż-żieda tal-prezzijiet. B'mod partikolari, dan jista' jkun il-każ għal klijenti li għamlu użu minn sorsi doppji miż-żewġ ditti magħquda bħala mezz biex jinkisbu prezzijiet kompetittivi. Prova ta' mudelli ta' bidliet magħmula mill-klijenti fil-passat u reazzjonijiet għal bidliet fil-prezz jistgħu jipprovdu informazzjoni importanti fuq din il-materja.

Il-kompetituri x'aktarx ma jżidux il-provvisti jekk il-prezzijiet jogħlew

32. Meta il-kondizzjonijiet tas-suq huma tali li l-kompetituri tal-partijiet magħquda x'aktarx ma jżidux il-provvista tagħhom sostanzjalment jekk il-prezzijiet jogħlew, id-ditti magħquda jista' jkollhom inċentiv biex inaqqsu l-produzzjoni taħt il-livelli magħquda qabel il-formazzjoni ta' l-għaqda, billi jgħollu l-prezzijiet tas-suq [44]. L-għaqda żżid l-inċentiv biex titnaqqas il-produzzjoni billi tagħti lid-ditti magħquda bażi akbar ta' bejgħ fuq x'hiex marġnijiet għolja jiġu mgawda, li jirriżultaw miż-żieda fil-prezzijiet indotti mit-tnaqqis tal-produzzjoni.

33. Bil-kuntrarju, meta l-kondizzjonijiet tas-suq huma tali li d-ditti rivali għandhom il-kapaċità suffiċjenti u jsibuha ta' profitt li jkabbru il-produzzjoni tagħhom b'mod suffiċjenti, il-Kummissjoni x'aktarx mhux se ssib li l-għaqda ħa toħloq jew issaħħaħ posizzjoni dominanti jew inkella li timpedixxi sinjifikament il-kompetizzjoni effettiva.

34. Dan it-tkabbir tal-produzzjoni mhux probabbli li jseħħ, b'mod partikolari, meta l-kompetituri jħabbtu wiċċhom ma' restrizzjonijiet vinkolanti fuq il-kapaċità u tkabbir ta' kapacità li hija kostuża [45] jew jekk l-eċċess tal-kapaċità li teżisti hija sinjifikament aktar kostuża biex topera mill-kapaċità attwali li qiegħda tintuża.

35. Għalkemm ir-restrizzjonijiet fuq il-kapaċità x'aktarx huma aktar importanti meta l-oġġetti huma relattivament l-istess, dawn ir-restrizzjonijiet jistgħu jkunu wkoll importanti meta d-ditti joffru prodotti differenti.

Entità magħquda li hi kapaċi li tfixkel it-tkabbir mill-kompetituri

36. Ċertu għaqdiet li ġew proposti, jekk jitħallew li jipproċedu, jistgħu sinjifikament jimpedixxu il-Kompetizzjoni effettiva billi jħallu li-ditta magħquda f'posizzjoni fejn hi jkollha l-kapaċità u l-inċentiv li tagħmel it-tkabbir tad-ditti ż-żgħar u tal-kompetituri potenzali aktar diffiċli jew inkella billi tirrestrinġi l-kapaċità tad-ditti rivali milli jikkompetu. F'każ bħal dan, il-kompetituri ma jistgħux, la individwalment u lanqas kollettivament, ikunu f'posizzjoni li jirrestrinġu sa ċertu punt l-entità magħquda biex ma tgħollix il-prezzijiet jew milli tieħu passi li huma detrimentali għall-kompetizzjoni. Bħala eżempju, entità magħquda jista' jkollha grad ta' kontroll, jew influwenza fuq, il-provvista tad-dħul [46] jew fuq il-possibilitajiet tad-distribuzzjoni [47] fejn tkabbir jew dħul ta' ditti rivali jistgħu jkunu aktar kostużi. Bl-istess mod, il-kontroll ta' l-entità magħquda fuq il-patenti [48] jew tipi oħra ta' proprjetajiet intellettwali (eż. tikketti [49] jistgħu jagħmlu t-tkabbir jew id-dħul mir-rivali aktar diffiċli. Fi swieq fejn l-interoperabilità bejn l-infrastrutturi u l-pjattaformi differenti hija importanti [50], għaqda tista' tagħti lill-entità magħquda l-kapaċità u l-inċentiv li tgħolli l-ispejjeż u tnaqqas il-kwalità tas-servizzi tar-rival tagħha [51]. Waqt li l-Kummissjoni tagħmel din l-istima, hi tista' tqis, inter alia, s-saħħa finanzjarja ta' l-entità magħquda relattiva għar-rivali tagħha [52].

Għaqda tellimina forza kompetittiva importanti

37. Ċertu ditti għandhom aktar influwenza fuq il-proċess tal-kompetizzjoni minn kif jista' jiġi suġġerit minn ishma tas-suq jew miżuri simili. Għaqda li tinvolvi ditta bħal din tista' tbiddel sinjifikament id-dinamiċi tal-kompetizzjoni b'mod anti-kompetittiv, b'mod partikolari meta s-suq huwa diġa' kkonċentrat [53]. Bħala eżempju, ditta li tista' tkun għada kemm daħlet reċentament, jista' jiġi pretiż minnha li teżerċita pressjoni kompetittiva sinjifikativa fil-futur fuq id-ditti l-oħra fis-suq.

38. Fi swieq fejn l-innovazzjoni hija forza kompetittiva importanti, għaqda tista' żżid il-kapaċità tad-ditti u l inċentiv sabiex isiru innovazzjonijiet ġodda fis-suq u, b'hekk, il-pressjoni kompetittiva fuq ir-rivali li jinnovaw f'dak is-suq. Minflokk, kompetizzjoni effettiva tista' sinjifikament tiġi impedita minħabba għaqda bejn żewġ innovaturi importanti, bħal per eżempju bejn żewġ kumpanniji bi prodotti "pipeline" li huma relatati ma' prodott speċifiku fis-suq. Bl-istess mod, ditta li għandha sehem relattivament żgħir fis-suq tista' xorta waħda tkun forza kompetittiva importanti jekk għandha prodotti "pipeline" li għandhom il-potenzal illi jirnexxu fil-futur [54].

Effetti li huma kkordinati

39. F'ċertu swieq l-istruttura tista' tkun tali li ditti jikkunsidraw bħala possibli, ekonomikament raġonevoli, u għalhekk preferibbli, li jaddottaw fuq bażi sostenibbli kors ta' azzjoni fis-suq immirata lejn il-bejgħ bi prezzijiet għoljin. Għaqda f'suq ikkonċentrat tista' sijifikament timpedexxi kompetizzjoni effettiva, bil-ħolqien jew it-tisħiħ ta' posizzjoni dominanti kollettiva, minħabba li żżid il-possibilità li ditti jkunu kappaċi jikkordinaw l-aġir tagħhom b'dan il-mod u jgħollu l-prezzijiet, anki mingħajr ma jidħlu fi ftehim jew milli jagħmlu użu ta' prattiċi miftiehma fis-sens ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat [55]. Għaqda tista' wkoll tagħmel il-kordinazzjoni eħfef, aktar stabbli u aktar effiċjenti għad-ditti, li kienu diġa' qegħdin jikkordinaw qabel il-formazzjoni ta' l-għaqda, billi tagħmel il-kordinazzjoni aktar b'saħħitha jew billi tħalli lid-ditti jikkordinaw fuq prezzijiet aktar għolja.

40. Kordinazzjoni tista' tieħu diversi forom:. F'ċertu swieq, x'aktarx l-aktar kordinazzjoni li jkun hemm tista' tinvolvi fi prezzijiet li jinżammu ‘l fuq mill-livell kompetittiv. Fi swieq oħra, il-kordinazzjoni tista' timmira għall-limitazzjoni tal-produzzjoni jew għall-ammont ta' kapaċità ġdida miġjuba fis-suq. Ditti jistgħu wkoll jikkordinaw billi jaqsmu s-suq, bħal per eżempju f'żoni ġeografiċi [56] jew f'karatteristiċi oħra tal-klijenti, jew billi jallokaw kuntratti fi swieq fejn isiru l-offerti.

41. X'aktarx ikun hemm akar kordinazzjoni fi swieq fejn huwa relattivament faċli li jintlaħaq ftehim komuni fuq it-termini tal-kordinazzjoni. Ma' dan, tliet kondizzjonijiet huma neċessarji għal kordinazzjoni biex tkun sostenibbli. L-ewwel nett, id-ditti li huma kkordinati jeħtieġ li jkunu kapaċi li jissorveljaw sa grad suffiċjenti jekk it-termini tal-kordinazzjoni qegħdin jiġu segwiti. It-tieni nett, id-dixxiplina tirrikjedi li jkun hemm xi forma ta' mekkaniżmu ta' deterrent kredibbli li tista' tiġi attivata jekk devjazzjoni tiġi skoperta. It-tielet nett, ir-reazzjonijiet ta' barranin, bħal kompetituri attwali jew futuri li m'humiex qegħdin jipparteċipaw fil-kordinazzjoni, kif ukoll klijenti, jeħtieġ li ma jkunux kapaċi li jipperikolaw ir-riżultati mistennija mill-kordinazzjoni [57].

42. Il-Kummissjoni teżamina jekk huwa possibli li jintlaħqu termini ta' kordinazzjoni u jekk il-kordinazzjoni tkun x'aktarx sostenibbli. Għal dan ir-rigward, il-Kummissjoni tikkunsidra il-bidliet li l-għaqda ġġib magħha. It-tnaqqis fin-numru tad-ditti fis-suq tista', fija nnifisha, tkun fattur li tagħmel aktar faċli l-kordinazzjoni. Madankollu, għaqda tista' wkoll iżżid il-probabbilta'jew is-sinjifikat ta' l-effeti kkordinati b'modi oħra. Bħala eżempju, għaqda tista' tinvolvi ditta "maverick" li ghandha passat li ma tħallix jew li tfixkel il-kordinazzjoni, billi tfalli milli ssegwi ż-żidiet fil-prezz mill-kompetituri tagħha, jew billi għandha karatteristiċi li jagħtuha inċentiv li tiffavorixxi għażliet ta' strateġiji differenti minn dawk illi jippreferu l-kompetituri tagħhom li huma kkordinati. Jekk id-ditta magħquda taddotta strateġiji simili għal dawk użati mill-kompetituri l-oħra, d-ditti li jibqgħu jsibuha aktar faċli li jikkordinaw u l-għaqda żżid Il-probabbilità, l-istabbilità jew l-effettività tal-kordinazzjoni.

