EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0188

2013/188/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta’ April 2013 dwar rapporti annwali li jikkonċernaw spezzjonijiet mhux diskriminatorji li twettqu skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li jemenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (notifikata bid-dokument C(2013) 2098) Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 111, 23.4.2013, p. 107–114 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 02 Volume 024 P. 99 - 106

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Revokat u sostitwit bi 32019R0723

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/188/oj

23.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/107


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ April 2013

dwar rapporti annwali li jikkonċernaw spezzjonijiet mhux diskriminatorji li twettqu skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li jemenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97

(notifikata bid-dokument C(2013) 2098)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/188/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li jemenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1/2005 jistabbilixxi r-regoli għat-trasport ta’ annimali vertebrati ħajjin ġewwa l-Unjoni, inkluż il-kontrolli speċifiċi li għandhom jitwettqu mill-uffiċjali fuq konsenji li jidħlu jew joħorġu mit-territorju doganali tal-Unjoni L-Artikolu 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 jipprovdi li l-awtorità kompetenti għandha tivverifika li kien hemm konformità mar-rekwiżiti ta’ dak ir-Regolament, billi twettaq spezzjonijiet mhux diskriminatorji tal-annimali, il-mezzi ta’ trasport u d-dokumenti ta’ akkumpanjament (“spezzjonijiet mhux diskriminatorji”).

(2)

Barra minn hekk, l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 jipprovdi li sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport annwali għas-sena preċedenti dwar l-ispezzjonijiet mhux diskriminatorji (“ir-rapporti annwali”). Ir-rapporti annwali għandhom ikunu akkumpanjati minn analiżi tan-nuqqasijiet maġġuri misjuba u pjan ta’ azzjoni sabiex jindirizzahom.

(3)

Ir-Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-impatt tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1/2005 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport (2) ikkunsidra li għandhom jiġu adottati miżuri ta’ implimentazzjoni dwar il-kontrolli li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri skont l-Artikolu 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2005.

(4)

Dak ir-rapport ikkonkluda li l-istruttura tas-sistema ta’ rapportar għandha tkun iżjed armonizzata, għaliex b’hekk tkun qed tipprovdi dejta aħjar u iktar komparabbli.

(5)

Għalhekk, din id-Deċiżjoni għandha tistabbilixxi formola mudell armonizzata għar-rapporti annwali u, sabiex jonqos il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri, għandha tipprovdi wkoll biex ir-rapporti annwali jiġu sottomessi lill-Kummissjoni b’mod elettroniku.

(6)

L-awtorità kompetenti għandha twettaq spezzjonijiet mhux diskriminatorji matul stadji differenti tal-vjaġġ. Dawn jitwettqu qabel it-tluq, matul il-vjaġġ, kif jaslu fid-destinazzjoni u wara li jitlesta l-vjaġġ. Matul spezzjoni mhux diskriminatorja, l-awtorità kompetenti tista’ twettaq għadd ta’ kontrolli biex tivverifika l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Dan jista’ jinkludi l-iċċekkjar tal-annimali biex tara li huma b’saħħithom biżżejjed biex jiġu ttrasportati; l-iċċekjar li l-mezz ta’ trasport jissodisfa r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew li t-trasportatur għandu l-awtorizzazzjonijiet neċessarji. It-trasportatur jista’ jkun infurmat dwar dan minn qabel jew le.

(7)

It-trasportaturi spiss jantiċipaw li l-ispezzjonijiet mhux diskriminatorji jkunu se jitwettqu qabel it-tluq fuq vjaġġi twal bejn l-Istati Membri u ma’ pajjiżi terzi u wara li jaslu fid-destinazzjoni meta hija biċċerija, u li dawn l-ispezzjonijiet mhux diskriminatorji spiss jinkludu l-iċċekkjar ta’ għadd kbir ta’ annimali. Għalhekk, fir-rapporti annwali dawk l-ispezzjonijiet mhux diskriminatorji għandhom ikunu elenkati separatament mill-ispezzjonijiet mhux diskriminatorji aleatorji u bbażati fuq ir-riskju li spiss ma jkunux antiċipati u jistgħu jkopru għadd iżgħar ta’ annimali.

