EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52004DC0338

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Lejn strateġija Ewropea għan-nanoteknoloġija

/* KUMM/2004/0338 finali */

52004DC0338

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Lejn strateġija Ewropea għan-nanoteknoloġija /* KUMM/2004/0338 finali */


KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI - Lejn strateġija Ewropea għan-nanoteknoloġija

Ġabra eżekuttiva

In-nanoxjenza u n-nanoteknoloġija huma toroq ġodda lejn ir-riċerka u l-iżvilupp (R&D) li għandhom l-għan li jikkontrollaw l-istruttura fundamentali u l-imġieba tal-materja fil-livell atomiku u molekolari. Dawn l-oqsma jiftħu l-possibilità li nifhmu fenomeni ġodda u nipproduċu propjetajiet ġodda li jistgħu jiġu utilizzati fil-mikro- u makro-skala. Applikazzjonijiet tan-nanoteknoloġija qed jitfaċċaw u se jkollhom impatt fuq il-ħajja ta' kull ċittadin.

Fid-deċennju li għadda l-Unjoni Ewropea (UE) stabbiliet bażi ta' għarfien qawwi fin-nanoxjenza. L-abilità tagħna li nżommu din il-pożizzjoni hija dubjuża minħabba li l-UE qegħdha tinvesti proporzjonalment inqas mill-kompetituri ewlenija tagħha u m'għandhiex infrastruttura ta' livell dinji ("punti ta' eċċellenza") li jiġbru l-massa kritika meħtieġa. Dan minkejja l-fatt li l-investiment fi programmi nazzjonali ta' l-UE qed jikber b'mod rapidu iżda indipendenti.

L-eċċellenza Ewropea fin-nanoxjenza trid tiġi finalment mibdula fi prodotti u proċessi kummerċjalment viabbli. In-nanotekonoloġija qed tiżviluppa bħala waħda mill-iktar oqsma promettenti ta' l-R&D u li qed jikbru malajr biex jipprovdu impetu ġdid lejn l-għanijiet dinamiċi bbażati fuq l-għarfien tal-proċess ta' Lisbona. Huwa kruċjali, però, li ambjent favorevoli għall-innovazzjoni jiġi maħluq, partikolarment, għall-intrapriżi żgħar u medji (SMEs).

In-nanoteknoloġija għandha tiġi żviluppata b'sigurtà u b'reponsabilità. Il-prinċipji etiċi għandhom jiġu mħarsa u r-riskji potenzjali għas-saħħa, għas-sigurtà jew għall-ambjent għandhom jiġu studjati xjentifikament, biex nippreparaw ukoll għal regolamentazzjoni possibbli. L-impatt fuq is-soċjetà għandu jiġi eżaminat u kkunsidrat. Id-djalogu mal-pubbliku huwa essenzjali biex jiffoka l-attenzjoni fuq kwistjonijiet ta' interess reali u mhux fuq xenarji ta' "fantaxjenza".

Din il-komunikazzjoni tipproponi azzjonijiet bħala parti minn strateġija integrata biex iżżomm u ssaħħaħ l-R&D Ewropew fin-nanoxjenzi u n-nanoteknoloġiji. Hija tikkunsidra l-kwistjonijiet li huma importanti biex jassiguraw il-ħolqien u l-esplojtazzjoni ta' l-għarfien ġenerat permezz ta' l-R&D għall-benefiċċju tas-soċjetà. F'dan il-kuntest, iż-żmien huwa xieraq biex jiġi varat dibattitu fil-livell istituzzjonali rigward azzjoni koerenti sabiex:

- jiżdied l-investiment u l-koordinazzjoni ta' l-R&D biex tiġi msaħħa l-esplojtazzjoni industrijali tan-nanoteknoloġiji filwaqt li tinżamm l-eċċellenza xjentifika u l-kompetizzjoni;

- jiġu żviluppati infrastrutturi kompetittivi ta' l-R&D ta' klassi dinjija ("punti ta' eċċellenza") li jikkunsidraw il-bżonnijiet kemm ta' l-industrija kif ukoll ta' l-organizzazzjonijiet ta' riċerka;

- tiġi promossa l-edukazzjoni interdixxiplinari u t-taħriġ tal-personal ta' riċerka flimkien ma' ħsieb imprenditorjali iktar qawwi;

- tassigura kundizzjonijiet favorevoli għat-trasferiment tat-teknoloġija u l-innovazzjoni biex tassigura li l-eċċellenza Ewropea fl-R&D tiġi tradotta fi prodotti u fi proċessi li joħolqu l-ġid;

- tintegra konsiderazzjonijiet soċjali fil-proċess ta' l-R&D fi stadju bikri;

- tindirizza kull riskju potenzjali għas-saħħa pubblika, għas-sigurtà, għall-ambjent u għall-konsumatur li jista' jkun hemm minn qabel billi tiġġenera t-tagħrif meħtieġ għall-assessjar tar-riskji, billi tintegra l-istima tar-riskji f'kull pass taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti bbażati fuq in-nanoteknoloġija, u tadatta l-metodoloġiji eżistenti u, jekk ikun hemm bżonn, tiżviluppa oħrajn innovattivi;

- tikkomplimenta l-azzjonijiet imsemmija b'kooperazzjoni xierqa u b'inizjattivi fil-livell internazzjonali.

L-azzjonijiet spjegati f'din il-Komunikazzjoni huma wkoll konformi mal-Kunsilli Ewopej ta' Lisbona 2000, li jiddikjaraw il-wegħda li jiżviluppaw ekonomija u soċjetà dinamika bbażata fuq l-għarfien, ta' Gothenburg 2001, li timmira għal żvilupp sostenibbli, u ta' Barċellona 2002, li timmira għal 3% tal-GDP għall-finanzjament tar-riċerka [1]. Hija tikkontribwixxi wkoll għall-iżvilupp taż-Żona Ewropea ta' Rieċerka (ERA) [2] u tapprofitta minnha.

[1] Il-konklużjonijiet tal-Presidenza jistgħu jitniżżlu minn http://ue.eu.int/en/Info/eurocouncil/index.htm

[2] "The European Research Area: Providing new momentum - Strengthening - Reorienting - Opening up new perspectives" COMM (2002) 565 finali

1. Daħla

1.1. X'inhi n-nanoteknoloġija?

Fix-xjenza u t-teknoloġija, il-prefiss "nano" li ġej mill-kelma Griega li tfisser "nanu" ifisser 10-9, i.e. biljuneżmu (= 0.000000001). Nanometru (nm) huwa biljuneżmu ta' metru, għexieren ta' eluf ta' drabi iżgħar mill-ħxuna ta' xagħra umana. It-terminu "nanoteknoloġija" se jiġi użat hawnhekk bħala terminu kollettiv, li jiġbor fih id-diversi oqsma tan-nanoxjenzi u n-nanoteknoloġiji.

Kunċettwalment, in-nanoteknoloġija tirreferi għax-xjenza u għat-teknoloġija fin-nano-skala ta' atomi u molekoli, u għall-prinċipji xjentifiċi u proprjetajiet ġodda li jistgħu jiġu mifhuma u mħaddma meta noperaw f'dan il-qasam. Proprjetajiet bħal dawn jistgħu mbagħad jiġu osservati u utilizzati fil-mikro u makro-skala, per eżempju, għall-iżvilupp ta' materjali u inġenji b'funzjonijiet u imġieba innovattiva.

1.2. Għaliex in-nanoteknoloġija hija importanti?

In-nanoxjenza spiss hija msejħa "orrizzontali", "kardinali" jew "potenzjanti" għaliex tista' tidħol prattikament fis-setturi teknoloġiċi kollha. Spiss tiġbor flimkien oqsma differenti tax-xjenza u tibbenefika minn strateġija interdixxiplinari jew "konverġenti" u mistennija li twassal għal innovazzjonijiet li jistgħu jikkontribwixxu sabiex jindirizzaw ħafna mill-problemi tas-soċjetà tal-lum:

- l-applikazzjonijiet mediċi inklużi eż. djanjostiċi minjaturizzati li jistgħu jiġu impjantati għad-djanjosi tal-mard minn kmieni. Kisja bbażat fuq in-nanoteknoloġija tista' ttejjeb il-bioattività u l-biokompatiblità ta' l-impjanti. L-istrutturi awto-organizzanti jwittu t-triq għal ġenerazzjoni ġdida ta' inġenerija ta' tessuti u ta' materjali bio-mimetiċi, bil-potenzjal għall-ġejjieni imbiegħed li nissintetizzaw l-organi sostitwenti. Sistemi innovattivi għal drug delivery immirata qed jiġu żviluppati u reċentament nanopartiċelli setgħu jiġu mdaħħla f'ċelloli ta' tumur biex ifejquhom eż. permezz tas-sħana

- it-teknoloġiji ta' l-informatika: mezzi li jżommu d-data b'densitajiet ta' memorja għolja ħafna (eż. 1 Terabit/pulzier2) u teknoloġiji ġodda ta' plastic display flessibbli. Fuq medda twila, it-twettiq ta' nanoelettronika molekolari jew biomolekolari, spintronics u quantum computing jistgħu jiftħu toroq ġodda lilhinn mit-teknoloġija tal-kompjuters attwali;

- il-produzzjoni u l-ħażna ta' l-enerġija tista' tibbenefika minn, per eżempju, fuel cells innovattivi jew solidi nanostrutturati ħfief li għandhom il-potenzjal għall-ħażna effiċjenti ta' l-idroġenu. Iċ-ċelloli tax-xemx fotovoltajċi effiċjenti u ta' prezz baxx (eż. solar "paint") qed jiġu żviluppati wkoll. It-tnaqqis fl-ispejjeż fl-enerġija huwa antiċipat permezz ta' żviluppi nonteknoloġiċi li jwasslu għat-titjib ta' l-insulazzjoni, tat-trasport u ta' l-apparat effiċjenti tad-dawl;

- l-iżviluppi fix-xjenza tal-materjali permezz tan-nanoteknoloġija għandhom effetti li jwasslu fil-bogħod u huma mistennija li jolqtu prattikament kull settur. In-nanopartiċelli diġa qed jintużaw biex isaħħu l-materjali u biex jiffunzjonalizzaw il-kosmetiċi. L-uċuħ jistgħu jiġu mmodifikati bl-użu tan-nanostrutturi biex, per eżempju, ma jkunux jistgħu jiġu mibruxa, ma jixxarbux, u jibqgħu nodfa jew sterili. Il-Grafting selettiv ta' molekoli organiċi permezz ta' nanostutturar tal-wiċċ huwa mistenni li jolqot il-fabbrikazzjoni ta' biosensuri u tagħmir molekolari elettroniku. L-imġieba ta' materjali taħt kundizzjonijet estremi tista' tiġi mtejba b'mod sinifikanti u avvanzata eż. l-industrija aeronawtika u spazjali ;

- il-manifattura fin-nanoskala teħtieġ strateġija interdixxiplinari ġdida kemm għar-riċerka kif ukoll għall-proċessi ta' fabbrikazzjoni. Konċettwalment, hemm żewġ rotot prinċipali: l-ewwel tibda mill-mikro-sistemi u ċċekkinhom (minn fuq għal isfel) u t-tieni timita n-natura billi tibni strutturi billi tibda mill-livell atomiku u molekolari (minn isfel għal fuq). Ta' l-ewwel tista' tiġi assoċjata ma' l-assemblaġġ, u ta' l-aħħar mas-sinteżi. L-istrateġija minn isfel għal fuq hija fil-fażi bikrija ta' żvilupp iżda l-impatt potenzjali tagħha għandu firxa wiesa' b'potenzjal li jtellef ir-rotot ta' produzzjoni kurrenti;

- l-istrumentazzjoni għall-istudju tal-proprjetajiet tal-materja fin-nano-skala diġà qed ikollha impatt importanti dirett u indirett li qed jistimola l-progress fuq firxa wiesa' ta' setturi. L-invenzjoni ta' l-iScannelling Tunnelling Microscope kien monumentali fit-twelid tan-nanoteknoloġija. L-istrumentazzjoni wkoll għandha rwol essenzjali għall-iżvilupp ta' proċessi ta' manifattura minn fuq għal isfel u minn isfel għal fuq.

