EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0037

Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Jannar 2014 li jemenda ċerti Regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri

OJ L 18, 21.1.2014, p. 1–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/37(1)/oj

21.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 18/1


REGOLAMENT (UE) Nru 37/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-15 ta' Jannar 2014

li jemenda ċerti Regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu f'konformità il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Għadd ta' Regolamenti bażiċi relatati mal-politika kummerċjali komuni jipprevedu li l-atti li jimplimentaw il-politika kummerċjali komuni għandhom jiġu adottati mill-Kunsill f'konformità mal-proċeduri stabbiliti fl-istrumenti varji kkonċernati jew mill-Kummissjoni soġġetti għal proċeduri speċifiċi u kontroll mill-Kunsill. Tali proċeduri mhumiex soġġetti għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE (2).

(2)

Huwa xieraq li jiġu emendati dawk ir-Regolamenti bażiċi sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mad-dispożizzjonijiet introdotti bit-Trattat ta' Lisbona. Dan għandu jsir, fejn xieraq, permezz tal-għoti ta' setgħat delegati lill-Kummissjoni u billi jiġu applikati ċertu proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(3)

Ir-Regolamenti li ġejjin għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan:

Ir-Regolament (KEE) Nru 2841/72 tal-Kunsill (4),

Ir-Regolament (KEE) Nru 2843/72 tal-Kunsill (5),

Ir-Regolament (KEE) tal-Kunsill Nru 1692/73 (6),

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3286/94 (7),

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 385/96 (8),

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2271/96 (9),

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1515/2001 (10),

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 153/2002 (11),

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 427/2003 (12),

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 452/2003 (13),

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 (14),

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 (15),

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1616/2006 (16),

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 (17),

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 140/2008 (18),

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2008 (19),

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 594/2008 (20),

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 (21),

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 (22),

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 625/2009 (23),

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1061/2009 (24),

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (25).

(4)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, il-proċeduri għall-adozzjoni ta' miżuri li nbdew iżda ma tlestewx qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ma għandhom ikunu affettwati minn dan ir-Regolament,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolamenti elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament huma b'dan emendati, f'konformità mal-Anness.

Artikolu 2

Ir-referenzi għad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jinftiehmu li huma magħmula għal dawk id-dispożizzjonijiet kif emendati b'dan ir-Regolament.

Ir-referenzi magħmula għall-ismijiet ta' qabel tal-kumitati għandhom jinftiehmu li huma referenzi għall-ismijiet il-ġodda tal-kumitati kif previst minn dan ir-Regolament.

Fir-Regolamenti kollha elenkati fl-Anness:

(a)

kwalunkwe referenza għall-kliem 'Komunità Ewropea', 'Komunità', 'Komunitajiet Ewropej' jew 'Komunitajiet' għandha tinftiehem bħala referenza għall-'Unjoni Ewropea' jew l-'Unjoni';

(b)

kwalunkwe referenza għall-kliem 'suq komuni' għandha tinftiehem bħala referenza għas-'suq intern';

(c)

kwalunkwe referenza għall-kliem 'Kumitat previst fl-Artikolu 113', 'Kumitat previst fl-Artikolu 133', 'Kumitat imsemmi fl-Artikolu 113', jew 'Kumitat imsemmi fl-Artikolu 133' għandha tinftiehem bħala referenza għal 'Kumitat previst fl-Artikolu 207';

(d)

kwalunkwe referenza għall-kliem 'Artikolu 113 tat-Trattat' jew 'Artikolu 133 tat-Trattat' għandha tinftiehem bħala referenza għal 'Artikolu 207 tat-Trattat'.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-proċeduri mibdija għall-adozzjoni ta' miżuri previsti fir-Regolamenti elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament fejn, mad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jew qabel:

(a)

il-Kummissjoni tkun adottat att;

(b)

ikun hemm bżonn ta' konsultazzjoni skont wieħed mir-Regolamenti elenkati fl-Anness u tali konsultazzjoni tkun bdiet; jew,

(c)

ikun hemm bżonn ta' proposta skont wieħed mir-Regolamenti elenkati fl-Anness u l-Kummissjoni tkun adottat tali proposta.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tletin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, il-15 ta’ Jannar 2014.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

D. KOURKOULAS


(1)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2012 (ĠU C 251 E, 31.8.2013, p. 126) u pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-15 ta' Novembru 2013 (għadha mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali)]. Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2013 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23).

(3)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(4)  Regolament (KEE) Nru 2841/72 tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1972 fuq il-miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera (ĠU L 300, 31.12.1972, p. 284).

(5)  Regolament (KEE) Nru 2843/72 tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1972 fuq il-miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda (ĠU L 301, 31.12.1972, p. 162).

(6)  Regolament (KEE) tal-Kunsill Nru 1692/73 tal-25 ta’ Ġunju 1973 dwar il-miżuri ta’ salvagwardjar previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (ĠU L 171, 27.6.1973, p. 103).

(7)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3286/94 tat-22 ta' Diċembru 1994 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Komunità fil-qasam ta' politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Komunità skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b'mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (ĠU L 349, 31.12.1994, p. 71).

(8)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 385/96 tad-29 ta' Jannar 1996 dwar il-protezzjoni kontra prezzijiet inġurjużi ta' bastimenti (ĠU L 56, 6.3.1996, p. 21).

(9)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2271/96 tat-22 ta' Novembru 1996 li jipproteġi kontra l-effetti tal-applikazzjoni ekstraterritorjali tal-leġislazzjoni adottata minn pajjiż terz, u l-azzjonijiet ibbażati fuqha jew li jirriżultaw minnha (ĠU L 309, 29.11.1996, p. 1).

(10)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1515/2001 tat-23 ta' Lulju 2001 fuq il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Komunità wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tad-WTO dwar kwistjonijiet fuq anti-dumping u anti-sussidji (ĠU L 201, 26.7.2001, p. 10).

(11)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 153/2002 tal-21 ta' Jannar 2002 fuq ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq naħa, u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq l-oħra, u għall-applikazzjoni tal-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (ĠU L 25, 29.1.2002 p. 16).

(12)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 427/2003 tat-3 ta' Marzu 2003 dwar mekkaniżmu transitorju ta' salvagwardja għal prodotti partikolari għall-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 519/94 dwar regoli komuni għal importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 65, 8.3.2003, p. 1).

(13)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 452/2003 tas-6 ta’ Marzu 2003 dwar il-miżuri li l-Komunità tista' tadotta relatati mal-effett ikkombinat ta’ miżuri kontra r-rimi u kontra s-sussidju b'miżuri ta’ salvagwardjar (ĠU L 69, 13.3.2003, p. 8).

(14)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 673/2005 tal-25 ta’ April 2005 li jistabbilixxi d-dazji doganali ta’ importazzjoni addizzjonali ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 110, 30.4.2005, p. 1).

(15)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 tas-27 ta' Ġunju 2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, tortura jew trattamenti jew kastigi oħrajn krudili, inumani jew degradanti (ĠU L 200, 30.7.2005, p. 1).

(16)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1616/2006 tat-23 ta’ Ottubru 2006 dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, fuq in-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Albanija (ĠU L 300, 31.10.2006, p. 1).

(17)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta' Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti Stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1).

(18)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 140/2008 tad-19 ta’ Novembru 2007 dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra, u għall-applikazzjoni tal-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra (ĠU L 43, 19.2.2008, p. 1).

(19)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2008 tal-21 ta’ Jannar 2008 li jintroduċi l-preferenzi awtonomi għall-kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 980/2005 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/924/KE (ĠU L 20, 24.1.2008, p. 1).

(20)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 594/2008 tas-16 ta' Ġunju 2008 dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Bosnja u Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Bosnja u Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (ĠU L 169, 30.6.2008, p. 1).

(21)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93).

(22)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1).

(23)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 625/2009 tas-7 ta' Lulju 2009 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 185, 17.7.2009, p. 1).

(24)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1061/2009 tad-19 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għall-esportazzjoni (ĠU L 291, 7.11.2009, p. 1).

(25)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51).


ANNESS

LISTA TA' REGOLAMENTI LI JAQAW TAĦT IL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI U EMENDATI F'ADATTAMENT GĦALL-ARTIKOLU 290 TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI EWROPEA JEW GĦAD-DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 182/2011

1.   Regolament (KEE) Nru 2841/72

Fir-rigward tar-Regolament (KEE) Nru 2841/72, l-implimentazzjoni tal-klawżoli bilaterali ta' salvagwardja tal-Ftehim titlob kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja. Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Il-Kummissjoni għandha immedjatament tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli fejn, f'każijiet ġustifikati kif mistħoqq marbuta ma' sitwazzjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 24, 24a u 26 tal-Ftehim jew fil-każ ta' għajnuniet għall-esportazzjoni li għandhom effett dirett u immedjat fuq il-kummerċ, dan ikun meħtieġ minħabba raġunijiet imperattivi ta' urġenza.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KEE) Nru 2841/72 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 1

Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tirreferi lill-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera, aktar 'il quddiem imsejjaħ il-'Ftehim', għall-iskop li jittieħdu l-miżuri previsti fl-Artikoli 22, 24, 24a u 26 tal-Ftehim. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadotta dawk il-miżuri f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri jekk tiddeċiedi li tirreferi kwistjoni lill-Kumitat Konġunt.".

(2)

Fl-Artikolu 2(1), it-tieni sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

"Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' salvagwardja f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament.".

(3)

L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 4

1.   Fejn ċirkostanzi eċċezzjonali jeħtieġu azzjoni immedjata fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 24, 24a u 26 tal-Ftehim jew fil-każ ta' għajnuniet fl-esportazzjoni li għandhom effett dirett u immedjat fuq il-kummerċ, il-miżuri ta' prekawzjoni previsti fl-Artikolu 27(3)(e) tal-Ftehim jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament, jew f'każijiet ta' urġenza, f'konformità mal-Artikolu 7(3).

2.   Fejn il-Kummissjoni tkun mitluba tieħu azzjoni minn Stat Membru, hija għandha tieħu deċiżjoni dwar dik it-talba fi żmien massimu ta' ħamest ijiem ta' xogħol wara li tkun irċevietha.".

(4)

L-Artikolu 5 huwa mħassar.

(5)

L-Artikoli li ġejjin huma miżjuda:

"Artikolu 7

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 (*). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

Artikolu 8

Il-Kummissjoni għandha tinkludi tagħrif dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rapport annwali tagħha dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' difiża kummerċjali ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 22a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (***).

(*)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1)."

(**)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)."

(***)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (OJ L 343, 22.12.2009, p. 51)."."

2.   Regolament (KEE) Nru 2843/72

Fir-rigward tar-Regolament (KEE) Nru 2843/72, l-implimentazzjoni tal-klawżoli bilaterali ta' salvagwardja tal-Ftehim titlob kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja. Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Il-Kummissjoni għandha immedjatament tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli fejn, f'każijiet ġustifikati kif mistħoqq marbuta ma' sitwazzjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 25, 25a u 27 tal-Ftehim jew fil-każ ta' għajnuniet għall-esportazzjoni li għandhom effett dirett u immedjat fuq il-kummerċ, dan ikun meħtieġ minħabba raġunijiet imperattivi ta' urġenza.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KEE) Nru 2843/72 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 1

Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tirreferi lill-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-'Ftehim' għall-iskop li jittieħdu l-miżuri previsti fl-Artikoli 23, 25, 25a u 27 tal-Ftehim. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadotta dawk il-miżuri f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri jekk tiddeċiedi li tirreferi kwistjoni lill-.".

(2)

Fl-Artikolu 2(1), it-tieni sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

"Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' salvagwardja f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament.".

(3)

L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 4

1.   Fejn ċirkostanzi eċċezzjonali jeħtieġu azzjoni immedjata fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 25, 25a u 27 tal-Ftehim jew fil-każ ta' għajnuniet fl-esportazzjoni li għandhom effett dirett u immedjat fuq il-kummerċ, il-miżuri previsti fl-Artikolu 28(3)(e) tal-Ftehim jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament, jew f'każijiet ta' urġenza, f'konformità mal-Artikolu 7(3).

2.   Fejn il-Kummissjoni tintalab tieħu azzjoni minn Stat Membru, hija għandha tieħu deċiżjoni dwar dik it-talba fi żmien massimu ta' ħamest ijiem ta' xogħol wara li tkun irċevietha.".

(4)

L-Artikolu 5 huwa mħassar.

(5)

L-artikoli li ġejjin huma miżjuda:

"Artikolu 7

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 (****). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*****).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

Artikolu 8

Il-Kummissjoni għandha tinkludi tagħrif dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rapport annwali tagħha dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' difiża kummerċjali ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 22a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (******).

(****)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1)."

(*****)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)."

(******)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (OJ L 343, 22.12.2009, p. 51)."."

3.   Regolament (KEE) Nru 1692/73

Fir-rigward tar-Regolament (KEE) Nru 1692/73, l-implimentazzjoni tal-klawżoli bilaterali ta' salvagwardja tal-Ftehim titlob kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja. Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Il-Kummissjoni għandha immedjatament tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli fejn, f'każijiet ġustifikati kif mistħoqq marbuta ma' sitwazzjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 24, 24a u 26 tal-Ftehim jew fil-każ ta' għajnuniet għall-esportazzjoni li għandhom effett dirett u immedjat fuq il-kummerċ, dan ikun meħtieġ minħabba raġunijiet imperattivi ta' urġenza.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KEE) Nru 1692/73 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 1

Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tirreferi lill-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-'Ftehim' għall-iskop li jittieħdu l-miżuri previsti fl-Artikoli 22, 24, 24a u 26 tal-Ftehim. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadotta dawk il-miżuri f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri jekk tiddeċiedi li tirreferi kwistjoni lill-Kumitat Konġunt."

(2)

Fl-Artikolu 2(1), it-tieni sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

"Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' salvagwardja f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament.".

(3)

L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 4

1.   Fejn ċirkostanzi eċċezzjonali jitolbu azzjoni immedjata fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 24, 24a u 26 tal-Ftehim jew fil-każ ta' għajnuniet fl-esportazzjoni li għandhom effett dirett u immedjat fuq il-kummerċ, il-miżuri previsti fl-Artikolu 27(3)(e) tal-Ftehim jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament, jew f'każijiet ta' urġenza, f'konformità mal-Artikolu 7(3).

2.   Fejn il-Kummissjoni tintalab tieħu azzjoni minn Stat Membru, hija għandha tieħu deċiżjoni dwar dik it-talba fi żmien massimu ta' ħamest ijiem ta' xogħol wara li tkun irċevietha.".

(4)

L-Artikolu 5 huwa mħassar.

(5)

L-Artikoli li ġejjin huma miżjuda:

"Artikolu 7

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 (*******). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (********).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

Artikolu 8

Il-Kummissjoni għandha tinkludi tagħrif dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rapport annwali tagħha dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' difiża kummerċjali ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 22a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (*********).

(*******)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1)."

(********)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)."

(*********)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (OJ L 343, 22.12.2009, p. 51)."."

4.   Regolament (KE) Nru 3286/94

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 3286/94, l-implimentazzjoni tal-proċeduri ta' eżami previsti f'dak ir-Regolament titlob kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet dwar it-twettiq ta' dawk il-proċeduri ta' eżami u l-miżuri li jirriżultaw minnhom. Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għas-sospensjoni ta' eżaminazzjonijiet li għadhom għaddejjin minħabba l-effetti ta' tali miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni tal-miżuri definittivi.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jinżammu informati bl-iżviluppi taħt dan ir-Regolament, sabiex ikunu jistgħu jqisu l-implikazzjonijiet ta' politika usa' tagħhom.

Barra minn hekk, f'każijiet fejn ftehim ma' pajjiż terz jidher li jista’ jkun l-aktar mod xieraq biex tiġi solvuta tilwima li tiġi minn xkiel għall-kummerċ, in-negozjati għal dan il-għan għandhom isiru f'konformità mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 207 tat-Trattat.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 3286/94 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 5(3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"3.   Fejn jidher li l-ilment ma jipprovdix biżżejjed evidenza biex jiġi ġustifikat il-bidu ta' investigazzjoni, il-kwerelant għandu jiġi informat b'dan.

Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru jekk tiddeċiedi li l-ilment ma' jipprovdix biżżejjed evidenza biex jiġi ġustifikat il-bidu ta' investigazzjoni.".

(2)

L-Artikolu 6(4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"4.   Fejn jidher li t-talba ma tipprovdix biżżejjed evidenza biex jiġi ġustifikat il-bidu ta' investigazzjoni, l-Istat Membru għandu jiġi informat b'dan.

Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru jekk tiddeċiedi li l-ilment ma' jipprovdix biżżejjed evidenza biex jiġi ġustifikat il-bidu ta' investigazzjoni.".

(3)

L-Artikolu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artkolu 7

Proċedura ta' kumitat

1.

(a)

Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar l-Ostakoli għall-Kummerċ, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ 'il-Kumitat'. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**********).

(b)

Fejn issir referenza għal dan il-punt, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(c)

Fejn issir referenza għal dan il-punt, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Il-Kummissjoni għandha wkoll tirreferi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni mogħtija skont dan ir-Regolament, sabiex huma jkunu jistgħu jqisu kwalunkwe implikazzjoni usa' għall-politika kummerċjali komuni.

(**********)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)."."

(4)

L-Artikolu 8(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"1.   Fejn il-Kummissjoni jidhrilha li hemm biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta' proċedura ta' eżami u li tkun meħtieġa fl-interess tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha:

(a)

tħabbar il-bidu ta' proċedura ta' eżami f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din it-tħabbira għandha tindika l-prodott jew servizz u l-pajjiżi kkonċernati, tagħti ġabra qasira tal-informazzjoni riċevuta, u tipprevedi li l-informazzjoni rilevanti kollha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni. Hija għandha tħabbar il-perijodu li matulu l-partijiet interessati jistgħu japplikaw biex jinstemgħu oralment mill-Kummissjoni f'konformità mal-paragrafu 5;

(b)

uffiċjalment tinnotifika lir-rappreżentanti tal-pajjiż jew tal-pajjiżi li huma s-suġġett tal-proċedura, ma’liema, fejn xieraq, jistgħu jinżammu konsultazzjonijiet;

(c)

twettaq l-eżami fuq il-livell tal-Unjoni, billi taġixxi f'kooperazzjoni mal-Istati Membri.

Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri jekk tiddeċiedi li l-ilment jipprovdi biżżejjed evidenza biex jiġi ġustifikat il-bidu ta' investigazzjoni.".

(5)

Fl-Artikolu 9(2), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"2.

(a)

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, inkluż l-uffiċjali tagħhom it-tnejn, ma għandhomx jiżvelaw informazzjoni ta' natura kunfidenzjali riċevuta skont dan ir-Regolament, jew kwalunkwe informazzjoni pprovduta fuq bażi kunfidenzjali minn parti għal proċedura ta' eżami, mingħajr il-permess speċifiku mill-parti li tkun qiegħda tressaq din l-informazzjoni.".

(6)

L-Artikolu 11 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 11

Terminazzjoni u sospensjoni tal-proċedura

1.   Meta jinstab, b'konsegwenza tal-proċedura ta' eżami li tkun saret skont l-Artikolu 8, li l-interessi tal-Unjoni ma jeħtiġux li tittieħed xi azzjoni, il-proċedura għandha tiġi mitmuma mill-Kummissjoni li taġixxi f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 7(1)(c).

2.

(a)

Meta, wara proċedura ta' eżami li tkun saret skont l-Artikolu 8, il-pajjiż jew pajjiżi terzi kkonċernat(i) jieħu jew jieħdu miżuri li huma meqjusa sodisfaċenti, u għalhekk ma tkunx meħtieġa azzjoni mill-Unjoni, il-proċedura tista’ tiġi sospiża mill-Kummissjoni li taġixxi f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 7(1)(b).

(b)

Il-Kummissjoni għandha tieħu ħsieb l-applikazzjoni ta' dawn il-miżuri, fejn ikun xieraq fuq l-informazzjoni fornuta f′ intervalli, li hija tista' titlob mill-pajjiżi terzi konċernati u tivverifika skont il-bżonn.

(c)

Meta l-miżuri meħuda mill-pajjiż jew pajjiżi terzi konċernati ikunu ġew irrevokati, sospiżi, jew mhux implimentati sewwa jew fejn il-Kummissjoni ikollha raġunijiet biex temmen li dan ikun il-każ jew, finalment, fejn talba għal informazzjoni magħmula mill-Kummissjoni kif provdut f'punt (b) ma tkunx ġiet milqugħa, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri, u fejn neċessarju u ġġustifikat mir-riżultati tal-investigazzjoni u l-fatti ġodda disponibbli, għandha tittieħed kwalunkwe miżura disponibbli skont Artikolu 13(2).

3.   Fejn, wara proċedura ta' eżami li tkun saret skont l-Artikolu 8, jew f'xi ħin qabel, waqt jew wara proċedura għas-soluzzjoni ta' tilwima internazzjonali, ikun jidher li l-aktar mod xieraq sabiex tiġi solvuta tilwima minħabba ostakolu għall-kummerċ ikun il-konklużjoni ta' ftehim mal-pajjiż jew pajjiżi terzi kkonċernati, li jista’ jbiddel id-drittijiet sostantivi tal-Unjoni u tal-pajjiż jew pajjiżi terzi kkonċernati, il-proċedura għandha tiġi sospiża mill-Kummissjoni li taġixxi f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 7(1)(b) ta' dan ir-Regolament, u n-negozjati għandhom jitwettqu f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 207 tat-Trattat.".

(7)

L-Artikolu 13 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 13

Proċeduri għat-teħid ta' deċiżjonijiet

1.   Fejn l-Unjoni, bħala riżultat ta' lment b'mod konformi mal-Artikolu 3 jew l-Artikolu 4, jew ta' referenza magħmula skont l-Artikolu 6, issegwi proċeduri internazzjonali formali ta' konsultazzjoni jew ta' soluzzjoni ta' tilwim, id-deċiżjonijiet relatati mal-bidu, it-twettiq jew it-tmiem ta' tali proċeduri għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri jekk tiddeċiedi li tibda, twettaq jew ittemm proċeduri internazzjonali formali ta' konsultazzjoni jew ta' soluzzjoni ta' tilwim.

2.   Fejn l-Unjoni, wara li tkun aġixxiet f'konformità mal-Artikolu 12(2), ikollha tieħu deċiżjoni dwar il-miżuri ta' politika kummerċjali li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 11(2)(c) jew l-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament, hija għandha taġixxi, mingħajr dewmien, skont l-Artikolu 207 tat-Trattat u, fejn xieraq, skont kull proċedura applikabbli.".

(8)

L-artikolu li ġej huwa mdaħħal:

"Artikolu 13a

Rapport

Il-Kummissjoni għandha tinkludi tagħrif dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rapport annwali tagħha dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' difiża kummerċjali ppreżentata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 22a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (***********).

(***********)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (OJ L 343, 22.12.2009, p. 51)."."

(9)

L-Artikolu 14 huwa mħassar.

5.   Regolament (KE) Nru 385/96

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 385/96, l-implimentazzjoni tal-proċeduri previsti f'dak ir-Regolament titlob kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tiegħu f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 385/96 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"11.   Bla ħsara għall-Artikolu 15(2), fejn ikun jidher lill-Kummissjoni li hemm evidenza biżżejjed li tiġġustifika l-bidu ta' proċeduri, hija għandha tagħmel hekk fi żmien 45 ġurnata mid-data li fiha jkun sar l-ilment, jew, fil-każ ta' bidu skont il-paragrafu 8, mhux aktar tard minn sitt xhur miż-żmien li fih il-bejgħ tal-vapur kien magħruf jew kellu jkun magħruf, u għandha tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Fejn ma tkunx ġiet ippreżentata biżżejjed evidenza, min jagħmel l-ilment għandu jkun infurmat dwar dan fi żmien 45 jum mid-data li fiha jkun tressaq l-ilment lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-informazzjoni lill-Istati Membri ladarba tkun iddeterminat il-ħtieġa li tagħti bidu għal tali proċediment.".

(2)

L-Artikolu 7 huwa emendat b'dan li ġej:

(a)

Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"2.   Fejn il-miżuri ma jkunux meħtieġa l-investigazzjoni jew il-proċedimenti għandhom jintemmu. Il-Kummissjoni għandha ttemm l-investigazzjoni f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 10(2).";

(b)

Il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"4.   Fejn il-fatti kif ġew stabbiliti finalment juru li hemm prezzijiet inġurjużi u dannu kkawżat b'dawn, għandu jiġi impost ħlas għall-prezzijiet inġurjużi fuq il-bennejja tal-bastimenti mill-Kummissjoni, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 10(2). L-ammont tal-ħlas għall-prezzijiet inġurjużi għandu jkun daqs il-marġini tal-prezzijiet inġurjużi stabbilit. Il-Kummissjoni, wara li tkun għarrfet lill-Istati Membri, għandha tieħu l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tagħha, b'mod partikolari l-ġbir tal-ħlas għall-prezzijiet inġurjużi.".

(3)

Fl-Artikolu 8, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

"L-investigazzjoni tista' tintemm mingħajr l-impożizzjoni ta' ħlas għall-prezzijiet inġurjużi jekk il-bennej tal-vapuri definittivament u bla kundizzjoni jxejjen il-bejgħ tal-vapur ipprezzat b'mod inġurjuż jew jikkonforma ma' rimedju ekwivalenti alternattiv aċċettat mill-Kummissjoni.".

(4)

L-Artikolu 9(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"1.   Jekk il-bennej tal-vapur ikkonċernat ma jħallasx il-ħlas għall-prezzijiet inġurjużi impost skont l-Artikolu 7, miżuri kuntrarji f'forma ta' ċaħda ta' drittijiet ta' tagħbija u ħatt għandhom jiġu imposti mill-Kummissjoni fuq il-vapuri mibnija mill-bennej tal-bastimenti inkwistjoni.

Il-Kummissjoni għandha tagħti informazzjoni lill-Istati Membri ladarba jkun hemm ir-raġunijiet għall-miżuri kuntrarji msemmijin fl-ewwel subparagrafu.".

(5)

L-Artikolu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 10

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat stabbilit mir-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 1225/2009 (************). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*************).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(************)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (OJ L 343, 22.12.2009, p. 51)."

(*************)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)."."

(6)

L-Artikolu 13(5) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"5.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, inkluż l-uffiċjali tagħhom it-tnejn, ma għandhomx jiżvelaw informazzjoni li tkun waslitilhom skont dan ir-Regolament li għaliha jkun intalab trattament kunfidenzjali mill-fornitur tagħha, mingħajr permess speċifiku minn dak il-fornitur. Skambji ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, jew ta' kwalunkwe dokumenti interni preparati mill-awtoritajiet tal-Unjoni jew l-Istati Membri, ma għandhomx jiġu żvelati minbarra kif speċifikament stipulat f'dan ir-Regolament.".

(7)

L-Artikolu 14(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3.   L-iżvelar għandu jsir bil-miktub. Dan għandu jsir, bl-attenzjoni dovuta għall-ħtieġa biex tiġi protetta l-informazzjoni kunfidenzjali, kemm jista' jkun malajr u, normalment, mhux inqas minn xahar qabel deċiżjoni definittiva. Fejn il-Kummissjoni ma tkunx fil-pożizzjoni li tiżvela xi fatti jew kunsiderazzjonijiet f'dak il-ħin, dawn għandhom jiġu żvelati kemm jista' jkun malajr wara. L-iżvelar ma għandu jippreġudika l-ebda deċiżjoni sussegwenti li tista’ tittieħed mill-Kummissjoni, imma fejn deċiżjoni bħal din tkun ibbażata fuq kwalunkwe fatti u kunsiderazzjonijiet differenti, dawn għandhom jiġu żvelati kemm jista’ jkun malajr.".

(8)

L-Artikolu li ġej huwa mdaħħal:

"Artikolu 14a

Rapport

Il-Kummissjoni għandha tinkludi tagħrif dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rapport annwali tagħha dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' difiża kummerċjali ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 22a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009.".

6.   Regolament (KE) Nru 2271/96

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 2271/96, il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għall-għan li temenda l-Anness ta' dak ir-Regolament.

Sabiex jiġu adottati d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dak ir-Regolament, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni għaż-żieda fil-liġijiet jew it-tħassir tal-liġijiet mill-Anness ta' dak ir-Regolament. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

L-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2271/96 titlob li l-kundizzjonijiet uniformi għall-istabbiliment ta' kriterji għall-awtorizzazzjoni ta' persuni jkunu konformi bis-sħiħ jew parzjalment ma' kull rekwiżit jew projbizzjoni, inkluż mat-talbiet tal-qrati barranin, f'każijiet fejn in-nuqqas ta' konformità jista' jkun ta' dannu serju għall-interessi tagħhom jew għal dawk tal-Unjoni. Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 2271/96 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 11a biex iżżid mal-Anness għal dan ir-Regolament liġijiet, regolamenti jew strumenti leġislattivi oħra ta' pajjiżi terzi li għandhom applikazzjoni ekstraterritorjali u li jikkawżaw effetti negattivi fuq l-interessi tal-Unjoni u l-interessi ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi li jeżerċitaw drittijiet taħt it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u biex tħassar liġijiet, regolamenti jew strumenti leġislattivi oħra meta ma jibqax ikollhom effetti bħal dawn.".

(2)

Fl-Artikolu 7, il-punt (c) huwa mħassar.

(3)

L-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 8

1.   Għall-għan tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 7(b), il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar il-Leġislazzjoni Ekstraterritorjali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**************).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(**************)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)."."

(4)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 11a

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 1 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin minn. 20 ta’ Frar 2014 Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perijodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 1 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha jkollha effett fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat li huwa diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tagħti notifika dwaru simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 1 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jagħlaq dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jkun estiż b’erba’ xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.".

7.   Regolament (KE) Nru 1515/2001

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1515/2001, l-implimentazzjoni tiegħu titlob kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' miżuri b'segwitu għal rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tal-WTO dwar kwistjonijiet ta' anti-dumping u anti-sussidji. Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011tal.

Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għas-sospensjoni ta' miżuri għal perijodu limitat ta' żmien minħabba l-effetti ta' tali miżuri.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1515/2001 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 1

1.   Kull meta d-DSB jadotta rapport dwar miżura mill-Unjoni meħuda skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (***************), skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 (****************) jew skont dan ir-Regolament ("miżura kkontestata"), il-Kummissjoni tista' tieħu waħda jew iktar mill-miżuri li ġejjin, kwalunkwe waħda li tqis xierqa f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 3a(3):

(a)

tħassar jew temenda il-miżura kontestata; jew

(b)

tadotta kwalunkwe miżura speċjali ta' implimentazzjoni oħra meqjusa xierqa fiċ-ċirkostanzi sabiex l-Unjoni tkun konformi mar-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet li jinsabu fir-rapport.

2.   Għall-iskop li tittieħed miżura taħt il-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista' titlob il-partijiet interessati biex jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex tiġi kompluta l-informazzjoni miksuba matul l-investigazzjoni li rriżultat fl-adozzjoni tal-miżura kkontestata.

3.   Sakemm ikun xieraq li ssir analiżi qabel jew fl-istess żmien li jittieħdu kwalunkwe miżuri skont il-paragrafu 1, din l-analiżi għandha tinbeda mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħti informazzjoni lill-Istati Membri ladarba tiddeċiedi li tibda analiżi.

4.   Sakemm ikun xieraq li tiġi sospiża l-miżura kontestata jew emendata, tali sospensjoni għandha tingħata mill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien limitat, billi taġixxi f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 3a(2).

(***************)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51)."

(****************)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93)."."

(2)

L-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 2

1.   Il-Kummissjoni tista' tieħu kwalunkwe waħda minn dawn il-miżuri msemmija fl-Artikolu 1(1) sabiex jitqiesu l-interpretazzjonijiet legali li saru f'rapport adottat mid-DSB fir-rigward ta' miżura mhux kontestata, jekk tqis dan bħala xieraq.

2.   Għall-iskop li tittieħed miżura taħt il-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista' titlob il-partijiet interessati biex jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex tiġi kompluta l-informazzjoni miksuba matul l-investigazzjoni li rriżultat fl-adozzjoni tal-miżura mhux kontestata.

3.   Sakemm ikun xieraq li ssir analiżi qabel jew fl-istess żmien li tittieħed kwalunkwe miżura skont il-paragrafu 1, din l-analiżi għandha tinbeda mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħti informazzjoni lill-Istati Membri ladarba tiddeċiedi li tibda analiżi.

4.   Sakemm ikun xieraq li tiġi sospiża l-miżura kontestata jew emendata, dik is-sospensjoni għandha tingħata mill-Kummissjoni għal perijodu ta' żmien limitat, billi taġixxi f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 3a(2).".

(3)

L-Artikolu li ġej huwa mdaħħal:

"Artikolu 3a

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*****************).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(*****************)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)."."