(8)

L-ispezzjonijiet mhux diskriminatorji li jitwettqu qabel jew matul il-vjaġġ jinkludu verifiki mill-awtorità kompetenti ta’ kwalunkwe dokument ta’ akkumpanjament li jkun meħtieġ li jkun magħmul disponibbli għaliha. Dawk l-ispezzjonijiet mhux diskriminatorji għandhom jiġu kkunsidrati separatament mill-ispezzjonijiet mhux diskriminatorji li jitwettqu wara li jitlesta vjaġġ, li jinkludu verifiki tar-reġistri tal-vjaġġ jew l-istampar tal-mapep tas-sistemi tan-navigazzjoni, bl-għan uniku ta’ verifika tal-konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1.4, 1.5, 1.7 u 1.8 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu V tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 dwar il-ħinijiet tal-vjaġġ u l-perjodi ta’ mistrieħ.

(9)

Għalhekk, sabiex ikun żgurat tqabbil kif suppost mal-informazzjoni miġbura matul l-ispezzjonijiet mhux diskriminatorji, din id-Deċiżjoni għandha tipprovdi għal tliet tipi differenti ta’ spezzjonijiet mhux diskriminatorji biex jiġu rapportati separatament għall-fini tar-rapporti annwali. Dawn it-tliet tipi ta’ spezzjonijiet mhux diskriminatorji għandhom ikopru: (a) spezzjonijiet mhux diskriminatorji li jitwettqu fil-post tat-tluq qabel ma l-annimali jiġu ttrasportati fuq vjaġġi twal bejn l-Istati Membri u ma’ pajjiżi terzi, u wara li l-annimali jinħarġu mill-mezz ta’ trasport fil-post tad-destinazzjoni meta dan ikun biċċerija; (b) spezzjonijiet mhux diskriminatorji li jitwettqu matul il-vjaġġ; u (c) spezzjonijiet mhux diskriminatorji li jitwettqu wara li jitlesta l-vjaġġ biex tiġi vverifikata l-konformità mal-ħinijiet tal-vjaġġ u l-perjodi ta’ mistrieħ.

(10)

Matul spezzjoni mhux diskriminatorja, l-awtorità kompetenti tista’ tivverifika annimal wieħed jew iktar, il-mezzi ta’ trasport u d-dokumenti ta’ akkumpanjament. Ir-riżultat tal-ispezzjoni mhux diskriminatorja jista’ jirriżulta fis-sejba ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 mill-awtorità kompetenti u l-azzjoni li tittieħed minnha biex tindirizza n-nuqqas ta’ konformità. It-tqabbil kif suppost tar-riżultat ta’ spezzjonijiet mhux diskriminatorji bħal dawn fl-Istati Membri jirrikjedi li dawn jiġu kkunsidrati u jiġu rrapportati f’manjiera armonizzata.

(11)

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2015 sabiex tagħti biżżejjed żmien lill-Istati Membri biex jadattaw is-sistemi nazzjonali tagħhom tal-ġbir tad-dejta għall-informazzjoni li trid tiġi inkluża fir-rapporti annwali skont din id-Deċiżjoni.

(12)

Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli dwar ir-rapporti annwali tal-ispezzjonijiet mhux diskriminatorji li għandhom jiġu sottomessi mill-Istati Membri lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju kull sena f’konformità mal-Artikolu 27(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 (“ir-rapporti annwali”).

Dawk ir-regoli jikkonċernaw l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża mill-Istati Membri fir-rapporti annwali dwar l-ispezzjonijiet mhux diskriminatorji fuq l-annimali, il-mezzi ta’ trasport u d-dokumenti ta’ akkumpanjament li għandhom jitwettqu mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 (“spezzjonijiet mhux diskriminatorji”) u l-manjiera li fiha għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni.