- ir-riċerka dwar l-ikel, l-ilma u l-ambjent tista' tavvanza permezz ta' żviluppi bbażati fuq in-nanoteknoloġija inklużi għodda għad-detenzjoni u għan-newtralizzazzjoni tal-preżenza ta' mikro-organiżmi jew pestiċidi. L-oriġini ta' l-ikel importat tista' tiġi rintraċċata permezz ta' tikkettar innovattiv bin-nanoteknoloġija minjaturizzat. L-iżvilupp ta' metodi ta' rimedju bbażati fuq in-nanoteknloġija (eż tekniċi fotokatalitiċi) jistgħu jsewwu u jnaddfu ħsara ambjentali u tniġġis (eż. żejt fl-ilma jew fil-ħamrija);

- is-sigurtà hija mistennija li tiġi mtejba permezz eż. sistemi ta' skoperti innovattivi bi speċifiċità għolja li jipprovdu avviż bikri kontra aġenti bioloġiċi jew kimiċi, fl-aħħar mill-aħħar sal-livell ta' molekoli singoli. It-titjib tal-ħarsien tal-propjetà, bħall-karti tal-flus, jista' jsir permezz ta' nanotagging. L-iżvilupp ta' tekniċi kriptografiċi għallkomunikazzjoni ta' tagħrif qed jitħejja wkoll.

Bosta prodotti bbażati fuq in-nanoteknoloġija ġew introdotti fis-suq inklużi: prodotti mediċi (eż. faxex, valvoli tal-qalb, eċċ); komponenti elettroniċi; żebgħa li ma tinbaraxx; apparat għall-isport, drapp reżistenti għat-tikmix u għat-tbajja'; u kremi għal kontra x-xemx. L-analisti jikkalkolaw li s-suq għal prodotti bħal dawn huwa fil-preżent madwar 2.5 biljun EUR iżda jista' jitla' għal mijiet ta' biljuni ta' EUR sa l-2010 u triljun wara dan [3].

[3] Ara, per eżempju, il-figuri preżentati fi "New Dimensions for Manufacturing: A UK Strategy for Nanotechnology" DTI (2002) paġna 24

Bil-prospetti li tikseb prestazzjoni aħjar b'inqas materja prima, partikolarment permezz tat-twettiq ta' manifattura "minn isfel għal fuq", in-nanoteknoloġija għandha l-potenzjal li tnaqqas l-iskart fuq iċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja tal-prodotti. In-nanoteknoloġija tista' tikkontribwixxi sabiex jitwettaq żvilupp sostenibbli [4] u l-għanijiet indirizzati f'"Agenda 21" [5] u l-Pjan ta' Azzjoni dwar it-Teknoloġija Ambjentali [6].

[4] "A Sustainable Europe for a Better World: A European Union Strategy for Sustainable Development" COMM (2001) 264. Ara wkoll id-Dikjarazzjoni tal-Millenju tan-Nazzjonijiet Uniti (http://www.un.org/millennium/)

[5] Ara http://www.un.org/esa/sustdev/documents/agenda21/index.htm

[6] Ara http://europa.eu.int/comm/research/environment/etap_en.html

1.3. Liema strateġija għandha tiġi adottata biex tassigura li n-nanoteknoloġija tkun sigura?

Skond it-Trattat, l-applikazzjonijiet tan-nanotekonoloġija se jkollhom ikunu konformi mar-rekwiżiti għal livell għoli ta' saħħa pubblika, sigurtà, u protezzjoni tal-konsumatur [7] u ta' l-ambjent [8]. Huwa importanti li din it-teknoloġija li qed tevolvi malajr tidentifika u ssib soluzzjoni għal problemi dwar is-sigurtà (reali jew perċeputi) fl-iżjed fażi bikrija kemm jista' jkun. Is-suċċess fl-esplojtazzjoni tan-nanoteknoloġija jeħtieġ bażi xjentifika soda għall-kunfidenza tal-konsumatur kif ukoll tal-kummerċ. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet kollha possibbli jridu jittieħdu biex jassiguraw is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

[7] L-Artikoli tat-Trattat 152 u 153 rispettivament jirrikjedu li "livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa umana [...] tkun assigurata fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-policies u attivitajiet Komunitarji kollha" u li "rekwiżiti ta' protezzjoni tal-konsumatur [...] jiġu kunsidrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta' policies u attivitajiet Komunitarji oħra."

[8] L-Artikolu 174 tat-Trattat għandu, fost oħrajn, l-għanijiet li "jippreżerva, jipproteġi u jtejjeb il-kwalità ta' l-ambjent", "l-użu prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali" u li "jippromwovi miżuri fil-livell internazzjonali biex jindirizza problemi ambjentali reġjonali jew dinjija."

Huwa essenzjali li l-aspetti ta'riskju jkunu indirizzati minn qabel bħala parti integrali mill-iżvilupp ta' dawn it-teknoloġiji mill-ħolqien tagħhom u l-R&D sa l-isfruttar kummerċjali, sabiex jiġu assigurati l-iżvilupp, il-produzzjoni, l-użu u r-rimi bla periklu tal-prodotti min-nanoteknoloġija. In-nanoeknoloġiji jippreżentaw sfidi ġodda wkoll għall-assesjar u l-immaniġġjar tar-riskji. Allura huwa importanti li, parallelament ma' żviluppi teknoloġiċi, isir R&D kif meħtieġ biex jipprovdi tagħrif kwantitattiv fuq tossikolġija u ekotossikoloġija (inkluż rispons uman u ambjentali għad-dożi) biex isiru analiżi tar-riskji u, fejn ikun hemm bżonn, biex proċeduri ta' analiżi tar-riskji jiġu aġġustati. L-azzjonijiet relatati mas-saħħa pubblika, ma' l-ambjent, mas-sigurtà u mal-protezzjoni tal-konsumatur huma indirizzati aktar'l quddiem f'dan id-dokument.

2. Finanzjamenti dinjija u attivitajiet fl-R&D tan-nanoteknoloġija

Wara li kkunsidraw il-potenzjal tan-nanoteknoloġija, ħafna pajjiżi qed isegwu programmi ta' R&D b'livelli kbar u dejjem jiżdiedu ta' investiment pubbliku. Matul id-deċennju li għadda kien hemm splużjoni fl-interess bl-investiment pubbliku jitla' rapidament minn madwar 400 miljun EUR fl-1997 għal 'il fuq minn 3 biljun EUR fil-preżent. Din it-taqsima tipprovdi ħarsa lejn l-inizjattivi finanzjati privatament fin-nanoteknoloġija.

Filwaqt li l-kontribut ta' finanzjament privat għall-R&D tan-nanoteknoloġija ma jistax jiġi preċiżament stabbilit, ġie stmat li huwa viċin iż-2 biljun EUR i.e. jimplika investiment globali fl-R&D tan-nanoteknoloġija ta' madwar 5 biljun EUR. F'dan il-kuntest, huwa importanti li jiġi rrimarkat li, b'56% tat-total ta' l-investiment ta' R&D minn sorsi privati, l-UE tibqa' wara l-Istati Uniti u l-Ġappun b'66% u b'73% rispettivament [9].

[9] Kummissjoni Ewropea "Figuri Ewlenin 2003-2004" (2003)

2.1. L-R&D nanoteknoloġiku f'pajjiżi barranin

Bl-attwazzjoni tan-National Nanotechnology Initiative (NNI) fl-2000, l-Istati Uniti telqu fuq programm ambizzjuz ta' R&D fin-nanoteknoloġija u l-ispiża federali żdiedet minn $220 miljun fl-2000 għal madwar $750 miljun fl-2003, b'rikjesta fil-baġitt ta' $982 miljun għall-2005. Għajnuna addizjonali ta' madwar $300 miljun hija pprovduta mill-finanzjament ta' l-Istati .

L-impenn federali fuq medda twila ta' żmien ta' l-Istati Uniti ġie reċentament assigurat mit-"21st Century Nanotechnology Development Act", li jkopri l-perjodu 2005-2008 fejn kważi $3.7 biljun huma allokati lil ħames aġenziji (NSF, DoE, NASA, NIST u EPA) u se jirdoppja u aktar il-livell preżenti tal-finanzjament tagħhom sa l-2008. Ta' min jinnota li din il-figura ma tinkludix spiża relatata mad-difiża (DoD) u oqsma oħra li bħalissa jitilgħu għal madwar terz tal-baġit federali għan-nanoteknoloġija.

Fl-2001 il-Ġappun identifika n-nanoteknoloġija bħala waħda mill-prioritajiet ewlenin tiegħu ta' riċerka . Il-livelli ta' finanzjament żdiedu sewwa minn $400 miljun fl-2001 għal madwar $800 miljun fl-2003, jaqbżu l-finanzjament federali Statunitensi u huma mistennija li jitilgħu iktar fl-2004 b'20% . Il-Korea t'Isfel bdiet programm ambizzjuz ta' għaxar snin b'madwar $2 biljun ta' fondi pubbliċi filwaqt li t-Taiwan ikkommetta madwar $600 miljun ta' fondi pubbliċi fuq medda ta' sitt snin.

Iċ-Ċina qed tiddedika dejjem iżjed riżorsi għan-nanoteknoloġija li huwa partikolarment sinifikanti meta nikkunsidraw il-purchasing power tagħha. Il-frazzjoni tagħha ta' pubblikazzjonijiet dinjija qed tiżdied malajr b'rata ta' tkabbir ta' 200% fi tmiem id-disgħinijiet u qed tlaħħaq ma' l-UE u l-Istati Uniti. Il-Federazzjoni Russa hija stabbilita sewwa fin-nanoteknoloġija kif ukoll ħafna Stati Indipendenti Ġodda oħra.

Ħafna reġjuni u pajjiżi oħra qed jagħtu dejjem iżjed importanza lin-nanoteknoloġija inklużi l-Awstralja, il-Kanada, l-Amerika Latina, l-Indja, Israel, il-Malasja, New Zealand, Il-Filippini, Singapor, l-Afrika t'Isfel u t-Tajlandja.

2.2. L-R&D nanoteknoloġiku fl-Ewropa

L-Ewropa għarfet il-potenzjal tan-nanoteknoloġija fi stadju bikri u żviluppat bażi ta' għarfien qawwi fin-nanoxjenzi bi wħud mill-aqwa mħuħ fil-qasam. Diversi pajjiżi għandhom programmi ta' riċerka dedikati li ilhom jeżistu minn nofs sa tmiem id-disgħinijiet. Minkejja l-fatt li ċerti pajjiżi m'għandhomx inizjattivi nanoteknoloġiċi speċifiċi, l-R&D rilevanti huwa spiss inkwadrat fi ħdan programmi oħra (eż. il-bioteknoloġija, il-mikroteknoloġija, eċċ).