43. Biex tiġi mogħtija stima ta' l-effetti li x'aktarx ikunu preżenti, il-Kummissjoni tagħti każ l-informazzjoni rilevanti kollha li qiegħda għad-disposizzjoni fuq il-karatteristiċi tas-swieq inkwistjoni, inkluż il-fattizzi strutturali tal-partijiet u l-aġir passat ta' ditti [58]. Evidenza ta' kordinazzjoni tal-passat hija importanti jekk il-karatteristiċi tas-suq rilevanti ma tantx inbiddlu jew li aktarx ma jinbidlux fil-futur ġejjieni [59]. Bl-istess mod, evidenza ta' kordinazzjoni fi swieq simili tista' tkun utli bħala informazzjoni.

Termini li jwasslu għall-kordinazzjoni

44. Kordinazzjoni hija aktar probabbli li tqum jekk il-kompetituri jistgħu faċilment jaslu għal perċezzjoni komuni dwar kif il-kordinazzjoni għandha taħdem. Ditti li jikkordinaw jeħtieġ li jkollhom opinjonijiet jew veduti simili dwar liema azzjonijiet għandhom ikunu kkunsidrati skond l-aġir allineat u liema azzjonijiet m'għandhomx jiġu kkunsidrati.

45. Ġeneralment, inqas ma' l-ambjent ekonomiku ikun kumplessiv u iktar ma jkun stabbli, ikun iktar faċli għad-ditti li jilħqu ftehim komuni fuq it-termini tal-kordinazzjoni. Fil-fatt, huwa iktar faċli li jkun hemm kordinament bejn ftit parteċipanti milli meta jkun hemm ħafna. Huwa wkoll iktar faċli biex ikun hemm kordinament fuq il-prezz għal prodott wieħed u omoġenju, milli fuq mijiet ta'prezzijiet f'suq b'ħafna prodotti differenti. Bl-istess mod, huwa aktar faċli li jkun hemm kordinament fuq il-prezz fejn il-kondizzjonijiet tad-domanda u l-provvista huma relattivament stabbli milli meta dawn jinbidlu ‘l ħin kollu jew kontinwament [60]. F'dan il-kuntest domada li hija volatili, tkabbir intern ta' natura sostanzjali minn ċertu ditti fis-suq jew id-dħul frekwenti minn ditti ġodda jistgħu jindikaw li s-sitwazzjoni attwali m'hijiex biżżejjed stabbli biex tagħmel il-kordinamnet probabbli [61]. Fi swieq fejn l-innovazzjoni huwa importanti, kordinazzjoni tista' tkun aktar diffiċli minħabba l-innovazzjonijiet, b'mod partikolari dawk li huma sinjifikanti, jistgħu jħallu ditta waħda li tiggwadanja vantaġġ ikbar fuq ir-rivali tagħha.

46. Kordinazzjoni li ssir permezz tad-diviżjoni tas-suq tista' tkun eħfef jekk il-klijenti għandhom karatteristiċi sempliċi li jħallu lil dawk d-ditti li jikkordinaw jallokaw bejniethom. Dawn il-karatteristiċi jistgħu jkunu bbażati fuq il-ġeografija; fuq it-tip tal-klijent jew sempliċiment fuq l-eżistenza tal-klijenti li tipikament jixtru minn ditta waħda speċifika. Kordinazzjoni li ssir permezz tad-diviżjoni tas-suq tista' tkun relattivament mexxejja jekk hu faċli li jiġi identifikat il-fornitur ta' kull klijent u l-apparat tal-kordinazzjoni huwa l-allokazzjoni tal-klijenti eżistenti lil fornituri rispettivi tagħhom.

47. Madankollu, ditti li jikordinaw jistgħu, jsibu modi oħra sabiex jgħelbu dawk il-problemi li joħorġu minn ambjenti ekonomiċi li huma kupmlessi u li huma nieqsa mid-diviżjoni tas-suq. Per eżempju, dawn jistgħu, jistabbilixxu regoli sempliċi dwar kif għandhom ikunu l-prezzijiet, li jnaqqsu il-kumplessità tal-kordinament fuq numru kbir ta' prezzijiet. Eżempju wieħed ta' regoli bħal dawnn huwa li jiġi stabbilit numru żgħir ta' puntijiet dwar kif għandhom ikunu l-prezzijiet, li b'hekk tnaqqas il-problema tal-kordinazzjoni. Eżempju ieħor huwa li jkun hemm relazzjoni fissa bejn ċertu bażi ta' prezzijiet u numru ta' prezzijiet oħra, fejn il-prezzijiet bażikament jimxu b'mod paralleli. Informazzjoni prinċipali li hija pubblikament disponibbli, skambju ta' informazzjoni permezz ta' assoċazzjonijiet ta' snajja', jew informazzjoni li ġiet irċevuta permezz ta' cross-shareholdings jew parteċipazzjoni f'joint venture jistgħu ukoll jgħinu ditti jilħqu termini ta' kordinazzjoni. Aktar mas-sitwazzjoni tas-suq tkun kumplessa, aktar ikun hemm trasparenza u x'aktarx illi l-komunikazzjoni tkun aktar neċessarja biex jintlaħaq ftehim komuni fuq it-termini tal-kordinazzjoni.

48. Ditti jistgġu jsibuha aktar faċli biex jilħqu ftehim komuni fuq it-termini tal-kordinazzjoni jekk huma relattivament simmetriċi [62], speċjalment fit-termini ta' strutturi tan-nefqa cost structures, ta' ishma tas-suq, ta' livelli ta' kappaċità u ta' livelli ta' inegrazzjoni vertikali [63]. Konnessjonijiet strutturali bħal cross-shareholding jew parteċipazzjoni f'joint venture jistgħu wkoll jgħinu biex jallineaw inċentivi fost id-ditti ikkordinati [64].

Devjazzjonijiet ta' Sorveljanza

49. Ditti ikkordinati huma spiss mħajra li jżidu is-sehem tagħhom fis-suq billi jiddevjaw mit-termini tal-kordinazzjoni, bħal per eżempju billi jnaqssu l-prezzijiet, joffru skonti sigrieti, jżidu il-kwalità tal-prodotti jew il-kapaċità jew li jippruvaw jirbħu klijenti ġodda. Il-biża' kredibbli fuq ritaljazzjoni suffiċjenti u fuq żmien biss iżommu mid-ditti milli jiddevjaw. Għalhekk is-swieq għandhom bżonn li jkun trasparenti biżżejjed li jħallu lid-ditti ikkordinati li jissorveljaw sa limitu suffiċjenti jekk ditti oħra qegħdin jiddevjaw, u b'hekk ikunu jafu meta għandhom jirritaljaw [65].

50. Trasparenza fis-suq huwa spiss għola, aktar ma jkun baxx in-numru ta' parteċipanti attivi fis-suq. Ma' dan għandu jingħad, illi l-grad ta' trasparenza spiss jiddependi fuq kif operazzjonijiet fis-suq iseħħu f'suq partikolari. Per eżempju, trasparenza x'aktarx li tkun għolja f'suq fejn l-operazzjonijiet sseħħu fi skambju għall-pubbliku jew fi rkant miftuħ [66]. Bil-kuntrarju, trasparenza tista' tkun baxxa f'suq fejn l-operazzjonijiet huma trattati b'mod kunfidenzali bejn ix-xerrejja u l-bejjiegħa fuq bażi bilaterali [67]. Meta jiġi vvalutat il-livell ta' transparenza fis-suq, l-element prinċipali huwa li jiġi identifikat dak li ditti jistgħu jinferixxu dwar l-azzjonijiet ta' ditti oħra mill-informazzjoni illi qiegħda għad-disposizzjoni [68]. Ditti ikkordinati jeħtieġ li jkunu kappaċi li jinterpretaw b'ċertu b'ċertezza jekk aġir mhux mistenni huwa r-riżultat ta' devjazzjoni mit-termini tal-kordinazzjoni. Per eżempju, f'ambjent li m'huwiex stabbli jista' jkun diffiċli għal ditta biex tkun taf jekk il-bejgħ tagħha li tilfet huwa dovut minħabba livell baxx komplessiv ta' domanda jew dovut minħabba kompetitur li joffri prezzijiet li huma partikolarment baxxi. Bl-istess mod, meta d-domanda komplessiva jew il-kondizzjonijiet ta' nefqa jogħlew u jitbaxxew, jista' jkun diffiċli li jiġi interpretat jekk kompetitur qiegħed ibaxxi l-prezzijiet tiegħu jew minħabba li qed jaħseb li l-prezzijiet ikkordinati jaqgħu jew inkella minħabba li qed jagħmel devjazzjonijiet.

51. F'ċertu swieq fejn il-kondizzjonijiet ġenerali jidhru li jagħmlu s-sorveljanza tad-devjazzjonijiet diffiċli, ditti jistgħu xorta waħda jaħdmu fi prattiki li għandhom l-effett li jiffaċilitaw il-kompitu tas-sorveljanza, anki meta dawn il-prattiki ma sarux neċesarjament għal dawn il-għanijiet. Dawn il-prattiki, bħad-disposizzjonijiet (klawżoli) dwar kif għandha tintlaħaq il-kompetizzjoni jew disposizzjonijiet li l-aktar jiffavorixxu lil klijent, publikazzjoni volontarja ta' informazzjoni, tħabbir, jew skambju ta' informazzjoni permezz ta' assoċjazzjonijiet tas-snajja', jistgħu jżidu t-trasparenza jew jgħinu lil kompetituri jinterpretaw l-għażliet li ġew meħuda. Cross-directorships, parteċipazzjoni f'joint ventures u arranġamenti simili jistgħu wkoll jagħmlu s-sorveljanza aktar faċli.

Mekkaniżmi bħala deterrent

52. Il-kordinazzjoni ma tkunx sostenibbli sakemm il-konsegwenzi tad-devjazzjoni jkunu severi biżżejjed biex jikkonvinċu lil ditti kkordinati li huwa fl-aħjar interessi tagħhom li jaderixxu mat-termini tal-kordinazzjoni. Huwa għaldaqstant il-biża' ta' ritaljazzjoni futura li żżomm il-kordinazzjoni sostenibbli [69]. Madankollu il-biża' hija biss kredibbli jekk, hemm biżżejjed ċertezza li ċertu mekkaniżmi ta' deterrent jiġu attivati, meta devjazzjoni minn waħda mid-ditti hija skoperta [70].