(4)

L-Artikolu li ġej huwa mdaħħal:

"Artikolu 3b

Rapport

Il-Kummissjoni għandha tinkludi tagħrif dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rapport annwali tagħha dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' difiża kummerċjali ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsillskont l-Artikolu 22a tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009".

8.   Regolament (KE) Nru 153/2002

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 153/2002, l-implimentazzjoni tal-klawżoli bilaterali ta' salvagwardja tal-Ftehim Temporanju u tal- Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni titlob kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja u miżuri oħrajn. Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li japplikaw immedjatament fejn, f'każijiet ġustifikati kif mistħoqq relatati ma' ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi li joriġinaw fit-tifsira tal-Artikolu 24(4)(b) u l-Artikolu 25(4) tal-Ftehim Temporanju, u wara dan, l-Artikolu 37(4)(b) u l-Artikolu 38(4) tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, jekk raġunijiet imperattivi urġenti jeħtieġu dan.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 153/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 2

Konċessjonijiet fuq il-vitella

Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 14(2) tal-Ftehim Temporanju, u wara l-Artikolu 27(2) tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, dwar il-kwota tat-tariffi għall-prodotti tal-"vitella" għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 7fa(4) ta' dan ir-Regolament.".

(2)

L-Artikolu 3 huwa mħassar.

(3)

L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 4

Konċessjonijiet oħra

Jekk jingħataw konċessjonijiet oħra għall-prodotti tas-sajd fil-kwoti tat-tariffa, bis-saħħa tal-Artikolu 29 tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u l-Artikolu 16 tal-Ftehim Temporanju, regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dawk il-kwoti tat-tariffa għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 7fa (4) ta' dan ir-Regolament.".

(4)

L-Artikolu 5 huwa mħassar.

(5)

L-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 7

Adattamenti tekniċi

L-emendi u l-adattamenti tekniċi għar-regoli dettaljati fuq l-implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament, li huma meħtieġa wara t-tibdiliet għall-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda u s-subdiviżjonijiet TARIC jew li joħorġu mill-konklużjoni ta' ftehimiet, protokolli, skambji ta' ittri jew atti oħra ġodda bejn il-Komunità u Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, għandhom ikunu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 7fa(4)."

(6)

L-Artikolu 7a huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafi 2, 3 u 4 huma mħassra;

(b)

fil-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Malli jitlestew il-konsultazzjonijiet, u jekk ebda arranġament ieħor ma jkun possibbli, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 7fa(4) ta' dan ir-Regolament jew li ma taġixxix jew li tadotta l-miżuri adatti previsti fl-Artikoli 25 u 26 tal-Ftehim Temporanju, u minn hemm 'il quddiem fl-Artikoli 37 u 38 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.";

(c)

Il-paragrafi 7, 8 u 9 huma mħassra;

(d)

Il-paragrafu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"10.   Il-konsultazzjonijiet fil-Kunsill ta’ Kooperazzjoni, u minn hemm 'il quddiem il-Kumitat ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, għandhom ikunu meqjusa li huma lesti 30 jum wara n-notifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 5.".

(7)

L-Artikolu 7b huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 7b

Ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi

Fejn iseħħu ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi fit-tifsira tal-Artikolu 25(4)(b) u l-Artikolu 26(4) tal-Ftehim Temporanju, u minn hemm 'il quddiem l-Artikolu 38(4)(b) u l-Artikolu 39(4) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tieħu miżuri immedjati kif stipulat fl-Artikoli 25 u 26 tal-Ftehim Temporanju, u minn hemm 'il quddiem l-Artikoli 38 u 39 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 7fa(4) ta' dan ir-Regolament, jew f'każijiet ta' urġenza, f'konformità mal-Artikolu 7fa(5) ta' dan ir-Regolament.

Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, hija għandha tieħu Deċiżjoni dwarha fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn meta tasal it-talba.".

(8)

Fl-Artikolu 7e, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"1.   Fil-każ ta’ xi prattika li tkun tista' tiġġustifika l-applikazzjoni mill-Unjoni tal-miżuri previsti fl-Artikolu 33 tal-Ftehim Interim, u suċċessivment l-Artikolu 69 tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, il-Kummissjoni, wara li teżamina l-każ, fuq inizjattiva proprja jew fuq talba ta’ kwalunkwe Stat Membru, għandha tiddeċiedi jekk din il-prattika hix kompatibbli mal-Ftehim. Fejn meħtieġ għandha tadotta miżuri ta’ salvagwardja f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 7fa(4) minbarra fil-każi ta’ għajnuna li għalihom japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 (******************), fejn għandhom jittieħdu miżuri f'konformità mal-proċeduri mniżżla f’dak ir-Regolament. Il-miżuri għandhom jittieħdu biss taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 33(5) tal-Ftehim Interim, u suċċessivment l-Artikolu 69(5) tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

(******************)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93)."."

(9)

L-Artikolu 7f huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"3.   Sa ma tintlaħaq soluzzjoni sodisfaċenti għaż-żewġ naħat fil-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjoni dwar miżuri oħra xierqa li hi tqis neċessarji f'konformità mal-Artikolu 30 tal-Ftehim Temporanju, u wara l-Artikolu 43 tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, kif ukoll skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 7fa(4) ta' dan ir-Regolament.";

(b)

Il-paragrafi 4, 5 u 6 huma mħassra.

(10)

L-artikolu li ġej huwa mdaħħal:

"Artikolu 7fa

Proċedura ta' kumitat

1.   Għall-fini tal-Artikolu 2 il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 195 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (*******************). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (********************).

2.   Għall-fini tal-Artikolu 4, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat ta’ Kodiċi Doganali stabbilit permezz tal-Artikolu 184 tar-Regolament (KE) Nru 450/20082011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*********************). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Għall-finijiet tal-Artikoli 7a, 7b, 7e u 7f, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 (**********************). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

5.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

(*******************)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat- 22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Regolament dwar OKS Unika) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1)."

(********************)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)."

(*********************)  Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (ĠU L 145, 4.6.2008, p. 1)."

(**********************)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1)."."

9.   Regolament (KE) Nru 427/2003

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 427/2003, il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea (TFUE) għall-għan li temenda l-Anness I ta' dak ir-Regolament.

Sabiex jiġu adottati d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 427/2003, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' emendi tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 625/2009, sabiex jitneħħew pajjiżi mil-lista tal-pajjiżi terzi li tinsab f'dak l-Anness meta jsiru membri tad-WTO. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, għandha tiżgura li d-dokumenti rilevanti jintbagħtu simultanjament, fil-waqt u b'mod xieraq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni biex tadotta l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni tal-miżuri ta’ sorveljanza u dawk proviżorji minħabba l-effetti ta’ tali miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom f’rabta mal-adozzjoni tal-miżuri ta’ salvagwardja definittivi. Fejn dewmien fl-impożizzjoni tal-miżuri jkun jikkawża ħsara li jkun diffiċli li tissewwa, hu meħtieġ li l-Kummissjoni titħalla tadotta miżuri proviżorji applikabbli immedjatament.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 427/2003 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 5(4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"4.   Fejn jidher li hemm evidenza biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta' proċediment u l-ebda konsultazzjoni taħt il-paragrafu 3 ma wasslet għal soluzzjoni sodisfaċenti għaż-żewġ naħat, il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-informazzjoni lill-Istati Membri ladarba tkun iddeterminat il-ħtieġa li tagħti bidu għal tali proċediment.".

(2)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"1.   Għandhom jiġu applikati miżuri proviżorji ta' salvagwardja f'ċirkostanzi kritiċi fejn id-dewmien jista' jikkawża ħsara li jkun diffiċli li tissewwa, wara li jkun ġie determinat b'mod preliminari li l-importazzjonijiet ikkawżaw jew kien hemm theddida li jikkawżaw xkiel fis-suq tal-industrija tal-Unjoni u jekk l-interess tal-Unjoni jitlobx intervent. Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri proviżorji bħal dawn f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 15(4).";

(b)

Il-paragrafu 3 huwa mħassar.

(3)

L-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 8

Terminazzjoni mingħajr miżuri

Fejn jitqies li mhumiex meħtieġa miżuri bilaterali ta' salvagwardja, l-investigazzjoni jew proċedura għandhom jitwaqqfu f'konformità mal-proċedura ta' eżami mniżżla fl-Artikolu 15(3).".

(4)

L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

"1.   Fejn il-fatti kif finalment stabbiliti juru li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 1, 2 u 3, kif ikun xieraq, ġew osservati, u l-interess tal-Unjoni jitlob intervent f'konformità mal-Artikolu 19, il-Kummissjoni għandha titlob li jsiru konsultazzjonijiet mal-Gvern taċ-Ċina bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni sodisfaċenti għaż-żewġ naħat.

2.   Jekk il-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma jwasslux għal soluzzjoni sodisfaċenti għaż-żewġ naħat fi żmien 60 jum mid-data meta tkun waslet it-talba għall-konsultazzjonijiet, għandha tiġi imposta miżura definittiva ta' salvagwardja jew ta' devjazzjoni ta' kummerċ f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(3). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 15(5).";

(b)

Il-paragrafi 3 u 6 huma mħassra.

(5)

Fl-Artikolu 12, il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b’dan li ġej:

"3.   Filwaqt li tkun qed titħaddem kwalunkwe miżura ta' salvagwardja l-Kummissjoni tista', fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, teżamina l-effetti tal-miżura u taċċerta jekk l-applikazzjoni tagħha għadhiex meħtieġa.

Fejn il-Kummissjoni tqis li l-applikazzjoni tal-miżura tkun għadha meħtieġa hija għandha tgħarraf lill-Istati Membri kif meħtieġ.

4.   Fejn il-Kummissjoni tikkunsidra li kwalunkwe miżura ta' salvagwardja għandha tiġi revokata jew emendata, għandha tirrevoka jew temenda l-miżuri ta' salvagwardja f'konformità mal-proċedura ta' eżami li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 15(3).".

(6)

L-Artikolu 14(4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"4.   Fl-interess tal-Unjoni, il-miżuri impost skont dan ir-Regolament jistgħu jiġu sospiżi minn deċiżjoni tal-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2) għal perijodu ta' disa' xhur. Is-sospensjoni tista' tiġi estiża għal perijodu ieħor, li ma jkunx iżjed minn sena, mill-Kummissjoni li taġixxi f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2).".

(7)

L-artikolu li ġej huwa mdaħħal:

"Artikolu 14a

Għoti ta' setgħat

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 14b ta' dan ir-Regolament dwar l-emendi tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 625/2009 (***********************), sabiex jitneħħew mil-lista tal-pajjiżi terzi l-pajjiżi li jinsabu f'dan l-Anness meta dawn isiru membri tad-WTO.

Artikolu 14b

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 22(3) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin minn 20 ta’ Frar 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perijodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

3.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 22(3) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat li huwa diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 22(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill f'perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma jkunux ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(***********************)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 625/2009 tas-7 ta' Lulju 2009 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 185, 17.7.2009, p. 1)."."

(8)

L-Artikolu 15 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 15

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 (************************). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*************************).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu.

5.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

(************************)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1.)"

(*************************)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)."."

(9)

L-Artikolu 17(5) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"5.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, inkluż l-uffiċjali tagħhom it-tnejn, ma għandhomx jiżvelaw informazzjoni li tkun waslitilhom skont dan ir-Regolament li għaliha jkun intalab trattament kunfidenzjali mill-fornitur tagħha, mingħajr permess speċifiku minn dak il-fornitur. L-iskambji ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, jew kull informazzjoni li għandha x'taqsam ma' konsultazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 12, jew konsultazzjonijiet deskritti fl-Artikolu 5(3) u l-Artikolu 9(1), jew kwalunkwe dokument intern imħejji mill-awtoritajiet tal-Unjoni jew l-Istati Membri, ma għandhomx jixxandru lill-pubbliku jew lil xi parti fil-proċedimenti ħlief kif previst speċifikament f'dan ir-Regolament.".

(10)

Fl-Artikolu 18(4), l-aħħar sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

"L-iżvelar ma għandu jippreġudika l-ebda deċiżjoni sussegwenti li tista’ tittieħed mill-Kummissjoni, imma fejn deċiżjoni bħal din tkun ibbażata fuq kwalunkwe fatti u kunsiderazzjonijiet differenti, huma għandhom jiġu żvelati kemm jista’ jkun malajr.".

(11)

Fl-Artikolu 19, il-paragrafi 5 u 6 huma sostitwiti b’dan li ġej:

"5.   Il-Kummissjoni għandha teżamina l-informazzjoni li tiġi ppreżentata kif suppost u kemm din tkun rappreżentattiva, u r-riżultati ta' din l-analiżi, flimkien ma’ opinjoni fuq il-merti tagħha, għandhom jintbagħtu lill-Kumitat bħala parti mill-abbozz ta' miżura ppreżentat skont l-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tqis il-fehmiet espressi fil-Kumitat taħt il-kundizzjonijiet previsti fir-Regolament (UE) Nru 182/2011.

6.   Il-partijiet li jkunu osservaw il-paragrafu 2 jistgħu jitolbu li l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet li fuqhom x'aktarx jittieħdu d-deċiżjonijiet finali jkunu għad-dispożizzjoni tagħhom. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli sa fejn ikun possibbli u bla ħsara għal kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti meħuda mill-Kummissjoni.".

(12)

L-artikolu li ġej huwa mdaħħal:

"Artikolu 19a

Rapport

1.   Il-Kummissjoni għandha tinkludi tagħrif dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rapport annwali tagħha dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' difiża kummerċjali ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsillskont l-Artikolu 22a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (**************************).

(**************************)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (OJ L 343, 22.12.2009, p. 51)."."

(13)

Fl-Artikolu 22, il-paragrafu 3 huwa mħassar.

10.   Regolament (KE) Nru 452/2003

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 452/2003, sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tiegħu, huwa xieraq li l-Kummissjoni jingħatawlha setgħat ta' implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/201

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 452/2003 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1(1), il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

"1.   Fejn il-Kummissjoni tqis li kombinazzjoni ta' miżuri anti-dumping jew kontra s-sussidji flimkien ma' miżuri ta' tariffi ta' salvagwardja fuq l-istess importazzjonijiet tista' twassal għall-effetti akbar milli mixtieq f'termini tal-politika ta' difiża tal-kummerċ tal-Unjoni, din tista' tadotta xi miżuri minn dawn li ġejjin kif jidhrilha xieraq f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 2a(2):".

(2)

L-artikolu li ġej huwa mdaħħal:

"Artikolu 2a

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (***************************). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (****************************).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(***************************)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51)."

(****************************)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)."."

11.   Regolament (KE) Nru 673/2005

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 673/2005, is-setgħa ta' revoka dak ir-Regolament huwa mogħti lill-Kunsill. Dik is-setgħa għandha titneħħa, u l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu japplika għar-revoka tar-Regolament (KE) Nru 673/2005.

Għaldaqstant, l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 673/2005 huwa mħassar.

12.   Regolament (KE) Nru 1236/2005

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005, il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għall-iskop li temenda l-Anness ta' dak ir-Regolament.

Sabiex jiġu adottati d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tar-Regolament KE) Nru 1236/2005, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti f'konformità mal-Artikolu 290 TFUEdwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni għall-emenda tal-Annessi I, II, III u IV għal dan ir-Regolament. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, għandha tiżgura li d-dokumenti rilevanti jintbagħtu simultanjament, fil-waqt u b'mod xieraq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1236/2005 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 12 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 12

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 15a, biex temenda l-Annessi I, II, III, IV u V. Id-data fl-Anness I dwar l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandha tiġi emendata abbażi ta' informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri.".

(2)

L-Artikolu 15 huwa mtħassar.

(3)

L-artikolu li ġej huwa mdaħħal:

"Artikolu 15a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 12 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin minn. 20 ta’ Frar 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perijodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 12 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat li huwa diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 12 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika dwar dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jagħlaq dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.".

(4)

L-Artikolu 16 huwa mħassar.

13.   Regolament (KE) Nru 1616/2006

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1616/2006, l-implimentazzjoni tal-klawżoli bilaterali ta' salvagwardja tal-Ftehim Temporanju u tal- Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni titlob kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja u miżuri oħrajn. Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011l

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li japplikaw immedjatament fejn, f'każijiet verament ġustifikati relatati ma' ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi li joriġinaw fi ħdan l-Artikolu 26(4) tal-Ftehim Temporanju, u wara dan, l-Artikolu 39(4) tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni, jekk raġunijiet imperattivi urġenti jitolbu dan.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1616/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 2

Konċessjonijiet għall-ħut u l-prodotti tas-sajd

Għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 15(1) tal-Ftehim Temporanju, u konsegwentement l-Artikolu 28(1) tal-FSA, fir-rigward ta’ kwoti tariffarji fuq ħut u prodotti tas-sajd, f'konformità mal-proċedura ta' eżami li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 8a(3) ta' dan ir-Regolament.".