Meta nqabblu l-Ewropa, il-Ġappun u l-Istati Uniti, mhemmx "rebbieħa" jew "telliefa" stabbiliti fin-nanoteknoloġija iżda xi tendenzi jistgħu jiġu identifikati. Is-saħħa Ewropea fin-nanoxjenzi tidher mill-fatt li, matul il-perjodu 1997-1999, l-UE kellha b'kollox 32% tal-pubblikazzjonijiet dinjija, imqabbla ma' l-24% ta' l-Istati Uniti u 12% tal-Ġappun [10]. Però, dan l-għarfien ma jidhirx li jiġi dejjem kapitalizzat mill-industrija. L-analiżi tal-liċenzji turi li l-UE għandha frazzjoni ta' 36%, imqabbla ma' l-42% ta' l-Istati Uniti, li juri djufija fit-trasformazzjoni ta' l-R&D f'applikazzjonijiet.

[10] The Third European Report on Science & Technology Indicators, European Commission (2003) http://www.cordis.lu/indicators/third_report.htm

Il-livelli ta' investiment pubbliku jvarjaw sewwa fost l-Istati Membri kemm f'termini assoluti kif ukoll f'termini relattivi (ara l-anness). Wieħed jista' jagħmel stima li l-livell ta' finanzjament pubbliku għall-R&D nanoteknoloġiku fl-Ewropa tela' minn 200 miljun EUR fl-1997 għal-livell preżenti ta' madwar biljun EUR b'madwar żewġ terzi minn programmi nazzjonali u reġjonali.

F'termini ta' nefqa pubblika assoluta, l-UE qed tinvesti riżorsi finanzjarji sinifikanti b'livell komparabbli ma' l-Istati Uniti u l-Ġappun. Fuq bażi per capita, però, il-livell medju ta' investiment pubbliku għall-UE-25 huwa 2.4EUR għal kull ċittadin (2.9EUR għall-UE-15), imqabbel ma' 3.7EUR għall-Istati Uniti u 6.2EUR għall-Ġappun. Bl-istess mod, f'termini ta' PDD, l-UE-25 tinvesti 0.01% imqabbla ma' l-Istati Uniti u mal-Ġappun b'0.01% u 0.02%, rispettivament.

Il-pajjiżi kollha ta' l-UE-25, ħlief l-Irlanda, bħalissa għandhom livell ta' investiment per capita iktar baxx mill-Istati Uniti u l-Ġappun. Wieħed għandu wkoll jikkunsidra ż-żieda ppjanata fl-Istati Uniti u fil-Ġappun, ta' l-ewwel huwa mistenni li jitla' sa 5EUR għal kull ċittadin sa l-2006 u ta' l-aħħar sa 8EUR fl-2004. Jidher probbabli allura li d-differenza bejn l-UE u l-kompetituri prinċipali tagħha se titwessa' iktar.

Waħda mid-differenzi kruċjali bejn l-UE u l-kompetituri prinċipali tagħna huwa li x-xenarju tal-R&D Ewropew fin-nanoteknoloġija għandu r-riskju li jsir relattivament frammentat b'firxa ta' programmi u sorsi ta' finanzjamenti separati li qed jevolvu malajr. Il-kontribuzzjoni tal-KE taħt l-FP6 ta' EUR350 miljun fl-2003 tlaħħaq għal madwar terz ta' l-ispiża sħiħa Ewropea fin-nanoteknoloġija.

Il-kompetituri prinċipali tagħna huma kkaratterizzati minn programmi ta' R&D koordinati u/jew ċentralizzati fin-nanoteknoloġija. Fl-Istati Uniti, per eżempju, 'il fuq minn żewġ terzi tal-finanzjament huwa allokat bħala parti min-National Nanotechnology Initiative taħt l-awspiċju tal-programm federali. Jidher improbabbli li l-UE tista' tibqa' kompetittiva fuqlivell dinji mingħajr ma' tiffoka u tikkoordina aħjar fil-livell Komunitarju.

Ir-riċerka fin-nanoteknoloġija qed issir fil-Pajjiżi Ġodda u dawn huma involuti fi proġetti permezz ta' l-EU Framework Programmes (FP) for Research and Technological Development (Qafas ta' Programmi ta' l-UE għar-Riċerka u t-Teknoloġija). L-Isvizzera għandha tradizzjoni twila ta' R&D tan-nanoteknoloġija u għandha waħda mill-ogħla livelli ta' liċenzji u pubblikazzjonjiet per capita. Programmi ta' riċerka fin-nanoteknoloġija ġew ukoll stabbiliti f'Pajjiżi Assoċjati fl-FP6 bħan-Norveġja.

Bosta proġetti ta' riċerka kollaborattiva u inizjattivi oħra diġà ġew megħjuna permezz tal-Framework Programmes ta' l-UE. Dawn żiedu dimensjoni Ewropea importanti billi stabbilixxew kollaborazzjoni transnazzjonali u taw spinta għal żieda sostanzjali fil-finanzjament nazzjonali u privat. Filwaqt li r-raba' (FP4) u l-ħames (FP5) programm diġà ffinanzjaw numru tajjeb ta' proġetti fin-nanoteknoloġija [11], kien biss fis-sitt wieħed (FP6) [12] li n-nanoteknoloġija ġiet identifikata bħala waħda mill-prioritajiet prinċipali.

[11] Biex tikseb aktar informazzjoni irreferi għad-database tal-proġett http://www.cordis.lu/fp6/projects.htm

[12] Ara http://fp6.cordis.lu/fp6/home.cfm

3. It-triq għall-infinitament ċkejken: Ħames dinamiċi biex jistimolaw il-progress

Fis-suq globali tal-lum, it-tkabbir ekonomiku jirrikjedi innovazzjoni li min-naħa tagħha hija dipendenti fuq ir-riċerka. R&D ta' klassi dinjija huwa parti essenzjali minn dan il-proċess iżda hemm fatturi oħra li jridu jiġu kkunsidrati. F'dan il-kuntest ħames dinamiċi huma identifikati: l-R&D, l-infrastruttura; l-edukazzjoni u t-taħriġ; l-innovazzjoni; u d-dimensjoni soċjali. Ġabra ġdida ta' azzjonijiet sinerġiċi fil-livell Komunitarju hija meħtieġa f'kull waħda minn dawn id-dinamiċi interdipendenti sabiex jiġi esplojtat il-potenzjal eżistenti fiż-Żona Ewropea ta' Riċerka.

Strateġija integrata bħal din għall-R&D fin-nanoxjenzi u n-nanoteknoloġija kienet waħda mill-konklużjonijiet prinċipali mil-laqgħa "EuroNanoForum2003" [13] li ġiet organizzata minn DĠ Riċerka (RTD), f'Diċembru 2003 u li għaliha attendew iktar minn 1000 parteċipant minn madwar id-dinja. Inizjattivi reċenti tal-Kummissjoni jinkludu workshop organizzat mid-DĠ Saħħa u Ħarsien tal-Konsumatur (SANCO) li sar f'Marzu 2004 dwar ir-riskji potenzjali assoċjati man-nanoteknoloġiji [14]. Inizjattivi oħra, eż. dwar roadmaps u foresighting , qed isiru mid-DĠ RTD u ċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunta (JRC).

[13] Ara http://www.euronanoforum2003.org/ għal aktar informazzjoni

[14] Ara http://europa.eu.int/comm/health/ph_risk/events_risk_en.htm għal aktar informazzjoni.

3.1. Riċerka u Żvilupp: nibnu l-ispinta

Minħabba l-isfidi intelletwali, xjentifiċi u tekniċi li jeżistu quddiemna fin-nanoxjenxi u nanotekonoloġiji, l-eċċellenza fl-R&D hija essenzjali biex tassigura li l-Ewropa tibqa' kompetittiva fuq medda twila ta' żmien. Hawnhekk, l-appoġġ ta' l-R&D permezz tal-finanzjament pubbliku huwa essenzjali flimkien mal-preżenza ta' riċerkaturi ta' klassi dinjija u kompetizzjoni bejn gruppi ta' riċerka fil-livell Ewropew.

Fl-istess ħin, l-għarfien ġenerat permezz ta' l-R&D irid jiġi tradott permezz tan-nanoteknoloġiji fi prodotti u proċessi innovatti li jistgħu jtejbu l-kompetittività ta' l-industrija Ewropea. F'dan il-kuntest, huwa neċessarju mhux biss li tinżamm l-eċċellenza fl-R&D iżda wkoll biex jiġi msaħħaħ l-investiment fl-R&D ta' rilevanza industrijali, waqt li jissaħħaħ l-R&D f'livell Komunitarju u tissaħħaħ il-koordinazzjoni ta' politika nazzjonali biex tiġi assigurata l-massa kritika.

3.1.1. Inżidu l-investiment fl-għarfien biex intejbu l-kompetittività ta' l-Ewropa

Biex jinħoloq il-ġid u l-impjiegi ġodda f'suq globalizzat u ġewwa ekonomija bbażata fuq l-għarfien, il-produzzjoni kompetittiva ta' għarfien ġdid hija essenzjali. Filwaqt li l-R&D Ewropew irid ikun eċċellenti, irid ikun ukoll f'waqtu u jrid isir bi spiża totali kompetittiva, inkella hemm ir-riskju ta' delokalizzazzjoni ta' attivitajiet industrijali lejn żoni fejn il-produzzjoni ta' l-għarfien hija iktar ekonomika. Jekk inkunu kapaċi nkunu l-mexxejja fil-produzzjoni ta' l-għarfien, huwa possibbli li ndawru t-tendenza preżenti u niġbdu l-industrija bbażata fuq it-tagħrif lejn l-Ewropa.

L-investiment pubbliku Ewropew fl-R&D tan-nanoteknoloġija jirriskja li jsir iċken minn dak tal-kompetituri ewlenin tagħna fil-ħames snin li ġejjin. Quddiemna hemm il-periklu li nitilfu r-ritmu sakemm ma jkunx hemm żieda sostanzjali fl-investiment fuqlivell Ewropew, mill-inqas b'fattur ta' 3 sa l-2010, waqt li nikkunsidraw l-għanijiet ta' Lisbona. Investiment bħal dan m'għandux ikun ta'detriment għal programmi ta' R&D oħra iżda għandu jsegwi l-għan ta' "3%" [15] u jiffoka fuq l-iktar aspetti diffiċli, partikolarment, l-innovazzjoni industrijali bbażata fuq it-tagħrif ("nanomanifattura"), l-integrazzjoni fl-interface makro-mikro-nano u R&D interdixxiplinari ("konverġenti"). Sinerġija appropjata ma' l-Istrateġija Ewropea dwar ix-Xjenzi tal-Ħajja u l-Bioteknoloġija [16] tista' tkun ukoll ta' benefiċċju.

[15] "More Research for Europe: Towards 3% of GDP" COMM(2002) 499 finali

[16] Life Sciences and Biotechnology: A strategy for Europe COMM (2002) 27

L-investiment fl-R&D għandu jiżdied fil-livell Komunitarju u ta' l-Istati Membri b'mod komplimentari u sinerġiku. Proġetti ta' riċerka kollaborattiva fil-livell Ewropew huma essenzjali biex tinġabar il-kompetenza u l-massa kritika biex l-eċcellenza tavvanza iżjed. Dan huwa partikolarment importanti sabiex isir progress rapidu fin-nanoteknoloġija permezz ta' R&D interdixxiplinari. F'dan il-kuntest, wieħed għandu jiffoka fuq is-sinerġija tar-riċerka, ta' l-infrastruttura u ta' l-edukazzjoni - dawn huma inseparabbli. Dan il-metodu jagħti spinta lill-produzzjoni ta' l-għarfien u filwaqt li jiġbed lejh, u jżomm fl-Ewropa, l-aqwa mħuħ fl-R&D nanoteknoloġiku.

