EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0459

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 459/2012 tad- 29 ta’ Mejju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 fir-rigward ta’ emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 6) Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 142, 1.6.2012, p. 16–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 048 P. 258 - 266

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/459/oj

1.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 142/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 459/2012

tad-29 ta’ Mejju 2012

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 fir-rigward ta’ emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 6)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 5(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (“Direttiva Kwadru”) (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 39(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta’ Lulju 2008 li jimplimentaw u jemendaw ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (3) jistabbilixxi rekwiżi tekniċi komuni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u partijiet li jinbidlu fir-rigward tal-emissjonijiet tagħhom u jistipula regoli għal konformità waqt is-servizz, durabilità tat-tagħmir għall-kontra tat-tniġġis, sistemi dijanjostiċi ta’ abbord (OBD), kejl tal-konsum tal-karburant u aċċessibilità ta’ tiswija tal-vettura u informazzjoni dwar il-manutenzjoni.

(2)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007, l-istandard tan-numru tal-partiċella (NP) għandu jiġi definit għal vetturi mgħammra b'magna b'ignition pożittiva li għandhom jiġu approvati skont l-istandards tal-Euro 6.

(3)

Il-partiċelli li joħorġu mill-vetturi jistgħu jiġu depożitati fl-alveoli tal-pulmun tal-bniedem, li għandhom il-potenzjal li jwasslu għal mard respiratorju u kardjovaskulari u żieda fil-mortalità. Għaldaqstant huwa fl-interess tal-pubbliku li jkollu livell għoli ta’ protezzjoni minn dawk il-partiċelli.

(4)

Bħalissa qed jintuża l-protokoll ta’ kejl tal-Programm tal-Kejl tal-Partikulati (PMP) li ġie żviluppat għal vetturi diżil biex jitkejlu l-emissjonijiet tal-partiċella ta’ vetturi b'ignition pożittiva. Madankollu, teżisti evidenza li l-ispettri tad-daqs u l-kompożizzjonijiet kimiċi tal-emissjonijiet tal-partiċella ta’ ignition pożittiva jistgħu jvarjaw minn dawk ta’ vetturi diżil. L-ispettri tad-daqs tal-partiċella u l-kompożizzjonijiet kimiċi, u l-effettività tat-teknika attwali għall-kejl biex tikkontrolla emissjonijiet ta’ partiċella ta’ dannu għandhom jinżammu taħt reviżjoni. Fil-futur tista' tkun meħtieġa reviżjoni ta’ dak il-protokoll ta’ kejl għal vetturi b'ignition pożittiva.

(5)

Abbażi tal-għarfien tal-lum, il-livell ta’ emissjonijiet tal-partiċella minn magni konvenzjonali, port fuel injection (PFI) li jinjettaw il-karburant fil-manifolds tad-dħul jew portijiet tad-dħul aktar milli direttament fil-kamra ta’ kombustjoni huwa baxx. Għaldaqstant jidher li huwa ġustifikat li l-azzjoni regolatorja għalissa tiġi limitata għal vetturi mgħammra b'magni b'injezzjoni diretta, mingħajr ma jiġu esklużi aktar riċerki u monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-emissjoni tal-partiċella tal-magni kollha b'ignition pożittiva, b'mod partikolari fir-rigward tal-ispettri tad-daqs u l-kompożizzjoni kimika ta’ partiċelli li ħarġu kif ukoll l-emissjonijiet reali waqt is-sewqan, u l-Kummissjoni għandha tipproponi aktar miżuri regolatorji jekk ikun meħtieġ, billi tikkunsidra wkoll is-sehem futur tas-suq ta’ magni PFI.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 stabbilixxa limitu ta’ emissjoni tan-numru tal-partiċella ta’ 6 × 1011 #/km għal vetturi diżil Euro 6. F'konformità mal-prinċipju ta’ leġiżlazzjoni newtrali fit-teknoloġija, il-limitu rispettiv ta’ emissjoni għal vetturi Euro 6 b'ignition pożittiva għandu jkun l-istess minħabba li m'hemmx evidenza li tissuġġerixxi li l-partiċelli li ħarġu mill-magni PI għandhom tossiċità speċifika aktar baxxa mill-partiċelli li ħarġu minn magni diżil.

