EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1232

Regolament (UE) Nru 1232/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju

OJ L 326, 8.12.2011, p. 26–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 18 Volume 011 P. 125 - 143

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/09/2021; Imħassar b' 32021R0821

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/1232/oj

8.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/26


REGOLAMENT (UE) Nru 1232/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Novembru 2011

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju (2) jirrikjedi li l-oġġetti b’użu doppju (inklużi softwer u teknoloġija) ikunu soġġetti għal kontroll effettiv meta jkunu esportati mill-Unjoni jew ikunu fi transitu fiha, jew jitwasslu lejn pajjiż terz bħala riżultat tas-servizzi ta’ senserija pprovduti minn sensar residenti jew irreġistrati fl-Unjoni.

(2)

Ikun xieraq li l-applikazzjoni tal-kontrolli tkun uniformi u konsistenti fl-Unjoni kollha sabiex tkun evitata kompetizzjoni inġusta bejn l-esportaturi tal-Unjoni, ikun armonizzat l-ambitu tal-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali għall-Esportazzjoni tal-Unjoni u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom bejn l-esportaturi tal-Unjoni u tkun żgurata l-effiċjenza u l-effettività tal-kontrolli tas-sigurtà fl-Unjoni.

(3)

Fil-komunikazzjoni tagħha tat-18 ta’ Diċembru 2006, il-Kummissjoni ressqet il-proposta tal-ħolqien ta’ Awtorizzazzjonijiet Ġenerali għall-Esportazzjoni tal-Unjoni fi sforz biex titjieb il-kompetittività tal-industrija u jitwaqqaf kamp komuni għall-esportaturi kollha tal-Unjoni meta dawn jesportaw ċerti oġġetti speċifiċi b’użu doppju lejn ċerti destinazzjonijiet speċifiċi filwaqt li fl-istess ħin jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà u konformità sħiħa mal-obbligi internazzjonali.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 428/2009 ħassar ir-Regolament (KE) Nru 1334/2000 tat-22 ta’ Ġunju 2000 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta’ oġġetti u teknoloġiji b’użu doppju (3) b’effett mis-27 ta’ Awwissu 2009. Madankollu, id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1334/2000 jibqgħu japplikaw għal applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni mressqa qabel dik id-data.

(5)

Sabiex tkun maħluqa Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni ġdida għal ċerti oġġetti speċifiċi b’użu doppju lejn ċerti pajjiżi speċifiċi, id-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 jeħtieġ li jiġu emendati biż-żieda tal-Annessi l-ġodda għalih.

(6)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn l-esportatur huwa rreġistrat għandhom jingħataw il-possibbiltà li jipprojbixxu l-użu tal-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali għall-Esportazzjoni tal-Unjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 428/2009 kif emendat minn dan ir-Regolament.

(7)

Sa mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, l-embargi tal-armi huma adottati mid-deċiżjonijiet tal-Kunsill skont il-politika esterna u ta’ sigurtà komuni tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali, l-effetti legali tal-pożizzjonijiet komuni adottati mill-Kunsill skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona għandhom jinżammu sakemm jiġu mħassra, annullati jew emendati fl-implimentazzjoni tat-Trattati.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 428/2009 huwa b’dan emendat kif ġej,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 428/2009 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, il-punt 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“9.

‘Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni’ għandha tfisser awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni għal-esportazzjonijiet lejn ċerti pajjiżi tad-destinazzjoni disponibbli għall-esportaturi kollha li jirrispettaw il-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti tagħha għall-użu kif elenkat fl-Annessi IIa sa IIf.”

(2)

Fl-Artikolu 4(2), il-kliem “deċiż b’pożizzjoni komuni jew azzjoni konġunta” huma sostitwiti bil-kliem “impost b’pożizzjoni komuni jew azzjoni konġunta”.

(3)

L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Awtorizzazzjonijiet Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni għal ċerti esportazzjonijiet kif stipulati fl-Anness IIa sa IIf huma stabbiliti permezz ta’ dan ir-Regolament.