53. Ritaljazzjoni li timmanifesta ruħha wara li għadda ftit taż-żmien, jew li mhux ċerta li ħa tiġi attuvata, x'aktarx li ħa tkun inqas suffiċjenti sabiex tpaċi il-benefiċċji milli jiġu ddevjati. Jekk per eżempju, suq huwa kkaraterizzat minn ordnijiet infrekwenti u ta' volum kbir, jista' jkun diffiċli biex jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' deterrent li huwa biżżejjed severi, minħabba li l-qligħ mid-devjazzjonijiet fil-ħin propizju jista' jkun kbir, ċert u immedjat, filwaqt li t-telf mill-kastigi jista' jkun żgħir u mhux ċert u jseħħ biss wara ċertu żmien. Il-veloċità li bija l-mekkaniżmi ta' deterrent jistgħu jiġu implementati hija relata mal-kwistjonijiet ta' trasparenza. Jekk ditti huma biss kapaċi li josservaw l-azzjonijiet tal-kompetituri tagħhom wara dewmien sostanzjali, ir--ritaljazzjoni ddum ukoll u din tista' tinfluwenza jekk huwiex biżżejjed biex tiskoraġġixxi d-devjazzjoni.

54. Il-krediblilità tal-mekkaniżmi ta' skoraġġament tiddependt jekk id-ditti l-oħra li huma kkordinati għandhomx inċentiv biex jirritaljaw. Ċertu mekkaniżmi ta' deterrent, bħal per eżempju li tikkastiga lid-devjatur billi temporarjament tidħol fi gwerra ta' prezzijiet jew żżid il-produzzjoni b'mod sinjifikanti, dawn jistgħu jġibu magħhom telf ekonomiku fuq terminu qasir għad-ditti li jagħmlu din ir-ritaljazzjoni. Din mhux neċessarjament tneħħi l-inċentiv biex tirritalja minħabba li telf fuq terminu qasir jista' jkun iżgħar mill-benefiċċju fuq terminu twil ta' ritaljazzjoni li jirriżulta mill-prospett tar-reġim tal-kordinazzjoni.

55. Ir-ritaljazzjoni mhux neċessarjament għandha sseħħ fl-istess suq bħad-devjazzjoni [71]. Jekk id-ditti kkordinati għandhom interazzjoni kummerċjali fi swieq oħra, dawn jistgħu joffru metodi diversi ta' ritaljazzjoni [72]. Ir-ritaljazzjoni tista' tieħu bosta forom, inkluż it-tħassir jew il-kanċellazzjoni ta' joint ventures jew b'forom oħra ta' koperazzjoni jew il-bejgħ ta' ishma f'kumpanniji li huma taħt proprjeta' konġunta.

Reazzjonijiet ta' Barranin

56. Biex il-kordinazzjoni tagħmel suċċess, l-azzjonijiet tad-ditti li m'humiex ikkordinati u tal-kompetitutri potenzali, kif ukoll tal-klijenti, jeħtieġu li ma jkunux kapaċi li jipperikolaw ir-riżultat mistenni mill-kordinazzjoni. Per eżempju, jekk il-kordinazzjoni timmira li tnaqqas il-kapaċità komplessiva fis-suq, din tagħmel ħsara biss lill-konsumaturi jekk id-ditti kkordinati m'humiex kappaċi jew m'għandhomx l-inċentiv li jirrispondu għal dan it-tnaqqis billi jżidu il-kapaċità tagħhom, biżżejjed biex ma jkunx hemm nuqqas nett fil-kapaċità, jew għall-inqas li jagħmlu t-tnaqqis tal-kapaċità kkordinata mingħajr profitt [73].

57. L-effetti tad-dħul u l-qawwa tal-bejgħ kompensatorja tal-klijenti huma analizzati f'taqsimiet li ġejjin aktar tard. Madankollu, qiegħda tiġi mogħtija konsiderazzjoni speċjali lill-impatt possibli ta' dawn l-elementi fuq l-istabbilta' tal-kordinazzjoni. Per eżempju, bejjiegħ kbir jista' jagħmel il-kordinazzjoni instabbli billi b'suċċess iħajjar lil waħda mid-ditti kkordinati biex tagħmel devjazzjoni sabiex tiggwadanja kummerċ ġdid li huwa sostanzjali, dan jista' jagħmlu billi jikkonċentra ammont kbir tal-ħtiġijiet tiegħu ma' fornitur wieħed jew billi joffri kuntratti fuq termini twal.

Għaqda ma' kompetitur potenzali

58. Konċentrazzjonijiet fejn impriża li hija diġa' attiva fuq suq rilevanti tingħaqad ma' kompetitur potenzali f'dan is-suq jista' jkollha effetti anti-kompetittivi simili għal għaqdiet bejn żewġ impriżi li huma diġa attivi fuq l-istess suq rilevanti u, b'hekk, timpedixxi b'mod sinjifikanti l-kompetizzjoni effettiva, b'mod partikolari bil-ħolqien jew it-tisħiħ ta' posizzjoni dominanti.

59. Għaqda b'kompetitur potenzali tista' tiħloq effetti anti-kompetittivi orizzontali, sew jekk ikkordinati jew le, jekk il-kompetitur potenzali jirrestrinġi b'mod sinjifikanti l-aġir tad-ditti li huma attivi fis-suq. Dan huwa l-każ jekk il-kompetitur potenzali jippossjedi assi li faċilment jistgħu jiġu użati biex jidħol fis-suq mingħajr ma jkun hemm spejjeż li jaqgħu/jinżlu li huma sinjifikanti. Effetti anti-kompetittvi jistgħu wkoll iseħħu meta l-parti magħquda x'aktarx ħa jkollha tidħol fi spejjeż neċessarji li ħa jaqgħu/jinżlu biex tidħol fis-suq f'perijodu li huwa relattivament qasir, sabiex wara din il-kumpannija tirrestrinġi l-aġir tad-ditti li huma attwalment attivi fis-suq [74].

60. Biex għaqda ma' kompetitur potenzali jkollha effetti anti-kompetittivi sinjifikanti, żewġ kondizzjonijiet bażiċi jeħtieġ li jkunu aderiti. L-ewwel nett, il-kompetitur potenzali jrid diġa‘ jeżerċita influwenza ta' restrizzjoni sinjifikanti jew inkella jrid ikun hemm possibilità sinjifikanti li din tikber f'forza effettiva fuq il-kompetizzjoni. Evidenza li kompetitur potenzali għandu pjanijiet biex jidħol f'suq f'mod sinjifikanti tista' tgħin lil-Kummissjoni tasal għal din il-konklużjoni [75]. It-tieni nett, ma jridx ikun hemm numru biżżejjed ta' kompetituri potenzali oħra, li jistgħu jżommu pressjoni suffiċjenti wara l-għaqda [76].

Għaqdiet li joħolqu jew isaħħu l-qawwa tax-xerrej fi swieq fil-linja ‘l fuq

61. Il-Kummissjoni tista' wkoll tanalizza sa liema punt entità magħquda ħa żżid il-qawwa tax-xerrej fi swieq li għandhom fil-linja ‘l fuq. Minn naħa waħda, għaqda li toħloq jew issaħħaħ il-qawwa tax-xerrej fis-suq tista' sinjifikament timpedixxi il-kompetizzjoni effettiva, b'mod partikolari billi toħloq jew issaħħaħ posizzjoni dominanti. Id-ditta magħquda tista' tkun f'posizzjoni li tikseb prezzijiet iktar baxxi billi tnaqqas ix-xiri tad-dħul tagħha. Din tista', minn banda, twassalha wkoll biex tnaqqas il-livell tal-ħruġ fis-suq tal-prodott finali, u b'hekk tagħmel ħsara lill-welfare (ġid) tal-konsumatur [77]. Dawn l-effetti jistgħu jinqalgħu b'mod partikolari meta bejjiegħa fil-linja ‘l fuq huma relattivament maqsuma. Kompetizzjoni fi swieq fil-linja ‘l isfel jistgħu wkoll jiġu affetwati negattivament, b'mod partikolari, jekk l-entità magħquda x'aktarx tagħmel użu mill-qawwa tagħha bħala xerrej fir-rigward tal-fornituri tagħha sabiex teskludi r-rivali tagħha [78].

62. Min-naħa l-oħra, żieda tal-qawwa bħala xerrej tista' tkun ta' benefiċċju għall-kompetizzjoni. Jekk żieda tal-qawwa bħala xerrej tnaqqas l-ispejjeż tad-dħul mingħajr ma tirrestrinġi il-kompetizzjoni jew il-produzzjoni totali, allura parti minn dawn l-ispejjeż mnaqqsa x'aktarx illi jgħaddu għand il-konsumaturi fil-forma ta' prezzijiet iktar baxxi.

63. Sabiex tagħmel stima jekk għaqda sinjifikament tista' timpedixxi il-kompetizzjoni effettiva billi toħloq jew isaħħaħ il-qawwa tax-xerrej, analiżi tal-kondizzjonijiet kompetittivi fi swieq fil-linja ‘l fuq u valutazzjoni ta' l-effetti possibli kemm pożittivi kif ukoll negattivi deskritti hawn fuq huma għalhekk neċessarji.

V. IL-QAWWA KOMPENSATORJA TAX-XERREJ

64. Il-pressjoni kompetittiva fuq il-fornitur m'hijiex biss eżerċitata minn kompetituri imma tista' tiġi wkoll mill-klijent tiegħu. Anki ditti li għandhom ishma vera għolja ma jistgħux ikunu f'posizzjoni, wara l-formazzjoni ta' l-għaqda, li jimpedixxu sinjifikament il-kompetizzjoni effettiva, b'mod partikolari billi jaġixxu sa ċertu limitu indipendentament mill-klijenti tagħhom, jekk dawn ta' l-aħħar għandhom il-qawwa kompensatorja tax-xerrej [79].