(7)

Filters tal-partiċella tal-gażolina (GPF), teknoloġija effettiva ta’ wara t-trattament għal partiċelli li qed jonqsu li qed joħorġu minn vetturi b'ignition pożittiv, huma mistennija jkunu dipsonibbli għal integrazzjoni f'xi vetturi Euro 6 bi prezz raġonevoli. Barra minn hekk, jidher aktarx li f'qafas ta’ żmien ta’ tliet snin wara d-dati mandatorji tal-Euro 6 li huma stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, jista' jinkiseb tnaqqis simili ta’ emissjonijiet PN b'miżuri interni tal-magna bi prezzijiet sostanzjalment inqas għal ħafna applikazzjonijiet. Kwalunkwe miżura tal-magna għandha tkun applikabbli għall-kundizzjonijiet kollha tat-tħaddim tal-magni sabiex tiżgura li, fin-nuqqas ta’ tagħmir wara t-trattament, il-livelli ta’ emissjoni fil-kundizzjonijiet reali tas-sewqan ma jiggravawx.

(8)

Sabiex ikun permess għat-teknoloġiji kollha meħtieġa li għandhom jiġu żviluppati u biex jippermetti biżżejjed żmien minn qabel, għandu jiġi adottat approċċ f'żewġ passi, li japplika l-limiti ta’ numru ta’ partiċelli tad-diżil Euro 6 kif ukoll għal vetturi b'ignition pożittivi b'injezzjoni diretta fit-tieni fażi tiegħu.

(9)

Għandha tingħata attenzjoni lill-emissjonijiet tal-partiċella ta’ vetturi b'ignition pożittiva taħt kundizzjonijiet reali tas-sewqan u l-iżvilupp ta’ proċeduri rispettivi tat-test. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u tintroduċi proċeduri korrispondenti ta’ kejl minn tal-inqas tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tal-Euro 6.

(10)

Il-Kummissjoni għandha żżomm taħt reviżjoni l-impatt tal-miżuri PN ta’ tnaqqis fuq l-emissjonijiet CO2 għal vetturi b'ignition pożittiva.

(11)

Skont l-Artikolu 4(7) tar-Regolament (KE) Nru 692/2008, vetturi li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jistgħu jkollhom l-approvazzjoni tat-tip għall-istandards tal-emissjoni tal-Euro 6 ladarba jiġu introdotti l-limiti minimi tas-sistema ta’ dijanjożi fuq il-vettura (OBD). OBD hija għodda importanti biex tidentifika ħsarat ta’ tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis.

(12)

Fil-Komunikazzjoni tagħha 2008/C 182/08 dwar l-applikazzjoni u l-iżvilupp ġejjieni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-emissjonijiet minn vetturi ħfief u l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni (Euro 5 u 6) (4) il-Kummissjoni ssuġġeriet serje ta’ limiti minimi ta’ OBD li jirriflettu b'mod wiesgħa l-limiti applikati għal ħafna mill-vetturi ħfief fl-Istati Uniti u l-Kanada mill-2013 'il quddiem, fejn il-maġġoranza tas-sistemi OBD tal-vetturi huma konformi mal-leġiżlazzjoni stabbilita mill-Californian Air Resources Board (CARB). Allinjament tar-rekwiżiti tal-Unjoni ma’ dawk tal-Istati Uniti jkunu konformi mal-objettivi tal-armonizzazzjoni internazzjonali u jipprovdu livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali.

(13)

Madanakollu, ir-rekwiżiti tal-OBD fl-Istati Uniti fihom sfida teknoloġika għal manifatturi tal-vetturi li ma jesportawx lejn l-Istati Uniti. Għaldaqstant, għandu jiġi adottat perjodu inizjali ta’ tliet snin ta’ rekwiżiti OBD aktar laxk, li jipprovdi aktar żmien minn qabel lill-industrija.

(14)

Il-limiti minimi finali tal-OBD Euro 6 għal CO, NMHC u PM stipulati fir-Regolament (KE) Nru 692/2008 għandhom ikunu aktar laxki mill-valuri li ġew issuġġeriti fil-Komunikazzjoni 2008/C 182/08, li jirriflettu diffikultajiet tekniċi f'dawk l-oqsma. Barra minn hekk, ma għandu jiġi adottat l-ebda livell minimu għal OBD Euro 6 għal numri ta’ partiċelli f'dan ir-Regolament.