(2)

L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 4

Adattamenti tekniċi

Emendi u addattazzjonijiet tekniċi għad-dispożizzjonijiet adottati skont dan ir-Regolament li jkunu neċessarji wara tibdil fil-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda u fid-subdiviżjonijiet TARIC jew li joħorġu mill-konklużjoni ta’ ftehimiet, protokolli, skambji ta’ ittri jew atti oħrajn ġodda jew modifikati bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Albanija għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 8a(3) ta' dan ir-Regolament.".

(3)

L-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 5

Klawżola ta’ salvagwardja ġenerali

Fejn jeħtieġ li l-Unjoni tieħu miżura kif previst fl-Artikolu 25 tal-Ftehim Temporanju, u konsegwentement fl-Artikolu 38 tal-FSA, dik il-miżura għandha tiġi adottata f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 8a(3) ta' dan ir-Regolament, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Artikolu 25 tal-Ftehim Temporanju, u mbagħad fl-Artikolu 38 tal-FSA.".

(4)

L-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 6

Klawżola ta’ nuqqas

Fejn jeħtieġ li l-Unjoni tieħu miżura kif previst fl-Artikolu 26 tal-Ftehim Temporanju, u suċċessivament fl-Artikolu 39 tal-FSA, dik il-miżura għandha tiġi adottata f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 8a(3) ta' dan ir-Regolament.".

(5)

Fl-Artikolu 7, it-tielet, ir-raba' u l-ħames paragrafi huma sostitwiti b’dan li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri bħal dawn f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 8a(3), jew f'każijiet ta' urġenza, f'konformità mal-Artikolu 8a(4)."

(6)

L-Artikolu 8(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"2.   Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri bħal dawn f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 8a(3), jew f'każijiet ta' urġenza, f'konformità mal-Artikolu 8a(4)."

(7)

L-artikolu li ġej huwa mdaħħal:

"Artikolu 8a

Proċedura ta' kumitat

1.   Għall-fini tal-Artikoli 2, 4 u 11, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat ta’ Kodiċi Doganali stabbilit permezz tal-Artikolu 184 tar-Regolament (KEE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*****************************). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (******************************).

2.   Għall-finijiet tal-Artikoli 5, 6, 7 u 8, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 (*******************************). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandu japplika l-Artikolu [8] tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

(*****************************)  Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (ĠU L 145, 4.6.2008, p. 1)."

(******************************)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)."

(*******************************)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas- 26 ta' Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1).""

(8)

Fl-Artikolu 11, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, f'konformità mal-proċedura konsultattiva ta' eżami msemmija fl-Artikolu 8a(3) ta' dan ir-Regolament, li tissospendi temporanjament it-trattament preferenzjali rilevanti tal-prodotti kif previst fl-Artikolu 30(4) tal-Ftehim Temporanju, u suċċessivament fl-Artikolu 43(4) ta' l-FSA."

(9)

L-Artikolu 12 huwa mħassar.

14.   Regolament (KE) Nru 1528/2007

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tiegħu f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għas-sospensjoni ta' trattament minħabba n-natura ta' sospensjonijiet bħal dawn. Huwa għandu jintuża wkoll għall-adozzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja provviżorji u dawk ta' sorveljanza minħabba l-effetti ta' tali miżuri. Meta dewmien fl-impożizzjoni tal-miżuri jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa, huwa meħtieġ li l-Kummissjoni titħalla tadotta miżuri provviżorji applikabbli immedjatament.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1528/2007 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 3, il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

"3.   Fejn il-Kummissjoni, abbażi ta' tagħrif ipprovdut minn Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, issib li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu huma sodisfatti, it-trattament rilevanti jista' jiġi sospiż f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 21(4), dment li l-ewwel nett il-Kummissjoni:";

(b)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4.   Il-perijodu ta' sospensjoni skont dan l-Artikolu għandu jkun limitat għal perijodu meħtieġ biex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Huwa m'għandux jaqbeż is-sitt xhur, iżda dak il-perijodu jista' jiġġedded. Fi tmiem dak il-perijodu, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jew li ttemm is-sospensjoni jew li testendi l-perijodu ta' sospensjoni f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 21(4)."

(c)

fil-paragrafu 6, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Id-deċiżjoni li tissospendi t-trattament rilevanti għandha tiġi adottata f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 21(4).".

(2)

L-Artikolu 6(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3.   Ir-regoli fid-dettall għall-implimentazzjoni tal-kwoti tariffarji msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu ddeterminati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 21(5)."

(3)

L-Artikolu 7(4) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4.   Ir-regoli fid-dettall għad-diviżjoni skont ir-reġjun u għall-implimentazzjoni tal-kwoti tarriffarji msemmija b'dan l-Artikolu għandhom jiġu ddeterminati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 21(5)."

(4)

L-Artikolu 9(5) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"5.   Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli fid-dettall dwar is-suddiviżjoni tal-kwantitajiet previsti fil-paragrafi 1 għall-ġestjoni tas-sistema msemmija fil-paragrafi 1, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu, u dwar deċiżjonijiet ta' sospensjoni f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 21(5)."

(5)

L-Artikolu 10(4) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli fid-dettall rigward il-ġestjoni ta' din is-sistema u rigward deċiżjonijiet ta' sospensjoni f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 21(5)."

(6)

Fl-Artikolu 14, il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"3.   Fejn jidher li hemm biżżejjed xhieda li tiġġustifika bidu ta' proċediment, il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-bidu ta' proċediment għandu jseħħ fi żmien xahar mid-data tal-wasla tat-tagħrif mingħand Stat Membru.

Il-Kummissjoni għandha tagħti l-informazzjoni lill-Istati Membri li tikkonċerna l-analiżi tagħha tal-informazzjoni normalment fi żmien 21 jum mid-data li fiha l-informazzjoni ngħatat lill-Kummissjoni.''

4.   Jekk il-Kummissjoni tkun tal-fehma li jeżistu ċ-ċirkustanzi stabbiliti fl-Artikolu 12, għandha minnufih tinnotifika r-reġjun jew l-istati elenkati fl-Anness I milquta mill-intenzjoni tagħha li jingħata bidu għal investigazzjoni. Man-notifika tista' tiġi mehmuża stedina għal konsultazzjonijiet bl-għan li tiġi kkjarifikata s-sitwazzjoni u li tinstab soluzzjoni reċiprokament sodisfaċenti.".

(7)

L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"1.   Għandhom jiġu applikati miżuri proviżorji ta' salvagwardja f'ċirkostanzi kritiċi fejn dewmien iġib dannu li jkun diffiċli li jissewwa, skont determinazzjoni preliminari li ċ-ċirkostanzi stabbiliti fl-Artikolu 12 skont kif xieraq, jeżistu. Miżuri provviżorji għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 21(4), jew f'każijiet urġenti, f'konformità mal-Artikolu 21(6).

2.   Fid-dawl tas-sitwazzjoni partikolari tar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-vulnerabilità tagħhom għal kull żieda fl-importazzjonijiet, għandhom jiġu applikati miżuri provviżorji ta' salvagwardja fi proċedimenti li jirrigwardawhom fejn determinazzjoni preliminari tkun uriet li l-importazzjonijiet żdiedu. Miżuri provviżorji għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 21(4), jew f'każijiet urġenti, f'konformità mal-Artikolu 21(6).";

(b)

il-paragrafu 4 huwa mħassar.

(8)

L-Artikolu 17 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 17

Terminazzjoni tal-investigazzjoni u proċedura mingħajr miżuri

Fejn miżuri ta' salvagwardja bilaterali jitqiesu mhux meħtieġa l-investigazzjoni u l-proċedura għandhom jintemmu f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 21(5).".

(9)

L-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2.   Jekk il-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma jwasslux għal soluzzjoni sodisfaċenti għaż-żewġ naħat fi żmien 30 jum minn meta l-kwistjoni tkun ġiet mgħarrfa lir-reġjun jew stat ikkonċernat, għandha tittieħed deċiżjoni li jiġu imposti miżuri definittivi bilaterali ta' salvagwardja mill-Kummissjoni, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 21(5) fi żmien 20 jum tax-xogħol wara t-tmiem tal-perijodu ta' konsultazzjoni.".

(b)

il-paragrafi 3 u 4 huma mħassra.

(10)

L-Artikolu 20(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2.   Id-deċiżjoni li tiġi imposta sorveljanza għandha tittieħed mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 21(4).".

(11)

L-Artikolu 21 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 21

Proċedura ta' kumitat

1.   Għall-finijiet tal-Artikoli 16, 17, 18, u 20 ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 60/2009 (********************************). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*********************************).

2.   Għall-finijiet tal-Artikoli 4 u 5, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali stabbilit mill-Artikolu 184 tar-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**********************************). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Għall-finijiet tal-Artikoli 6, 7 u 9, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat stabbilit permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (***********************************). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

5.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

6.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu.

(********************************)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1)."

(*********************************)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)."

(**********************************)  Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (ĠU L 145, 4.6.2008, p. 1)."

(***********************************)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Regolament dwar OKS Unika) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1)."."

(12)

L-Artikolu 24 huwa mħassar.

(13)

L-artikolu li ġej huwa mdaħħal:

"Artikolu 24b

Rapport

Il-Kummissjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rapport annwali tagħha dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' difiża kummerċjali ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 22a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (************************************).

(************************************)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (OJ L 343, 22.12.2009, p. 51)."."

15.   Regolament (KE) Nru 140/2008

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 140/2008, l-implimentazzjoni tal-klawsoli bilaterali ta' salvagwardja tal-Ftehim Temporanju u tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni titlob kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja u miżuri oħrajn. Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti implimentattivi li japplikaw immedjatament meta, f'każijiet debitament ġustifikati relatati ma' ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi li joriġinaw fit-tifsira tal-Artikolu 26(5)b u l-Artikolu 27(4) tal-Ftehim Temporanju, u wara dan, l-Artikolu 41(5)b u l-Artikolu 42(4), jekk dan ikun meħtieġ għal raġunijiet imperattivi urġenti.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 140/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 2

Konċessjonijiet għall-ħut u l-prodotti tas-sajd

Regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 14 tal-Ftehim Temporanju, u sussegwentement l-Artikolu 29 tal-FSA, fir-rigward ta’ kwoti tariffarji għal ħut u prodotti tas-sajd, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura ta’ eżami stabbilita fl-Artikolu 8a(3) ta’ dan ir-Regolament.".

(2)

L-Artikoli 4, 5 u 6 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"Artikolu 4

Adattamenti tekniċi

L-emendi u l-adattamenti tekniċi għad-dispożizzjonijiet adottati skont dan ir-Regolament, li jkunu neessarji wara tibdil fil-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda u fis-subdiviżjonijiet TARIC jew li joħorġu mill-konklużjoni ta' ftehimiet, protokolli, skambji ta' ittri jew atti oħra ġodda jew immodifikati bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Montenegro, għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 8a(3) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Klawsola ta’ salvagwardja ġenerali

Fejn jeħtieġ li l-Unjoni tieħu miżura kif previst fl-Artikolu 26 tal-Ftehim Temporanju, u sussegwentement fl-Artikolu 41 tal-FSA, din għandha tiġi adottata f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 8a(3) ta' dan ir-Regolament, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Artikolu 26 tal-Ftehim Temporanju, u suċċessivament fl-Artikolu 41 tal-FSA.

Artikolu 6

Klawsola ta’ nuqqas

Fejn jeħtieġ li l-Unjoni tieħu miżura kif previst fl-Artikolu 27 tal-Ftehim Temporanju, u suċċessivament fl-Artikolu 42 tal-FSA, din għandha tiġi adottata f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 8a(3) ta' dan ir-Regolament."

(3)

Fl-Artikolu 7, it-tielet, ir-raba' u l-ħames paragrafi huma sostitwiti b'dan li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri bħal dawn f’konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 8a(3). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 8a(4).".

(4)

L-Artikolu 8(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji f’konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 8a(3). F'każijiet ta' urġenza, għandu japplika l-Artikolu 8a(4)."

(5)

L-artikolu li ġej huwa mdaħħal:

"Artikolu 8a

Proċedura ta' kumitat

1.   Għall-fini tal-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali stabbilit permezz tal-Artikolu 184 tar-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*************************************). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**************************************).

2.   Għall-finijiet tal-Artikoli 5, 6, 7 u 8 ta' dan ir-Regolament il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat stabbilit permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 (***************************************). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

(*************************************)  Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (ĠU L 145, 4.6.2008, p. 1)."

(**************************************)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)."

(***************************************)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1."."

(6)

Fl-Artikolu 11, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, f'konformità mal-proċedura ta' eżami stabbilita fl-Artikolu 8a(3) ta' dan ir-Regolament, li tissospendi temporanjament it-trattament preferenzjali rilevanti tal-prodotti kif previst fl-Artikolu 31(4) tal-Ftehim Temporanju, u suċċessivament fl-Artikolu 46(4) tal-FSA.".

(7)

L-Artikolu 12 huwa mħassar.

16.   Regolament (KE) Nru 55/2008

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 55/2008, sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tiegħu, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta' miżuri ta' sorveljanza u provviżorji u għas-sospensjoni temporanja tat-trattament preferenzjali minħabba l-effetti ta' tali miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni ta' miżuri definittivi ta' salvagwardja. Fejn id-dewmien fl-impożizzjoni tal-miżuri jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa, jeħtieġ li l-Kummissjoni titħalla tadotta miżuri provviżorji applikabbli immedjatament.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 55/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3.   Minkejja dispożizzjonijiet oħra ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-Artikolu 10, jekk l-importazzjonijiet ta’ prodotti agrikoli jikkawżaw tfixkil serju għas-swieq tal-Unjoni u l-mekkaniżmi regolatorji tagħhom, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżuri adatti permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni. Tali atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11a(5).".

(2)

L-Artikolu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-prodotti tal-ħalib

Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-kwoti tarriffarji għall-intestaturi 0401 sa 0406 għandhom jiġu ddeterminati mill-Kummissjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Tali atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11a(5).".

(3)

L-Artikolu 8 huwa mħassar.

(4)

L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

"1.   Fejn il-Kummissjoni ssib li hemm biżżejjed evidenza ta’ frodi, irregolaritajiet jew nuqqas sistematiku mill-Moldova biex tikkonforma, jew biex tiżgura l-konformità, mar-regoli tal-oriġini tal-prodotti u l-proċeduri relatati magħhom, jew biex tipprovdi kooperazzjoni amministrattiva kif imsemmi fl-Artikolu 2(1), jew biex tikkonforma ma’ kwalunkwe kundizzjoni oħra definiti fl-Artikolu 2(1), tista’ tieħu l-miżuri f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11a(5) biex tissospendi kompletament jew parti mill-arranġamenti preferenzjali previsti b'dan ir-Regolament għal perijodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur, sakemm l-ewwel tkun:"

(b)

il-paragrafu 2 huwa mħassar;

(c)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3.   Mal-għeluq tal-perijodu ta’ sospensjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jew li ttemm il-miżura ta’ sospensjoni proviżorja jew li testendi l-miżura ta’ sospensjoni f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11a(5).".

(5)

L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej

"1.   Meta prodott li joriġina fil-Moldova jkun importat fuq termini li jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, diffikultajiet serji għal produttur tal-Unjoni għal prodotti simili jew li jikkompetu direttament, id-dazji tat-Tariffi Doganali Komuni fuq dak il-prodott jistgħu jerġgħu jiġu introdotti f’kull ħin mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11a(5)."

(b)

il-paragrafi 5, 6 u 7 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"5.   L-investigazzjoni għandha titlesta fi żmien sitt xhur wara l-pubblikazzjoni tan-notifika msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni tista', f’każ ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali, testendi dak il-perijodu f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 11a(4).

6.   Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fi żmien tliet xhur, f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11a(5). Deċiżjoni bħal din għandha tidħol fis-seħħ fi żmien xahar mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha.

7.   Fejn investigazzjoni ma tkunx possibbli minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali li jeħtieġu azzjoni immedjata għal investigazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tieħu kull miżura preventiva li hija strettament meħtieġa, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 11a(6)."

(6)

L-artikolu li ġej huwa mdaħħal:

"Artikolu 11a

Proċedura ta' kumitat

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 3(3) u l-Artikoli 11 u 12 ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 (****************************************). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*****************************************).