65. Il-Kummissjoni tikkunsidra, meta rilevanti, sa liema punt il-klijenti ħa jkunu fil-posizzjoni biex jirribattu ż-żieda fil-qawwa fis-suq li x'aktarx għaqda toħloq xorta waħda. Jista' jkun hemm sors ta' qawwa kompensatorja tax-xerrej jekk klijent jista' kredibbilment ibeżża' li jagħmel użu, fi żmien raġonevoli, minn sorsi alternattivi ta' provvisti jekk il-fornitur jiddeċiedi li jgħolli l-prezzijiet [80] jew inkella li jgħarraq il-kwalità jew il-kondizzjonijiet tal-kunsinna. Dan ikun il-każ jekk ix-xerrej jista' jbiddel mill-ewwel għal fornituri oħra [81], jbeżża' b'mod krediblli li jintegra vertikalment fis-suq fil-linja ‘l fuq jew li jisponsorizza tkabbir fil-linja ‘l fuq jew id-dħul [82] bħal per eżempju billi jipperswadi wieħed li għandu l-potenzal li jidħol fis-suq billi jikkometti ruħu li jpoġġi ordnijiet kbar ma' din il-kumpannija. X'aktarx din it-tip ta' qawwa kompensatorja tal-bejjiegħ tkun għand klijenti kbar u sofistikati milli għand ditti żgħar f'industrija maqsuma [83]. Bejjiegħ jista' wkoll jeserċita l-qawwa kompensatorja tal-bejjiegħ billi jirrifjuta milli jixtri prodotti oħra li huma prodotti mill-fornitur jew, b'mod partikolari fil-każ ta' oġġetti li jdumu, iddewwem ix-xiri.

66. F'ċertu każi, jista' jkun importanti li jitqiesu l-inċentivi lix-xerrejja biex jagħmlu użu mill-qawwa tag'hom b'ala xerrejja [84]. Per eżempju, ditta fil-linja ‘l isfel tista' ma tixtieqx illi tagħmel investiment billi tisponsorizza dħul ġdid jekk il-benefiċċji ta' dan id-dħul skond it-temini ta' spejjeż tad-dħul li huma iktar baxxi jista' wkoll jiġu meħuda mill-kompetituri tagħha.

67. Il-qawwa kompensatorja tal-bejjiegħ ma tistax tiġi kkunsidrata bħala biżżejjed biex tpaċi l-effetti negattivi potenzali ta' l-għaqda jekk wara l-formazzjoni ta' l-għaqda hi tista' tassigura biss li settur partikolari ta' klijenti [85], b'qawwa ta' negozjar partikolari, huwa protett minn prezzijiet li huma sinjifikament għola jew kondizzjonijiet li huma mgħarrqa [86]. Barra minn hekk, m'huwiex biżżejjed illi l-qawwa tal-bejjiegħ teżisti qabel il-formazzjoni ta' l-għaqda, hi għandha teżisti wkoll u tibqa' effettiva wara l-formazzjoni ta' l-għaqda. Dan għaliex l-għaqda ta' żewġ fornituri tista' tnaqqas l-qawwa tal-bejjiegħ jekk hi għaldaqstant tneħħi alternattiva li hija kredibbli.

VI. ID-DĦUL

68. Meta d-dħul f'suq huwa biżżejjed faċli, x'aktarx li għaqda mhux se toħloq riskji anti-kompetittivi sinjifikanti. Għalhekk, analiżi tad-dħul jikkostitwixxi element importanti ta' l-istima komplessiva tal-kompetizzjoni. Biex id-dħul jiġi meqjus bħala restrizzjoni kompetittiva suffiċjenti fuq il-partijiet magħquda, għandu jidher li hu probabbli, għal perijodu ta' żmien u suffiċjenti biex jiskoraġixxi jew jegħleb kull effett anti-kompetittiv ta' l-għaqda li huwa potenzali.

Probabbilta' ta' dħul

69. Il-Kummissjoni teżamina jekk id-dħul huwiex probabbli jew jekk id-dħul potenzali x'aktarx illi jirrestrinġi l-aġir ta' dawk li jserrħu fuq ħaddieħor wara l-formazzjoni ta' l-għaqda. Biex id-dħul ikun probabbli, jeħtieġ li tkun biżżejjed ta' profit wara li jiġu meqjusa l-effetti tal-prezz ta' l-injezzjoni tal-produzzjoni addizzjonali fis-suq u r-risposti potenzali ta' dawk li jserrħu fuq ħaddieħor. Id-dħul huwa x'aktarx inqas probabbli jekk ikun biss ekonomikament viabbli fuq skala kbira, u li b'hekk jirriżulta fuq livelli tal-prezz li huma sinjifikament depressi. U d-dħul x'aktarx ikun aktar diffiċli jekk l-intrużi (dawk li jserrħu ma' ħaddieħor) huma kapaċi li jipproteġu l-ishma li għandhom billi joffru kuntratti fuq termini twal jew billi jagħtu riduzzjonijiet ta' prezzijiet li huma speċifikament prelatati lil dawk il-klijenti li dak li qed jidħol qiegħed jipprova jakkwista. Barra minn hekk, riskju għoli u spejjeż ta' dħul li ma rnexxiex jistgħu jagħmlu d-dħul inqas probabbli. L-ispejjeż ta' dħul li ma rnexxiex ikunu ikbar, iktar ma jkun għoli l-livell tan-nefqa li tinżel/tonqos li hija assoċjata mad-dħul [87].

70. Dawk li qegħdin f'qagħda potenzali li ħa jidħlu jistgħu jiltaqaw ma' restrizzjonijiet tad-dħul li jistabilixxu r-riskji tad-dħul u l-ispejjeż u li b'hekk għandhom impatt fuq il-profitt tad-dħul. Restrizzjonijiet tad-dħul huma fattizji speċifiċi tas-suq, li jagħtu lil ditti li jserrħu vantaġġi fuq kompetituri potenzali. Meta r-restrizzjonijiet tad-dħul huma baxxi, x'aktarx li l-partijiet magħquda jkunu aktar ristretti mid-dħul. Bil-kuntrarju, meta r-retrizzjonijiet tad-dħul huma għolja, ż-żidiet fil-prezz mid-ditti magħquda ma jkunux sinjifikament ristretti mid-dħul. Eżempji storiċi tad-dħul u l-ħruġ fl-industrija jistgħu jipprovdu informazzjoni utli dwar id-daqs tar-restrizzjonijiet tad-dħul.

71. Restrizzjonijiet tad-dħul jistgħu jieħdu diversi forom

(a) Vantaġġi legali advantages jkopru sitwzzjonijiet meta restrizzjonijiet regolatorji jillimitaw in-numru ta' dawk il-parteċipanti fis-suq billi, per eżempju, jirrestrinġu n-numru tal-liċenzi [88]. Dawn ikopru wkoll tariffi u restrizzjonijiet ta' snajja' li m'għandhomx tariffa [89].

(b) Dawk li jserrħu fuq ħaddieħor jistgħu wkoll igawdu vantaġġi tekniċi, bħal aċċess preferenzali għall-faċilitajiet essenzali, riżorsi naturali [90], innovazzjoni u R & Ż [91], jew drittijiet ta' proprjeta' intellettwali [92], li jagħmluha diffiċli għal kwalunkwe ditta biex tikkompeti b'suċċess. Per eżempju, f'ċertu indusriji, tista' tkun diffiċli biex tikseb materjali tad-dħul essenzali, jew il-patenti jistgħu jipproteġu il-prodotti jew il-proċessi. Fatturi oħra bħal ekonomiji ta' skala u skop, distribuzzjoni u networks ta' bejgħ [93], aċċees għal teknoloġiji importanti, jistgħu wkoll jikkostitwixxu restrizzjonijiet tad-dħul.

(ċ) Barra min hekk, restrizzjonijiet tad-dħul jistgħu jeżistu wkoll minħabbal-posizzjoni stabbilita tad-ditta li sserraħ fis-suq. B'mod partikolari, tista' tkun diffiċli biex tidħol f'industrija partikolari għaliex esperjenza jew reputazzjoni hija neċessarja sabiex tikkompeti effettivament, issa t-tnejn li huma jistgħu jkunu diffiċli biex jinkisbu minn wieħed li għadu ħa jidħol. Fatturi bħall-lealta' tal-konsumaturi għal tikketta partikolari [94], il-viċinanza tar-relazzjonijiet bejn il-fornituri u l-klijenti, l-importanza tal-promozzjoni u r-riklamar, jew żvantaġġi oħra dwar ir-reputazzjoni [95] jiġu meqjusa f'dan il-kuntest. Restrizzjonijiet tad-dħul ikopru wkoll sitwazzjonijiet meta dawk li jserrħu diġa' kkommettew ruħhom biex jibnu kapaċità ta' eċċess kbir [96], jew fejn l-ispejjeż li jħabbtu magħhom il-klijenti meta jmorru għand fornitur ġdid jistgħu jirrestrinġu d-dħul.

72. L-evoluzzjoni mistennija fis-suq għandha tiġi meqjusa meta jiġi valutat jekk id-dħul ħa jkun ta' profitt jew le. X'aktarx illi d-dħul huwa iktar ta' profitt f'suq li hu mistenni li jesperjenza tkabbir għoli fil-futur [97] milli f'suq li huwa matur jew mistenni li jinżel [98]. Ekonomiji ta' skala jew effetti ta' networks jistgħu jagħmlu d-dħul mhux ta' profitt sakemm dak li ħa jidħol jista' jikseb sehem biżżejjed kbir fis-suq [99].

73. Id-dħul ikun probabbli jekk il-fornituri fi swieq oħra diġa' għandhom faċilitajiet ta' produzzjoni li jistgħu jiġu użati biex jidħlu fis-suq inkwijoni, li b'hekk inaqqas in-nefqa tad-dħul li tinżel/tonqos. Iktar ma tkun żgħira id-differenza tal-profittabilità bejn id-dħul li sar u d-dħul li ma sarx qabel il-formazzjoni ta' l-għaqda, iktar huwa probabbli li jkun hemm rijallokazzjoni tal-faċilitajiet ta' produzzjoni.

Ħin f'waqtu

74. Il-Kummissjoni teżamina jekk id-dħul huwa biżżejjed veloċi u sostenut biex jiskoraġġixxi jew jegħleb l-eżeċizzju tal-qawwa fis-suq. Il-perijodu ta' żmien li huwa kkostitwit b'mod xieraq jiddependi fuq il-karatteristiċi u d-dinamiċi tas-suq, kif ukoll fuq il-kapaċijiet speċifiċi ta' dawk li għandhom il-potenzal li jidħlu [100]. Madankollu, d-dħul huwa normalment meqjus biż-żmien biss jekk iseħħ fi żmien sentejn.

Suffiċjenza

75. Id-dħul jeħtieġ li jkun ta' skop u importanza suffiċjenti biex jiskoraġġixxi u jegħleb l-effetti anti-kompetittivi ta' l-għaqda [101]. Dħul ta' skala żgħira, per eżempju f'ċertu suq "niche", jista' ma jkunx meqjus biżżejjed.