L-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn l-esportatur huwa rreġistrat jistgħu jipprojbixxu l-esportatur milli juża dawn l-awtorizzazzjonijiet jekk ikun hemm suspetti raġonevoli dwar il-kapaċità tiegħu li jikkonforma ma’ tali awtorizzazzjoni jew ma’ dispożizzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-kontroll tal-esportazzjonijiet.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar l-esportaturi mċaħħda mid-dritt li jużaw Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni, sakemm ma jiddeterminawx li l-esportatur mhux se jipprova jesporta oġġetti b’użu doppju minn Stat Membru ieħor. Is-sistema msemmija fl-Artikolu 19(4) għandha tintuża għal dan l-għan.”;

(b)

fil-paragrafu 4, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

jeskludu mill-ambitu tagħhom l-oġġetti elenkati fl-Anness IIg”;

(c)

fil-paragrafu 4(c), il-kliem “deċiż b’pożizzjoni komuni jew azzjoni konġunta” huma sostitwiti bil-kliem “impost b’pożizzjoni komuni jew azzjoni konġunta”.

(4)

Fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 11(1), ir-referenza għal “Anness II” qed titbiddel minn referenza għal “Anness IIa”.

(5)

Fl-Artikolu 12(1)(b), il-kliem “deċiż b’pożizzjoni komuni jew azzjoni konġunta” huma sostitwiti bil-kliem “impost b’pożizzjoni komuni jew azzjoni konġunta”.

(6)

Fl-Artikolu 13, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   In-notifiki kollha meħtieġa skont dan l-Artikolu għandhom isiru permezz ta’ mezzi elettroniċi sikuri inkluż is-sistema msemmija fl-Artikolu 19(4).”.

(7)

L-Artikolu 19, huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2(a), il-kliem “Awtorizzazzjonijiet Ġenerali Komunitarji ta’ Esportazzjoni” huma sostitwiti bil-kliem “Awtorizzazzjonijiet Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni”;

(b)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema sikura u kriptata għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri u fejn adatt il-Kummissjoni, b’konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar l-Użu Doppju stabbilit skont l-Artikolu 23. Il-Parlament Ewropew għandu jkun infurmat dwar il-baġit, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni provviżorja u finali u l-funzjonament tas-sistema, u dwar l-ispejjeż tan-netwerk.”.

(8)

Fl-Artikolu 23, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport annwali lill-Parlament Ewropew dwar l-attivitajiet, l-eżaminazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar l-Użu Doppju, li għandu jkun soġġett għall-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (*).

(*)  ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.”."

(9)

L-Artikolu 25 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 25

1.   Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-miżuri msemmija fl-Artikolu 24. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.

2.   Kull tliet snin il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tippreżenta rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni u l-valutazzjoni tal-impatt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jista’ jinkludi proposti biex ir-Regolament jiġi emendat. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha adatta għall-preparazzjoni tar-rapport.

3.   Taqsimiet speċjali tar-rapport għandhom jittrattaw:

(a)

il-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar l-Użu Doppju u l-attivitajiet tiegħu. Informazzjoni li l-Kummissjoni tipprovdi dwar l-eżaminazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar l-Użu Doppju għandha tiġi trattata b’kunfidenzjalità skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001. L-informazzjoni għandha f’kull każ titqies bħala kunfidenzjali jekk l-iżvelar tagħha x’aktarx ikollu effett negattiv sinifikanti fuq min jipprovdiha jew fuq is-sors ta’ din l-informazzjoni.

(b)

l-implimentazzjoni tal-Artikolu 19(4), u għandhom jirrapportaw dwar l-istadju li jkun intlaħaq fl-implimentazzjoni tas-sistema sikura u kriptata għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni;

(c)

l-implimentazzjoni tal-Artikolu 15(1);

(d)

l-implimentazzjoni tal-Artikolu 15(2);

(e)

informazzjoni komprensiva pprovduta dwar il-miżuri meħuda mill-Istati Membri skont l-Artikolu 24 u notifikati lill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

4.   Sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jevalwa l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament b’attenzjoni speċifika lill-implimentazzjoni tal-Anness IIb, l-Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni Nru UE002, akkumpanjat minn, jekk xieraq, proposta leġiżlattiva biex temenda dan ir-Regolament, b’mod partikolari rigward il-kwistjoni ta’ spedizzjonijiet ta’ valur baxx.”.