2.   Għall-fini tal-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 195 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (******************************************). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Għall-fini tal-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 184 tar-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*******************************************). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

5.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

6.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu.

(****************************************)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1)."

(*****************************************)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)."

(******************************************)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Regolament dwar OKS Unika) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1). (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1)."

(*******************************************)  Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (ĠU L 145, 4.6.2008, p. 1)."."

(7)

Fl-Artikolu 12, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Jekk il-Moldova ma tikkonformax mar-regoli tal-oriġini jew ma tipprovdix kooperazzjoni amministrattiva, kif meħtieġ bl-Artikolu 2, għall-Kapitoli 17, 18, 19 u 21 imsemmija preċedentement, jew jekk l-importazzjonijiet ta’ prodotti skont dawn il-Kapitoli u soġġetti għal arranġamenti preferenzjali mogħtija skont dan ir-Regolament jeċċedu b'mod sinifikanti l-livelli tas-soltu ta’ esportazzjonijiet tal-Moldova, għandhom jittieħdu miżuri xierqa f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11a(5).".

17.   Regolament (KE) Nru 594/2008

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 594/2008, l-implimentazzjoni tal-klawsoli bilaterali ta' salvagwardja tal-Ftehim Temporanju u tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni teħtieġ kondizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja u miżuri oħrajn. Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti implimentattivi li japplikaw immedjatament meta, f'każijiet debitament ġustifikati relatati ma' ċirkostanzi eċċezzjonali u kritiċi li joriġinaw fit-tifsira tal-Artikolu 24(5)b u l-Artikolu 25(4) tal-Ftehim Temporanju, u sussegwentement, l-Artikolu 39(5)b u l-Artikolu 40(4) tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, jekk dan ikun meħtieġa għal raġunijiet imperattivi urġenti.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 594/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 2

Konċessjonijiet għall-ħut u l-prodotti tas-sajd

Għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 13 tal-Ftehim Temporanju, u sussegwentement l-Artikolu 28 tal-FSA, fir-rigward tal-kwoti tariffarji għall-ħut u l-prodotti tas-sajd, f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 8a(3) ta’ dan ir-Regolament."

(2)

L-Artikoli 4, 5 u 6 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"Artikolu 4

Adattamenti tekniċi

L-emendi u l-adattamenti tekniċi għad-dispożizzjonijiet adottati skont dan ir-Regolament li jkunu neċessarji wara tibdil fil-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda u fis-subdiviżjonijiet TARIC, jew li joħorġu mill-konklużjoni ta' ftehimiet, protokolli, skambji ta' ittri jew atti oħrajn ġodda jew modifikati bejn l-Unjoni u l-Bosnja-Ħerzegovina, għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 8a(3) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Klawsola ta’ salvagwardja ġenerali

Fejn jeħtieġ li l-Unjoni tieħu miżura kif previst fl-Artikolu 24 tal-Ftehim Temporanju, u suċċessivament fl-Artikolu 39 tal-FSA, dik il-miżura għandha tiġi adottata f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 8a(3) ta' dan ir-Regolament, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Artikolu 24 tal-Ftehim Temporanju, u suċċessivament fl-Artikolu 39 tal-FSA.

Artikolu 6

Klawsola ta’ nuqqas

Fejn jeħtieġ li l-Unjoni tieħu miżura kif previst fl-Artikolu 25 tal-Ftehim Temporanju, u suċċessivament fl-Artikolu 40 tal-FSA, dik il-miżura għandha tiġi adottata f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 8a(3) ta' dan ir-Regolament.".

(3)

Fl-Artikolu 7, it-tielet, ir-raba' u l-ħames paragrafi huma sostitwiti b’dan li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri bħal dawn f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 8a(3), jew f'każijiet ta' urġenza, f'konformità mal-Artikolu 8a(4).".

(4)

Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri bħal dawn f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 8a(3), jew f'każijiet ta' urġenza, f'konformità mal-Artikolu 8a(4).".

(5)

L-artikolu li ġej huwa mdaħħal:

"Artikolu 8a

Proċedura ta' kumitat

1.   Għall-finijiet tal-Artikoli 2, 4 u 11 ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali stabbilit bl-Artikolu 184 tar-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (********************************************). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*********************************************).

2.   Għall-finijiet tal-Artikoli 5, 6, 7, u 8 ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 (**********************************************). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

(********************************************)  Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (ĠU L 145, 4.6.2008, p. 1)."

(*********************************************)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)."

(**********************************************)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1)."."

(6)

Fl-Artikolu 11, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 8a(3) ta' dan ir-Regolament, li tissospendi temporanjament it-trattament preferenzjali rilevanti tal-prodotti kif previst fl-Artikolu 29(4) tal-Ftehim Temporanju, u suċċessivament fl-Artikolu 44(4) tal-FSA.".

(7)

L-Artikolu 12 huwa mħassar.

18.   Regolament (KE) Nru 597/2009

Fir rigward tar-Regolament (KE) Nru 597/2009, l-implimentazzjoni tiegħu jirrikjedi kondizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' dazji provviżorji u definittivi, u għat-tmiem ta' investigazzjoni mingħajr miżuri. Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta' miżuri provviżorji minħabba l-effetti ta' tali miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni ta' miżuri definittivi. Għandu jintuża wkoll meta jiġu aċċettati impenji, meta jinbdew jew ma jinbdewx l-analiżijiet tal-iskadenzi, meta jiġu sospiżi miżuri, meta ssir estensjoni tas-sospensjoni ta' miżuri u meta jiddaħlu mill-ġdid miżuri minħabba l-effett ta' tali miżuri meta mqabbla ma' miżuri definittivi. Fejn dewmien fl-impożizzjoni ta' miżuri jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa, huwa meħtieġ li l-Kummissjoni titħalla tadotta miżuri provviżorji applikabbli immedjatament.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 597/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 10(8) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"8.   Jekk, f’ċirkostanzi speċjali, il-Kummissjoni tiddeċiedi li tibda investigazzjoni mingħajr ma tkun irċeviet ilment bil-miktub minn jew f’isem l-industrija tal-Unjoni sabiex tinbeda tali investigazzjoni, din għandha ssir abbażi ta’ evidenza suffiċjenti tal-eżistenza ta’ sussidji kumpensatorji, danni u rabta ta' kawżalità, kif deskritti fil-paragrafu 2, biex ikun iġġustifikat bidu bħal dan. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-informazzjoni lill-Istati Membri ladarba tkun iddeterminat il-ħtieġa li tagħti bidu għal tali investigazzjoni.".

(2)

L-Artikolu 10(11) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"11.   Fejn ikun jidher li hemm biżżejjed evidenza li tiġġustifika l-bidu ta’ proċedimenti, il-Kummissjoni għandha tagħmel dan fi żmien 45 jum mid-data tat-tressiq tal-ilment u għandha tippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Fejn ma tkunx ġiet ippreżentata biżżejjed evidenza, min jagħmel l-ilment għandu jkun infurmat dwar dan fi żmien 45 jum minn dakinhar li jkun tressaq l-ilment lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħti informazzjoni lill-Istati Membri li tikkonċerna l-analiżi tagħha tal-ilment normalment fi żmien 21 jum mid-data li fiha jkun tressaq l-ilment lill-Kummissjoni.".

(3)

L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil- paragrafu 1, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(b)

għal dan il-għan ikun ingħata avviż u l-partijiet interessati jkunu ngħataw opportunità adegwata biex jissottomettu l-informazzjoni u jagħmlu l-kummenti skont it-tieni subparagrafu ta’l-Artikolu 10(12);";

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri provviżorji f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(4).";

(c)

il-paragrafu 5 huwa mħassar.

(4)

L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1.   Bil-kondizzjoni li tkun saret determinazzjoni affermattiva provviżorja dwar l-għoti ta’ sussidju u danni, il-Kummissjoni tista’ f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 25(2) taċċetta offerti ta’ impenji volontarji sodisfaċenti li bihom:

(a)

il-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni jaqbel li jelimina jew jillimita s-sussidju jew jieħu miżuri oħra dwar l-effetti tiegħu; jew

(b)

kwalunkwe esportatur jimpenja ruħu li jirrevedi l-prezzijiet tiegħu jew li jwaqqaf l-esportazzjonijiet lejn iż-żona kkonċernata sakemm esportazzjonijiet bħal dawn ikunu jgawdu minn sussidji, ħalli l-Kummissjoni tkun issodisfatta li l-effett ta' ħsara tas-sussidji jkun ġie eliminat.

F'każ bħal dan u sakemm dawk l-impenji jkunu fis-seħħ, id-dazji provviżorji imposti mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 12(3) u d-dazji definittivi imposti skont l-Artikolu 15(1) ma għandhomx japplikaw għall-importazzjonijiet rilevanti tal-prodott ikkonċernat manifatturat mill-kumpanniji msemmija fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li taċċetta l-impenji u fi kwalunkwe emenda sussegwenti ta' deċiżjoni ta' dan it-tip.

Iż-żidiet fil-prezzijiet skont impenji ta' dan it-tip ma għandhomx ikunu ogħla milli huwa neċessarju biex ipaċu l-ammont ta’ sussidji ta’ kontrobilanċ, u għandhom ikunu inqas mill-ammont ta’ sussidji ta’ kontrobilanċ jekk dawn iż-żidiet ikunu adegwati biex ineħħu d-dannu lill-industrija tal-Unjoni.";

(b)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"5.   Fejn l-impenji jkunu aċċettati l-investigazzjoni għandha tintemm. Il-Kummissjoni għandha ttemm l-investigazzjoni f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 25(3).";

(c)

fil-paragrafu 9, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"9.   Fil-każ ta' ksur jew irtirar ta' impenji minn kwalunkwe parti f'dak l-impenn, jew fil-każ ta' rtirar tal-ilqugħ ta' impenn mill-Kummissjoni, l-ilqugħ ta' impenn għandu jiġi rtirat mill-Kummissjoni, kif ikun xieraq, u d-dazju provviżorju li jkun ġie impost mill-Kummissjoni f'konformità l-Artikolu 12 jew id-dazju definittiv li jkun ġie impost f'konformità mal-Artikolu 15(1), għandhom japplikaw, kemm-il darba l-esportatur ikkonċernat, jew il-pajjiż tal-oriġini u/jew tal-esportazzjoni jkun ingħata opportunità biex jikkummenta, ħlief fil-każ tal-irtirar ta' impenn mill-esportatur jew minn dak il-pajjiż. Il-Kummissjoni għandha tagħti informazzjoni lill-Istati Membri meta tiddeċiedi li tirtira impenn.";

(d)

il-paragrafu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"10.   Jista’ jiġi impost dazju f'konformità mal-Artikolu 12 fuq il-bażi tal-aħjar informazzjoni disponibbli, meta jkun hemm raġuni biex wieħed jaħseb li qiegħed jinkiser xi impenn, jew fil-każ ta' ksur jew irtirar ta' impenn, meta l-investigazzjoni li tkun wasslet għal dak l-impenn ma tkunx ġiet konkluża.".

(5)

L-Artikolu 14(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2.   Fejn ma jkunux meħtieġa miżuri protettivi, l-investigazzjoni jew il-proċedimenti għandhom jintemmu. Il-Kummissjoni għandha ttemm l-investigazzjoni f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 25(3).".

(6)

L-Artikolu 15(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1.   Meta l-fatti kif stabbiliti finalment juru l-eżistenza ta' sussidji kumpensatorji u dannu kkawżat minnhom, u fl-interess tal-Unjoni hemm lok għal intervent f'konformità mal-Artikolu 31, għandu jiġi impost dazju kumpensatorju definittiv mill-Kummissjoni li taġixxi skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artiklu 25(3). Fejn ikunu fis-seħħ dazji provviżorji, il-Kummissjoni għandha tibda din il-proċedura sa mhux iktar tard minn xahar qabel l-iskadenza ta' dawn id-dazji.";

(b)

it-tieni u t-tielet subparagrafi huma mħassra.

(7)

Fl-Artikolu 16(2), l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

"2.   Meta jkun applikat dazju provviżorju u l-fatti kif stabbiliti finalment juru l-eżistenza ta' sussidji kumpensatorji u danni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, irrispettivament minn jekk għandux ikun impost dazju kumpensatorju definittiv, liema proporzjon tad-dazju provviżorju għandu jinġabar definittivament.".

(8)

Fl-Artikolu 20, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Analiżi bħal din għandha tinbeda wara li l-produtturi fl-Unjoni jkunu ngħataw l-opportunità li jagħtu l-kummenti tagħhom.".

(9)

Fl-Artikolu 21(4), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk għandhiex tingħata l-applikazzjoni u sa liema punt, jew tista’ tiddeċiedi fi kwalunkwe ħin li tibda analiżi interim, fejn l-informazzjoni u s-sejbiet minn din l-analiżi, imwettqa f'konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli għal analiżijiet bħal dawn, għandhom jintużaw biex jiġi stabbilit jekk tkunx iġġustifikata rifużjoni u sa liema punt.".

(10)

L-Artikolu 22 għandu huwa sostitwit kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-ħames subparagrafu huwa mħassar;

(b)

il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"2.   L-analiżijiet skont l-Artikoli 18, 19 u 20 għandhom jinbdew mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tibdiex l-analiżijiet jew le skont l-Artikolu 18 f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 25(2). Il-Kummissjoni għandha tipprovdi wkoll informazzjoni lill-Istati Membri ladarba operatur jew Stat Membru jkun ressaq talba li tiġġustifika l-bidu ta' analiżi skont l-Artikoli 19 u 20 u l-Kummissjoni tkun lestiet l-analiżi tagħha ta' dan, jew ladarba l-Kummissjoni tkun iddeterminat hija stess li l-ħtieġa li titkompla l-impożizzjoni tal-miżuri għandha tiġi analizzata.

3.   Fejn meħtieġ mill-analiżijiet, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 25(3), il-miżuri għandhom jitħassru jew jinżammu skont l-Artikolu 18, jew jitħassru, jinżammu jew jiġu emendati skont l-Artikoli 19 u 20.".

(11)

L-Artikolu 23 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 4, l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi huma sostitwiti b'dan li ġej:

"4.   L-investigazzjonijiet għandhom jinbdew skont dan l-Artikolu fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew fuq it-talba ta’ Stat Membru jew ta' kwalunkwe parti interessata abbażi ta’ evidenza suffiċjenti rigward il-fatturi stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3. It-tnedija tal-investigazzjonijiet għandu jsir permezz ta' Regolament tal-Kummissjoni li jista' wkoll jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali biex l-importazzjonijiet jiġu soġġetti għal reġistrazzjoni f'konformità mal-Artikolu 24(5) jew biex jintalbu garanziji. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni lill-Istati Membri ladarba parti interessata jew Stat Membru jkun ressaq talba li tiġġustifika l-bidu ta' investigazzjoni u l-Kummissjoni tkun lestiet l-analiżi tagħha ta' din, jew fejn il-Kummissjoni tkun iddeterminat hija stess li jeħtieġ li titnieda investigazzjoni.

L-investigazzjonijiet għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista' tiġi assistita mill-awtoritajiet doganali u l-investigazzjonijiet għandhom jitlestew fi żmien disa' xhur.

Jekk il-fatti kif finalment aċċertati jiġġustifikaw l-estensjoni tal-miżuri, dan għandu jsir mill-Kummissjoni filwaqt li taġixxi f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 25(3).";

(b)

fil-paragrafu 6, ir-raba’ subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Dawn l-eżenzjonijiet jingħataw b'deċiżjoni tal-Kummissjoni u għandhom jibqgħu validi għall-perijodu u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fiha. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-informazzjoni lill-Istati Membri hekk kif tlesti l-analiżi tagħha."

(12)

L-Artikolu 24 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4.   Fl-interess tal-Unjoni, il-miżuri imposti skont dan ir-Regolament jistgħu jiġu sospiżi b'deċiżjoni tal-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 25(2) għal perijodu ta' disa' xhur. Is-sospensjoni tista' tiġi estiża għal perijodu ieħor, li ma jkunx iżjed minn sena, mill-Kummissjoni filwaqt li taġixxi f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 25(2).