(15)

Il-ħtieġa ambjentali, il-vijabilità teknika u l-ispiża/l-proporzjoni ta’ benefiċċju ta’ limiti minimi ta’ OBD Euro 6 aktar ristretti applikabbli għas-CO u NMHC u tal-issettjar ta’ numru ta’ partiċella tal-limitu minimu ta’ OBD Euro 6 għandhom jiġu evalwati fi stadju aktar tard. Kwalunkwe emenda li hija riżultat tar-rekwiżiti regolatorji f'dak ir-rigward għandha tiġi introdotta biss bi żmien biżżejjed minn qabel għall-industrija. Meta wieħed jikkunsidra l-kumplessità tas-sistemi OBD, dan iż-żmien meħtieġ huwa tipikament minn tlieta sa erba' snin.

(16)

Għaldaqstant ir-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 692/2008 għandhom jiġu emendati skont dan.

(17)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku — Vetturi bil-Mutur,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 huwa emendat kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 3, fl-aħħar tal-punt 17, il-punt finali għandu jinbidel għal punt u virgola.

2.

Fl-Artikolu 3, jiżdied il-punt 18. li ġej:

“18.

‘magna b'injezzjoni diretta’ tfisser magna li tista' topera b'mod li l-karburant huwa injettat fl-arja li tidħol wara li titneħħa l-arja permezz ta’ valvijiet fuq ġewwa.”

3.

Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 7 li ġej huwa miżjud:

“7.   Sa tliet snin wara d-dati applikabbli stipulati fil-paragrafi 4 u 5 għal approvazzjonijiet ġodda tat-tip u r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda u fuq l-għażla tal-manifattur għandu japplika limitu ta’ emissjoni tan-numru tal-partiċella ta’ 6 × 1012 #/km għal vetturi li għandhom magna b'ignition pożittiva ta’ injezzjoni diretta.”

4.

L-Anness I, huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 huwa emendat kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 7 tħassar.

2.

L-Anness I, XI u XVI huma emendati skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1.

(4)  ĠU C 182, 19.7.2008, p. 17.


ANNESS I

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 715/2007

Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, huwa emendat b’dan li ġej:

1.

It-test fit-tieni ringiela tal-aħħar kolonna tat-Tabella 1 (limiti tal-emissjoni Euro 5) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Numru ta’ partiċelli (NP)”

2.

It-Tabella 2 hija sostitwita bit-tabella li ġejja:

Tabella 2

Limiti ta’ emissjoni Euro 6

 

Massa ta’ referenza

(RM)

(kg)

Il-valuri ta’ limitu

Massa ta’monossidu tal-karbonju

(CO)

Massa ta’ idrokarburi totali

(THC)

Massa ta’ idrokarburi li mhux mill-metanu

(NMHC)

Massa ta’ ossidi tan-nitroġenu

(NOx)

Massa kombinata ta’ idrokarburi u ossidi tan-nitroġenu

(THC + NOx)

Massa ta’ materja f’partiċelli

(PM) (1)

Għadd ta’ partiċelli

(PN)

L1

(mg/km)

L2

(mg/km)

L3

(mg/km)

L4

(mg/km)

L2 + L4

(mg/km)

L5

(mg/km)

L6

(#/km)

Kategorija

Klassi

 

PI

CI

PI

CI

PI

CI

PI

CI

PI

CI

PI (2)

CI

PI (2)  (3)

CI

M

Kollha

1 000

500

100

68

60

80

170

4,5

4,5

6,0 × 1011

6,0 × 1011

N1

I

RM ≤ 1 305

1 000

500

100

68

60

80

170

4,5

4,5

6,0 × 1011

6,0 × 1011

II

1 305 < RM ≤ 1 760

1 810

630

130

90

75

105

195

4,5

4,5

6,0 × 1011

6,0 × 1011

III

1 760 < RM

2 270

740

160

108

82

125

215

4,5

4,5

6,0 × 1011

6,0 × 1011

N2

Kollha

2 270

740

160

108

82

125

215

4,5

4,5

6,0 × 1011

6,0 × 1011

Qari: PI = Positive-ignition (Positive-ignition), CI = Compression-Ignition (Compression-Ignition)


(1)  Limitu ta’ 5,0 mg/km għall-massa tal-emissjonijiet tal-partikulati japplika għal vetturi tat-tip approvat għal-limiti ta’ emissjonijie ta’ din it-tabella mal-protokoll ta’ kejl tal-massa tal-partikulati ta’ qabel, qabel l-1.9.2011.