(10)

Qed jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 25a

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet dwar ftehimiet rigward l-għajnuna amministrattiva reċiproka jew protokolli f’dak li jirrigwarda kwistjonijiet doganali konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi, il-Kummissjoni tista’ tinnegozja ma’ pajjiżi terzi ftehimiet li jipprovdu għar-rikonoxximent reċiproku ta’ kontrolli tal-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju koperti b’dan ir-Regolament u speċjalment telimina r-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni mill-ġdid fi ħdan it-territorju tal-Unjoni. Dawn in-negozjati għandhom jitmexxew skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 207(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, kif xieraq.”.

(11)

L-Anness II huwa nnumerat mill-ġdid bħala Anness IIa u emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

AWTORIZZAZZJONI ĠENERALI TAL-UNJONI GĦALL-ESPORTAZZJONI NRU UE001

(imsemmija fl-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament)

Esportazzjonijiet lejn l-Awstralja, il-Kanada, il-Ġappun, in-New Zealand, in-Norveġja, l-Iżvizzera, inklużi l-Liechtenstein u l-Istati Uniti tal-Amerika

Awtorità Emittenti: Unjoni Ewropea”;

(b)

Il-Parti 1 hija sostitwita b’dan li ġej:

Parti 1

Din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni tkopri l-prodotti kollha b’użu doppju speċifikati fi kwalunkwe annotazzjoni fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, minbarra dawk elenkati fl-Anness IIg.”;

(c)

Il-Parti 2 hija mħassra;

(d)

Il-Parti 3 hija rinumerata Parti 2 u hija emendata kif ġej:

(i)

fl-ewwel paragrafu, il-kelma “Komunità” hija sostitwita bil-kelma “Unjoni”;

(ii)

il-kelma “Svizzera” hija sostitwita bil-kliem “Svizzera, inkluż il-Liechtenstein”;

(iii)

il-kliem “l-Awtorizzazzjoni Ġenerali Komunitarja ta’ Esportazzjoni” huma sostitwiti bil-kliem “din l-awtorizzazzjoni”;

(iv)

il-kliem “deċiż b’pożizzjoni komuni jew azzjoni konġunta” huma sostitwiti bil-kliem “impost b’pożizzjoni komuni jew azzjoni konġunta”.

(12)

Qed jiddaħħlu l-Annessi IIb sa IIg, kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tletin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, is-16 ta’ Novembru 2011.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

W. SZCZUKA


(1)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ Settembru 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2011.

(2)  ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1.

(3)  ĠU L 159, 30.6.2000, p. 1.


ANNESS

ANNESS IIb

AWTORIZZAZZJONI ĠENERALI TAL-UNJONI GĦALL-ESPORTAZZJONI Nru UE002

(imsemmija fl-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament)

Esportazzjonijiet ta’ ċerti oġġetti b’użu doppju lejn ċerti destinazzjonijiet

Awtorità Emittenti: Unjoni Ewropea

Parti 1 –   Oġġetti

Din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni tkopri l-oġġetti speċifikati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament:

1A001

1A003

1A004

1C003 b -c

1C004

1C005

1C006

1C008

1C009

2B008

3A001a3

3A001a6-12

3A002c-f

3C001

3C002

3C003

3C004

3C005

3C006

Parti 2 –   Destinazzjonijiet

Din l-awtorizzazzjoni hija valida fl-Unjoni kollha għall-esportazzjonijiet lejn id-destinazzjonijiet li ġejjin:

L-Arġentina

Il-Kroazja

L-Iżlanda

L-Afrika t’Isfel

Il-Korea t’Isfel

It-Turkija

Parti 3 –   Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għall-użu

1.

Din l-awtorizzazzjoni ma tawtorizzax l-esportazzjoni ta’ oġġetti meta:

(1)

l-esportatur kien infurmat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa rreġistrat kif definit fl-Artikolu 9(6) ta’ dan ir-Regolament li l-oġġetti involuti huma jew jistgħu jkunu intiżi, fit-totalità tagħhom jew parzjalment:

(a)

għal użu relatat mal-iżvilupp, produzzjoni, ġestjoni, operazzjoni, manutenzjoni, ħażna, skoperta, identifikazzjoni jew disseminazzjoni ta’ armi kimiċi, bijoloġiċi jew nukleari jew apparat splussiv nukleari ieħor, jew l-iżvilupp, produzzjoni, manutenzjoni jew ħażna ta’ missili li kapaċi jkunu parti minn armi simili,