3.1.2. Riċerka fil-livell Komunitarju

Ir-riċerka fil-livell Komunitarju b'mod kompetittiv u trasparenti hija mezz essenzjali biex tistimola u ssostni R&D ta' klassi dinjija fiż-Żona Ewropea ta' Riċerka (ERA). Apparti l-qsim ta' l-għarfien, hija tiġbor flimkien l-aqwa timijiet minn dixxiplini differenti u tipprovdi post ta' skambju bejn l-industriji u l-universitajiet sabiex tassigura kontribuzzjonit dinamika fil-proċess ta' R&D interdixxiplinari li huwa ta' benefiċċju għan-nanoteknoloġija li qegħdha tavvanza.

Taħt il- Framework Programmes ta' l-UE, numru sostanzjali ta' proġetti ta' riċerka diġà ġew megħjuna fin-nanoteknoloġija. Waqt li sar progress sinifikanti fl-avvanz ta' l-eċċellenza fl-R&D, l-FP6 biss qiegħed jirrikonoxxi r-rwol kardinali tan-nanoteknoloġija, u qed jikkonċentra l-attivitajiet ta' R&D taħt qasam tematiku prioritarju wieħed, u b'hekk jippermetti lill-Kummissjoni li taffronta l-problema tad-dispersjoni, id-dupplikazzjoni u l-frammentazzjoni. Kienu introdotti żewġ strumenti; il-Proġett Integrat (IP) u n-Networks ta' Eċċellenza (NE). Dawn huma komplimentati b'firxa ta' strumenti u azzjonijiet oħra [17] inklużi l-IPs dedikati għall-SMEs.

[17] Ara http://fp6.cordis.lu/fp6/home.cfm għal informazzjoni dwar il-firxa sħiħa ta' strumenti fl-FP6

Mit-tnedija ta' l-ewwel sejħiet għall-proposti, iktar minn 20 IP u NE għall-R&D fin-nanoxjenzi u nanoteknoloġiji ġew magħżula u negozjati. L-IPs jgħaqqdu massa kritika ta' persuni involuti u finanzjament biex isegwu għan speċifiku. Huma jintegraw l-aspetti kollha tal-proċess ta' l-R&D, kemm dawk tekniċi kif ukoll non-tekniċi u jistgħu jassiguraw it-tranżizzjoni min-nanoxjenzi għan-nanoteknoloġiji billi jiġbru flimkien il-komunitajiet industrijali u ta' riċerka.

Il-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej huma kunċett ġdid introdott biex iġibu flimkien dawk kollha involuti sabiex jiżviluppaw viżjoni komuni fuq medda twila ta' żmien, joħolqu roadmaps, jassiguraw il-finanzjament fuq medda twila ta' żmien u jwettqu strateġija koerenti lejn il-governance. Dan il-kunċett jista' jkun xieraq bħalarisposta għall-bżonn ta' iktar sinerġija u koordinazzjoni bejn kull min hu involut, f'qasam teknoloġiku speċifiku.

3.1.3. Koordinazzjoni ta' politika nazzjonali

Il-politika u l-programmi nazzjonali u reġjonali għandhom post importanti fil-finanzjament ta' l-R&D fin-nanoteknoloġija fl-Ewropa. Huwa rikonoxxut, però, li l-kapaċitajiet nazzjonali spiss qed ikunu inadegwati għall-ħolqien ta' ċentri ta' eċċellenza ta' klassi dinjija. Allura huwa urġenti li dawn il-programmi jkunu koordinati b'mod li l-isforz ikun ikkonsolidat u ffokat sabiex jassigura l-massa kritika u impatt akbar ġewwa l-ERA fuq tliet assi sinerġiċi: riċerka, infrastruttura u edukazzjoni.

Biex jistimolaw l-assorbiment tan-nanoteknoloġija fl-applikazzjonijiet u biex iżidu u jikkapitalizzaw fuq in-natura interdixxiplinari ta' l-R&D tan-nanoteknoloġija, huwa importanti li l-programmi nazzjonali (spiss) ta' dixxiplini differenti u l-enfażi jiġu koordinati b'mod li l-isforz ikun iffokat biex jassigura l-massa kritika fl-R&D applikat u biex iħallat flimkien kompetenzi xjentifiċi differenti. Dan għandu jgħin fl-esplojtazzjoni rapida ta' l-għarfien f'innovazzjoni fir-reġjuni Ewropej kollha.

Inizjattivi bħall-Metodu Miftuħ ta' Koordinament (OMC) [18] u ERA-NET [19] jistgħu jistimolaw u jsostnu l-koordinazzjoni ta' programmi u attivitajiet konġunti kondotti fil-livell nazzjonali jew reġjonali, kif ukoll fost organizzazzjonijiet Ewropej. Inizjattivi bħal dawn jistgħu jiġu akkompanjati minn benchmarking xieraq bħala mod kif jitkejjel il-progress.

[18] Kif definit fil-Konklużjonijiet tal-Presidenza fil-Kunsil Ewropew ta' Lisbona 2000 http://ue.eu.int/

[19] Ara http://www.cordis.lu/coordination/home.html

3.1.4. Roadmaps u analiżi ta' x'jista jinħtieġ 'il quddiem (foresighting)

Roadmaps teknoloġiċi jipprovdu mezz biex niddefinixxu u nanalizzaw il-progress fin-nanoteknoloġija u nsegwu l-penetrazzjoni tagħha f'fażijiet iktar maturi ta' l-iżvilupp industrijali. Il-proċess tal-preparazzjoni ta' roadmaps huwa utli fih innifsu għaliex jirrikjedi li dawk kollha involuti jinteraġixxu u jaħsbu fuq żviluppi, sfidi, impatti u bżonnijiet futuri possibbli. Però, roadmap ġenerika għan-nanoteknloġija mhix realistika għaliex il-qasam huwa wiesa' wisq. Minflok, roadmaps għandhom jiġu applikati għal setturi tas-suq li laħqu maturità suffiċjenti. Diversi roadmaps qed jiġu mħejjija li għalihom il-kontribuzzjoni ta' istituti bħall-Institute for Prospective Studies (IPTS) tal-JRC hi importanti.

Biex ireġi l-iżvilupp tar-roadmaps bħala għodda ta' politika strateġika, analiżi dwar x'jista jinħtieġ 'il quddiem tilgħab rwol importanti biex tantiċipa żviluppi futuri u tippjana skond kif ikunu. Dan huwa importanti speċjalment għan-natura potenzjalment ta' taqlib tan-nanoteknoloġija, fejn eżami ta' l-impatt soċjali potenzjali huwa meħtieġ. Għal dan l-għan, metodoloġija speċifika hija meħtieġa u grupp ta' esperti f'livell għoli indipendenti ta' l-UE qed jiġi maħluq: "Bassru l-mewġa teknoloġika ġdida: Teknoloġiji nano-, bio- u info- konverġenti u l-impatt soċjali u kompetittiv tagħhom fuq l-Ewropa."

Azzjoni: Żona ta' Riċerka Ewropea għan-nanoteknoloġija

1. Biex tibqa' fuq quddiem tan-nanoxjenzi u tan-nanoteknoloġiji, l-UE għandha ssaħħaħ ir-rabta tagħha għall-R&D. Waqt li tassigura sinerġija ma' programmi fil-livell nazzjonali, il-Kummissjoni ssejjaħ l-Istati Membri biex:

(a) iżidu sostanzjalment l-investiment pubbliku fin-nanoxjenzi u n-nanoteknloġiji b'mod koerenti u koordinat b'fattur ta' 3 sa l-2010 waqt li jżommu f'moħħhom l-għanijiet ta' Lisbona u tat-"3%";

(b) jippromwovu l-eċċellenza fin-nanoxjenzi permezz tal-kompetizzjoni fil-livell Ewropew;

(c) jagħtu spinta lill-R&D fin-nanoteknoloġiji bl-intenzjoni ta' applikazzjonijiet li jiġġeneraw il-ġid b'emfażi fuq l-involviment ta' SMEs;

(d) iżommu konċentrazzjoni ta' attivitajiet ta' R&D fl-FP li jmiss ħalli jassiguraw il-massa kritika u s-sinerġija bejn l-iżvilupp tan-nanoxjenzi, in-nanoteknoloġiji, l-inġenerija relatata u l-aspetti ta' sigurtà;

(e) jassiguraw koordinazzjoni effettiva tal-programmi nazzjonali;

(f) isaħħu sforzi ta' roadmaps u analiżi ta' x'jista' jinħtieġ 'il quddiem fil-livell Ewropew bil-kontribuzzjoni ta' ċentri ta' eċċellenza u istituti bħall-IPTS.

3.2. L-infrastruttura: "Ċentri ta' Eċċellenza Ewropej"

L-Infrastruttura tirreferi għal faċilitajiet u riżorsi li jipprovdu servizzi essenzjali għall-komunità ta' riċerka. Jistgħu jkunu "sit-wieħed" (f'post wieħed), "imqassma" (netwerk ta' riżorsi mqassma), jew "virtwali" (is-servizz jiġi pprovdut elettronikament). Apparat u strumentazzjoni ta' l-aħħar teknoloġija huma dejjem iktar kruċjali għall-iżvilupp tan-nanoteknoloġija, ukoll biex juru jekk l-R&D jistax jiġi tradott fi prodotti u proċessi li potenzjalment jiġġeneraw il-ġid.

Biex jaċċeleraw l-iżvilupp tan-nanoxjenzi u n-nanoteknoloġiji, investiment f'firxa wiesa' ta' faċilitajiet, ta' strumenti u ta' apparat avvanzat huma essenzjali. Minħabba n-natura tiegħu interdixxiplinarja u komplessa, l-investiment għall-infrastrutturi bħal dawn spiss irid jiġi maqsum bejn organizzazzjonijiet fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u privat. Huwa utli li nikklassifikaw l-infrastruttura fi tliet livelli ta' investiment differenti b'dan il-mod:

- sa ftit għexieren ta' miljuni ta' EUR ta' investiment, tipikament fil-livell lokali jew reġjonali, per eżempju, l-Interdisciplinary Research Centres in Nanotechnology fir-Renju Unit u ċ-Ċentri ta' Kompetenza għan-Nanoteknoloġija imwaqqfa fil-Ġermanja;

- sa 200 miljun EUR ta' investiment, tipikament fil-livell nazzjonali li tiegħu MINATEC fi Franza, IMEC fil-Belġju, u MC2 fl-Isvezja, huma eżempji tajba u saru ċentri ta' viżibilità kemm Ewropea kif ukoll globali;

- iktar minn 200 miljun EUR ta' investiment li għalihom faċilitajiet nanoteknoloġiċi dedikati ta' din l-iskala għadhom ma jeżistux fl-UE iżda qed jiġu żviluppati f'pajjiżi oħra [20].

[20] Eżempju wieħed huwa l-"California Nanosystems Institute" li qed jiġi żviluppat b'investiment ta' madwar $300 milljun minn fondi federali, statali u privati (ara http://www.cnsi.ucla.edu/mainpage.html)

L-infrastruttura li għandna llum mhux dejjem tilħaq il-ħtiġijiet ta' l-industrija. Dan in-nuqqas jista' jkun maniġerjali, ġeografiku, għandu x'jaqsam ma' ħeffa għall-aċċess, jew jikkonċerna diffikultajiet biex jintlaħaq qbil fuq it-termini tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intelletwali (IPR). Soluzzjonijiet bħal "laboratorji miftuħa" b'aċċess faċli għall-industrija huma rari ħafna iżda hemm bżonnhom sew. L-SMEs, b'mod partikolari, huma spiss sotto-kapitalizzati u jistgħu jibbenefikaw sostanzjalment minn aċċess bħal dan biex jaċċeleraw il-proċess ta' R&D u jnaqqsu l-"ħin għas-suq".