Il-miżuri jistgħu jiġu sospiżi biss meta l-kundizzjonijiet tas-suq jkunu nbidlu temporanjament b’tali mod li jkun improbabbli li d-dannu jissokta bħala riżultat tas-sospensjoni, u sakemm l-industrija tal-Unjoni tkun ingħatat l-opportunità li tikkummenta u dawk il-kummenti jkunu ġew ikkunsidrati. Il-miżuri jistgħu, fi kwalunkwe żmien jerġgħu jiddaħħlu f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 25(2) jekk ir-raġuni għas-sospensjoni ma tkunx għadha applikabbli.";

(b)

l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"5.   Il-Kummissjoni tista’, wara li tkun infurmat lill-Istati Membri fi żmien debitu, tagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali sabiex jieħdu l-passi adatti biex jirreġistraw l-importazzjonijiet, biex il-miżuri jkunu jistgħu jiġu applikati sussegwentement kontra dik l-importazzjoni mid-data ta’ dik ir-reġistrazzjoni.".

(13)

L-Artikolu 25 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 25

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (***********************************************). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (************************************************).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu.

5.   Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, fejn isir rikors għall-proċedura bil-miktub għall-adozzjoni ta' miżuri definittivi skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu jew għat-teħid ta' deċiżjoni biex jinbdew jew ma jinbdewx analiżijiet tal-iskadenza skont l-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament, proċedura bħal din għandha tintemm mingħajr riżultat fejn, fil-limitu ta' żmien stipulat mill-president, dan jiġi deċiż mill-president jew jekk dan jintalab minn maġġoranza ta' membri tal-kumitat, kif definit fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Fejn isir rikors għall-proċedura bil-miktub f'każijiet oħra fejn tkun saret diskussjoni dwar l-abbozz ta' miżuri fil-kumitat, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat fejn, fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-president, dan jiġi deċiż mill-president jew jekk dan jintalab minn maġġoranza sempliċi ta' membri tal-kumitat. Fejn isir rikors għall-proċedura bil-miktub f'każijiet oħra fejn ma tkunx saret diskussjoni dwar l-abbozz ta' miżuri fil-kumitat, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat fejn, fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-president, dan jiġi deċiż mill-president jew jekk dan jintalab minn tal-inqas kwart tal-membri tal-kumitat.

6.   Il-kumitat jista’ jikkunsidra kwalunkwe kwistjoni relatata mal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament imqajma mill-Kummissjoni jew fuq talba ta' Stat Membru. L-Istati Membri jistgħu jitolbu informazzjoni u jistgħu jwettqu skambju ta' fehmiet fil-kumitat jew direttament mal-Kummissjoni.

(***********************************************)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51)."

(************************************************)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)."."

(14)

L-Artikolu 29(5) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"5.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, inkluż l-uffiċjali tagħhom it-tnejn, ma għandhom jiżvelaw l-ebda informazzjoni li tkun waslitilhom skont dan ir-Regolament li għaliha jkun intalab trattament kunfidenzjali mill-fornitur tagħha, mingħajr permess speċifiku minn dak il-fornitur. Skambji ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, jew ta' kwalunkwe dokument intern preparat mill-awtoritajiet tal-Unjoni jew l-Istati Membri, ma għandhomx jiġu żvelati minbarra kif inhu speċifikament stipulat b'dan ir-Regolament.".

(15)

Fl-Artikolu 30, il-paragrafi 4 u 5 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"4.   L-iżvelar finali għandu jingħata bil-miktub. Dan għandu jsir, filwaqt li tingħata l-attenzjoni dovuta lill-protezzjoni tal- informazzjoni kunfidenzjali, kemm jista’ jkun malajr u, normalment, mhux iktar tard minn xahar qabel ma jinbdew il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 14 jew l-Artikolu 15. Fejn il-Kummissjoni ma tkunx fil-pożizzjoni li tiżvela ċerti fatti jew kunsiderazzjonijiet f'dak il-mument, dawn għandhom jiġu żvelati kemm jista' jkun malajr wara.

L-iżvelar ma għandu jippreġudika l-ebda deċiżjoni sussegwenti li tista’ tittieħed mill-Kummissjoni imma fejn deċiżjoni bħal din tkun ibbażata fuq kwalunkwe fatt u kunsiderazzjoni differenti, dawn għandhom jiġu żvelati kemm jista’ jkun malajr.

5.   Rappreżentazzjonijiet li jsiru wara li jsir l-iżvelar finali għandhom jiġu kkunsidrati biss jekk jaslu fi żmien perijodu li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni f'kull każ, li għandu jkun ta' mill-inqas għaxart ijiem, filwaqt li tingħata l-attenzjoni dovuta lill-urġenza tal-kwistjoni. Jista' jiġi stabbilit perijodu iqsar kull darba li jkun jrid isir żvelar finali addizzjonali.".

(16)

L-Artikolu 31 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 4 u 5 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"4.   Il-partijiet li aġixxew f'konformità mal-paragrafu 2 jistgħu jipprovdu kummenti dwar l-applikazzjoni ta' kwalunkwe dazju provviżorju. Kummenti bħal dawn għandhom jaslu fi żmien 25 jum mid-data tal-applikazzjoni ta' miżuri bħal dawn biex jittieħed kont tagħhom u dawn, jew is-sommarji xierqa tagħhom, għandhom ikunu disponibbli għall-partijiet l-oħra li għandhom ikunu intitolati li jwieġbu għal kummenti bħal dawn.

5.   Il-Kummissjoni għandha teżamina l-informazzjoni li tiġi ppreżentata kif suppost u kemm din tkun rappreżentattiva, u r-riżultati ta' analiżi bħal din, flimkien ma’ opinjoni dwar il-merti tagħha, għandhom jintbagħtu lill-kumitat bħala parti mill-abbozz ta' miżura ppreżentat skont l-Artikoli 14 u 15. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-fehmiet espressi fil-kumitat taħt il-kondizzjonijiet previsti fir-Regolament (UE) Nru 182/2011.";

(b)

fil-paragrafu 6, it-tieni sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

"Informazzjoni bħal din għandha tkun disponibbli sakemm ikun possibbli u mingħajr ħsara għal kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti meħuda mill-Kummissjoni.".

(17)

L-artikolu li ġej huwa mdaħħal:

"Artikolu 33a

Rapport

Il-Kummissjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rapport annwali tagħha dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' difiża kummerċjali ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 22a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1225/2009.".

19.   Regolament (KE) Nru 260/2009

Fir rigward tar-Regolament (KE) Nru 260/2009, l-implimentazzjoni tiegħu jirrikjedi kondizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni tal-miżuri provviżorji u definittivi ta' salvagwardja u għall-impożizzjoni ta' miżuri ta' sorveljanza minn qabel. Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta' miżuri ta’ sorveljanza u dawk provviżorji minħabba l-effetti ta’ tali miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni tal-miżuri ta’ salvagwardja definittivi. Fejn dewmien fl-impożizzjoni tal-miżuri jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa, huwa meħtieġ li l-Kummissjoni titħalla tadotta miżuri provviżorji applikabbli immedjatament.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 260/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 huwa mħassar.

(2)

L-Artikolu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 4

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat dwar is-Salvagwardji. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*************************************************).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

5.   Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 fejn isir rikors għall-proċedura bil-miktub għall-adozzjoni ta' miżuri definittivi skont l-Artikolu 17 ta' dan ir-Regolament, proċedura bħal din għandha tintemm mingħajr riżultat fejn, fil-limitu ta' żmien stipulat mill-president, dan jiġi deċiż mill-president jew dan jintalab minn maġġoranza tal-membri tal-kumitat kif definit fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Fejn isir rikors għall-proċedura bil-miktub f'każijiet oħra fejn tkun saret diskussjoni dwar l-abbozz ta' miżura fil-kumitat, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat fejn, fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-president, dan jiġi deċiż mill-president jew dan jintalab minn maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat. Fejn isir rikors għall-proċedura bil-miktub f'każijiet oħra fejn ma tkunx saret diskussjoni dwar l-abbozz ta' miżura fil-kumitat, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat fejn, fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-president, dan jiġi deċiż mill-president jew dan jintalab minn tal-inqas kwart tal-membri tal-kumitat.'

(*************************************************)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)."."

(3)

L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-formulazzjoni introduttorja hija sosttiwita b'dan li ġej:

"1.   Fejn ikun jidher lill-Kummissjoni li hemm evidenza suffiċjenti li tiġġustifika t-tnedija ta' investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha titnieda investigazzjoni fi żmien xahar mid-data meta tirċievi l-informazzjoni mingħand Stat Membru u tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dak l-avviż għandu:";

(b)

fl-aħħar tal-paragrafu 1 jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha tagħti l-informazzjoni lill-Istati Membri li tikkonċerna l-analiżi tagħha tal-informazzjoni normalment fi żmien 21 jum mid-data li fiha l-informazzjoni ingħatat lill-Kummissjoni.";

(c)

fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2.   Il-Kummissjoni għandha tfittex kull tagħrif li jidhrilha li jkun meħtieġ u, fejn tqis li jkun xieraq, wara li tkun infurmat lill-Istati Membri, għandha tagħmel ħilitha sabiex teżamina dik l-informazzjoni mal-importaturi, il-kummerċjanti, l-aġenti, il-produtturi, l-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet kummerċjali.";

(d)

il-paragrafu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"7.   Fejn jidher lill-Kummissjoni li ma hemmx biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-investigazzjoni, hija għandha tinforma lill-Istati Membri bid-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar mid-data meta tirċievi l-informazzjoni mill-Istati Membri.".

(4)

L-Artikolu 7(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2.   Fejn il-Kummissjoni tqis, fi żmien disa’ xhur mill-bidu tal-investigazzjoni, li ma hemm bżonn tal-ebda miżura ta’ sorveljanza jew ta’ salvagwardja tal-Unjoni, l-investigazzjoni għandha tintemm fi żmien xahar. Il-Kummissjoni għandha ttemm l-investigazzjoni f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 4(2).".

(5)

L-Artikolu 9(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, inklużl-uffiċjali tagħhom it-tnejn ma għandhomx jiżvelaw tagħrif ta’ natura kunfidenzjali li jkunu rċevew skont dan ir-Regolament, jew l-ebda tagħrif li jkun ingħata fuq bażi kunfidenzjali mingħajr il-permess speċifiku ta’ min ikun ipprovda informazzjoni bħal din.".

(6)

L-Artikolu 11(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2.   Id-deċiżjoni li tiġi imposta sorveljanza għandha tittieħed mill-Kummissjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 4(2).".

(7)

L-Artikolu 13 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 13

Fejn l-importazzjoni ta' prodott ma tkunx ġiet soġġetta għal sorveljanza a priori mill-Unjoni, il-Kummissjoni, f'konformità mal-Artikolu 18, tista' tintroduċi sorveljanza ristretta għall-importazzjonijiet lejn reġjun wieħed tal-Unjoni jew iktar. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni lill-Istati Membri ladarba tiddeċiedi li tintroduċi s-sorveljanza.".

(8)

Fl-Artikolu 16, il-paragrafi 6 u 7 huwa sostitwiti b'dan li ġej:

"6.   Fejn l-intervent mill-Kummissjoni jkun intalab minn Stat Membru, il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 4(3), jew f'każijiet ta' urġenza, skont l-Artikolu 4(4), għandha tieħu deċiżjoni fi żmien mhux iktar minn ħamest ijiem tax-xogħol minn mid-data meta tirċievi tali talba".

(9)

L-Artikolu 17 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 17

Fejn meħtieġ mill-interessi tal-Unjoni, il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 4(3) u t-termini tal-Kapitolu III, tista' tadotta miżuri xierqa sabiex prodott ma jitħalliex jiġi importat ġewwa l-Unjoni fi kwantitajiet sostanzjalment akbar u/jew skont dawk it-termini jew kondizzjonijiet li jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, dannu serju lill-produtturi tal-Unjoni tal-istess prodotti jew ta' prodotti f’kompetizzjoni diretta magħhom.

Għandu japplika l-Artikolu 16(2) sa (5).".

(10)

L-Artikolu 21 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 21

1.   Filwaqt li tkun fis-seħħ kwalunkwe miżura ta' sorveljanza jew ta' salvagwardja applikata f'konformità mal-Kapitoli IV u V, il-Kummissjoni tista', jew fuq it-talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, u mhux aktar tard minn nofs il-perijodu tal-applikazzjoni ta' miżuri li japplikaw għal perijodu ta' żmien ta' iktar minn tliet snin:

(a)

teżamina l-effetti tal-miżura;

(b)

tistabbilixxi jekk ikunx xieraq li jitħaffef il-pass tal-liberalizzazzjoni u b'liema mod;

(c)

taċċerta jekk l-applikazzjoni tal-miżura tkunx għadha meħtieġa.

Fejn il-Kummissjoni tqis li l-applikazzjoni ta' miżura tkun għadha meħtieġa, hija għandha tgħarraf lill-Istati Membri dwar dan.

2.   Fejn il-Kummissjoni tqis li kwalunkwe miżura ta' sorveljanza jew ta' salvagwardja msemmija fl-Artikoli 11, 13, 16, 17 u 18 għandha titħassar jew tiġi emendata, hija għandha, filwaqt li taġixxi f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 4(3), tħassar jew temenda l-miżura.

Fejn id-deċiżjoni tirrigwarda l-miżuri ta' sorveljanza reġjonali, din għandha tapplika mis-sitt jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.".

(11)

L-Artikolu 23 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 23

Fejn meħtieġ fl-interessi tal-Unjoni, il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 4(3), tista’ tadotta l-miżuri xierqa li jimplimentaw l-atti leġislattivi sabiex id-drittijiet u l-obbligi tal-Unjoni jew tal-Istati Membri kollha, b’mod partikolari dawk li jirrigwardaw il-kummerċ fi prodotti bażiċi, jiġu eżerċitati u jitwettqu f'livell internazzjonali.".

(12)

L-artikolu li ġej huwa mdaħħal:

"Artikolu 23a

Rapport

Il-Kummissjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rapport annwali tagħha dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' difiża kummerċjali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 22a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (**************************************************).

(**************************************************)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat- 30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51)."."

20.   Regolament (KE) Nru 625/2009

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 625/2009, l-implimentazzjoni tiegħu jirrikjedi kondizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja provviżorji u definittivi, u għall-impożizzjoni ta' miżuri ta' sorveljanza minn qabel. Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta' miżuri ta’ sorveljanza u dawk provviżorji minħabba l-effetti ta’ tali miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni ta' miżuri ta’ salvagwardja definittivi. Fejn dewmien fl-impożizzjoni tal-miżuri jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa huwa meħtieġ li l-Kummissjoni titħalla tadotta miżuri provviżorji applikabbli immedjatament.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 625/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 huwa mħassar.

(2)

L-Artikolu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 4

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 (***************************************************). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (****************************************************).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

(***************************************************)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1)."

(****************************************************)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)."."

(3)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

"1.   Fejn ikun jidher lill-Kummissjoni li hemm evidenza suffiċjenti li tiġġustifika l-bidu ta' investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha tibda investigazzjoni fi żmien xahar mid-data meta tirċievi l-informazzjoni mingħand Stat Membru u tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dak l-avviż għandu:";

(b)

fl-aħħar tal-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha tagħti l-informazzjoni lill-Istati Membri li tikkonċerna l-analiżi tagħha tal-informazzjoni normalment fi żmien 21 jum mid-data li fiha l-informazzjoni tkun ingħatat lill-Kummissjoni.";

(c)

fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

"2.   Il-Kummissjoni għandha tfittex kull informazzjoni li jidhrilha li hi meħtieġa u, fejn tqis li jkun xieraq, hija għandha tagħmel ħilitha biex tivverifika dik l-informazzjoni mal-importaturi, il-kummerċjanti, l-aġenti, il-produtturi, l-assoċjazzjonijiet kummerċjali u l-organizzazzjonijiet.";

(d)

il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"6.   Fejn jidher lill-Kummissjoni li ma hemmx biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-investigazzjoni, hija għandha tinforma lill-Istati Membri bid-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar mid-data meta tirċievi l-informazzjoni mill-Istati Membri.".

(4)

Fl-Artikolu 6(2), l-ewwel sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

"2.   Fejn il-Kummissjoni tqis, fi żmien disa’ xhur mill-bidu tal-investigazzjoni, li ma hemm bżonn tal-ebda miżura ta’ sorveljanza jew ta’ salvagwardja tal-Unjoni, l-investigazzjoni għandha tintemm fi żmien xahar. Il-Kummissjoni għandha ttemm l-investigazzjoni f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 4(2).".

(5)

L-Artikolu 7(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, inkluż l-uffiċjali tagħhom it-tnejn, ma għandhom jiżvelaw l-ebda informazzjoni ta’ natura kunfidenzjali li tkun waslitilhom skont dan ir-Regolament, jew l-ebda informazzjoni pprovduta fuq bażi kunfidenzjali, mingħajr permess speċifiku mill-fornitur ta' informazzjoni bħal din.".