(2)  Il-limiti tal-massa f’partiċelli positive-ignition għandhom japplikaw biss għal vetturi b’magni b’injezzjoni diretta.

(3)  Sa tliet snin wara d-dati speċifikati fl-Artikolu 10(4) u (5) għal approvazzjonijiet ġodda tat-tip u vetturi ġodda rispettivament, limitu tal-emissjoni tan-numru tal-partiċelli ta’ 6,0 × 1012#/km għandu japplika għal vetturi b’injezzjoni diretta Euro 6 PI fuq l-għażla tal-manifattur. Sa mhux aktrar tard minn dawk id-dati għandu jiġi implimentat metodu tat-test ta’ approvazzjoni tat-test li jiżgura l-limitu effettiv tan-numru tal-partikolu li joħorġu taħt kundizzjonijiet reali tas-sewqan.”


ANNESS II

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 692/2008

Ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 huwa emendat kif ġej:

1.

L-Appendiċi 6 tal-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

F’punt 1, it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Dan in-numru għandu jkun segwit minn karattru wieħed jew aktar li jirrifletti l-kategoriji differenti tal-vetturi skont it-tabella 1 hawn taħt.”

(b)

It-Tabella 1 hija sostitwita b’dan li ġej:

Tabella 1

Karattru

Standard ta’ emissjonijiet

Standard tal-OBD

Kategorija u klassi tal-vettura

Magna

Data tal-implimentazzjoni: tipi ġodda

Data tal-implimentazzjoni: vetturi ġodda

L-aħħar data ta’ reġistrazzjoni

A

Euro 5a

Euro 5

M, N1 klassi I.

PI, CI

1.9.2009

1.1.2011

31.12.2012

B

Euro 5a

Euro 5

M1 biex tissodisfa ħtiġijiet soċjali speċifiċi

(eskluża M1G)

CI

1.9.2009

1.1.2012

31.12.2012

C

Euro 5a

Euro 5

M1G biex tissodisfa ħtiġijiet soċjali speċifiċi

CI

1.9.2009

1.1.2012

31.8.2012

D

Euro 5a

Euro 5

N1 klassi II

PI, CI

1.9.2010

1.1.2012

31.12.2012

E

Euro 5a

Euro 5

N1 klassi III, N2

PI, CI

1.9.2010

1.1.2012

31.12.2012

F

Euro 5b

Euro 5

M, N1 klassi I.

PI, CI

1.9.2011

1.1.2013

31.12.2013

G

Euro 5b

Euro 5

M1 biex tissodisfa ħtiġijiet soċjali speċifiċi

(eskluża M1G)

CI

1.9.2011

1.1.2013

31.12.2013

H

Euro 5b

Euro 5

N1 klassi II

PI, CI

1.9.2011

1.1.2013

31.12.2013

I

Euro 5b

Euro 5

N1 klassi III, N2

PI, CI

1.9.2011

1.1.2013

31.12.2013

J

Euro 5b

Euro 5+

M, N1 klassi I.

PI, CI

1.9.2011

1.1.2014

31.8.2015

K

Euro 5b

Euro 5+

M1 biex tissodisfa ħtiġijiet soċjali speċifiċi

(eskluża M1G)

CI

1.9.2011

1.1.2014

31.8.2015

L

Euro 5b

Euro 5+

N1 klassi II

PI, CI

1.9.2011

1.1.2014

31.8.2016

M

Euro 5b

Euro 5+

N1 klassi III, N2

PI, CI

1.9.2011

1.1.2014

31.8.2016

N

Euro 6a

Euro 6-

M, N1 klassi I

CI

 

 

31.12.2012

O

Euro 6a

Euro 6-

N1 klassi II

CI

 

 

31.12.2012

P

Euro 6a

Euro 6-

N1 klassi III, N2

CI

 

 

31.12.2012

Q

Euro 6b

Euro 6-

M, N1 klassi I

CI

 

 

31.12.2013

R

Euro 6b

Euro 6-

N1 klassi II

CI

 

 

31.12.2013

S

Euro 6b

Euro 6-

N1 klassi III, N2

CI

 

 

31.12.2013

T

Euro 6b

Euro 6-flimkien mal-IUPR

M, N1 klassi I

CI

 

 

31.8.2015

U

Euro 6b

Euro 6-flimkien mal-IUPR

N1 klassi II

CI

 