3.2.1. "Ċentri ta' eċċellenza" għall-Ewropa

L-Infrastruttura ta' klassi dinjija għan-nanoxjenzi u n-nanoteknoloġiji ta' dimensjoni u interess Ewropew ("ċentri ta' eċċellenza") huma urġentament meħtieġa. Apparti milli jipprovdu aċċess għal apparat li jagħmel id-differenza li jista' ma jinstabx lokalment, infrastruttura bħal din tista' tiġbor l-aspetti kollha ta' l-R&D interdixxiplinari, l-edukazzjoni u l-prototyping. Tista' wkoll tiġbor proġetti pubbliċi-privati konġunti u sservi ta' inkubatur għal proġetti ġodda u proġetti li joħorġu minn oħrajn eżistenti (start-ups u spin-offs).

Biex tintlaħaq il-massa kritika neċessarja, għandna nikkonċentraw ir-riżorsi tagħna f'numru limitati ta' infrastrutturi ġewwa l-Ewropa. Setturi li jistgħu jibbenefikaw minn sinerġija korrisposta jinkludu n-nanoelettronika, in-nanobioteknoloġija u n-nanomaterjali. Però, il-ħtieġa li nimminimizzaw il-frammentazzjoni u d-duplikazzjoni jridu jiġu bbilanċjati ma' l-importanza li nassiguraw l-eċċellenza fil-kompetizzjoni u għalhekk fl-R&D.

Bilanċ xieraq huwa meħtieġ bejn l-infrastruttura fil-livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali. Fuq medda twila ta' żmien, l-iżvilupp ta' ċentri multipli u/jew distribwiti jista' jkun mezz importanti biex iżomm livell xieraq ta' kompetizzjoni. Il-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej flimkien ma' korpi bħall-Forum ta' l-Istrateġija Ewropea dwar ir-Riċerka fl-Infrastruttura (ESFRI) jistgħu jipprovdu kontribuzzjoni siewja biex jassiguraw strateġija ottimali.

3.2.2. L-"Inizjattiva għat-Tkabbir"

Fil-Komunikazzjoni "A European initiative for growth, investing in networks and knowledge to foster growth and employment" [21], inizjattiva wiesa' ġiet ippjanata b'kollaborazzjoni mal-Bank ta' Investiment Ewropew (EIB). Biex tagħti bidu għall-azzjoni, "Quick start programme" ġie propost li għalih il-finanzjament ikun antiċipat minn kombinazzjoni l-iktar ta' self mill-bank (permezz ta' l-inizjattiva ta' l-EIB "Innovation 2010") u sorsi (industrijali) privati.

[21] "A European initiative for growth: Investing in networks and knowledge for growth and jobs" COMM (2003) 690

L-infrastruttura għan-nanoelettronika hija identifikata bħala waħda mill-oqsma għall-investiment fl-ewwel grupp ta' proposti, proġetti"Quick start". Waħda mill-oqsma l-oħra hija lasers tal-ġenerazzjoni tal-futur (eż. free-electron lasers), li għandhom il-potenzjal, per eżempju, li jieħdu stampi "snapshot" ta' l-istruttura atomika ta' molekola waħda. Faċilitajiet bħal dawn huma imprezzabbli għall-iżvilupp tan-nanoxjenzi u tan-nanoteknoloġija u għandha tiġi mfittxija sinerġija flimkien ma' azzjonijiet oħra fil-livell Ewropew u nazzjonali.

Azzjonijiet: Infrastruttura

2. Infrastruttura ta' klassi dinjija ("ċentri ta' eċċellenza") ta' dimensjoni u interess Ewropew hija kruċjali biex nassiguraw li l-UE żżid il-kompetittività fl-R&D tan-nanoxjenzi u n-nanoteknoloġija. Il-Kummissjoni ssejjaħ l-Istati Membri biex:

(a) jiżviluppaw sistema koerenti ta' infrastruttura ta' R&D, waqt li jikkunsidraw il-bżonnijiet ta' dawk kollha involuti, b'mod partikolari, u jiżviluppaw sinerġija ma' l-edukazzjoni;

(b) jieħdu miżuri biex jimmassimizzaw il-valur miżjud ta' l-infrastrutturi eżistenti waqt li jikkunsidraw il-bżonnijiet ta' l-industrija, b'mod partikolari, ta' l-SMEs.

Il-Kummissjoni tenfasizza l-bżonn li:

(c) jiġu eżaminati u indikati l-infrastrutturi eżistenti biex jiġu identifikati l-iktar bżonnijiet urġenti biex jiġi mħaffef il-progress fin-nanoteknoloġija, b'mod partikolari, għall-R&D interdixxiplinari;

(d) tiġi mibnija, jekk hemm bżonn, infrastruttura dedikata ġdida fil-livell Ewropew li tiġbor il-massa kritika meħtieġa u tikkunsidra wkoll il-bżonnijiet ta' l-industrija ;

(e) tiġi esplorata l-possibilità ta' sinerġija finanzjarja mal-Bank Ewropew ta' l-Investiment, il-Fond Ewropew ta' l-Investiment u l-Fondi Strutturali.

3.3. Investiment fir-riżorsi umani

Biex jintlaħaq il-potenzjal tan-nanoteknoloġija, l-UE teħtieġ popolazzjoni ta' riċerkaturi u inġiniera interdixxiplinari li jistgħu jiġġeneraw l-għarfien u jassiguraw li dan, min-naħa tiegħu, jiġi trasferit lill-industrija. Biex tanalizza sew u timmaniġġja r-riskji għas-saħħa umana tan-nanoteknoloġija l-UE teħtieġ ukoll tossikologi u analizzaturi tar-riskji mħarrġa sew. In-nanoteknoloġija, bħala qasam ġdid u dinamiku, tippreżenta opportunità tad-deheb biex tiġbed numru akbar ta' xjentisti żgħażagħ u personal imħarreġ ieħor f'karrieri fir-riċerka.

Skond rapport reċenti [22] hemm 5.68 riċerkaturi attivi għal kull 1,000 persuna attiva fl-Ewropa, imqabbla ma' 8.08 fl-Istati Uniti u 9.14 fil-Ġappun. Waqt li nikkunsidraw il-livell ta' riżorsi umani assoċjati ma' li nilħqu l-għan ta' Lisbona ta' 3% sa l-2010, jista' jiġi stmat li madwar 1.2 miljun personal ta' riċerka Ewropew addizjonali (inkluż 700,000 riċerkatur) ser ikunu meħtieġa [23]. Huwa essenzjali li jittieħdu miżuri biex jiġu attirati u miżmuma riċerkaturi fl-Ewropa, inkluż il-potenzjal mhux sfruttat biżżejjed tan-nisa.

[22] Kummissjoni Ewropea "Figuri Ewlenin 2003-2004" (2003), p. 44. Il-figura għall-UE tirreferi għall-2001, Stati Uniti għall-1997 u Ġappun għall-2002

[23] "Investing in research: An action plan for Europe" COMM(2003) 226

3.3.1. Niġbdu ż-żgħażagħ lejn in-"nano"

Ingredjent essenzjali għall-istrateġija ppreżentata hawnhekk hija li nħeggu l-ġenerazzjoni żagħżugħa biex tidħol fid-diskussjoni dwar ix-xjenza minn età żgħira. Evidenza aneddotika turi li l-probablità li wieħed isegwi karriera fix-xjenza tiddependi ħafna fuq l-abilità ta' l-għalliema ta' l-iskola, il-ġenituri u l-mezzi tax-xandir li, kif qal il-Premju Nobel Richard Feynman, jikkominakaw il-pjaċir ta' "l-iskoperta". Kunċetti sempliċi ta' nanoteknoloġija jistgħu jiġu introdotti permezz ta' esperimenti u spjegazzjonijiet xjentifiċi li jippruvawhom l-istudenti b'idejhom stess.

In-nanoteknoloġija hija adattata sew għall-edukazzjoni pre-universitarja għaliex hija spiss imgħallma f'livell integrat u mhux skond id-dixxiplina. Huwa kruċjali, però, li l-ġenerazzjoni żagħżugħa mhux biss tiggwadanja apprezzament tar-riċerka iżda wkoll x' "jagħmlu" r-riċerkaturi. Dan għandu jgħin l-istudenti biex jagħmlu għażliet informati billi jippreżentalhom ir-riċerka bħala għażla ta' karriera eċitanti u responsabbli. Inizjattivi bħas-"Sena Ewropew tar-Riċerkatur" huma importanti [24].

[24] "Researchers in the European Research Area: One profession, multiple careers" COM(2003) 436

3.3.2. Nirbħu fuq il-fruntieri bejn id-dixxiplini

L-universitajiet għandhom rwol ċentrali fl-iżvilupp ta' l-Ewropa ta' l-għarfien [25]. In-nanoteknoloġija tagħmel enfasi qawwija fuq strateġija interdixxiplinari. Wieħed jista' jimmaġina korsijiet universitarji fejn l-istudenti jibqgħu jirċievu t-taħriġ bażiku f'firxa ta' dixxiplini minkejja l-kors għad-diploma speċifika li jkunu qed jieħdu. Dan għandu jassigura li l-ġenerazzjonijiet futuri ta' nanoteknoloġisti jkunu "speċjalisti b'moħħhom miftuħ" li kapaċi jinteraġixxu mal-kollegi tagħhom f'dixxiplini oħra. "Taħriġ permezz tar-riċerka" prattiku jista' jsir element essenzjali fin-nanoteknoloġija.

[25] "The role of universities in the Europe of knowledge" COM(2003) 58

Forom ġodda ta' taħriġ, li jmorru lil hinn mill-fruntieri tradizzjonali tad-dixxiplini, għandhom jiġu maħsuba sabiex jipprovdu tagħlim interdixxplinarju ta' klassi dinjija fil-livell universitarju u postgraduate. Strateġiji ġodda, li jipprovdu l-mezzi sabiex jitħaddem il-finanzjament pubbliku u privat, flimkien ma' forom ġodda ta' kollaborazzjoni akkademika-industrijali, għandhom jiġu maħsuba (eż. "start ups" akkademiċi u "venture capital universities"). Dan jista' jsir fil-kuntest ta' "ċentri ta' eċċellenza" fuq livell Ewopew (ara Azzjoni 2) biex jagħtu lill-istudenti opportunità ideali biex jiksbu esperjenza prattika ta' riċerka fuq il-fruntieri tax-xjenza.

3.3.3. Riċerkaturi u inġiniera b'interess imprenditorjali

Reċentament karrieri fir-riċerka rċevew attenzjoni fil-livell Ewropew u numru ta' dgħjufijiet ġew innotati fosthom: metodi ta' reklutaġġ, kundizzjonijiet tax-xogħol, u differenzi fl-opportunitajiet tal-karriera għall-irġiel u għan-nisa [26]. B'mod partikolari, ostakoli għall-mobilità tar-riċerkaturi u inġiniera bejn is-setturi tar-riċerka u l-industrija (i.e. evalwazzjoni tal-karriera permezz ta' pubblikazzjonjiet jew liċenzji) għandhom iħassbuna u jistgħu jkunu ta' detriment għat-trasferiment tat-teknoloġija u l-innovazzjoni fin-nanoteknoloġija.

