EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0900

2014/900/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 9 ta' Diċembru 2014 li temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill

OJ L 358, 13.12.2014, p. 25–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/900/oj

13.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 358/25


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-9 ta' Diċembru 2014

li temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill

(2014/900/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 11(6) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (1),

Billi:

(1)

Mill-1 ta' Novembru 2014, meta att jiġi adottat mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu jiġi verifikat li l-Istati Membri li jikkostitwixxu l-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni.

(2)

Sal-31 ta' Marzu 2017, meta att jiġi adottat mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, membru tal-Kunsill jista' jitlob li dan jiġi adottat f'konformità mal-maġġoranza kwalifikata kif definita fl-Artikolu 3(3) tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. F'dak il-każ, membru tal-Kunsill jista' jitlob li ssir verifika biex jiġi żgurat li l-Istati Membri li jikkostitwixxu l-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-inqas 62 % tat-total tal-popolazzjoni tal-Unjoni.

(3)

Dawk il-perċentwali jiġu kkalkolati konformement maċ-ċifri tal-popolazzjonijiet stipulati fl-Anness III għar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (minn hawn 'il quddiem “ir-Regoli ta' Proċedura”).

(4)

L-Artikolu 11(6) tar-Regoli ta' Proċedura jipprovdi li, b'effett mill-1 ta' Jannar ta' kull sena, il-Kunsill għandu jemenda ċ-ċifri stipulati fl-Anness, konformement mad-data li tkun disponibbli għall-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea fit-30 ta' Settembru tas-sena ta' qabel.

(5)

Għaldaqstant, ir-Regoli ta' Proċedura għandhom jiġu emendati għa-sena 2015,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness III għar-Regoli ta' Proċedura għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“ANNESS III

Iċ-ċifri rigward il-popolazzjoni tal-Unjoni u l-popolazzjoni ta' kull Stat Membru għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill

Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu16(4) TUE, l-Artikolu 238(2) u (3) tat-TFUE u l-Artikolu 3(2) tal-Protokoll Nru 36, il-popolazzjoni tal-Unjoni u l-popolazzjoni ta' kull Stat Membru, kif ukoll il-perċentwal tal-popolazzjoni ta' kull Stat Membru meta mqabbel mal-popolazzjoni tal-Unjoni, għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2015, għandhom ikunu kif ġej:

Stat Membru

Popolazzjoni (× 1 000 )

Perċentwal tal-popolazzjoni totali tal-Unjoni

Ġermanja

80 704,691

15,91

Franza

66 076,909

13,02

Renju Unit

64 105,654

12,63

Italja

61 152,798

12,05

Spanja

46 507,760

9,17

Polonja

38 018,000

7,49

Rumanija

19 942,642

3,93

Pajjiżi l-Baxxi

17 082,000

3,37

Belġju

11 203,992

2,21

Greċja

10 992,783

2,17

Portugall

10 427,301

2,06

Repubblika Ċeka

10 398,697

2,05

Ungerija

9 877,365

1,95

Svezja

9 644,864

1,90

Awstrija

8 511,000

1,68

Bulgarija

7 245,677

1,43

Danimarka

5 621,607

1,11

Finlandja

5 451,270

1,07

Slovakkja

5 400,598

1,06

Irlanda

4 604,029

0,91

Kroazja

4 246,809

0,84

Litwanja

2 943,472

0,58

Slovenja

2 061,085

0,41

Latvja

2 001,468

0,39

Estonja

1 315,819

0,26

Ċipru

858,000

0,17

Lussemburgu

549,680

0,11

Malta

425,384

0,08

Total

507 371,354

 

Livell limitu (62 %)

314 570,239

 

Livell limitu (65 %)

329 791,380 ”

 

.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2015.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

C. DE VINCENTI


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta' Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).


Top