(6)

Fl-Artikolu 9, il-paragrafu li ġej huwa mdaħħal:

"1a.   Id-deċiżjonijiet adottati skont il-paragrafu 1 għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 4(2).".

(7)

Fl-Artikolu 11, it-tieni inċiż huwa sostitwit b'dan li ġej:

"—

il-ħruġ ta' dak id-dokument għandu jkun soġġett għal ċerti kondizzjonijiet u, bħala miżura eċċezzjonali, soġġett għall-inklużjoni ta’ klawsola dwar it-tħassir.".

(8)

L-Artikolu 12 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 12

Fejn l-importazzjoni ta' prodott ma tkunx ġiet soġġetta għal sorveljanza minn qabel tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista' tintroduċi, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 4(2) u f'konformità mal-Artikolu 17, sorveljanza ristretta għall-importazzjonijiet f'reġjun wieħed tal-Unjoni jew iktar.".

(9)

L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2.   Il-miżuri adottati għandhom ikunu kkomunikati minnufih lill-Istati Membri, u għandhom jidħlu fis-seħħ immedjatament.";

(b)

Il-paragrafi 4, 5 u 6 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"4.   Fejn l-intervent mill-Kummissjoni jintalab minn Stat Membru, il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 4(3), jew, f'każijiet ta' urġenza, skont l-Artikolu 4(4), għandha tieħu deċiżjoni f'perijodu ta' żmien ta' mhux aktar minn ħamest ijiem tax-xogħol mid-data meta tirċievi talba bħal din.".

(10)

L-Artikolu 16(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1.   Il-Kummissjoni tista', b'mod partikolari fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(1) tadotta l-miżuri ta’ salvagwardja xierqa filwaqt li taġixxi f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 4(3).".

(11)

L-Artikolu 18 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 18

1.   Filwaqt li tkun fis-seħħ kwalunkwe miżura ta' sorveljanza jew ta' salvagwardja applikata f'konformità mal-Kapitoli IV u V, il-Kummissjoni tista', jew fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess:

(a)

teżamina l-effetti tal-miżura;

(b)

taċċerta jekk l-applikazzjoni tal-miżura għadhiex neċessarja.

Fejn il-Kummissjoni tqis li l-applikazzjoni ta' miżura tkun għadha meħtieġa hija għandha tinforma lill-Istati Membri dwar dan.

2.   Fejn il-Kummissjoni tqis li kwalunkwe miżura ta' sorveljanza jew ta' salvagwardja msemmija fil-Kapitoli IV u V għandha titħassar jew tiġi emendata, hija għandha, filwaqt li taġixxi f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(3), tħassar jew temenda l-miżura.".

(12)

l-artikolu li ġej huwa mdaħħal:

"Artikolu 19a

Il-Kummissjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rapport annwali tagħha dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' difiża kummerċjali ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 22a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (*****************************************************)

(*****************************************************)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat- 30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51)."."

21.   Regolament (KE) Nru 1061/2009

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1061/2009, l-implimentazzjoni tiegħu jirrikjedi kondizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja provviżorji u definittivi, u għall-impożizzjoni ta' miżuri ta' sorveljanza minn qabel. Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn dewmien fl-impożizzjoni tal-miżuri jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa, huwa meħtieġ li l-Kummissjoni titħalla tadotta miżuri provviżorji applikabbli immedjatament.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1061/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 huwa mħassar.

(2)

L-Artikolu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 4

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat dwar is-Salvagwardji, stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 (******************************************************). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*******************************************************).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

(******************************************************)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1)."

(*******************************************************)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)."."

(3)

L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"1.   Sabiex tkun evitata sitwazzjoni kritika li toriġina minħabba nuqqas ta' prodotti essenzjali, jew sabiex tkun rimedjata sitwazzjoni ta' dan it-tip, u meta l-interessi tal-Unjoni jitolbu intervent immedjat, il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, u filwaqt li tqis in-natura tal-prodotti u l-karatteristiċi partikolari l-oħra tat-transazzjonijiet ikkonċernati, tista' tissoġġetta l-esportazzjoni ta' prodott għall-produzzjoni ta' awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni, li l-għoti tagħha għandu jkun irregolat minn dispożizzjonijiet ta' dan it-tip u fil-limiti li l-Kummissjoni tfassal f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 4(2), jew, f'każijiet ta' urġenza, skont l-Artikolu 4(3).

2.   Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Istati Membri għandhom ikunu notifikati bil-miżuri meħuda. Miżuri bħal dawn għandhom jidħlu fis-seħħ immedjatament.";

(b)

il-paragrafi 4, 5 u 6 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"4.   Fejn l-intervent tal-Kummissjoni jkun intalab minn Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni f'konformità mal-paragrafu 1 f'perijodu massimu ta' ħamest ijiem tax-xogħol mid-data meta tirċievi talba bħal din.

5.   Fejn il-Kummissjoni tkun aġixxiet skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, hija għandha, sa mhux aktar tard minn 12-il jum tax-xogħol wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-miżura li tkun ħadet, tiddeċiedi tadottax miżuri xierqa kif stipulat fl-Artikolu 7. Jekk, wara sitt ġimgħat mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-miżura, ma tkun ġiet adottata l-ebda miżura, il-miżura kkonċernata għandha titqies li tkun tħassret.".

(4)

Fl-Artikolu 7(1), il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

"1.   Fejn meħtieġ fl-interess tal-Unjoni, il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 4(2), tista' tadotta miżuri xierqa:".

(5)

L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 8

1.   Filwaqt li tkun fis-seħħ kwalunkwe miżura msemmija fl-Artikoli 6 u 7, il-Kummissjoni tista', jew fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess:

(a)

teżamina l-effetti tal-miżura;

(b)

taċċerta jekk l-applikazzjoni tal-miżura għadhiex neċessarja.

Fejn il-Kummissjoni tqis li l-applikazzjoni tal-miżura tkun għadha meħtieġa, hija għandha tinforma lill-Istati Membri dwar dan.

2.   Fejn il-Kummissjoni tqis li kwalunkwe miżura prevista fl-Artikolu 6 jew 7 għandha titħassar jew tiġi emendata, hija għandha taġixxi f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 4(2).".

(6)

Fl-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu huwa sosititwit b'dan li ġej:

"Fir-rigward tal-prodotti elenkati fl-Anness I, sa meta l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jadottaw miżuri xierqa skont l-impenji internazzjonali li jidħlu fihom l-Unjoni jew l-Istati Membri kollha, l-Istati Membri għandhom, mingħajr preġudizzju għar-regoli adottati mill-Unjoni f'dan is-settur, ikunu awtorizzati li jimplimentaw is-sistema ta’ tqassim ta’ emerġenza li tintroduċi obbligu ta’ allokazzjoni vis-à-vis pajjiżi terzi, prevista fl-impenji internazzjonali li jidħlu fihom qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.".

(7)

L-artikolu li ġej huwa mdaħħal:

"Artikolu 9a

Il-Kummissjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rapport annwali tagħha dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' difiża kummerċjali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 22a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (********************************************************).

(********************************************************)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat- 30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea. (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51)."."

22.   Regolament (KE) Nru 1225/2009

Fir rigward tar-Regolament Nru 1225/2009, l-implimentazzjoni tiegħu jirrikjedi kondizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni tad-dazji provviżorji u definittivi, u għat-tmiem ta' investigazzjoni mingħajr miżuri. Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta' miżuri provviżorji minħabba l-effetti ta' tali miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni ta' miżuri definittivi. Għandu jintuża wkoll meta jiġu aċċettati impenji, meta jinbdew jew ma jinbdewx l-analiżijiet tal-iskadenzi, meta jiġu sospiżi miżuri, meta ssir estensjoni tas-sospensjoni ta' miżuri u meta jiddaħlu mill-ġdid miżuri minħabba l-effett ta' tali miżuri meta mqabbla ma' miżuri definittivi. Fejn dewmien fl-impożizzjoni tal-miżuri jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa, huwa meħtieġ li l-Kummissjoni titħalla tadotta miżuri provviżorji applikabbli immedjatament.

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1225/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2(7), is-subparagrafu (c) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-kliem "wara konsultazzjoni speċifika tal-Kumitat Konsultattiv u wara li l-industrija tal-Komunità" huma sostitwiti bi "wara li l-industrija tal-Unjoni";

(b)

tiżdied sentenza finali kif ġej:

"Il-Kummissjoni għandha tagħti l-informazzjoni lill-Istati Membri li tikkonċerna l-analiżi tat-talbiet li saru skont is-subparagrafu (b) normalment fi żmien 28 ġimgħa mill-bidu tal-investigazzjoni.".

(2)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"6.   Jekk, f’ċirkostanzi speċjali l-Kummissjoni tiddeċiedi li tibda investigazzjoni mingħajr ma tkun irċeviet ilment bil-miktub mill-industrija tal-Unjoni jew f'isimha għall-bidu ta' investigazzjoni bħal din, dan għandu jsir abbażi ta' evidenza suffiċjenti ta' dumping, dannu u rabta ta' kawżalità, kif deskritt fil-paragrafu 2, biex jiġi ġġustifikat bidu bħal dan. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-informazzjoni lill-Istati Membri ladarba tkun iddeterminat il-ħtieġa li tagħti bidu għal investigazzjoni bħal din.";

(b)

il-paragrafu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"9.   Fejn ikun jidher li hemm biżżejjed evidenza li tiġġustifika l-bidu ta’ proċediment, il-Kummissjoni għandha tagħmel dan fi żmien 45 jum mid-data tat-tressiq tal-ilment u għandha tippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Fejn ma tkunx ġiet ippreżentata biżżejjed evidenza, min jagħmel l-ilment għandu jkun infurmat dwar dan fi żmien 45 jum minn dakinhar li jkun tressaq l-ilment lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħti informazzjoni lill-Istati Membri li tikkonċerna l-analiżi tagħha tal-ilment normalment fi żmien 21 jum mid-data li fiha jkun tressaq l-ilment lill-Kummissjoni.".

(3)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-kliem "opportunitajiet adegwati" huma sostitwiti bi '"opportunità adegwata";

(b)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4.   Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri provviżorji f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(4).";

(c)

il-paragrafu 6 huwa mħassar.

(4)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1.   Bil-kondizzjoni li tkun saret determinazzjoni affermattiva provviżorja dwar id-dumping u d-danni, il-Kummissjoni tista', f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2), taċċetta offerti ta' impenji volontarji sodisfaċenti mressqa minn kwalunkwe esportatur biex jirrevedi l-prezzijiet tiegħu jew biex iwaqqaf l-esportazzjonijiet li jkunu suġġett ta' dumping, jekk tkun sodisfatta li b'hekk jiġi eliminat l-effett ta' ħsara mid-dumping. F'każ bħal dan u sakemm ikunu fis-seħħ dawk l-impenji, id-dazji provviżorji imposti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7(1), jew id-dazji definittivi imposti f'konformità mal-Artikolu 9(4) kif ikun il-każ, ma għandhomx japplikaw għall-importazzjonijiet rilevanti tal-prodott ikkonċernat manifatturat mill-kumpanniji msemmija fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li taċċetta l-impenji, kif emendata sussegwentement. Iż-żidiet fil-prezzijiet b'dawn l-impenji ma għandhomx ikunu ogħla milli jkun neċessarju biex jiġi eliminat il-marġni tad-dumping u għandhom ikunu inqas mill-marġni ta' dumping jekk dawk iż-żidiet ikunu adegwati għat-tneħħija tad-dannu lill-industrija tal-Unjoni.";

(b)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"5.   Fejn l-impenji jkunu aċċettati l-investigazzjoni għandha tintemm. Il-Kummissjoni għandha ttemm l-investigazzjoni f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15(3).";

(c)

fil-paragrafu 9, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"9.   Fil-każ ta' ksur jew irtirar ta' impenji minn kwalunkwe parti f'dak l-impenn, jew fil-każ ta' rtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn mill-Kummissjoni, l-aċċettazzjoni tal-impenn għandha tiġi rtirata b'Deċiżjoni tal-Kummissjoni jew Regolament tal-Kummissjoni, kif ikun xieraq, u d-dazju provviżorju li jkun ġie impost mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 jew id-dazju definittiv li jkun ġie impost f'konformità mal-Artikolu 9(4) għandu japplika awtomatikament, sakemm l-esportatur ikkonċernat ikun ingħata l-opportunità biex jikkummenta, ħlief fejn ikun irtira l-impenn hu stess. Il-Kummissjoni għandha tagħti informazzjoni lill-Istati Membri meta tiddeċiedi li tirtira impenn.";

(d)

il-paragrafu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"10.   Jista’ jiġi impost dazju f'konformità mal-Artikolu 7 abbażi tal-aħjar informazzjoni disponibbli meta jkun hemm raġuni biex wieħed jaħseb li qiegħed jinkiser xi impenn, jew fil-każ ta' ksur jew irtirar ta' impenn, meta l-investigazzjoni li tkun wasslet għal dak l-impenn ma tkunx ġiet konkluża.".

(5)

L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2.   Fejn ma jkunux meħtieġa miżuri protettivi l-investigazzjoni jew il-proċediment għandu jintemm. Il-Kummissjoni għandha ttemm l-investigazzjoni f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15(3).";

(b)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4.   Fejn il-fatti kif finalment stabbiliti juru li hemm dumping u dannu kkawżat minnu, u fl-interess tal-Unjoni hemm lok għal intervent f'konformità mal-Artikolu 21, għandu jiġi impost dazju anti-dumping definittiv mill-Kummissjoni li taġixxi skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artiklu 15(3). Fejn ikunu fis-seħħ dazji provviżorji, il-Kummissjoni għandha tibda dik il-proċedura sa mhux iktar tard minn xahar qabel ma dazji bħal dawn jiskadu. L-ammont tad-dazju anti-dumping ma għandux ikun ogħla mill-marġni tad-dumping stabbilit iżda għandu jkun inqas mill-marġni jekk tali dazju inqas ikun adegwat biex jitneħħa d-dannu lill-industrija tal-Unjoni.".

(6)

Fl-Artikolu 10(2), l-ewwel sentenza hija sotitwita b'dan li ġej:

"2.   Fejn ikun ġie applikat dazju provviżorju u l-fatti kif finalment stabbiliti juru li hemm id-dumping u d-dannu, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, irrispettivament minn jekk għandux jiġi impost dazju anti-dumping definittiv, liema proporzjon tad-dazju provviżorju għandu jinġabar b'mod definittiv."

(7)

L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 4, l-ewwel sentenza tat-tielet subparagrafu hija sostitwita b'dan li ġej:

"Analiżi għal esportatur ġdid għandha tinbeda u titwettaq fuq bażi mgħaġġla wara li l-produtturi tal-Unjoni jkunu ngħataw l-opportunità li jikkummentaw.";

(b)

fil-paragrafu 5, it-tieni subparagrafu huwa mħassar;

(c)

il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"6.   Analiżijiet skont dan l-Artikolu għandhom jinbdew mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tibdiex l-analiżijiet jew le skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2). Il-Kummissjoni għandha wkoll tipprovdi informazzjoni lill-Istati Membri ladarba l-operatur jew Stat Membru jkun ressaq talba li tiġġustifika l-bidu ta' analiżi skont il-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu u l-Kummissjoni tkun lestiet l-analiżi tagħha ta' dan, jew ladarba l-Kummissjoni tkun iddeterminat hija stess li l-ħtieġa li tissokta l-impożizzjoni tal-miżuri għandha tiġi analizzata. Fejn meħtieġ mill-analiżijiet, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(3), il-miżuri għandhom jitħassru jew jinżammu skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jew jitħassru, jinżammu jew jiġu emendati skont il-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu. Fejn il-miżuri jitħassru għal esportaturi individwali, iżda mhux għall-pajjiż kollu kemm hu, esportaturi bħal dawn għandhom jibqgħu soġġetti għall-proċediment u jistgħu, awtomatikament, jiġu investigati mill-ġdid fi kwalunkwe analiżi sussegwenti mwettqa għal dak il-pajjiż skont dan l-Artikolu.";

(d)

fil-paragrafu 8, l-ewwel sentenza tar-raba' subparagrafu hija sostitwita b'dan li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk għandhiex tingħata l-applikazzjoni u sa liema punt, jew tista’ tiddeċiedi fi kwalunkwe mument li tibda analiżi temporanju, fejn l-informazzjoni u s-sejbiet minn tali analiżi imwettqa f'konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli għal tali reviżjonijiet għandhom jintużaw biex jiġi stabbilit jekk tkunx iġġustifikata rifużjoni u sa liema punt. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni lill-Istati Membri ladarba tlesti l-analiżi tagħha.".