 

31.8.2016

V

Euro 6b

Euro 6-flimkien mal-IUPR

N1 klassi III, N2

CI

 

 

31.8.2016

W

Euro 6b

Euro 6-1

M, N1 klassi I

PI, CI

1.9.2014

1.9.2015

31.8.2018

X

Euro 6b

Euro 6-1

N1 klassi II

PI, CI

1.9.2015

1.9.2016

31.8.2019

Y

Euro 6b

Euro 6-1

N1 klassi III, N2

PI, CI

1.9.2015

1.9.2016

31.8.2019

ZA

Euro 6c

Euro 6-2

M, N1 klassi I

PI, CI

1.9.2017

1.9.2018

 

ZB

Euro 6c

Euro 6-2

N1 klassi II

PI; CI

1.9.2018

1.9.2019

 

ZC

Euro 6c

Euro 6-2

N1 klassi III, N2

PI; CI

1.9.2018

1.9.2019

 

ZX

mhux applikabbli

mhux applikabbli

Il-vetturi kollha

Batterija kompletament elettrika

1.9.2009

1.1.2011

 

ZY

mhux applikabbli

mhux applikabbli

Il-vetturi kollha

Ċellola tal-karburant kompletament elettrika

1.9.2009

1.1.2011

 

ZZ

mhux applikabbli

mhux applikabbli

Il-vetturi kollha li jużaw ċertifikati skont punt 2.1.1 tal-Anness I

PI; CI

1.9.2009

1.1.2011

 

Standard ta’ emissjonijiet ‘Euro 5a’= jeskludi l-proċeduri riveduti ta’ kejl għal materja f’partiċelli, l-istandard tan-numru ta’ partiċelli u l-ittestjar tal-emissjonijiet f’temperatura baxxa minn vettura flex fuel bil-bijofjuwil;

Standard ta’ emissjonijiet ‘Euro 5b’= ir-rekwiżiti tal-emissjonijiet kollha Euro 5 inkluża l-proċedura riveduta ta’ kejl għall-materja f’partiċelli, l-istandard tan-numru ta’ partiċelli għal vetturi CI u l-ittestjar tal-emissjonijiet f’temperatura baxxa minn vettura flex fuel bil-bijofjuwil;

Standard ta’ emissjonijiet ‘Euro 6a’= jeskludi l-proċeduri riveduti ta’ kejl għall-materja f’partiċelli, l-istandard tan-numru ta’ partiċelli u l-ittestjar tal-emissjonijiet f’temperatura baxxa minn vettura flex fuel bil-bijofjuwil;

Standard ta’ emissjonijiet ‘Euro 6b’= ir-rekwiżiti tal-emissjonijiet Euro 6 inkluża l-proċedura riveduta ta’ kejl għall-materja f’partiċelli, l-istandard tan-numru ta’ partiċelli (valuri preliminari għal vetturi PI) u l-ittestjar tal-emissjonijiet f’temperatura baxxa minn vettura flex fuel bil-bijofjuwil;

Standard ta’ emissjonijiet ‘Euro 6c’= ir-rekwiżiti tal-emissjonijiet kollha Euro 6, jiġifieri standard ta’ emissjonijiet Euro 6b u l-istandards tan-numru ta’ partiċelli finali għal vetturi PI;

Standard tal-OBD ‘Euro 5’= rekwiżiti Base Euro 5 OBD eskluż fir-rendiment waqt l-użu (IUPR), il-monitoraġġ tal-NOx għall-vetturi li jieħdu l-petrol u l-limiti ta’ limitu aktar stretti tal-PM għad-diżil;

Standard tal-OBD ‘Euro 5+’= jinkludu l-proporzjon rilassat ta’ rendiment waqt l-użu (IUPR), il-monitoraġġ tal-NOx għall-vetturi li jieħdu l-petrol u l-limiti ta’ limitu aktar stretti tal-PM għad-diżil;

Standard tal-OBD ‘Euro 6-’= limiti rilassati tal-limitu OBD;

Standard OBD ‘Euro 6- flimkien mal-IUPR’= jinkludi limiti ta’ limitu rilassati tal-OBD u proporzjon rilassat ta’ rendiment waqt l-użu (IUPR);

Standard tal-OBD ‘Euro 6-1’= Rekwiżiti kollha tal-OBD Euro 6 iżda b’limiti preliminari tal-limitu tal-OBD kif definit fil-punt 2.3.4 tal-Anness XI u IUPR parzjalment rilassat;

Standard tal-OBD ‘Euro 6-2’= Rekwiżiti kollha tal-OBD Euro 6 iżda b’limiti finali tal-limitu tal-OBD kif definit fil-punt 2.3.3 tal-Anness XI.’