(b)

għal użu finali militari kif definit fl-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament f’pajjiż soġġett għal embargo tal-armi impost minn deċiżjoni jew pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill jew deċiżjoni tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa jew embargo tal-armi impost minn riżoluzzjoni vinkolanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, jew

(ċ)

għal użu bħala partijiet jew komponenti ta’ oġġetti militari mniżżla fil-listi militari nazzjonali li kienu esportati minn territorju tal-Istat Membru kkonċernat mingħajr awtorizzazzjoni jew fi ksur tal-awtorizzazzjoni preskritta mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru;

(2)

l-esportatur, skont l-obbligu tiegħu li jeżerċita diliġenza xierqa, huwa konxju li l-oġġetti kkonċernati huma intiżi, fit-totalità tagħhom jew parzjalment, għall-użu msemmi fis-sottoparagrafu (1);

(3)

l-oġġetti relevanti huma esportati lejn żona bla dazju jew maħżen ħieles li qiegħed f’destinazzjoni koperta minn din l-awtorizzazzjoni.

2.

L-esportaturi jridu jsemmu n-numru ta’ referenza tal-Unjoni X002 u jispeċifikaw li l-oġġetti qed jiġu importati skont l-Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni UE002 fil-kaxxa 44 tad-Dokument Uniku tal-Amministrazzjoni.

3.

Kull esportatur li juża din l-awtorizzazzjoni għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa rreġistrat bl-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni mhux aktar tard minn 30 ġurnata mid-data meta ssir l-ewwel esportazzjoni jew, alternattivament, u f’ konformita’ ma’ rekwiżit mill-awtorità tal-Istat Membru fejn l-esportatur ikun irreġistrat, qabel l-ewwel użu ta’ din l-Awtorizzazzjoni Ġenerali għall-Esportazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummisjsoni dwar il-metodu ta’ notifika magħżul għal din l-awtorizzazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni nnotifikata lilha fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ir-rekwiżiti ta’ rapportar marbutin mal-użu ta’ din l-awtorizzazzjoni u l-informazzjoni addizjonali li l-Istat Membru li minnu ssir l-esportazzjoni jista’ jeħtieġ dwar oġġetti esportati skont din l-awtorizzazzjoni, huma definiti mill-Istati Membri.

Stat Membru jista’ jeħtieġ l-esportaturi rreġistrati f’dak l-Istat Membru biex jirreġistraw qabel l-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni. Ir-reġistrazzjoni għandha tkun awtomatika u rikonoxxuta mill-awtoritajiet kompetenti lill-esportatur mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien 10 ijiem ta’ rċevuta, soġġetta għall-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament.

Fejn ikun applikabbli, ir-rekwiżiti stipulati fit-tieni u t-tielet subparagrafi għandhom ikunu bbażati fuq dawk definiti għall-użu ta’ awtorizzazzjonijiet ġenerali għall-esportazzjoni nazzjonali mogħtija minn dawk l-Istati Membri li jipprovdu għal dawn l-awtorizzazzjonijiet.

ANNESS IIc

AWTORIZZAZZJONI ĠENERALI TAL-UNJONI Nru UE003

(imsemmija fl-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament)

Esportazzjoni wara t-tiswija/tibdil

Awtorità Emittenti: Unjoni Ewropea

Parti 1 —   Oġġetti

1.

Din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni tkopri l-prodotti kollha b’użu doppju speċifikati f’xi annotazzjoni fl-Anness I għal dan ir-Regolament minbarra dawk elenkati fil-paragrafu 2 meta:

(a)

l-oġġetti huma importati mill-ġdid fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea għall-fini ta’ manutenzjoni, tiswija jew tibdil, u huma esportati jew esportati mill-ġdid lejn il-pajjiż tal-kunsinna mingħajr tibdil fil-karatteristiċi oriġinali tagħhom f’perjodu ta’ ħames snin wara d-data li fiha tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni oriġinali għall-esportazzjoni, jew

(b)

l-oġġetti huma esportati lejn il-pajjiż tal-kunsinna bi tpartit ma’ oġġetti tal-istess kwalità u tal-istess numru li kienu importati mill-ġdid fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea għall-manutenzjoni, tiswija jew tibdil f’perjodu ta’ ħames snin wara d-data li fiha tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni oriġinali tal-esportazzjoni.