VII. EFFIĊJENZI

76. Riorganizazzjonijiet li għandhom korp magħqud fil-forma ta' għaqdiet, jistgħu jkunu konformi mal-ħtiġijiet tal-kompetizzjoni dinamika u huma kapaċi li jżidu l-kompetittività ta' l-industrija, li b'hekk ttejjeb il-kondizzjonijiet tat-tkabbir u tgħolli l-livell tal-ħajja fil-Komunità [102]. Huwa possibli li l-effiċjenzi li ġew minn għaqda jirribattu l-effetti fuq il-kompetizzjoni u b'mod partikolari l-ħsara potenzali lill-konsumaturi li jista' jkollhom xorta waħda [103]. Biex issir stima jekk għaqda tista' sinjifikament timpedixxi l-kompetizzjoni effettiva, b'mod partikolari bil-ħolqien jew bit-tisħiħ ta' posizzjoni dominanti, fis-sens ta' l-Artikolu 2(2) u (3) tar-Regolamnet dwar l-għaqdiet, il-Kummissjoni twettaq valutazzjoni kompetittiva komplessiva ta' l-għaqda. Waqt li tagħmel din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni tqis il-fatturi msemmija fl-Artikolu 2(1), inkluż l-iżvilupp tal-progress tekniku u ekonmiku sakemm huwa ta' vantaġġ għal konsumatur u ma jifformax ostaklu għal kompetizzjoni [104].

77. Il-Kummissjoni tista' tqis kwalunkwe pretensjoni ta' effiċjenzi sostanzjati fl-istima komplessiva ta' l-għaqda. Hi tista' tiddeċiedi li, bħala konsegwenza ta' l-effiċjenzi li l-għaqda ġġib magħha, m'hemm l-ebda raġuni biex tiddikjara l-għaqda inkompatibbli mas-suq komuni skond l-Artikolu 2(3) tar-regolament dwar l-għaqdiet. Dan ikun il-każ meta l-Kummissjoni hija fil-posizzjoni li tikkonkludi fuq bażi biżżejjed ta' evidenza li l-effiċjenzi maħluqa mill-għaqda x'aktarx illi jkabbru l-kapaċita u l-inċentiv ta' l-entità magħquda biex taġixxi favur il-kompetizzjoni għal ġid tal-konsumaturi, u b'hekk tirribatti l-effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni li l-għaqda tkun setgħet għamlet.

78. Biex il-Kummissjoni tqis il-pretensjonijiet ta' l-effiċjenzi fl-istima tagħha ta' l-għaqda u tkun f'posizzjoni li tasal għal konklużjoni li bħala konsegwenza ta' l-effiċjenzi, m'hemm l-ebda raġuni biex tiddikjara l-għaqda bħala inkompatibbli mas-suq komuni, l-effiċjenzi jridu jkunu ta' benefiċċju lill-konsumaturi, jkunu speċifiċi għall-għaqda u jkunu verifikabbli. Dawn il-kondizzjonijiet huma kumulattivi.

Il-benifiċċju għall-konsumaturi

79. Il-fattur rilevanti biex issir stima tal-pretensjonijiet tal-effiċjenzi huwa li l-konsumaturi [105] ma jkunux aktar agħar bħala riżultat ta' l-għaqda. Għal dak il-għan, effiċjenzi jeħtieġ li jkunu sostanzjali u bi żmien, u jeħtieġu, bi prinċipju, jagħtu benefiċċju lill-konsumaturi f'dawk is-swieq rilevanti fejn x'aktarx xorta waħda jkun hemm preokkupazzjonijiet fuq is-suq.

80. Għaqdiet jistgħu jġibu magħhom diversi tipi ta' qligħ minn effiċjenzi li jistgħu jwasslu għal prezzijiet aktar baxxi jew benefiċċji oħra lill-konsumaturi. Per eżempju, riżerva ta' ispejjeż fuq il-produzzjoni jew id-distribuzzjoni tista' tagħti lill-entità magħquda l-kapaċità u l-inċentiv biex timponi prezzijiet aktar baxxi wara l-formazzjoni ta' l-għaqda. cost efficiencies that lead to reductions in variable or marginal costsKonformi mal-bżonn li taċċerta jekk l-effiċjenzi ħa jwasslu għal benefiċċju nett lill-konsumaturi, [106] huma x'aktarx iktar rilevanti għall-istima ta' l-effiċjenzi mit-tnaqqis fi spejjeż fissi; dawn ta' l-ewwel huma, bi prinċipju, aktar probabbli li jirriżultaw fi prezzijiet iktar baxxi għal konsumaturi [107]. Tnaqqis ta' spiża, li jirriżultaw kemm kemm minn tnaqqis anti-kompetittiv fil-produzzjoni, ma jistgħux jiġu meqjusa bħala effiċjenzi li jibbenefikaw minnhom il-konsumaturi.

81. Konsumaturi jistgħu jibbenefikaw ukoll minn prodotti jew servizzi ġodda jew mtejba, bħal per eżempju dawk li jirriżultaw minn qligħ ta' l-effiċjenzi fl-isfera tar-R & Ż u innovazzjoni. Kumpannija joint venture mwaqqfa biex tiżviluppa prodott ġdid tista' tagħti lok għal tip ta' effiċjenzi li l-Kummisjoni tista' tieħu in konsiderazzjoni.

82. Fil-kuntest ta' l-effetti kkordinati, l-effiċjenzi jistgħu jżidu l-inċentiv ta' l-entità magħquda biex iżżid il-produzzjoni u tnaqqas il-prezzijiet, u b'hekk tnaqqas l-inċentiv tagħha li tikkordina l-aġir tagħha fis-suq ma' ditti oħra fis-suq. Effiċjenzi għalhekk jistgħu jwasslu għal riskju inqas ta' effetti kkordinati fis-suq rilevanti.

83. Ġeneralment, aktar ma' l-effiċjenzi jdumu milli jimmaterjalizzaw fil-futur kif ikun mistenni, il-Kummissjoni inqas toffrilhom importanza. Dan jimplika li, biex jiġu meqjusa bħala fattur ta' kontrobatittu, l-effiċjenzi għandhom ikunu bi żmien.

84. L-inċentiv min-naħa ta' l-entità magħquda biex tgħaddi qligħ ta' l-effiċjenzi lill-konsumaturi huwa spiss relatat ma' l-eżistenza tal-pressjoni kompetittiva mid-ditti li jibqgħu fis-suq u mid-dħul potenzali. Iktar m'huwa possibli li jkun hemm effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni, iktar il-Kummissjoni trid tkun ċerta li l-effiċjenzi li huma pretiżi huma sostanzjali, illi x'aktarx jkunu ħa jseħħu u li ħa jkunu mgħoddija, sa ċertu punt suffiċjenti, lill-konsumatur. Ma tantx huwa probabbli li għaqda li qiegħda timmira għal posizzjoni fis-suq li qiegħda tapproċċja dik ta' monopolju, jew li timmira għal livell simili tal-qawwa fis-suq, tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq komuni fuq il-bażi li l-qligħ tal-effiċjenzi jkunu biżżejjed biex jirribattu l-effetti anti-kompetittivi potenzali tagħha.

L-ispeċifiċità ta' l-għaqda

85. L-effiċjenzi huma rilevanti għall-istima kompetittiva meta huma konsegwenza diretta ta' l-għaqda li ġiet innotifikata u ma jistgħux jiġu miksuba b'metodu simili b'inqas alternattivi anti-kompetittivi. F'dawn iċ-ċirkostanzi, l-effiċjenzi huma meqjusa li huma kkawżati mill-għaqda u allura, speċifiċi għall-għaqda [108]. Il-partijiet magħquda jridu jipprovdu fi żmien propizju l-informazzjoni rilevanti kollha li hija neċessarja biex turi li m'hemmx inqas alternattivi anti-kompetittivi, alternattivi realistiċi u alternattivi oħra li jistgħu jinkisbu ta' natura li m'hijiex konċentrattiva (eż. ftehim dwar il-liċenzi, jew joint venture koperattiva) jew ta' natura konċentrattiva (eż. joint venture konċentrattiva, jew għaqda li hija strutturata b'mod differenti) mill-għaqda li hija nnotifikata, li tippreserva l-effiċjenzi li huma pretiżi. Il-Kummissjoni tikkunsidra biss alternattivi li huma raġonevolment prattiċi fis-sitwazzjoni kummerċjali meta mħabbta ma' partijiet magħquda, wara li jiġu ikkunsidrati il-prattiki kimmerċjali li huma stabbiliti fl-industrija inkwistjoni.

Verifikabbilità

86. L-effiċjenzi għandhom ikunu verifikabbli sabiex il-Kummissjoni tkun ċerta b'mod raġonevoli li l-effiċjenzi x'aktarx ħa jimmaterjalizzaw, u ħa jkunu biżżejjed sostanzjali biex jirribattu il-ħsara potenzali ta' l-għaqda lill-konsumaturi. Iktar mal-pretensjonijiet tal-effiċjenzi jkunu preċiżi u konvinċenti, iktar il-Kummissjoni tkun f'posizzjoni aħjar biex tevalwa dawn il-pretensjonijiet. Meta huma raġonevolment possibli, l-effiċjenzi u l-benefiċċju li jirriżulta lill-konsumaturi għandhom għalhekk jiġu kkwantifikati. Meta d-data neċessarja mhix disponibbli biex ikun hemm analiżi kwantitattiva li hija preċiża, irid ikun possibbli li jkun previst impatt pożittiv fuq il-konsumaturi li huwa identifikabbli b'mod ċar u mhux b'mod marġinali. B'mod ġenerali, iktar mal-bidu ta' l-effiċjenzi jkun proġettat fit-tul fil-futur, probabbilment illi l-Kummissjoni tkun inqas kapaċi li tassenja lill-effiċjenzi li seħħew attwalment.

87. Ħafna mill-informazzjoni, li tħalli lill-Kummissjoni tagħmel stima jekk l-għaqda ħa ġġib magħha x-xorti ta' effiċjenzi li jħalluha tneħħi l-għaqda, tkun biss fil-pusssess tal-partijiet magħquda. Huwa, għalhekk, obbligu fuq il-partijiet li ġew innotifikati biex jipprovdu fi żmien propizju l-informazzjoni rilevanti kollha li hija neċessarja biex juru li l-effiċjenzi li ġew pretiżi huma speċifiċi għall-għaqda u probabbilment li ħa jseħħu. Bl-istess mod, il-partijiet li ġew innotifikati għandhom juru sa liema punt l-effiċjenzi x'aktarx ħa jirribattu l-effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni li kieku jistgħu jirriżultaw mill-għaqda, u allura jkunu ta' benefiċċju għall-konsumaturi.

