EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R1058

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1058/2012 tat- 12 ta’ Novembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi għall-aflatossini fit-tin imqadded Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 313, 13.11.2012, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 060 P. 212 - 213

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 24/05/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R0915

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1058/oj

13.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 313/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1058/2012

tat-12 ta’ Novembru 2012

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi għall-aflatossini fit-tin imqadded

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta' Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li jiffissa l-livelli massimi (LM) ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (2), jiffissa l-livelli massimi għall-aflatossina B1 u għall-aflatossina totali (l-aflatossina B1+G1+B2+G2) f'firxa ta' oġġetti tal-ikel.

(2)

Huwa meħtieġ li jiġi emendat il-livell massimu għall-aflatossini fit-tin imqadded sabiex jitqiesu l-iżviluppi fil-Codex Alimentarius, l-informazzjoni ġdida dwar sakemm tista' tiġi evitata l-preżenza tal-aflatossini billi jiġu applikati prattiċi tajbin, u l-informazzjoni xjentifika ġdida dwar id-differenza fir-riskju tas-saħħa bejn livelli massimi ipotetiċi differenti għall-aflatossina B1 u l-aflatossina totali fi prodotti tal-ikel differenti.

(3)

Il-Codex Alimentarius stabbilixxa livell ta' 10 μg/kg ta' aflatossina totali fit-tin imqadded "lest għall-ikel" (3). Il-livell massimu kien ibbażat fuq il-valutazzjoni mwettqa mill-Kumitat Espert Konġunt tal-FAO/WHO dwar l-Addittivi tal-Ikel (JECFA) waqt it-tmienja u sittin laqgħa tiegħu dwar l-impatt tal-esponiment u r-riskju tas-saħħa ta' livelli massimi ipotetiċi differenti għall-aflatossini fil-lewż, fil-ġewż tal-Brażil, fil-ġellewż, fil-pistaċċi u fit-tin imqadded (4). Rigward it-tin imqadded, il-Kumitat ikkonkluda li jkun xi jkun ix-xenarju tal-LM ipotetiku applikat, ma jitħalla l-ebda impatt sinifikanti fuq l-esponiment dijetetiku ġenerali għall-aflatossini. Intwera li bl-applikazzjoni ta' prattiċi tajbin jista' jintlaħaq livell ta' 10 μg/kg ta' aflatossina totali.

(4)

Il-Codex Alimentarius stabbilixxa biss livell massimu għall-aflatossina totali minħabba li hemm varjazzjoni wiesgħa osservata fil-proporzjon bejn l-aflatossina B1 u l-aflatossina totali, li hija kkawżata minn bosta fatturi (is-sena tal-ħsad, il-varjetà, it-temp). Madankollu, minħabba li l-aflatossina B1 hija l-aktar karċinoġenu b'saħħtu, fil-leġiżlazzjoni tal-UE ġie stabbilit livell massimu separat għall-aflatossina B1 li huwa aktar baxx, flimkien mal-livell għall-aflatossina totali. L-aflatossina totali hija s-somma tal-Aflotassina B1, B2, G1 u G2. Għalhekk huwa xieraq li l-livell massimu stabbilit għall-aflatossina B1 jikkorrispondi mal-livell stabbilit għall-aflatossina totali. Il-livell korrispondenti għall-aflatossina B1 ġie stabbilit billi ntużat id-dejta dwar l-okkurrenza tal-aflatossini fit-tin imqadded miġbura mill-2005. Minn dan il-kalkolu huwa evidenti li l-proprozjon tal-kontenut tal-aflatossina B1/l-aflatossina totali huwa madwar 0,6 bħala medja minflok is-suppożizzjoni preċedenti li l-konċentrazzjoni tal-aflatossina B1 bħala medja hija madwar 50 % tal-aflatossina totali.