2.

Oġġetti esklużi:

(a)

l-oġġetti kollha msemmija fl-Anness IIg;

(b)

l-oġġetti kollha fit-taqsimiet D u E stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament;

(c)

l-oġġetti li ġejjin speċifikati fl-Anness I għal dan ir-Regolament:

1A002a

1C012a

1C227

1C228

1C229

1C230

1C231

1C236

1C237

1C240

1C350

1C450

5A001b5

5A002a2 sa 5A002a9

5B002 Apparat kif ġej:

a.

apparat iddisinjat speċifikament għall-“iżvilupp” jew il-“produzzjoni” ta’ apparat speċifikat minn 5A002a2 sa 5B002a9

b.

apparat għall-kejl iddisinjat speċifikament sabiex ikunu evalwati u validati l-funzjonijiet tas-“sigurtà tal-informazzjoni” tal-apparat speċifikati minn 5A002a2 sa 5A002a9

6A001a2a1

6A001a2a5

6A002a1c

6A008l3

8A001b

8A001d

9A011

Parti 2 —   Destinazzjonijiet

Din l-awtorizzazzjoni hija valida fl-Unjoni kollha għall-esportazzjonijiet lejn id-destinazzjonijiet li ġejjin:

 

L-Albanija

 

L-Arġentina,

 

Il-Bosnja-Ħerzegovina

 

Il-Brażil

 

Iċ-Ċili

 

Iċ-Ċina (inklużi Ħong Kong u l-Makaw)

 

Il-Kroazja

 

Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

 

It-Territorji Barranin Franċiżi

 

L-Iżlanda

 

L-Indja

 

Il-Kazakistan

 

Il-Messiku

 

Il-Montenegro

 

Il-Marokk

 

Ir-Russja

 

Is-Serbja

 

Singapor

 

L-Afrika t’Isfel

 

Il-Korea t’Isfel

 

It-Tuneżija

 

It-Turkija

 

L-Ukraina

 

L-Emirati Għarab Magħquda

Parti 3 —   Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għall-użu

1.

Din l-awtorizzazzjoni tista’ tintuża biss meta l-esportazzjoni inizjali tkun saret permezz tal-Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni jew l-awtorizzazzjoni ġenerali inizjali tkun ingħatat mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn l-esportatur oriġinali kien irreġistrat għall-esportazzjoni tal-oġġetti li kienu sussegwentement importati mill-ġdid fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea għall-fini ta’ manutenzjoni, tiswija jew tibdil. Din l-awtorizzazzjoni ġenerali hija valida biss għal esportazzjonijiet lill-utent aħħari oriġinali.

2.

Din l-awtorizzazzjoni ma tawtorizzax l-esportazzjoni ta’ oġġetti meta:

(1)

l-esportatur kien infurmat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa rreġistrat kif definit fl-Artikolu 9(6) ta’ dan ir-Regolament li l-oġġetti involuti huma jew jistgħu jkunu intiżi, fit-totalità tagħhom jew parzjalment,

(a)

għal użu relatat mal-iżvilupp, produzzjoni, ġestjoni, operazzjoni, manutenzjoni, ħażna, skoperta, identifikazzjoni jew disseminazzjoni ta’ armi kimiċi, bijoloġiċi jew nukleari jew apparat splussiv nukleari ieħor, jew l-iżvilupp, produzzjoni, manutenzjoni jew ħażna ta’ missili li kapaċi jkunu parti minn armi simili,

(b)

għal użu finali militari (kif definit fl-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament) meta l-pajjiż li qed jixtri jew dak ta’ destinazzjoni huwa soġġett għal embargo tal-armi impost minn deċiżjoni jew pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill jew deċiżjoni tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa jew embargo tal-armi impost minn riżoluzzjoni vinkolanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, jew

(ċ)

għal użu bħala partijiet jew komponenti ta’ oġġetti militari mniżżla fil-listi militari nazzjonali li kienu esportati minn territorju tal-Istat Membru kkonċernat mingħajr awtorizzazzjoni jew bi ksur tal-awtorizzazzjoni preskritta mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru;