88. Evidenzi rilevanti għall-istima tal-pretensjonijiet tal-effiċjenzi jinkludu, b'mod partikolari, dokumenti interni li ġew użati mill-amministrazzjoni biex tiddeċiedi fuq l-għaqda, dikjarazzjonijiet mill-amministrazzjoni lis-sidien u lis-swieq finanzjarji dwar l-effiċjenzi li huma mistennija, eżempji storiċi ta' effiċjenzi u l-benefiċċju tal-konsumatur, u studji ta' esperti esterni fuq il-posizzjoni qabel il-formazzjoni ta' l-għaqda fuq it-tip u d-daqs tal-qligħ ta' l-effiċjenzi, u sa liema limitu l-konsumaturi x'aktarx ħa jibbenefikaw.

VIII. DITTA FI STAT TA' FALLIMENT

89. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li għaqda problematika oħra hija xorta waħda kompatibbli mas-suq komuni jekk waħda mill-partijiet magħquda hija ditta fi stat ta' falliment. L-element bażiku huwa li t-tgħarriq ta' l-istruttura kompetittiva li sseħħ wara l-formazzjoni ta' l-għaqda ma tistax tingħad li hija kkawżata mill-għaqda [109]. Dan iseħħ meta l-istruttura kompetittiva tas-suq tkun ħa tgħarraq għallinqas sa l-istess punt li kieku jkun hemm fin-nuqqas ta' l-għaqda [110].

90. Il-Kummissjoni tqis dawn it-tliet kriterji li ġejjin bħala rilevanti speċjalment għall-applikazzjoni tad-difiża ta' ditta fi stat ta' falliment. L-ewwel nett, dik id-ditta li allegatament hija fi stat ta' falliment tista' fil-futur ġejjieni tiġi sfurzata barra mis-suq minħabba d-diffikultajiet finanzjarji sakemm ma tiġix meħuda minn impriża oħra. It-tieni nett, m'hemmx bejgħ alternattiv li huwa anti-kompetittiv inqas mill-għaqda li ġiet innotifikata. It-tielet nett, fin-nuqqas ta' għaqda, l-assi tad-ditta fi stat ta' falliment x'aktarx illi inevitabbilment joħorġu mis-suq [111].

91. Il-partijiet li ġew innotifikati jridu jipprovdu fi żmien propizju l-informazzjoni rilevanti kollha li hija neċessarja biex juru li t-tgħarriq ta' l-istruttura kompetittiva li seħħet wara l-formazzjoni ta' l-għaqda mhix ikkawżata mill-għaqda."

[1] ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 ta’ l-20 ta’ Jannar 2004 (ĠU L 24, tad-29.1.2004, p. 1).

[2] Każ T-102/96, Gencor v Kummissjoni, (1999) ECR II-753, paragrafu 200. Ara l-każijiet mehmuża C-68/94 u C-30/95, Franza u oħrajn v Kummissjoni (hawnhekk iżjed ‘il quddiem "Kali u Salz"), (1998) ECR I-1375, paragrafu 221. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, għaqda tista’ tagħti lok għal ħolqien jew għat-tisħiħ ta’ posizzjoni dominanti fuq parti ta’ impriża li m’hijiex parti mill-operazzjoni li ġiet notifikata (ara Każ IV/M.1383 - Exxon/Mobil, punti 225-229; Każ COMP/M.2434 - Grupo Villar MIR/EnBW/Hidroelectrica del Cantabrico, punti 67-71).

[3] See also Joined Cases(3) C-68/94 u C-30/95, Kali u Salz, paragrafu 170.

[4] Ara premessi 25 u 26 tar-Regolament dwar l-għaqdiet.

[5] It-terminu "konċentrazzjoni" użat fir-Regolament dwar l-għaqdiet ikopri diversi tipi ta’ operazzjonijiet bħal għaqdiet, akkwisti, takeovers, u ċerti tipi ta’ joint ventures. Fil-bqija ta’ dan l-avviż, sakemm ma jiġix speċifikat xort’oħra, it-terminu ‘għaqda’ ħa jiġu użat bħala sinonimu għal konċentrazzjoni u għalhekk ikopri it-tipi kollha ta’ operazzjonijiet hawn fuq imsemmija.

[6] L-avviż ma jkoprix l-istima ta’ l-effetti fuq il-kompetizzjoni li għaqda għandha fi swieq oħra, inklużi l-effetti vertikali u konglomerattivi. Lanqas ma tkopri l-istima ta’ l-effetti ta’ joint venture kif msejħa fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament dwar l-għaqdiet.

[7] L-espressjoni għandha tiġi miftiehma biex tkopri wkoll sitwazzjonijiet fejn, per eżempju, prezzijiet huma inqas mnaqqsa, jew inkella m’humiex probabbli li jonqsu, milli jiġrilhom kieku ma kienx hemm l-għaqda u fejn il-prezzijiet saru aktar għolja, jew inkella huma aktar probabbli li jogħlew, milli jiġrilhom kieku ma kienx hemm l-għaqda.

[8] B’analoġija, fil-każ ta’ għaqda li ġiet implimentata mingħajr ma ġiet innotifikata, il-Kummissjoni tagħmel l-istima ta’ l-għaqda fid-dawl tal-kondizzjonijiet kompetittivi li kienu jipprevalu kieku l-għaqda ma ġietx implimentata.

[9] Ara, eż. Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/526/KE fil-Każ IV/M.950 - Hoffmann La Roche/Boehringer Mannheim, ĠU L 234, tal-21.8.1998, pġ 14, punt 13; Każ IV/M.1846 - Glaxo Wellcome/SmithKline Beecham, punti 70-72; Każ COMP/M.2547 - Bayer/Aventis Crop Science, punti 324 et seq.

[10] Ara, eż. Każ T-102/96, Gencor v Kummissjoni, (1999) ECR II-753, paragrafi 247-263.

[11] ĠU C 372, 09.12.1997, p. 5.

[12] Ara Każ T-102/96, Gencor v Kummissjoni, (1999) ECR II-753, paragrafu 262, u Każ T-342/99, Airtours v Kummissjoni, (2002) ECR II-2585, paragrafu 280.

[13] Għall-kalkolu ta’ l-ishma fis-suq, aea wkoll l-Avviż tal-Kummissjoni fuq it-tifsira tas-suq rilevanti għall-finijiet tal-liġi tal-Kompetizzjoni fil-Komunità, ĠU C 372, tad-9.12.1997, p. 3, paragrafi 54-55.

[14] Ara, eż. Każ COMP/M.1806 - Astra Zeneca/Novartis, punti 150 u 415.

[15] Meta rilevanti, ishma fis-suq jistgħu jiġu aġġustati, b’mod partikolari, biex jingħata kont għall-interessi kkontrollati f’ditti oħra (Ara, eż. Każ IV/M.1383 - Exxon/Mobil, punti 446-458; Każ COMP/M.1879 - Boeing/Hughes, punti 60-79; Każ COMP/JV 55 - Hutchison/RCPM/ECT, punti 66-75), jew għal arranġamenti oħra ma’ terzi persuni (Ara, per eżempju, fir-rigward ta’ sub-kuntratturi, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/769/KE fil-Każ COMP/M.1940 - Framatome/Siemens/Cogema, ĠU L 289, tas-6.11.2001, p. 8, punt 142).

[16] Ara, eż. Każ COMP/M.2256 - Philips/Agilent Health Care Technologies, punti 31-32, u Każ COMP/M.2609 - HP/Compaq, punt 39.

[17] Ara, eż. Każ IV/M.1365 - FCC/Vivendi, punt 40; Każ COMP/JV 55 - Hutchison/RCPM/ECT, punt 50. Jekk xieraq, il-Kummissjoni tista’ tagħmel użu wkoll minn miżuri oħra għall-konċentrazzjoni bħal, per eżempju, proporzjonijiet tal-konċentrazzjoni, li jkejlu s-sehem komplessiv fis-suq ta’ numru żgħir (ġeneralment tlieta jew erba’) tad-ditti l-kbar fis-suq.

[18] Per eżempju, suq li jinsabu fih ħames ditti b’ishma fis-suq ta’ 40 %, 20 %, 15 %, 15 %, u 10 %, rispettivament, għandu l-IHH ta’ 2550 (402 + 202 + 152 + 152 + 102 = 2550). L-IHH ivarja minn viċin taż-żero (f’suq atomistiku) għall-10000 (fil-każ ta’ monopolju).

[19] Iż-żieda fil-konċentrazzjoni kif imkejla mill-IHH tista’ jiġi kkalkulata indipendentament mis-suq komplessiv tal-konċentrazzjoni billi tirdoppja il-prodott ta’ l-ishma fis-suq tad-ditti magħquda. Per eżempju, għaqda ta’ żewġ ditti b’ishma fis-suq ta’ 30 % u 15 % rispettivament jiżdied bl-IHH ta’ 900 (30 × 15 × 2 = 900). L-ispjegazzjoni ta’ dan il-metodu ta’ teknika hija kif ġejja: Qabel il-formazzjoni ta’ l-għaqda, l-ishma fis-suq tad-ditti magħquda jikkontribwixxu individwalment għall-IHH bil-kwadri tagħhom: (a)2 + (b)2. Wara l-formazzjoni ta’ l-għaqda, il-kontribuzzjoni huwa l-kwadru tas-somma tagħhom: (a + b)2, li jiġi l-istess għal (a)2 + (b)2 + 2ab. Iz-zieda fl-IHH huwa għalhekk rappreżentat minn 2ab.

[20] Każ T-221/95, Endemol v Kummissjoni, (1999) ECR II-1299, paragrafu 134, u Każ T-102/96, Gencor v Kummissjoni, (1999) ECR II-753, paragrafu 205. Hija domanda distinta jekk posizzjoni dominanti ġiet maħluqa jew imsaħħa bħala riżultat ta’ l-għaqda.

[21] Ara, eż. Każ COMP/M.2337 - Nestlé/Ralston Purina, punti 48-50.

[22] Ara, eż. id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/674/KE f’Każ IV/M.1221 - Rewe/Meinl, ĠU L 274, tat-23.10.1999, p. 1, punti 98-114; Każ COMP/M.2337 - Nestlé/Ralston Purina, punti 44-47.