Artikolu 2

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fir-rapporti annwali u l-formola mudell

1.   Ir-rapporti annwali għandu jkun fihom l-informazzjoni li ġejja dwar l-ispezzjonijiet mhux diskriminatorji, maqsuma skont l-ispeċi tal-annimal u skont it-tip ta’ spezzjoni mhux diskriminatorja, u kif jissemma fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni u fin-noti ta’ spjegazzjoni stipulati fl-Anness II tagħha:

(a)

l-għadd totali ta’ tipi differenti ta’ spezzjonijiet mhux diskriminatorji li jitwettqu mill-awtorità kompetenti li matulhom jiġu ċċekkjati l-annimali, il-mezzi ta’ trasport jew d-dokumenti ta’ akkumpanjament, kif jissemma fit-Taqsima A tat-Tabella 1 tal-Parti 2 tal-Anness I u fil-Parti 1 tal-Anness II;

(b)

l-għadd ta’ annimali, il-mezzi ta’ trasport jew id-dokumenti ta’ akkumpanjament li ġew iċċekkjati effettivament mill-awtorità kompetenti matul l-ispezzjonijiet mhux diskriminatorji, kif jissemma fit-Taqsima B tat-Tabella 1 tal-Parti 2 tal-Anness I, li għandhom jinkludu biss:

(i)

l-għadd ta’ annimali li ġew iċċekkjati fiżikament;

(ii)

l-għadd ta’ mezzi ta’ trasport li ġew iċċekkjati fiżikament; madankollu, ma għandux jinkludi l-kontrolli li jiffurmaw parti mill-proċedura tal-approvazzjoni f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1/2005;

(iii)

l-għadd ta’ dokumenti ta’ akkumpanjament imsemmija fl-Artikolu 4(2) u 6(1), (5), (8) u (9) tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 u fil-paragrafi 5 u 8 tal-Anness II tiegħu li ġew magħmula disponibbli lill-awtorità kompetenti u ċċekkjati minnha.

Meta matul spezzjoni jkunu ġew iċċekkjati iktar minn dokument ta’ akkumpanjament wieħed, dan jista’ jiġi ddikjarat bħala verifika ta’ dokument wieħed.

(c)

il-kategorija u l-għadd ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 li nstabu mill-awtorità kompetenti matul l-ispezzjonijiet mhux diskriminatorji, kif jissemma fit-Tabella 2 tal-Parti 2 tal-Anness I u fil-Parti 2 tal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni;

(d)

il-kategorija u l-għadd ta’ azzjonijiet meħuda mill-awtorità kompetenti mas-sejba ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1/2005, kif jissemma fit-Tabella 3 tal-Parti 2 tal-Anness I u fil-Parti 3 tal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni;

(e)

analiżi tan-nuqqasijiet maġġuri misjuba matul l-ispezzjonijiet mhux diskriminatorji u pjan ta’ azzjoni biex jiġu indirizzati, kif jissemma fil-Parti 3 tal-Anness I.

2.   Dan ir-rapport annwali għandu jiġi sottomess lill-Kummissjoni f’forma elettronika f’konformità mal-formola mudell tar-rapport annwali stipulata fl-Anness I u mimlija f’konformità man-noti ta’ spjegazzjoni stipulati fl-Anness II.

Artikolu 3

Applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2015.

Artikolu 4

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ April 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1.

(2)  COM(2011) 700 final.


ANNESS I

Formola mudell tar-rapporti annwali li għandhom jiġu sottomessi mill-Istat Membru lill-Kummissjoni, kif jissemma fl-Artikoli 1 u 2

RAPPORT ANNWALI

dwar spezzjonijiet mhux diskriminatorji ta’ annimali, mezzi ta’ trasport u dokumenti ta’ akkumpanjament li jitwettqu skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1/2005

PARTI 1

Stat Membru: [Stat Membru]

Sena li fiha l-ispezzjonijiet mhux diskriminatorji msemmija f’dan ir-rapport annwali twettqu mill-awtorità kompetenti: [ssss]

Dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità kompetenti responsabbli mit-twettiq tal-ispezzjonijiet mhux diskriminatorji msemmija f’dan ir-rapport annwali jew mis-sottomissjoni tar-rapport:

Isem u funzjoni tal-uffiċjal responsabbli fl-awtorità kompetenti …

Awtorità kompetenti …

Indirizz …

Posta elettronika …

Numru tat-telefown …

PARTI 2

[Stat Membru]

[ssss]

Tabella 1

Tipi ta’ spezzjonijiet mhux diskriminatorji mwettqa skont l-Artikolu 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2005

Taqsima A: għadd ta’ spezzjonijiet mhux diskriminatorji mwettqa mill-awtorità kompetenti

Taqsima B: għadd ta’ annimali, mezzi ta’ trasport u dokumenti ta’ akkumpanjament iċċekkjati matul l-ispezzjonijiet mhux diskriminatorji


Speċi (*1):

Bovini

Porċini

Ovini ~ Kaprini

Ekwini

Speċijiet Oħrajn (speċifika u żid il-kolonni skont il-bżonn)

Tipi ta’ spezzjonijiet mhux diskriminatorji (*2)

1

2

3

1

2

3

1

2

3

1

2

3

1

2

3

Taqsima A

Għadd ta’ spezzjonijiet mhux diskriminatorji

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Taqsima B

Annimali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Mezzi ta’ trasport

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Dokumenti ta’ akkumpanjament

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Tabella 2

Kategorija u għadd ta’ każijiet ta’ nuqqasijiet ta’ konformita mar-Regolament (KE) Nru 1/2005 misjuba matul l-ispezzjonijiet mhux diskriminatorji pprovduti fl-Artikolu 27(1) tiegħu

Kategorija ta’ nuqqas ta’ konformità (*3)

 

1.

Stat ta’ saħħa tal-annimali li se jivvjaġġaw

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.

Prattiki tat-trasport, kemm hemm spazju, għoli

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.

Mezzi ta’ trasport u dispożizzjonijiet oħrajn għall-bastimenti tal-annimali ħajjin jew bastimenti li jittrasportaw il-kontejners tal-baħar, u għall-vjaġġi twal

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.

Perjodi li fihom jieklu u jixorbu, il-ħinijiet tal-vjaġġ u l-perjodi ta’ mistrieħ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5.

Dokumentazzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.

Każijiet oħrajn ta’ nuqqas ta’ konformità

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Għadd totali ta’ nuqqasijiet ta’ konformità


Tabella 3

Kategorija u għadd ta’ azzjonijiet meħuda mill-awtorità kompetenti wara li nstabu l-każijiet ta’ nuqqasijiet ta’ konformità mar-Regolament (KE) Nru 1/2005

Kategorija ta’ nuqqas ta’ konformità (*4)

 

A.

Penalitajiet imposti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

B.

Infurzar u skambji ta’ informazzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

PARTI 3

Analiżi tan-nuqqasijiet maġġuri misjuba matul l-ispezzjonijiet mhux diskriminatorji u l-pjan ta’ azzjoni biex jiġu indirizzati kif ipprovdut fl-Artikolu 27(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2005

[Stat Membru]

[ssss]

1.   ANALIŻI TAN-NUQQASIJIET MAĠĠURI MISJUBA MATUL L-ISPEZZJONIJIET MHUX DISKRIMINATORJI

Għall-għan ta’ dan ir-rapport annwali, dawn li ġejjin ġew ikkunsidrati bħala nuqqasijiet maġġuri:

2.   PJAN TA’ AZZJONI BIEX JIĠU INDIRIZZATI N-NUQQASIJIET DESKRITTI TAĦT IL-PUNT 1.


(*1)  Elenka l-għadd ta’ spezzjonijiet mhux diskriminatorji fit-Taqsima A u elenka l-għadd ta’ annimali, mezzi ta’ trasport u dokumenti ta’ akkumpanjament iċċekkjati fit-Taqsima B, separatament għall-ispeċijiet differenti tal-annimali.