2.

L-Anness XI huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punti 2.3.3 u 2.3.4 li ġejjin huma mdaħħla:

“2.3.3.

Il-limiti minimu tal-OBD għall-vetturi li huma tat-tip approvati skont il-limitu tal-emissjonijiet Euro 6 stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 minn 3 snin wara d-dati li ngħataw fl-Artikolu 10(4) u 10(5) ta’ dak ir-Regolament jinsabu fit-tabella li ġejja:

Il-limiti ta’ limitu tal-OBD Euro 6

 

Massa ta’ referenza

(RM)

(kg)

Massa ta’ monossidu tal-karbonju

Massa ta’ idrokarburi li mhux mill-metanu

Massa ta’ ossidi tan-nitroġenu

Massa ta’ materja f’partiċelli

Għadd ta’ partiċelli

(CO)

(mg/km)

(NMHC)

(mg/km)

(NOx)

(mg/km)

(PM)

(mg/km)

(PN)

(#/km)

Kategorija

Klassi

 

PI

CI

PI

CI

PI

CI

CI

PI

CI

PI

M

Kollha

1 900

1 750

170

290

90

140

12

12

 

 

N1(3)

I

RM ≤ 1 305

1 900

1 750

170

290

90

140

12

12

 

 

II

1 305  < RM ≤ 1 760

3 400

2 200

225

320

110

180

12

12

 

 

III

1 760  < RM

4 300

2 500

270

350

120

220

12

12

 

 

N2

Kollha

4 300

2 500

270

350

120

220

12

12

 

 

Qari: PI = Positive-ignition, CI = Compression-Ignition.

Nota ta’ spjegazzjoni:

Il-limiti tal-OBD stabbiliti fit-tabella huma suġġett għal reviżjoni li għandha titmexxa mill-Kummissjoni sal-1 ta’ Settembru 2014. Fejn dawn il-limiti jidhru li mhumiex teknikament vijabbli, il-valuri tagħhom jew id-dati mandatorji tal-applikazzjoni għandhom jiġu emendati skont dan, filwaqt li tikkunsidra l-effetti ta’ rekwiżiti oħra ġodda li se jiġu introdotti għall-vetturi Euro 6. Fejn ir-reviżjoni turi ħtiġijiet ambjentali kif ukoll vijabilità teknika u benefiċċju mhux monetarju, għandhom jiġu adotatti valuri aktar strinġenti u limiti tal-limitu tal-OBD għal numri tal-partikolu jew, fejn applikabbli, jiġi introdott tniġġis ieħor regolat. Waqt li tagħmel dan, l-industrija għandha tingħata biżżejjed żmien biex tintroduċi l-iżviluppi tekniċi.

2.3.4.

Sa tliet snin wara d-dati speċifiċi fl-Artikolu 10(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għal approvazzjonijiet ġodda tat-tip u vetturi ġodda rispettivament, il-limiti tal-limitu OBD li ġejjin għandhom jiġu applikati għal vetturi li huma approvati tat-tip skont il-limiti l-ġodda ta’ emissjoni Euro 6 stabbiliti fit-Tabella 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, skont l-għażla tal-manifattur:

Il-limiti preliminari ta’ limitu tal-OBD Euro 6

 

Massa ta’ referenza

(RM)

(kg)

Massa ta’ monossidu tal-karbonju

Massa ta’ idrokarburi li mhux mill-metanu

Massa ta’ ossidi tan-nitroġenu

Massa ta’ materja f’partiċelli

(CO)

(mg/km)

(NMHC)

(mg/km)

(NOx)

(mg/km)

(PM)

(mg/km)

Kategorija

Klassi

 

PI

CI

PI

CI(2)

PI

CI

CI

PI

M

Kollha

1 900

1 750

170

290

150

180

25

25

N1(3)

I

RM ≤ 1 305

1 900

1 750

170

290

150

180

25

25

II

1 305  < RM ≤ 1 760

3 400

2 200

225

320

190

220

25

25

III

1 760  < RM

4 300

2 500

270

350

210

280

30

30

N2

Kollha

4 300

2 500

270

350

210

280

30

30

Qari: PI = Positive-ignition, CI = Compression-Ignition.”;

(b)

Il-Punt 2.14 jinbidel b’dan li ġej:

“2.14.