[23] Il-kalkolu ta’ l-ishma fis-suq jiddependi b’mod kritiku fuq id-definizzjoni tas-suq. Għandu jiġi enfasizzat li l-Kummissjoni mhux neċessarjament taċċetta d-definizzjoni tas-suq kif proposta mill-partijiet.

[24] Premessi 32 tar-Regolament dwar l-għaqdiet. Madankollu, indikazzjoni bħal din ma tapplikax għal każijiet fejn l-għaqda li qiegħda tiġi proposta toħloq jew issaħħaħ posizzjoni dominanti kollettiva li tinvolvi ‘l-impriżi inkwistjoni’ u terzi persuni oħra (ara l-każijiet mehmuża C-68/94 u C-30/95, Kali u Salz, (1998) ECR I-1375, paragrafi 171 et seq.; u Każ T-102/96, Gencor v Kummissjoni, (1999) ECR II-753, paragrafi 134 et seq.).

[25] Fi swieq bi cross-shareholdings jew joint ventures, il-Kummissjoni tista’ tagħmel użu minn IHH li ġie mmodifikat, li jqis dan il-pussess ta’ l-ishma (ara, eż. Każ IV/M.1383 - Exxon/Mobil, punt 256).

[26] Ara paragrafu 17.

[27] Spiss msejħa wholl effetti "unilaterali".

[28] Dawn ir-reazzjonijiet li huma mistenija mill-kompetituri jistgħu jkunu fattur rilevanti li jinfluwenza l-inċentivi ta’ l-entità magħquda li tgħolli l-prezzijiet.

[29] Suq oligopolistiku jirreferi għall-istruttura fis-suq ta’ numru limitat ta’ ditti li għandhom daqs tajjeb. Id-ditti oligopolistiċi huma interdipendenti minħabba li l-aġir ta’ ditta waħda għandha impatt sostanzjali fuq il-kondizzjonijiet kolmplessivi fis-suq, u b’hekk indirettament fuq is-sitwazzjoni ta’ kull waħda mid-ditti l-oħra.

[30] Premessi 25 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

[31] Ara, b’mod partikolari, paragrafi 17 u 18.

[32] Prodotti jistgħu jiġu differenzati f’diversi modi. Per eżempju, jista’ jkun hemm differenza f’termini ta’ lokalità ġeografika, bbażata fuq fergħa jew lokalità ta’ l-imħażen; kwistjonjiet ta’ lokalità fuq distribuzzjoni ta’ imnut, banek, aġenziji ta’ l-ivvjaġġar, jew pompi tal-petrol. Bl-istess mod, id-differenza tista’ tkun bbażata fuq id-dehra tat-tikketta, l-ispeċifikazzjonjiet tekniċi, l-kwalità jew il-livell tas-servizzi. Il-livell ta’ riklamar f’suq jista’ jkun indikatur ta’ l-isforzi tad-ditti biex jiddiferenzaw il-prodotti tagħhom. Għal prodotti oħra, xerrejja biex jagħmlu użu minn prodott ta’ kompetitur jistgħu jbatu l-ispejjeż tal-bdil.

[33] Għat-tifsir tas-suq rilevanti, ara l-Avviż tal-Kummissjoni fuq it-tifsira tas-suq rilevanti għall-finijiet tal-liġi tal-Kompetizzjoni fil-Kommunità, ċitata hawn fuq.

[34] Ara per eżempju Każ COMP/M.2817 - Barilla/BPS/Kamps, punt 34; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/403/KE fil-Każ COMP/M.1672 - Volvo/Scania, ĠU L 143, tad-29.5.2001, p. 74, punti 107-148.

[35] Ara, eż. id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/893/KE fil-Każ IV/M.430 - Procter & Gamble/VP Schickedanz (II), ĠU L 354, tal-21.6.1994, p. 32, Case T-290/94, Kaysersberg v Kummissjoni, (1997) II-2137, paragrafu 153; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/610/KE fil-Każ IV/M.774 - Saint-Gobain/Wacker-Chemie/NOM, ĠU L 247, ta’ l-10.9.1997, p. 1, punt 179; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/156/KE fil-Każ COMP/M.2097 - SCA/Metsä Tissue, ĠU L 57, tas-27.2.2002, p. 1, punti 94-108; Każ T-310/01, Schneider v Kummissjoni, (2002) II-4071, parafu 418.

[36] Tipikament, il-marġini rilevanti (m) huwa d-differenza bejn il-prezz (p) u n-nefqa li tiżdied (n) tal-fornitura ta’ unità waħda oħra ta’ ħruġ espressa bħala l-perċentwal tal-prezz (m = (p - n)p)).

[37] Ara, eż. Każ IV/M.1980 - Volvo/Renault VI, punt 34; Każ COMP/M.2256 - Philips Agilent/Health Care Solutions, punti 33-35; Każ COMP/M.2537 - Philips/Marconi Medical Systems, punti 31-34.

[38] L-elastiċita bejn prezz u ieħor tad-domanda tkejjel il-limitu sa fejn il-kwantità tal-prodott li għandha domanda fuqha tinbidel bħala risposta għall-bidla fil-prezz ta’ xi prodott ieħor, dejjem jekk l-affarijiet l-oħra jibqgħu l-istess. Il-prezz elastiku proprju jkejjel il-limitu sa fejn id-domanda ta’ prodott jinbidel bħala risposta għall-bidla fil-prodott innifsu.

[39] Il-proporzjon ta’ diversjoni minn prodott A għal prodott B ikejjel il-proporzjon tal-bejgħ ta’ prodott A li ġie mitluf minħabba ż-żieda fil-prezz ta’ A u li ġie meħud minn B.

[40] Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/816/KE fil-Każ IV/M.877 - Boeing/McDonnell Douglas, ĠU L 336, tat-8.12.1997, p. 16, punti 58 et seq.; Każ COMP/M.3083 - GE/Instrumentarium, punti 125 et seq.

[41] Spejjeż li jinżlu/jonqsu huma spejjeż li ma jistgħux jiġu miġbura mal-ħruġ mis-suq.

[42] Ara eż. id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/156/KE fil-Każ IV/M.877 - Boeing/McDonnell Douglas, ĠU L 336, tat-8.12.1997, p. 16, punt 70.

[43] Ara, eż. Każ IV/M. 986 - Agfa Gevaert/DuPont, ĠU L 211, tad-29.7.1998, p. 22, punti 63-71.

[44] Ara, eż. Każ COMP/M.2187 - CVC/Lenzing, punti 162-170.

[45] Meta jiġi analizzat t-tkabbir possibli tal-kapaċità mir-rivali, il-Kummissjoni tikkunsidra fatturi li huma simili għal dawk deskritti fit-taqsima VI dwar id-dħul. Ara, eż. Każ COMP/M.2187 - CVC/Lenzing, punti 162-173.

[46] Ara, eż. Każ T-221/95, Endemol v Kummissjoni, (1999) ECR II-1299, paragrafu 167.

[47] Ara, eż. Każ T-22/97, Kesko v Kummissjoni, (1999), ECR II-3775, paragrafi 141 et seq.

[48] Ara, eż. id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/684/KE fil-Każ M.1671 - Dow kimiċi/Union Carbide ĠU L 245, ta’ l-14.9.2001, p. 1, punti 107-114.

[49] Ara, eż. id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/435/EC fil-Każ IV/M.623 - Kimberly-Clark/Scott, ĠU L 183, tat-23.7.1996, p. 1; Każ T-114/02, Babyliss SA v Kummissjoni ("Seb/Moulinex"), (2003) ECR II-000, paragrafi 343 et seq.

[50] Dan hu, per eżempju, il-każ f’networks ta’ industriji bħal enerġija, telekomunikazzjonijiet u industriji oħra tal-komunikazzjoni.

[51] Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 99/287/EC fil-Każ IV/M.1069 - Worldcom/MCI, ĠU L 116, ta’ l-4.5.1999, p. 1, punti 117 et seq.; Każ IV/M.1741 - MCI Worldcom/Sprint, punti 145 et seq.; Każ IV/M.1795 - Vodafone Airtouch/Mannesmann, punti 44 et seq.

[52] Każ T-156/98 RJB Mining v Kummissjoni (2001) ECR II-337.

[53] Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/156/KE fil-Każ IV/M.877 - Boeing/McDonnell Douglas, ĠU L 336, tat-8.12.1997, p. 16, punt 58; Każ COMP/M.2568 - Haniel/Ytong, punt 126.

[54] Bħala eżempju ta’ prodotti pipeline ta’ parti magħquda waħda li x’aktarx tikkompeti mal-pipeline jew il-prodotti eżistenti tal-parti l-oħra, ara, eż. Każ IV/M.1846 - Glaxo Wellcome/SmithKline Beecham, punt 188.

[55] Każ T-102/96, Gencor v Kummissjoni, (1999) ECR II-753, paragrafu 277; Każ T-342/99, Airtours v Kummissjoni, (2002) ECR II-2585, paragrafu 61.

[56] Dan jista’ jkun il-każ jekk l-oligopolisti għażlu li jikkonċenraw il-bejgħ tagħhom f’lokalitajiet differenti minħabba raġunijiet storiċi.

[57] Każ T-342/99, Airtours v Kummissjoni, (2002) ECR II-2585, paragrafu 62.

[58] Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/553/KE fil-Każ IV/M.190 - Nestlé/Perrier, ĠU L 356, tal-5.12.1992, p. 1, punti 117-118.

[59] Ara, eż. Każ IV/M.580 - ABB/Daimler-Benz, punt 95.

[60] Ara, eż. id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/156/KE fil-Każ COMP/M.2097 - SCA/Metsä Tissue, ĠU L 57, tas-27.2.2002, p. 1, punt 148.

[61] Ara, eż. Każ IV/M.1298 - Kodak/Imation, punt 60.

[62] Każ T-102/96, Gencor v Kummissjoni, (1999) ECR II-753, paragrafu 222; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/553/KE fil-Każ IV/M.190 - Nestlé/Perrier, ĠU L 356, tal-5.12.1992, p. 1, punti 63-123.

[63] Sabiex jiġi stimat jekk għaqda tista’ żżid jew le s-simmetrija tad-diversi ditta preżenti fis-suq, il-qligħ ta’ l-effiċjenzi jistgħu jipprovdu indikazzjonijiet importanti (ara wkoll paragrafu 82 ta’ l-Avviż).

[64] Ara, eż. id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/519/KE fil-Każ COMP/M.1673 - VEBA/VIAG, ĠU L 188, ta’ l-10.7.2001, p. 1, punt 226; Każ COMP/M.2567 - Nordbanken/Postgirot, punt 54.