(*2)  Irreferi għall-Parti 1 tan-Noti ta’ Spjegazzjoni stipulati fl-Anness II.

(*3)  Irreferi għall-Parti 2 tan-Noti ta’ Spjegazzjoni stipulati fl-Anness II.

(*4)  Irreferi għall-Parti 3 tan-Noti ta’ Spjegazzjoni stipulati fl-Anness II.


ANNESS II

Noti ta’ Spjegazzjoni għall-formola mudell tar-rapport annwali stipulata fl-Anness I, kif jissemma fl-Artikolu 2

PARTI 1

Tipi ta’ spezzjonijiet mhux diskriminatorji mwettqa mill-awtorità kompetenti

Tipi ta’ spezzjonijiet mhux diskriminatorji

Il-verifiki mwettqa:

1.

Fil-post tat-tluq, kif ipprovdut fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 u wara li l-annimali ħarġu mill-mezzi ta’ trasport fil-post tad-destinazzjoni, meta hija biċċerija.

Annimali

Mezzi ta’ trasport

Dokumenti ta’ akkumpanjament

2.

Matul il-vjaġġ

Annimali

Mezzi ta’ trasport

Dokumenti ta’ akkumpanjament

3.

Wara li jitlesta l-vjaġġ għall-verifika tal-konformità mal-ħinijiet tal-vjaġġ u l-perjodi ta’ mistrieħ

Dokumenti ta’ akkumpanjament – Reġistri tal-vjaġġ jew stampar tal-mapep tan-navigazzjoni

PARTI 2

Kategoriji ta’ nuqqasijiet ta’ konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1/2005

Kull spezzjoni mhux diskriminatorja li titwettaq mill-awtorità kompetenti tista’ tirriżulta fis-sejba ta’ iktar minn każ wieħed ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1/2005

Kategorija ta’ nuqqas ta’ konformità

Dispożizzjonijiet korrispondenti tar-Regolament (KE) Nru 1/2005

1.

Stat ta’ saħħa għall-vjaġġ

L-Artikolu 3(b)

Il-Kapitolu I u l-paragrafu 1.9 tal-Kapitolu VI tal-Anness I

2.

Prattiki tat-trasport; kemm hemm spazju; għoli intern.

L-Artikolu 3(d), (e) u (g)

Il-paragrafu 1.2 tal-Kapitolu II u l-Kapitoli III u VII tal-Anness I

3.

Mezzi ta’ trasport u dispożizzjonijiet oħrajn għall-bastimenti tal-annimali ħajjin jew bastimenti li jittrasportaw il-kontejners tal-baħar u għall-vjaġġi twal.

L-Artikolu 3 (c) u (h)

Il-Kapitoli II, IV u VI tal-Anness I

4.

Perjodi li fihom jieklu u jixorbu, il-ħinijiet tal-vjaġġ u l-perjodi ta’ mistrieħ

L-Artikolu 3(a), (f) u (h)

Il-Kapitolu V tal-Anness I

5.

Dokumentazzjoni tat-trasport; awtorizzazzjonijiet tat-trasportaturi; ċertifikati tal-kompetenza tas-sewwieq u approvazzjoni tal-mezzi ta’ trasport. Reġistri tal-vjaġġ, minbarra n-nuqqasijiet ta’ konformità msemmija taħt il-kategorija 4.

L-Artikolu 4, l-Artikolu 5(4), l-Artikolu 6(1), (5) u (8), l-Artikolu 17(2)

L-Anness II

6.

Kwalunkwe nuqqas ta’ konformità ieħor mhux inkluż fil-kategoriji preċedenti.

 

PARTI 3

Kategoriji ta’ azzjoni meħuda mill-awtorità kompetenti biex tindirizza l-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1/2005

Kategorija ta’ Azzjoni

Azzjoni meħuda mill-awtorità kompetenti

A

Penalitajiet imposti skont ir-regoli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1/2005.

B

Infurzar u skambji ta’ informazzjoni f’konformità mal-Artikoli 23 u 26 tar-Regolament (KE) Nru 1/2005.


Top