(5)

Ir-riżultat tal-valutazzjoni tal-JECFA hawn fuq imsemmija, dwar l-effett fuq l-esponiment bejn livelli massimi differenti fit-tin imqadded, kien ikkonfermat permezz ta' valutazzjoni aġġornata tal-esponiment (5) imwettqa mill-Unità għall-Monitoraġġ Dijetetiku u Kimiku (DCM) tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) li għal xenarji differenti tal-esponiment ikkalkulat li ż-żieda tal-esponiment dijetetiku tal-aflatossina huwa bejn 0,15 % u 0,26 % għal livell massimu għall-aflatossina totali fit-tin imqadded ta' 10 μg/kg meta mqabbel ma' 4 μg/kg. Mill-valutazzjonijiet preċedenti tal-EFSA dwar din il-kwistjoni (6), jista' jiġi konkluż li żieda bħal din ma taffettwax is-saħħa pubblika b'mod negattiv. Għaldaqstant huwa xieraq li jinbidel il-livell massimu li bħalissa huwa applikabbli fl-Unjoni mil-livell massimu tal-Codex għall-aflatossina totali fit-tin imqadded u l-livell massimu korrispondenti għall-aflatossina B1, u li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 skont dan.

(6)

Peress li l-Kummissjoni Codex Alimentarius ma stabbilixxietx livell massimu għall-aflatossina totali fit-tin minbarra t-tin "lest għall-ikel", huwa xieraq li jinżamm il-livell massimu eżistenti tal-Unjoni għall-aflatossina totali f'dan it-tin u li jiġi adattat biss il-livell għall-aflatossina B1 għal dan it-tin sabiex titqies l-aktar dejta riċenti dwar il-proporzjon tal-konċentrazzjoni bejn l-aflatossina B1 u l-aflatossina totali fit-tin imqadded.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1.

(2)  ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5.

(3)  L-Istandard Ġenerali tal-Codex għall-Kontaminanti u t-tossini fl-ikel. (CODEX STAN 193-1995) http://www.codexalimentarius.net/download/standards/17/CXS_193e.pdf

(4)  L-Addittivi tal-Ikel tad-WHO, serje: 59. "Safety evaluation of certain food additives and contaminants" (Evalwazzjoni tas-sikurezza ta' ċerti addittivi tal-ikel u kontaminanti). http://www.who.int/foodsafety/chem/jecfa/publications/monographs/en/index.html

(5)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; ffett fuq l-esponiment dijetetiku minn żieda fil-livelli għall-aflatossina totali minn 4 μg/kg għal 10 μg/kg fit-tin imqadded). Pubblikazzjonijiet ta' Sostenn 2012:EN-311. [6 pp.]. Tinstab onlajn: www.efsa.europa.eu/publications

(6)  Opinjoni tal-bord xjentifiku dwar kontaminanti fil-katina alimentari [CONTAM] relatata maż-żieda potenzjali tar-riskju għas-saħħa tal-konsumatur minn żieda possibbli tal-livelli massimi għall-aflatossini fil-lewż, fil-ġellewż fil-pistaċċi u fi prodotti derivattivi. http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/doc/446.pdf

Effetti fuq is-saħħa pubblika minn żieda fil-livelli għall-aflatossina totali minn 4 μg/kg għal 10 μg/kg fil-lewż tas-siġar minbarra l-lewż, il-ġellewż u l-pistaċċi) – Stqarrija tal-Bord dwar Kontaminanti fil-Katina Alimentari http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/doc/1168.pdf


ANNESS

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fit-Taqsima 2, l-entrati 2.1.9 u 2.1.10 jinbidlu bl-entrati li ġejjin:

"2.1.9

Frott imnixxef, minbarra t-tin imqadded, li jrid ikun soġġett għall-issortjar, jew trattament fiżiku ieħor, qabel il-konsum mill-bniedem jew l-użu bħala ingredjent fl-oġġetti tal-ikel

5,0

10,0

2.1.10

Frott imnixxef, minbarra t-tin imqadded, u prodotti pproċessati tiegħu, maħsuba għall-konsum dirett mill-bniedem jew għall-użu bħala ingredjent fl-oġġetti tal-ikel

2,0

4,0

—"

(2)

Fit-Taqsima 2, tiżdied l-entrata 2.1.18 li ġejja:

"2.1.18

Tin imqadded

6,0

10,0

—"


Top