[26] "Researchers in the European Research Area: One profession, multiple careers" COMM(2003) 436

Meta nimmiraw għal soċjetà dinamika bbażata fuq it-tagħlim, l-idea li l-edukazzjoni tintemm meta jibda l-impjieg hija kontro-produttiva u hija indirizzata mill-Action Plan for Skills and Mobility [27]. In-nanoteknolġija hija qasam dinamiku li jirrikjedi taħriġ kontinwu biex isegwi l-aħħar żviluppi. Iktar man-nanoteknoloġija tersaq viċin tas-suq, il-bżonn ta' taħriġ biex jgħin fil-ħolqien ta' start-ups / spin-offs, l-immaniġġjar ta' IPR portfolios, is-sigurtà u l-kundizzjonijiet tax-xogħol huma importanti biex jassiguraw li l-innovaturi jkunu f'pożizzjoni aħjar biex jassiguraw il-finanzjament u jmexxu 'l quddiem l-inizjattivi tagħhom.

[27] "Making a European area of lifelong learning a reality" COMM(2001) 678 u Commission's Action Plan for skills and mobility COMM(2002) 72

Azzjonijiet: Investiment fir-riżorsi umani

3. Il-Kummissjoni ssejjaħ l-Istati Membri biex jikkontribwixxu sabiex:

(a) jidentifikaw il-bżonnijiet edukattivi tan-nanoteknoloġija u jipprovdu eżempji ta' l-aqwa prattika u/jew riżultati minn studji pilota;

(b) jinkoraġġixxu d-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta' korsijiet u kurrikula ġodda, taħriġ għall-għalliema u materjal edukattiv għall-promozzjoni ta' strateġiji interdixxiplinarji lejn in-nanotkenoloġija kemm fil-livell skolastiku kif ukoll f'dak universitarju;

(ċ) jintegraw is-snajja' komplimentari f'taħriġ post-graduate u matul il-ħajja, eż. intrapriża, saħħa u sigurtà fuq ix-xogħol, liċenzjar, mekkaniżmi ta' "spin-off", komunikazzjoni, eċċ.

Il-Kummissjoni tara l-opportunità ta':

(d) l-esplorazzjoni tal-possibilità għal sejħa Marie Curie [28] konġunta għal proposti fil-qasam tan-nanoxjenza u tan-nanoteknoloġija;

[28] Ara http://europa.eu.int/mariecurie-actions

(e) il-ħolqien ta' "premju Ewropew fin-nanoteknoloġija" li jikkontribwixxi biex jinkoraġġixxi l-ispirtu interdixxiplinari u imprenditorjali tar-riċerkaturi.

3.4. L-innovazzjoni industrijali, mill-għarfien sat-teknoloġija

Fis-suq globalizzat tal-lum, is-suċċess ekonomiku fuq medda twila ta' żmien huwa dejjem iżjed dipendenti fuq il-ġenerazzjoni, l-immaniġġjar u l-esplojtazzjoni ta' l-għarfien. L-investiment fl-R&D huwa meħtieġ biex jipproduċi l-għarfien u l-innovazzjoni industrijali min-naħa tagħha, teħtieġ l-għarfien biex tipproduċi l-ġid. B'dan il-mod, iċ-ċirku jingħalaq u kapital privat ġdid jista' jiġi injettat fl-R&D.

Kif tista' l-industrija Ewropea tikkapitalizza fuq is-saħħa tagħna fin-nanoxjenza biex toħloq prodotti u servizzi li jiġġeneraw il-ġid? L-abilità li nisfruttaw il-potenzjal ta' dan l-għarfien permezz tan-nanoteknoloġiji huwa kruċjali biex tingħata spinta ġdida lill-industriji li m'għadhomx kompetittivi minħabba kompetizzjoni internazzjonali qawwija, kif ukoll biex jiġu żviluppati industriji Ewropej ġodda bbażati fuq l-għarfien.

Strateġija integrata għall-politika ta' innovazzjoni hija meħtieġa [29] u se tiġi żviluppata fil-Pjan ta' Azzjoni għall-Innovazzjoni [30] li ġej. Barra minn fatturi komuni [31] li huma kruċjali għall-R&D kollu, inklużi; swieq funzjonanti u kompetittivi, politika fiskali li ssostni l-innovazzjoni, strumenti finanzjarji [32], riżorsi umani mħarrġa, proġetti pubbliċi-privati bi sħab u infrastruttura; in-nanoteknolġija trid tagħti kas ta' tliet fatturi addizjonali; il-liċenzjar ta' għarfien fundamentali, ir-regolamentazzjoni u l-metroloġija.

[29] "Innovation policy: updating the Union's approach in the context of the Lisbon strategy" COMM(2003) 112

[30] Ara http://europa.eu.int/comm/enterprise/innovation/index.htm

[31] Ara eż. "Investing in research: An action plan for Europe" COM(2003) 226

[32] Ara eż. "Access to finance of small and medium-sized enterprises" COM (2003) 713

3.4.1. Opportunità u sfidi għall-industrija eżistenti

In-nanoteknoloġija toffri opportunitajiet kbar għall-kumpaniji biex iwettqu żieda u sostanza fl-innovazzjonijet. Fl-istess ħin tħalli ħafna kumpaniji vulnerabbli għar-riskju li ma jirrikonoxxux il-potenzjal tagħha kmieni biżżejjed u jitilfu l-kompetittività. In-nuqqas ta' kultura qawwija fl-Ewropa li ssostni u tħeġġeġ t-teħid ta' riskji imprenditorjali f'oqsma bħan-nanoteknoloġija tista' tkun fattur deċiżiv flimkien ma' kundizzjonjiet ta' qafas għall-innovazzjoni.

L-industriji Ewropej joperaw f'ambjent kompetittiv ħafna. Minħabba diversi raġunijiet, jistgħu jkunu sotto-kapitalizzati u jistgħu jiddedikaw biss riżorsi limitati biex jagħmlu l-R&D u l-innovazzjoni. Data reċenti turi investiment privat totali għall-R&D ta' 1.09% mill-GNP għall-UE komparat ma' 1.85% għall-Istati Uniti u 2.2% għall-Ġappun [33]. Waqt li l-ebda figuri bħal dawn m'huma disponibbli għan-nanoteknoloġija, wieħed jista' jassumi li l-proporzjon ta' investiment industrijali fl-Ewropa huwa proporzjonalment inqas mill-Istati Uniti jew il-Ġappun.

[33] Kummissjoni Ewropea "Figuri Ewlenin 2003-2004" (2003)

3.4.2. Il-ħolqien tal-kummerċ u kapital għar-riskju fin-nanoteknoloġija

Ħafna oqsma tan-nanoteknoloġija huma f'fażi bikrija ta' l-iżvilupp tagħhom u riċerkaturi ta' suċċess spiss qed isiru imprendituri billi jniedu kumpaniji ġodda. Minn Mijiet ta' kumpaniji bħal dawn imwaqqfa fi snin reċenti, nofshom jinsabu fl-Istati Uniti meta mqabbla ma' kwart fl-UE [34]. Waqt li nikkunsidraw li l-SMEs ilaħħqu għal madwar żewġ terzi ta' l-impjiegi fl-Ewropa, huwa evidenti li sforz ikbar huwa meħtieġ biex iħajjar il-ħolqien ta' intrapriżi ġodda u innovattivi [35].

[34] "Little science, big bucks" Nature Biotechnology, Volum 21, Numru 10, Ottubru 2003, p. 1127

[35] "Action Plan: The European Agenda for Entrepreneurship" COM(2004) 70

Il-banek u l-venture capitalists huma selettivi meta joffru kapital għal riskju, b'mod partikolari f'oqsma li huma meqjusa minnhom li għandhom riskju tekniku kbir, żmien għas-suq inċert, jew jista' jkollhom konsegwenzi negattivi għall-etika, għas-saħħa jew għall-ambjental. Liċenzji huma normalment meħtieġa biex jipprovaw l-appartenenza tat-tagħrif u intrapriżi ġodda mhux biss jeħtieġ li jkunu fuq quddiem nett tan-nanoteknoġija iżda wkoll jikkombinaw dan ma' immaniġġjar u ġudizzju tajjeb ta' l-istrateġija tal-kummerċ.

Imprendituri ġodda spiss igergru li huma offruti kreditu (minflok kapital għar-riskju) u li ma jirċievu l-ebda sostenn fl-immaniġġjar - dan iżid l-espożizzjoni u l-perċezzjoni tagħhom tar-riskju. Minkejja suċċess teknoloġiku, proġetti ġodda jistgħu jfallu minħabba nuqqas ta' breakeven finanzjarju - l-hekk imsejjaħ "death valley" (wied tal-mewt). Din il-problema tista' tkun akuta għan-nanoteknoloġija, fejn il-proċess ta' R&D jeħtieġ impenn ta' medda twila. F'dan il-kuntest, il-Bank Ewropew ta' l-Investiment (EIB) jista' jkollu rwol importanti biex jipprovdi self u jsaħħaħ il-bażi tal-kapital għall-intrapriżi nanoteknoloġiċi.

3.4.3. Liċenzjar

Il-pussess ta' l-għarfien permezz ta' l-IPR hu essenzjali għall-kompetittività ta' l-industrija kemm f'termini ta' attrazzjoni ta' investiment inizjali kif ukoll l-assigurar ta' qliegħ futur. Il-liċenzji fin-nanoteknoloġija ilhom jikbru sew mill-bidu tat-tmeninijiet. L-immaniġġjar konġunt ta' l-IPR jista' jkun sfida f'qasam bħan-nanoteknoloġija fejn l-interdixxiplinarità ġġib flimkien riċerkaturi u industrijalisti b'kulturi u attitudnijiet differenti.

Minħabba l-enfasi qawwi fuq l-għarfien, in-nanoteknoloġija qed toħloq mistoqsijiet fundamentali dwar x'għandu jkun, jew ma jkunx, liċenzjabbli (eż. fuq il-livell ta' molekoli individwali). Il-qbil dwar il-kunċetti u d-definizzjonijiet fuq livell Ewropew, u idealment internazzjonali, se jilgħab rwol essenzjali fiż-żamma tal-kunfidenza ta' l-investituri filwaqt li jevita varjazzjonijiet li jistgħu jinqalgħu minħabba trattament, jew interpretazzjoni lokali differenti ta' l-IPR.

3.4.4. Regolamentazzjoni

Regolamentazzjoni xierqa u f'waqtha fil-qasam tas-saħħa pubblika, ħarsien tal-konsumatur u l-ambjent, hija essenzjali, anki biex tassigura kunfidenza mill-konsumaturi, mill-ħaddiema u mill-investituri. Għandu kemm jista' jkun isir użu ta' regolamentazzjoni eżistenti. Però, in-natura partikolari tan-nanoteknoloġiji teħtieġ eżaminazzjoni mill-ġdid tagħhom u possibilment reviżjoni. Għandha tittieħed strateġija proattiva. It-tkabbir ta' l-għarfien fin-nanoxjenzi permezz ta' l-R&D fil-livell kemm Ewropew kif ukoll nazzjonali għandu jifforma l-bażi għal iktar azzjoni f'din id-direzzjoni.

Barra milli tassigura l-konsistenza u tevita distorsjoni fis-suq, ir-regolamentazzjoni armonizzata tilgħab rwol importanti biex tnaqqas kemm jista' jkunir-riskju u tassigura l-protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà. Ir-regolamentazzjoni eżistenti spiss tistrieħ fuq parametri li jistgħu ma jkunux xierqa għal ċerti applikazzjonijiet tan-nanoteknoloġija, eż. nanopartiċelli separati. Per eżempju, livelli minimi spiss huma definiti f'termini ta' volumi jew massa ta' produzzjoni, u taħthom is-sustanza tista' tkun eżenti mir-regolamentazzjoni. Ir-rilevanza ta' livelli minimi bħal dawn għandha tiġi eżaminata mill-ġdid u, fejn hemm bżonn, tinbidel.