(8)

L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1.   Fejn l-industrija tal-Unjoni jew kwalunkwe parti interessata oħra tibgħat, normalment fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ tal-miżuri, informazzjoni biżżejjed li turi li, wara l-perijodu tal-investigazzjoni oriġinali u qabel jew wara l-impożizzjoni ta' miżuri, il-prezzijiet ta' esportazzjoni naqsu jew li ma kien hemm l-ebda moviment, jew moviment insuffiċjenti, fil-prezzijiet ta' bejgħ mill-ġdid jew il-prezzijiet ta' bejgħ sussegwenti tal-prodott importat fl-Unjoni, il-Kummissjoni tista' tiftaħ mill-ġdid l-investigazzjoni biex jiġi eżaminat jekk il-miżura ħallitx effetti fuq il-prezzijiet imsemmija hawn fuq. Il-Kummissjoni għandha tagħti l-informazzjoni lill-Istati Membri hekk kif parti interessata tkun ressqet informazzjoni suffiċjenti biex tiġġustifika l-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni u l-Kummissjoni tkun lestiet l-analiżi tagħha ta' din.";

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3.   Fejn investigazzjoni mill-ġdid skont dan l-Artikolu turi li d-dumping ikun żdied, il-miżuri fis-seħħ jistgħu jiġu emendati mill-Kummissjoni li taġixxi f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(3), f'konformità mas-sejbiet il-ġodda dwar il-prezzijiet ta' esportazzjoni. L-ammont ta' dazju anti-dumping impost bis-saħħa ta' dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż id-doppju tal-ammont tad-dazju impost inizjalment.";

(c)

Fil-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu huwa mħassar.

(9)

L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3.   L-investigazzjonijiet għandhom jinbdew skont dan l-Artikolu fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew fuq talba ta' Stat Membru jew ta' kwalunkwe parti interessata fuq il-bażi ta' evidenza suffiċjenti rigward il-fatturi stabbiliti fil-paragrafu 1. Il-bidu tal-investigazzjonijiet għandu jsir permezz ta' Regolament tal-Kummissjoni li jista' wkoll jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali biex l-importazzjonijiet ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni f'konformità mal-Artikolu 14(5) jew jitolbu garanziji. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni lill-Istati Membri ladarba parti interessata jew Stat Membru jkun ressaq talba li tiġġustifika l-bidu ta' investigazzjoni u l-Kummissjoni tkun lestiet l-analiżi tagħha ta' din, jew fejn il-Kummissjoni tkun iddeterminat hija stess li jeħtieġ li tinbeda investigazzjoni.

L-investigazzjonijiet għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista' tiġi assistita mill-awtoritajiet doganali u l-investigazzjoni għandha tintemm fi żmien disa' xhur.

Meta l-fatti kif finalment aċċertati jiġġustifikaw l-estensjoni tal-miżuri, dan għandu jsir mill-Kummissjoni li taġixxi f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(3). L-estensjoni ssir effettiva mid-data li fiha ġiet imposta r-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5), jew li fiha ntalbu l-garanziji. Id-dispożizzjonijiet proċedurali rilevanti ta' dan ir-Regolament rigward il-bidu u t-tmexxija ta' investigazzjonijiet għandhom japplikaw skont dan l-Artikolu.";

(b)

fil-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Dawn l-eżenzjonijiet għandhom jingħataw b'deċiżjoni tal-Kummissjoni u għandhom jibqgħu validi għall-perijodu u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fiha. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni lill-Istati Membri ladarba tlesti l-analiżi tagħha.".

(10)

L-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4.   Fl-interess tal-Unjoni, il-miżuri imposti skont dan ir-Regolament jistgħu jiġu sospiżi b'deċiżjoni tal-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2) għal perijodu ta' disa' xhur. Is-sospensjoni tista' tiġi estiża għal perijodu ieħor, li ma jkunx iżjed minn sena, mill-Kummissjoni li taġixxi f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2). Il-miżuri jistgħu jiġu sospiżi biss meta l-kundizzjonijiet tas-suq jkunu nbidlu temporanjament sal-punt li jkun improbabbli li d-dannu jissokta bħala riżultat tas-sospensjoni, u sakemm l-industrija tal-Unjoni tkun ingħatat l-opportunità li tikkummenta u dawk il-kummenti jkunu ġew ikkunsidrati. Il-miżuri jistgħu fi kwalunkwe żmien jerġgħu jiddaħħlu f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2) jekk ir-raġuni għas-sospensjoni ma tkunx għadha applikabbli.";

(b)

fil-paragrafu 5, l-ewwel sentenza hija sostitwita b'dan li ġej

"5.   Il-Kummissjoni tista’, wara li tkun infurmat lill-Istati Membri fi żmien debitu, tagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali sabiex jieħdu l-passi adatti biex jirreġistraw l-importazzjonijiet, sabiex il-miżuri jkunu jistgħu sussegwentement jiġu applikati kontra dawk l-importazzjonijiet mid-data ta’ dik ir-reġistrazzjoni.".

(11)

L-Artikolu 15 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 15

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*********************************************************).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu.

5.   Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 fejn isir rikors għall-proċedura bil-miktub għall-adozzjoni ta' miżuri definittivi skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu jew għat-teħid ta' deċiżjoni biex jinbdew jew ma jinbdewx analiżijiet tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(6) ta' dan ir-Regolament, proċedura bħal din għandha tintemm mingħajr riżultat fejn, fil-limitu ta' żmien stipulat mill-president, dan jiġi deċiż mill-president jew dan jintalab minn maġġoranza tal-membri tal-kumitat kif definit fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Fejn isir rikors għall-proċedura bil-miktub f'każijiet oħra fejn tkun saret diskussjoni dwar l-abbozz ta' miżuri fil-kumitat, proċedura bħal din għandha tintemm mingħajr riżultat fejn, fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-president, dan jiġi deċiż mill-president jew jekk dan jintalab minn maġġoranza sempliċi ta' membri tal-kumitat. Fejn isir rikors għall-proċedura bil-miktub f'każijiet oħra fejn tkun saret diskussjoni dwar l-abbozz ta' miżuri fil-kumitat, proċedura bħal din għandha tintemm mingħajr riżultat fejn, fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-president, dan jiġi deċiż mill-president jew jekk dan jintalab minn tal-inqas kwart tal-membri tal-kumitat.

6.   Il-Kumitat jista’ jikkunsidra kull materja relatata mal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament imqajma mill-Kummissjoni jew wara talba minn Stat Membru. L-Istati Membri jistgħu jitolbu tagħrif u jistgħu jiskambjaw fehmiet fil-Kumitat jew direttament mal-Kummissjoni.

(*********************************************************)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)."."

(12)

L-Artikolu 19(5) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"5.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, inkluż l-uffiċjali tagħhom it-tnejn, ma għandhomx jiżvelaw informazzjoni li tkun waslitilhom skont dan ir-Regolament li għaliha jkun intalab trattament kunfidenzjali mill-fornitur tagħha, mingħajr permess speċifiku min dak il-fornitur. Skambji ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, jew ta' kwalunkwe dokumenti interni preparati mill-awtoritajiet tal-Unjoni jew l-Istati Membri, ma għandhomx jiġu żvelati minbarra kif speċifikament stipulat f'dan ir-Regolament.".

(13)

Fl-Artikolu 20, il-paragrafi 4 u 5 huma sostitwiti b’dan li ġej:

"4.   Żvelar finali għandu jiġi mogħti bil-miktub. Dan għandu jsir, filwaqt li tingħata l-attenzjoni dovuta għall-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali, kemm jista’ jkun malajr u, normalment, mhux iktar tard minn xahar qabel il-bidu tal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 9. Fejn il-Kummissjoni ma tkunx fil-pożizzjoni li tiżvela xi fatti jew kunsiderazzjonijiet f'dak il-ħin, dawn għandhom jiġu żvelati kemm jista' jkun malajr wara. L-iżvelar ma għandu jippreġudika l-ebda deċiżjoni sussegwenti li tista’ tittieħed mill-Kummissjoni, imma meta deċiżjoni bħal din tkun ibbażata fuq kwalunkwe fatti u kunsiderazzjonijiet differenti, dawn għandhom jiġu żvelati kemm jista’ jkun malajr.

5.   Rappreżentazzjonijiet li jsiru wara li jingħata t-tagħrif finali għandhom jiġu kkunsidrati biss jekk jaslu fi żmien perijodu li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni f'kull każ, li għandu jkun mill-inqas għaxart ijiem, filwaqt li tingħata l-attenzjoni dovuta lill-urġenza tal-kwistjoni. Jista' jiġi stabbilit perijodu iqsar kull darba jkun jrid isir żvelar finali addizzjonali.".

(14)

Fl-Artikolu 21, il-paragrafi 4, 5 u 6 huma sostitwiti b’dan li ġej:

"4.   Il-partijiet li aġġixxew f'konformità mal-paragrafu 2 jistgħu jipprovdu kummenti fuq l-applikazzjoni ta' kwalunkwe dazji provviżorji. Kummenti bħal dawn għandhom jaslu fi żmien 25 jum mid-data tal-applikazzjoni ta' miżuri bħal dawn jekk għandu jingħata kas tagħhom u dawn, jew taqsiriet xierqa tagħhom, għandhom jiġu magħmula disponibbli lill-partijiet l-oħra li għandhom ikunu intitolati li jirrispondu għal kummenti bħal dawn.

5.   Il-Kummissjoni għandha teżamina l-informazzjoni li tkun ppreżentata kif suppost u kemm din tkun rappreżentattiva, u r-riżultati ta' din l-analiżi, flimkien ma’ opinjoni fuq il-merti tagħha, għandhom jintbagħtu lill-Kumitat bħala parti mill-abbozz ta' miżuri ppreżentati skont l-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-fehmiet espressi fil-kumitat taħt il-kondizzjonijiet previsti fir-Regolament (UE) Nru 182/2011.

6.   Il-partijiet li aġġixxew f'konformità mal-paragrafu 2 jistgħu jitolbu l-fatti u l-konsiderazzjonijiet li fuqhom x'aktarx li jittieħdu d-deċiżjonijiet finali biex jiġu magħmula disponibbli għalihom. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli sakemm ikun possibbli u bla ħsara għal kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti meħuda mill-Kummissjoni.".

(15)

L-Artikolu li ġej huwa mdaħħal:

"Artikolu 22a

Rapport

1.   Il-Kummissjoni, b’rispett dovut għall-protezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 19, għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri provviżorji u definittivi, it-tmiem ta’ investigazzjonijiet mingħajr miżuri, investigazzjonijiet mill-ġdid, reviżjonijiet u żjarat ta’ verifika, u l-attivitajiet tad-diversi korpi responsabbli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-Regolament u l-issodisfar tal-obbligi li jiġu minnhom.

2.   Il-Parlament Ewropew jista', fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tar-rapport mill-Kummissjoni, jistieden lill-Kummissjoni għal laqgħa ad hoc tal-kumitat reponsabbli tiegħu biex jippreżenta u jispjega kwalunkwe kwistjoni relatata mal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

3.   Mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapport.".



Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-Artikolu 15(6) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u l-Artikolu 25(6) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jqisu li l-inklużjoni tal-Artikolu 15(6) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u l-Artikolu 25(6) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 hi ġustifikata esklużivament abbażi tal-karatteristiċi speċifiċi ta' dawk ir-Regolamenti qabel l-emendament tagħhom minn dan ir-Regolament. Bħala konsegwenza, l-inklużjoni ta' dispożizzjoni, bħal dawk l-Artikoli, hi eċċezzjonali għal dawk iż-żewġ Regolamenti u mhix preċedent għall-abbozzar ta' leġiżlazzjoni futura.

Għall-finijiet ta' ċarezza, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jifhmu li l-Artikolu 15(6) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u l-Artikolu 25(6) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 ma jintroduċux proċeduri deċiżjonali differenti minn jew b'żieda ma' dawk previsti fir-Regolament (UE) Nru 182/2011.


Dikjarazzjoni tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 3(4) u 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 f'konnessjoni mal-proċedimenti ta' dazju rigward anti-dumping jew kumpensatorju skont ir-Regolamenti (KE) Nru 1225/2009 u (KE) Nru 597/2009

Meta Stat Membru jissuġġerixxi emenda fir-rigward ta' abbozz ta' miżuri ta' dazju rigward anti-dumping jew kumpensatorju previsti fir-Regolamenti (KE) Nru 1225/2009 u (KE) Nru 597/2009 (ir-"Regolamenti Bażiċi"), konformement mal-Artikolu 3(4) jew l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, huwa għandu:

(a)

jiżgura li l-emenda tiġi proposta fil-waqt, b'mod li jkunu rispettati l-iskadenzi fir-Regolamenti Bażiċi u li jirrifletti n-neċessità għall-Kummissjoni li tingħata żmien suffiċjenti biex twettaq kwalunkwe proċedura neċessarja ta' żvelar, tiskrutinizza sew il-proposta, u biex il-Kumitat jeżamina kwalunkwe abbozz ta' miżura emendata proposta;

(b)

jiżgura li l-emenda proposta hi konsistenti mar-Regolamenti Bażiċi kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u mal-obbligi internazzjonali rilevanti;

(c)

jipprovdi ġustifikazzjoni bil-miktub li mill-inqas tkun tindika kif l-emenda ssuġġerita tirrelata mar-Regolamenti Bażiċi u mal-fatti stabbiliti fl-investigazzjoni, iżda jista' wkoll ikun fiha argumenti oħrajn ta' sostenn li l-Istat Membru li jipproponi l-emenda jqis adatti.


Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni f'konnessjoni mal-proċedimenti ta' dazju anti-dumping jew kumpensatorju skont ir-Regolamenti (KE) Nru 1225/2009 u (KE) Nru 597/2009

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-importanza li l-Istati Membri jirċievu informazzjoni fejn previst fir-Regolamenti (KE) Nru 1225/2009 u (KE) Nru 597/2009 (ir-"Regolamenti Bażiċi") sabiex ikunu jistgħu jikkontribwixxu għal deċiżjonijiet kompletament informati, u ser taġixxi biex jinkiseb dak l-objettiv.

* * *

Sabiex ma jkunx hemm dubju, il-Kummissjoni tifhem li r-referenza għal konsultazzjonijiet fl-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tirrikjedi li l-Kummissjoni, ħlief f'każijiet ta' urġenza estrema, tfittex il-fehmiet tal-Istati Membri qabel ma tadotta dazji proviżorji rigward l-anti-dumping jew kumpensatorji.

* * *

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li hi timmaniġġja b'mod effettiv l-aspetti kollha tal-proċeduri ta' dazju anti-dumping jew kumpensatorju previsti fir-Regolamenti (KE) Nru 1225/ 2009 u (KE) Nru 597/2009, inkluża l-possibbiltà li l-Istati Membri jissuġġerixxu emendi, sabiex ikun żgurat li l-iskadenzi stabbiliti fir-Regolamenti Bażiċi, u l-obbligi lejn il-partijiet interessati maħluqa minnhom, jiġu rispettati u li kwalunkwe miżura finalment imposta tkun konsistenti mal-fatti stabbiliti mill-investigazzjoni u r-Regolamenti Bażiċi kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u f'konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni.


Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-kodifikazzjoni

L-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament u tal-Kunsill ta' 15 ta' Jannar 2014 li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri u r-Regolament (UE) Nru 38/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 15 ta' Jannar 2014 li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-għoti ta' setgħat iddelegati u implimentattivi għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri ser timplika għadd sostanzjali ta' emendi għall-atti kkonċernati. Sabiex titjieb il-leġibbiltà tal-atti kkonċernati, il-Kummissjoni ser tipproponi kodifikazzjoni tal-atti malajr kemm jista' jkun ladarba dawk iż-żewġ Regolamenti jkunu adottati, u mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2014.


Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-atti ddelegati

Fil-kuntest tar-Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 15 ta' Jannar 2014 li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri u r-Regolament (UE) Nru 38/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 15 ta' Jannar 2014 li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-għoti ta' setgħat iddelegati u implimentattivi għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri, il-Kummissjoni tfakkar fl-impenn li ntrabtet għalih fil-paragrafu 15 tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea sabiex tipprovdi lill-Parlament l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha dwar il-laqgħat tagħha mal-esperti nazzjonali fil-qafas tal-ħidma tagħha għat-tħejjija ta' atti ddelegati.


Top