[65] Ara, eż. Każ COMP/M.2389 - Shell/DEA, punti 112 et seq.; u Każ COMP/M.2533 - BP/E.ON, punti 102 et seq.

[66] Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/42/KE fil-Każ IV/M.1313 – Il-Kuruna Daniża/Vestjyske Slagterier, ĠU L 20, tal-25.1.2000, p. 1, punti 176-179.

[67] Ara, eż. Każ COMP/M.2640 - Nestlé/Schöller, punt 37; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/641/KE fil-każ COMP/M.1225 - Enso/Stora, ĠU L 254, tad-29.9.1999, p. 9, punti 67-68.

[68] Ara, eż. Każ IV/M.1939 - Rexam (PLM)/American National Can, punt 24.

[69] Ara Każ COMP/M.2389 - Shell/DEA, punt 121, u Każ COMP/M.2533 - BP/E.ON, punt 111.

[70] Għalkemm mekkaniżmi li jiskoraġġixxu huma kultant msejħa mekkaniżmi ta’ "kastigi", dan m’għandux jiġi miftiehem fis-sens strett li dan il-mekkaniżmu neċessarjament jikkastiga individwalment ditta li ddevjat. Il-previżjonijiet li l-kordinazzjoni tista’ taqa’ għal ċertu perijodu ta’ żmien, jekk tiġi identifikata bħala devjazzjoni, tista’ fija nnifisha tikkostitwixxi mekkaniżmu ta’ deterrent suffiċjenti.

[71] Ara, eż. id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/42/KE fil-Każ IV/M.1313 – Il-Kuruna Daniża/Vestjyske Slagterier, ĠU L 20, tal-25.1.2000, p. 1, punt 177.

[72] Ara Każ T-102/96, Gencor v Kummissjoni, (1999) ECR II-753, paragrafu 281.

[73] Dawn l-elementi huma analizzati b’mod simili għall-effetti li m’humiex ikkordinati.

[74] Ara, eż. Każ IV/M.1630 - Air Liquide/BOC, punti 201 et seq. Bħala eżempju ta’ każ fejn dħul mid-ditta l-oħra li hi magħquda ma kienx biżżejjed probabbli mit-terminu qasir għal dak medju (Każ T-158/00, ARD v Kummissjoni, (2003) ECR II-000, paragrafi 115-127).

[75] Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/98/EC fil-Każ IV/M.1439 - Telia/Telenor, ĠU L 40, tad-9.2.2001, p. 1, punti 330-331, u Każ IV/M.1681 - Akzo Nobel/Hoechst Roussel Vet, punt 64.

[76] Każ IV/M.1630 - Air Liquide/BOC, punt 219; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/164/KE fil-Każ COMP/M.1853 - EDF/EnBW, ĠU L 59, tat- 28.2.2002, p. 1, punti 54-64.

[77] Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/674/KE fil-Każ M.1221 - Rewe/Meinl, ĠU L 274, tat-23.10.1999, p. 1, punti 71-74.

[78] Każ T-22/97, Kesko v Kummissjoni, (1999) ECR II-3775, paragrafu 157; id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/156/KE fil-Każ 877 - Boeing/McDonnell Douglas, ĠU L 336, tat-8.12.1997, p. 16, punti 105-108.

[79] Ara, eż. Każ IV/M.1882 - Pirelli/BICC, punti 73-80.

[80] Ara, eż. Każ IV/M.1245 - Valeo/ITT Industries, punt 26.

[81] Anki numru żgħir ta’ klijenti jista’ ma jkollhomx il-qawwa tax-xerrej biżżejjed jekk ħafna minnhom "magħluqa/msakkra" minħabba l-ispejjeż għolja tal-bdil (ara Każ COMP/M.2187 - CVC/Lenzing, punt 223).

[82] Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/641/KE fil-Każ COMP/M.1225 - Enso/Stora, ĠU L 254, tad-29.9.1999, p. 9, punti 89-91.

[83] Jista’ jkun ukoll xieraq li jiġi pparagunat il-konċentrazzjoni li teżisti fuq in-naħa tal-klijent mal-konċentrazzjoni fuq in-naħa tal-fornitura (Każ COMP/JV 55 - Hutchison/RCPM/ECT, punt 119, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/641/KE fil-Każ COMP/M.1225 - Enso/Stora, ĠU L 254, tad-29.9.1999, p. 9, punt 97).

[84] Każ COMP/JV 55 - Hutchison/RCPM/ECT, punti 129-130.

[85] Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/156/KE fil-Każ COMP/M.2097 - SCA/Metsä Tissue, ĠU L 57, tas-27.2.2002, punt 88. Diskriminazzjoni tal-prezzijiet bejn kategoriji differenti ta’ klijenti tista’ tkun rilevanti f’ċertu każijiet fil-kuntest tad-definizzjoni tas-suq (Ara l-Avviż tal-Kummissjoni fuq it-tifsira tas-suq rilevanti, ċitat hawn fuq, fil-paragrafu 43).

[86] Għalhekk, il-Kummissjoni tista’ tagħmel stima jekk ix-xerrejja diversi jżommu il-qawwa kompensatorja tax-xerrrej, ara, eż. id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/641/KE fil-Każ COMP/M.1225 - Enso/Stora, ĠU L 254, tad-29.9.1999, p. 9, punti 84-97.

[87] Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/610/KE fil-Każ IV/M.774 - Saint-Gobain/Wacker-Chemie/NOM, ĠU L 247, ta’ l-10.9.1997, p. 1, punt 184.

[88] Każ IV/M.1430 - Vodafone/Airtouch, punt 27; Każ IV/M.2016 - Franza Télécom/Orange, punt 33.

[89] Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/174/KE fil-Każ COMP/M.1693 - Alcoa/Reynolds, ĠU L 58, tat-28.2.2002, punt 87.

[90] Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/335/KE fil-Każ IV/M.754 - Anglo American Corp./Lonrho, ĠU L 149, ta’ l-20.5.1998, p. 21, punti 118-119.

[91] Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/610/KE fil-Każ IV/M.774 - Saint-Gobain/Wacker-Chemie/NOM, ĠU L 247, ta’ l-10.9.1997, p. 1, punti 184-187.

[92] Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/811/KE fil-Każ IV/M.269 - Shell/Montecatini, ĠU L 332, tat-22.12.1994, p. 48, punt 32.

[93] Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/327/KE fil-Każ IV/M.833 – Il-Kumpannija tal-Coca-Cola/Carlsberg A/S, ĠU L 145, tal-15.5.1998, p. 41, punt 74.

[94] Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/327/KE fil-Każ IV/M.833 – Ul-Kumpannija tal-Coca-Cola/Carlsberg A/S, ĠU L 145, tal-15.5.1998, p. 41, punti 72-73.

[95] Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/156/KE fil-Każ COMP/M.2097 - SCA/Metsä Tissue, ĠU L 57, tas-27.2.2002, p. 1, punti 83-84.

[96] Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/432/KE fil-Każ IV/M.1813 - Industri Kapital Nordkem/Dyno, ĠU L 154, tad-9.6.2001, p. 41, punt 100.

[97] Ara, eż. id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/475/KE fil-Każ IV/M.986 - Agfa-Gevaert/Dupont, ĠU L 211, tad-29.7.1998, p. 22, punti 84-85.

[98] Każ T-102/96, Gencor v Kummissjoni, (1999) ECR II-753, paragrafu 237.

[99] Ara, eż. id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/718/KE fil-Każ IV/M.1578 - Sanitec/Sphinx, ĠU L 294, tat-22.11.2000, p. 1, punt 114.

[100] Ara, eż. id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/174/KE fil-Każ COMP/M.1693 - Alcoa/Reynolds, L 58, tat-28.2.2002, punti 31-32, 38.

[101] Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/535/KEE f’Każ IV/M.68 - Tetra Pak/Alfa Laval, ĠU L 290, tat-22.10.1991, p. 35, punt 3.4.

[102] Ara premess 4 tar-Regolament dwar l-għaqdiet.

[103] Ara premess 29 tar-Regolament dwar l-għaqdiet.

[104] Cf. L-Artikolu 2(1)(b) tar-Regolament dwar l-għaqdiet.

[105] Skond l-Artikolu 2(1)(b), il-kunċett ta’ "konsumaturi" jiġbor fih konsumaturi intermedji u aħħarin, i.e. dawk li jużaw il-prodotti li huma koperti mill-għaqda. Fi kliem ieħor, konsumaturi fis-sens ta’ din id-disposizzjoniji tinkludi l-klijent, potenzali u/jew attwali, tal-partijiet ta’ l-għaqda.

[106] Spejjeż li jvarjaw għandhom jiġu meqjusa bħala dawk l-isġejjeż li jvarjaw mill-livell tal-produzzjonijew tal-bejgħ matul il-perijodu taż-żmien rilevanti. Spejjeż marġinali huma dawk l-ispejjeż assoċjati mat-tkabbir tal-produzzjoni jew mal-bejgħ fil-marġini.

[107] Ġeneralment, it-tfaddil ta’ nefqa li hija fissa m’hijiex mogħtija daqshekk importanza minħabba li r-relazzjoni bejn l-ispejjeż fissi u l-prezzijiet tal-konsumaturi hija normalment inqas diretta, għallinqas fiż-żmien qasir.

[108] Konformi mal-prinċipju ġenerali skond paragrafu 9 ta' dan l-Avviż.

[109] Każijiet Mehmuża C-68/94 u C-30/95, Kali u Salz, paragrafu 110.

[110] Każijiet Mehmuża C-68/94 u C-30/95, Kali u Salz, paragrafu 114. Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/365/KE fil-Każ COMP/M.2314 - BASF/Pantochim/Eurodiol, ĠU L 132, tas-17.5.2002, p. 45, punti 157-160. Din il-ħtieġa hija konnessa mal-prinċipju ġenerali skond paragrafu 9 ta' dan l-Avviż.

[111] L-inevitabilità ta' l-assi li tħalli lis-suq inkwistjoni d-ditta fi stat ta' falliment, tista' b'mod partikolari fil-każ ta' għaqda f'monopolju, turi riżultanza li s-sehem fis-suq tad-ditta fi stat ta' falliment tista' f'kull eventwalità tiżdied mal-parti magħquda l-oħra. Ara Każijiet Mehmuża C-68/94 u C-30/95, Kali u Salz, paragrafi 115-116.

--------------------------------------------------

Top