3.4.5. Metroloġija u standards

Biex jassiguraw li l-UE tista' twettaq il-potenzjal kummerċjali tan-nanoteknoloġija, l-industrija u s-soċjetà se jkollhom bżonn mezzi affidabbli u kwalitattivi ta' karatterizzazzjoni kif ukoll tekniċi ta' kejl li jkunu l-fus tal-kompetittività u l-affidabilità ta' prodotti u servizzi futuri. Il-metroloġija u l-istandards jeħtieġ li jiġu żviluppati biex jiffaċilitaw l-iżvilupp rapidu tat-teknoloġija kif ukoll biex jipprovdu lil min jużahom bil-kunfidenza meħtieġa fil-proċess u l-imġieba tal-prodott tagħhom.

Żviluppi innovattivi fit-tekniċi tal-kejl huma meħtieġa biex ikampaw mar-rikjesti tan-nanoteknoloġija. Dan huwa qasam ta' attività li fih sfida. Fin-nano-skala, huwa diffiċli li wieħed jifred l-effetti perturbanti ta' l-istrumenti tal-kejl fuq l-istrument innifsu. F'ċertu oqsma tal-metroloġija l-għodda sempliċement ma jeżistux attwalment. Riċerka u żviluppi normattivi konsiderevoli huma meħtieġa, li jikkunsidra l-bżonnijet ta' l-industrija f'termini ta' kejl rapidu, u kontroll. Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) [36] dan l-aħħar nieda grupp tax-xogħol dedikat għan-nanoteknoloġija.

[36] Ara http://www.cenorm.be/ għal aktar informazzjoni (CEN Resolution BT C005/2004)

Azzjonijiet: Innovazzjoni industrijali, mill-għarfien sat-teknoloġija

4. Waqt li tenfasizza l-benefiċċju ta' strateġija koordinata biex tistimola l-innovazzjoni u l-intrapriża għan-nanoteknloġija fl-Ewropa, il-Kummissjoni:

(a) issejjaħ lill-Istati Membri biex jaddottaw kundizzjonijet li jippromwovu l-investiment fl-R&D mill-industrija u intrapriżi innovattivi ġodda skond l-objettivi ta' Lisbona;

(b) tenfasizza l-bżonn biex tiġi approfondita l-investigazzjoni fil-perspettivi u l-kundizzjonijiet għal esplojtazzjoni industrijali b'suċċess tan-nanoteknoloġiji;

(ċ) tinkoraġġixxi l-Bank Ewropew ta' l-Investiment u l-Fond Ewropew ta' l- Investiment biex jikkontribwixxu ħalli jsaħħu l-bażi tal-kapital għall-innovazzjoni fin-nanoteknooġija u ssejjaħ l-Istati Membri biex jesploraw l-użu tal- Fondi Strutturali għal inizjattivi ta' R&D fil-livell reġjonali;

(d) tara li qafas ta' IPR qawwi, armonizzat u ekonomiku huwa essenzjali biex jippromwovi t-trasferiment tat-teknoloġija u l-innovazzjoni;

(e) issejjaħ l-Istati Membri biex jiffurmaw kooperazzjoni iktar mill-qrib fost l-uffiċċji tal-liċenzji għal sistema iktar effiċjenti ta' liċenzjar globali [37];

[37] Ara l-komunikat finali tal-laqgħa tal-OECD Committee for Scientific and Technological Policy f'Livell Ministerjali, 29-30 ta' Jannar 2004 (ara http://www.oecd.org/)

(f) tistieden l-Istati Membri biex jirrevedu r-regolamentazzjoni eżistenti biex jikkunsidraw l-ispeċifiċitajiet tan-nanoteknoloġija u jadottaw strateġija Ewropea komuni;

(ġ) tistieden l-Istati Membri biex ikabbru u jikkoordinaw attivitajiet fil-metroloġija, fl-istandards u fin-normi sabiex isaħħu l-kompetittività ta' l-industrija Ewropea.

3.5. L-integrazzjoni tad-dimensjoni soċjali

Hemm min jikkritika l-komunità xjentifika għaliex hija maqtugħha wisq mill-mekkaniżmi tad-demokrazija b'nuqqas ta' għarfien pubbliku, ta' perċezzjoni pubblika ta' riskji mqabbla ma' benefiċċji, u ta' parteċipazzjoni u possibilità pubblika ta' kontroll. Waqt li l-applikazzjonijiet potenzjali tan-nanoteknoloġija jistgħu jtejbu l-kwalità tal-ħajja, jista' jkun hemm xi riskju assoċjat magħha, bħal f'kull teknoloġija ġdida - dan għandu jkun apertament dikjarat u investigat. Fl-istess ħin il-perċezzjoni tal-pubbliku tan-nanoteknoloġija u r-riskji tagħha għandha tkun assessjata u indirizzata sewwa.

Huwa fl-interess komuni li nadottaw pożizzjoni proattiva u nintegraw bis-sħiħ il-konsiderazzjonijiet soċjali fil-process ta' R&D, waqt li nesploraw il-benefiċċji tiegħu, ir-riskji u l-implikazzjonijiet l-iżjed profondi għas-soċjetà. Kif diġà ġie identifikat [38], dan jeħtieġ li jsir kmieni kemm jista' jkun u mhux sempliċement nistennew li jiġi aċċettat post-facto. Hawnhekk, in-natura komplessa u inviżibbli tan-nanoteknoloġija tippreżenta sfida għax-xjenza u riskju għall-komunikatura.

[38] Ara, eż., "Nanotechnology: Revolutionary opportunities & societal implications", 3rd Joint EC-NSF Workshop dwar in-Nanoteknoloġija, Lecce, Italja (2002), u "The social and economic challenges of nanotechnology", ESRC, UK (2003)

3.5.1. L-iżvilupp responsabbli tan-nanoteknoloġija

Il-prinċipji etiċi għandhom jiġu rrispettati u, fejn huwa xieraq, inforzati permezz tar-regolamentazzjoni. Dawn il-prinċipji huma inkorporati fil-Karta Ewropea dwar id-Drittijiet Fundamentali [39] u f'dokumenti Ewropej u internazzjonali oħra [40]. L-opinjoni tal-Grupp Ewropew ta' l-Etika (EGE) [41], li qed jeżaminaw l-aspetti etiċi ta' l-applikazzjonijiet mediċi relatati man-nanotekonoloġiji, għandha tiġi kkunsidrata wkoll.

[39] Ara http://www.europarl.eu.int/charter/default_en.htm

[40] Ara http://europa.eu.int/comm/research/science-society/ethics/legislation_en.html

[41] Ara http://europa.eu.int/comm/european_group_ethics/index_en.htm

Xi wħud mill valuri etiċi bażiċi jinkludu: il-prinċipju tar-rispett għad-dinjità; il-prinċipju ta' l-awtonomija individwali; il-prinċipju tal-ġustizzja u tal-benefiċenza; il-prinċipju tal-libertà ta' riċerka; u l-prinċipju tal-proporzjonalità. Ir-rilevanza ta' prinċipji bħal dawn għall-applikazzjonijiet umani u mhux umani tan-nanoteknoloġija għandhom jiġi mifhuma. Barra minn hekk, ċerti applikazzjonijiet, eż. sensuri minjaturizzati, jista' jkollhom implikazjonijiet speċifiċi għall-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali.

Skond il-prinċipji demokratiċi żvilupp miftuħ, traċċabbli u verifikabbli tan-nanoteknoloġija, huwa indispensabbli. Minkejja xi sejħiet għal moratorium fuq ir-riċerka nanoteknoloġika, il-Kummissjoni hija konvinta li dan ikun serjament kontro-produttiv. Barra milli jiċħad lis-soċjetà l-benefiċċji possibbli, jista' jwassal għat-twaqqif ta' "technological paradises", i.e. fejn ir-riċerka ssir f'żoni mingħajr qafas regolatorju u hija miftuħa għal abbuż possibbli. L-inabilità konsegwenti tagħna li nsegwu żviluppi u nintervjenu taħt ċirkostanzi bħal dawn tista' twassal għal konsegwenzi anke agħar. Il-Prinċipju ta' Prekawzjoni [42], kif użat s'issa, jista' jiġi applikat jekk riskji realistiċi u serji jiġu identifikati.

[42] "Communication from the Commission on the Precautionary Principle" COM(2000) 1

3.5.2. Informazzjoni, komunikazzjoni u djalogu: Nifhmu l-inviżibbli

"X'inhi n-nanoteknoloġija?" Stħarriġ ta' 'l fuq minn 16,000 individwu fl-2001 [43] indika li n-nanoteknoloġija mhix mifhuma sew. Peress li hija komplessa u tikkonċerna skala li hija inviżibbli, in-nanoteknoloġija tista' tkun kunċett diffiċli biex il-pubbliku jifhmu. Titli dwar eż. nano-robots awto-replikanti, li huma lil hemm sewwa mill-kapaċità attwali iżda li huma spiss ippreżentati bħala riskju immedjat, juru li hemm bżonn urġenti li nipprovdu informazzjoni dwar ir-riċerka nanoteknoloġika attwali u l-applikazzjonijiet possibbli tagħha. Per eżempju, in-"nanoTruck" [44] huwa eżempju eċċellent tal-modi li bihom l-għarfien pubbliku dwar in-nanoteknloġija jista' jiġi mkabbar.

[43] Kummissjoni Ewropea "Europeans, Science and Technology" Eurobarometer 55.2, Diċembru 2001

[44] Ara http://www.nanotruck.net għal aktar informazzjoni.

Mingħajr sforz komunikattiv serju, l-innovazzjonijiet fin-nanoteknoloġija jistgħu jintlaqgħu inġustament ħażin mill-pubbliku. Djalogu effettiv f'żewġ direzzjonijiet huwa indispensabbli, fejn il-veduti tal-pubbliku inġenerali jiġu kkunsidrati u jistgħu jidhru li qed jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet dwar il-politika ta' l-R&D [45]. Il-fiduċja u l-aċċettazzjoni tal-pubbliku se jkunu kruċjali għall-iżvilupp fuq medda twila u jħallina napprofittaw mill-benefiċċji potenzjali tiegħu. Huwa evidenti li l-komunità xjentifika se jkollha ttejjeb il-ħiliet komunikattivi tagħha.

[45] "Science and Society - Action plan", COM(2001) 714

Azzjonijiet: Integrazzjoni tad-dimensjoni soċjali

5. Waqt li tenfasizza l-bżonn li niddedikaw attenzjoni xierqa lill-aspetti soċjali tan-nanoteknloġija, il-Kummissjoni:

(a) issejjaħ lill-Istati Membri biex isegwu strateġija miftuħa u proattiva għall-govenance fl-R&D nanoteknoloġiku biex jassiguraw l-għarfien u l-kunfidenza pubblika;

(b) tinkoraġġixxi djalogu maċ-ċittadini/konsumaturi ta' l-UE biex tippromwovi ġudizzju informat dwar l-R&D nanoteknoloġiku bbażat fuq informazzjoni imparzjali u skambu ta' ideat;

(ċ) tirriafferma l-irbit tagħha mal-prinċipji etiċi sabiex tassigura li l-R&D nanoteknoloġiku jsir b'mod responsabbli u trasparenti.