Għall-kuntrarju ta’ punt 3.3.5 tal-Anness 11 tar-Regolament tal-UN/ECE Nru 83, it-tagħmir li ġeh għandu jkun immonitorjat għal nuqqas totali jew tneħħija jekk tal-aħħar ikun irriżulta f’qabża mil-limiti tal-emissjoni applikabbli:

mill-1 ta’ Settembru 2011, imaqbad tal-partiċelli li huma ffittjati biex jikkompressaw magni tal-ignition bħala unità separata jew integrata f’tagħmir komuni tal-kontroll tal-emissjoni;

għal vetturi ċertifikati jew kontra il-limitu tal-limiti tal-OBD li jidhru fit-tabelli stipulati fil-punti 2.3.3 jew 2.3.4, sistemi ta’ wara t-trattament ta’ NOx iffittjati biex jikkompressaw magni tal-ignition bħala unità separata jew integrata f’tagħmir komuni tal-kontroll tal-emissjoni;

għal vetturi ċertifikati kontra jew il-limiti tal-limitu tal-OBD li jidhru fit-tabelli stipulati fil-punti 2.3.3 jew 2.3.4, katalizzatur tal-ossidazzjoni tad-diżil (DOC) iffittja għal magni tal-ignition b’kompressjoni bħala unità separata jew integrata f’tagħmir komuni tal-kontroll tal-emissjoni.

It-tagħmir imsemmi fl-ewwel paragrafu għandu jkun immonitorjat ukoll għal xi nuqqas li jista’ jwassal għal qabża tal-limiti tal-limitu OBD applikabbli.’

(c)

Fil-punt 3.1.5 tal-Appendiċi 1, hija miżjuda s-sentenza li ġejja:

“Għal approvazzjonijiet ġodda tat-tip u vetturi ġodda, il-monitoraġġ meħtieġ mill-punt 2.9 ta’ dan l-Anness għandu jkollu IUPR akbar jew daqs 0,1 sa tliet snin wara d-dati speċifikati fl-Artikolu 10(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 rispettivament.”

3.

Fl-Anness XVI, il-Punt 6.2 jinbidel b’dan li ġej:

“6.2.

Il-manifattur għandu juri li l-użu ta’ dawn is-sensuri msemmija fil-punt 6.1 u ta’ kwalunkwe sensur ieħor fuq il-vettura jirriżulta fl-attivazzjoni tas-sistema tat-twissija tas-sewwieq kif jissemma fil-punt 3, bit-turija ta’ messaġġ li jindika twissija xierqa (eż. ‘emissions too high — check urea’ — ‘emissjonijiet għoljin wisq — ikkontrolla l-urea’, ‘emissions too high — check AdBlue’ — ‘emissjonijiet għoljin wisq — ikkontrolla l-AdBlue’, ‘emissions too high — check reagent’ — ‘emissjonijiet għoljin wisq — ikkontrolla r-reaġent’), u s-sistema ta’ inċentiv għas-sewwieq kif tissemma fit-taqsima 8.3, meta jseħħu s-sitwazzjonijiet li jissemmew fit-taqsima 4.2, 5.4 jew 5.5.

Għall-iskopijiet ta’ dan il-punt huma maħsuba li jiġru dawn is-sitwazzjonijiet:

fil-każ ta’ vetturi approvati għal-limiti tal-emissjoni Euro 5 tat-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, jekk jinqabeż il-limitu applikabbli tal-limitu OBD tal-NOx ta’ dik it-tabella mmultiplikat b’fattur ta’ 1,5;

fil-każ ta’ vetturi approvati għal-limiti tal-emissjoni Euro 6 tat-Tabella 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, jekk jinqabeż il-limitu applikabbli tal-limitu OBD tal-NOx tat-tabelli stabbiliti fil-punti 2.3.2, 2.3.3 jew 2.3.4 tal-Anness XI.

L-emissjonijiet NOx matul it-test biex juru l-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti ma għandhomx ikunu ogħla minn 20 % tal-valur imsemmi fit-tieni paragrafu.”


Top