4. Il-protezzjoni tas-saħħa pubblika, is-sigurtà, ta' l-ambjent u tal-konsumatur

Investigazzjoni xjentifika u analiżi tar-riskji possibbli għas-saħħa jew għall-ambjent assoċjati man-nanoteknoloġija trid takkompanja l-R&D u l-progress teknoloġiku. Xi studji dedikati qed isiru biex jassessjaw ir-risjki potenzjali, li huma wkoll eżaminati fil-proġetti IP u NE ta' l-FP6 fil-qasam tan-nanoteknoloġija. B'mod partikolari, in-nanopartiċelli jistgħu jġibu ruħhom b'mod mhux mistenni minħabba d-daqs ċkejken tagħhom [46]. Jistgħu jippreżentaw sfidi partikolari, per eżempju, f'termini ta' produzzjoni, rimi, immaniġġjar, ħżin u trasport. L-R&D huwa meħtieġ biex jiddetermina l-parametri rilevanti u jipprepara għar-regolamenti, fejn hemm bżonn, waqt li jikkunsidra l-katina sħiħa ta' atturi, mir-riċerkaturi, ħaddiema sal-konsumaturi. Dan l-R&D irid ukoll jikkunsidra l-impatti tan-nanoteknoloġiji fiċ-ċiklu sħih tal-ħajja tagħhom, per eżempju, billi juża Life-Cycle Assessment Tools. Peress li kwistjonijiet bħal dawn huma ta' interess globali, ikun ta' vantaġġ li l-għarfien jiġi sistematikament maqsum fil-livell internazzjonali.

[46] Ara eż. il-proġetti finanzjati mill-KE: Nanopathology "The role of nano-particles in biomaterial-induced pathologies" (QLK4-CT-2001-00147); Nanoderm "Quality of skin as a barrier to ultra-fine particles" (QLK4-CT-2002-02678); Nanosafe "Risk assessment in production and use of nano-particles with development of preventive measures and practice codes" (G1MA-CT-2002-00020)

Iktar ġeneralment, il-ħarsien tas-saħħa pubblika, ta' l-ambjent u tal-konsumatur jeħtieġu li dawk involuti fl-iżvilupp tan-nanoteknoloġiji--inklużi riċerkaturi, żviluppaturi, produtturi u distributuri--jindirizzaw kull risjku potenzjali minn qabel, kmieni kemm jista' jkun, fuq il-bażi ta' data u analiżi xjentifika affidabbli, u jużaw metodoloġiji affidabbli. Dan jippreżenta sfida għaliex it-tbassir tal-propjetajiet ta' prodotti bbażati fuq in-nanoteknoloġija huwa diffiċli għax jeħtieġ li l-fiżika klassika u l-effetti quantum mekkaniċi jiġu kkunsidrati t-tnejn. F'ħafna modi, l-inġinerija ta' sustanza bin-nanoteknoloġija tista' tiġi mqabbla mal-ħolqien ta' kimika ġdida. Minħabba f'hekk, biex nindirizzaw ir-riskji potenzjali tan-nanoteknoloġija għas-saħħa pubblika, l-ambjent u l-konsumatur jeħtieġ li nevalwaw ir-ri-użu mill-ġdid ta' data eżistenti u niġġeneraw data speċifika għan-nanoteknoloġija ġdida dwar it-tossikoloġija u l-ekotossikoloġija (inkluż r-rispons għad-doża u t-tagħrif dwar l-espożizzjonijiet). Dan jirrikjedi wkoll l-eżami u, fejn hemm bżonn, l-addatament ta' metodi ta' analiżi tar-riskji. Fil-prattika, biex nindirizzaw ir-riskji potenzjali assoċjati man-nanoteknoloġija jeħtieġ li l-analiżi tar-riskji jiġu integrati f'kull pass taċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodotti bbażati fuq in-nanoteknoloġija.

Azzjonijiet: Protezzjoni tas- saħħa pubblika, tas-sigurtà, ta' l-ambjent u tal-konsumatur

6. B'appoġġ għal livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa pubblika, tas-sigurtà, ta'l-ambjent u tal-konsumatur, il-Kummissjoni temfasizza l-bżonn:

(a) li jiġu identifikati u indirizzati kwistjonijiet ta' sigurtà (reali jew perċeputi) fl-iktar stadju bikri possibbli;

(b) li jissaħħaħ l-appoġġ għall-integrazzjoni ta' aspetti tas-saħħa, ambjentali u oħrajn relatati fl-attivitajiet ta' R&D flimkien ma' studji speċifiċi;

(c) li tiġi sostnuta l-ġenerazzjoni ta' data fuq it-tossikoloġija u l-ekotossikoloġija (inkluż tagħrif dwar ir-rispons tad-dożi) u tiġi evalwata l-espożizzjoni potenzjali umana u ambjentali.

Il-Kummissjoni ssejjaħ l-Istati Membri biex jippromwovu:

(d) l-emendament, jekk hemm bżonn, ta' proċeduri ta' analiżi ta' riskji u jikkunsidraw il-kwistjonijiet partikolari assoċjati ma' l-applikazzjonijiet tan-nanoteknoloġija;

(e) l-integrazzjoni ta' analiżi ta' riskji għas-saħħa umana, l-ambjent, il-konsumaturi u l-ħaddiema fl-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tat-teknoloġija (inklużi l-konċezzjoni, l-R&D, il-manifattura, id-distribuzzjoni, l-użu u r-rimi).

5. Pass ieħor: il-kooperazzjoni internazzjonali

Il-kooperazzjoni internazzjonali hija essenzjali għall-avvanz ta' l-R&D u l-FP6, per eżempju, hija miftuħa għad-dinja għaliex tippermetti li gruppi ta' riċerka minn pratikament il-pajjiżi kollha jipparteċipaw fi proġetti. Dan huwa partikolarment importanti għan-nanoteknoloġija, fejn ħafna tagħrif bażiku huwa meħtieġ u fejn ħafna sfidi xjentifiċi u tekniċi jibqgħu - massa kritika globali tista' tiġi meħtieġa. Il-kooperazzjoni internazzjonali tista' taċċelera l-R&D billi tirbaħ fuq il-vojt fl-għarfien iktar malajr u, per eżempju, tgħin biex tiftaħ it-triq għal soluzzjonijiet u normi ta' metroloġiji ġodda.

Diversi pajjiżi kkonkludew ftehim ta' kooperazzjoni xjentifika u teknika ma'l-UE li jinkorporaw in-nanoteknoloġija. B'mod partikolari, arranġament ta' implimentazzjoni jeżisti bejn il-Kummissjoni Ewropea (KE) u n-National Science Foundation (NSF, Stati Uniti), l-ieħor mal-Ministeru għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MOST, Ċina). Arranġamenti bħal dawn jiffurmaw qafas għal kooperazzjoni msaħħa u jippermettu inizjattivi konġunti biex jiġu mnedija. Mill-1999 sejħiet koordinati KE-NSF ġew imnieda u ma' l-20 proġett ġew imnieda.

Kooperazzjoni internazzjonali msaħħa fin-nanoxjenzi u fin-nanoteknoloġiji li tibni fuq l-esperjenza ta' FP6 hija meħtieġa kemm ma' pajjiżi li huma iktar ekonomikament avvanzati (biex naqsmu l-għarfien u napprofittaw mill-massa kritika) u anki anqas ekonomikament avvanzati (biex nassiguraw l-aċċess tagħhom għall-għarfien u nevitaw "apartheid ta' l-għarfien"). B'mod partikolari, hemm bżonn urġenti li naqsmu l-għarfien fl-aspetti tas-saħħa, tas-sigurtà u ta' l-ambjent tan-nanoteknoloġija għall-benefiċċju taċ-cittadini kollha.

Prinċipji komuni maqsuma bejn kulħadd fl-R&D fin-nanoteknoloġija jistgħu jiġu inkorporati f'qafas volontarju (eż. "kodiċi ta' mġieba tajba") biex irressqu l-UE lejn pajjiżi li huma attivi fir-riċerka nanoteknoloġika u jaqsmu magħna l-irbit ma' żvilupp responsabbli. Skambji preliminarji ta' veduti b'rappreżentanti minn eż. l-Istati Uniti, il-Ġappun, l-Isvizzera u r-Russja huma nkoraġġanti ħafna hawnhekk u jistgħu jiftħu t-triq għal iktar inizjattivi.

Azzjonijiet: Kooperazzjoni Internazzjonali

7. Il-Kummissjoni se tmexxi 'l quddiem, skond l-obbligazzjonijiet internazzjonali tagħha u speċjalment dawk relatati ma' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ:

(a) dibattitu internazzjonali jew konsensus fuq suġġetti li huma ta' importanza globali, bħas-saħħa pubblika, bħas-sigurtà, bħall-ambjent, bħall-ħarsien tal-konsumatur, bħall-analiżi tar-riskji, bħall-istrateġiji regolatorji, bħall-metroloġija, bħan-nomenklatura u bħan-normi;

(b) aċcess għal għarfien bażiku f'pajjiżi inqas industrijalizzati sabiex nikkontribwixxu għall-prevenzjoni ta' l-"apartheid ta' l-għarfien";

(c) il-monitoraġġ u l-qsim ta' informazjzoni marbuta ma' l-iżvilupp xjentifiku, teknoloġiku, ekonomiku u soċjali tan-nanotekonoloġiji;

(d) id-definizzjoni ta' "kodiċi ta' mġieba tajba" internazzjonali sabiex jassigura l-ftehim globali fuq prinċipji bażiċi għall-iżvilupp responsabbli tan-nanoteknoloġija.

Anness: estimu tal-finanzjament pubbliku fin-nanoteknoloġija

(Innota li d-data segwenti ppreżentati ġew derivati minn diversi sorsi [47])

[47] Asja (APNF, ATIP, nABACUS); Ewropa (Bundesministerium für Bildung und Forschung (Ġermanja), Enterprise Ireland, General Secretariat for Research (Greċja), Inspection générale de l'administration de l'éducation nationale et de la recherche (Franza), Nanoforum, National Contact Points, CORDIS Nanotechnology Database, sorsi varji); USA (NSF); Oħrajn (sorsi varji)

Fig. 1: Livelli ġenerali ta' spiża pubblika fin-nanoteknoloġija fl-2003 għall-: Ewropa (inklużi CH, IL u NO bħala Pajjiżi Assoċjati ma' l-FP6 ), il-Ġappun, l-Istati Uniti u oħrajn (1EUR = 1$).

>REFERENCE TO A GRAPHIC>

Fig. 2: Livelli ta' finanzjament għall-UE-15 flimkien ma' xi pajjiżi Ġodda (CZ, LV, LT, SI) u Assoċjati ewlenija (CH, IL u NO) u l-KE f'termini EUR assoluti fl-2003.

>REFERENCE TO A GRAPHIC>

Fig. 3: Livell ta' finanzjament għal pajjiżi oħra ewlenija (esklużi l-Istati Uniti u l-Ġappun) bi programmi ta' nanoteknoloġija f'termini $ fl-2003. Id-differenzi potenzjalment kbar fil-purchasing power għandhom jiġu kkunsidrati fil-qari ta' dawn il-figuri.

>REFERENCE TO A GRAPHIC>

Fig. 4: Livelli komparattivi għall-finanzjament bejn l-UE-15, l-UE-25 xi Pajjiżi Ġodda (CZ, LV, LT, SI), Pajjiżi Assoċjati prinċipali fl-FP6 (CH, IL u NO), Stati Uniti u l-Ġappun fuq bażi percapita fl-2003 (1EUR = 1$).

>REFERENCE TO A GRAPHIC>

Top