(2)

l-esportatur huwa konxju li l-oġġetti kkonċernati huma intiżi, fit-totalità tagħhom jew parzjalment, għall-użu msemmi fis-sottoparagrafu (1);

(3)

l-oġġetti relevanti huma esportati lejn żona bla dazju jew maħżen ħieles li qiegħed f’destinazzjoni koperta minn din l-awtorizzazzjoni;

(4)

l-awtorizzazzjoni oriġinali ġiet annullata, sospiża, modifikata jew irrevokata;

(5)

l-esportatur, taħt l-obbligu tiegħu li jeżerċita diliġenza xierqa, huwa konxju li l-użu finali tal-oġġetti kkonċernati huwa differenti minn dak speċifikat fl-awtorizzazzjoni oriġinali għall-esportazzjoni.

3.

Mal-esportazzjoni ta’ kwalunkwe wieħed mill-oġġetti koperti minn din l-awtorizzazzjoni, l-esportaturi għandhom:

(1)

isemmu n-numru ta’ referenza tal-awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni oriġinali fid-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni lid-dwana flimkien mal-isem tal-Istat Membru li ħareġ dik l-awtorizzazzjoni, in-numru ta’ referenza tal-UE X002 u jispeċifika li l-oġġetti qed jiġu esportati taħt l-Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni UE003 fil-kaxxa 44 tad-Dokument Uniku Amministrattiv (SAD);

(2)

jipprovdu lill-uffiċjali tad-dwana, jekk mitluba, evidenza permezz ta’ dokumenti dwar id-data tal-importazzjoni tal-oġġetti fl-Unjoni, ta’ kull manutenzjoni, tiswija jew tibdil tal-oġġetti li saret fl-Unjoni u tal-fatt li l-oġġetti qed ikunu ritornati lill-utent aħħari u lill-pajjiż minn fejn dawn kienu importati fl-Unjoni.

4.

Kull esportatur li juża din l-awtorizzazzjoni għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa rreġistrat bl-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni mhux aktar tard minn 30 ġurnata mid-data tal-ewwel esportazzjoni jew, alternattivament, u bi qbil ma’ rekwiżit mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-esportatur ikun irreġistrat, qabel l-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-metodu ta’ notifika magħżul għal din l-Awtorizzazzjoni Ġenerali għall-Esportazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni nnotifikata lilha fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ir-rekwiżiti ta’ rappurtar marbuta mal-użu ta’ din l-awtorizzazzjoni u informazzjoni addizzjonali li l-Istat Membru li minnu ssir l-esportazzjoni jista’ jirrikjedi dwar oġġetti esportati skont din l-awtorizzazzjoni huma ddefiniti mill-Istati Membri.

Stat membru jista’ jobbliga lill-esportatur irreġistrat f’dak l-Istat Membru biex jirreġistra qabel l-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni. Ir-reġistrazzjoni għandha tkun awtomatika u għandha tiġi rikonoxxuta lill-esportatur mill-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta tiġi riċevuta, soġġett għall-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament.

Fejn applikabbli, ir-rekwiżiti stipulati fl-ewwel u t-tielet subparagrafu għandhom ikunu bbażati fuq dawk definiti għall-użu tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali nazzjonali għall-esportazzjoni mogħtija minn dawk l-Istati Membri li jipprovdu tali awtorizzazzjonijiet.

5.

Din l-awtorizzazzjoni tkopri oġġetti għal “tiswija”“tibdil”…“manutenzjoni”. Dan jista’ jinvolvi t-titjib b’koinċidenza tal-oġġett oriġinali, pereżempju bl-użu ta’ komponenti ta’ skambju aktar riċenti jew bl-użu ta’ standard aktar riċenti għal raġunijiet ta’ kredibilità u sigurtà, sakemm dan ma jirriżultax f’titjib fil-kapaċità tal-funzjoni tal-oġġetti jew f’funzjonijiet ġodda jew addizzjonali għall-oġġett.

ANNESS IId

AWTORIZZAZZJONI GĦALL-ESPORTAZZJONI TAL-UNJONI Nru UE004

(imsemmija fl-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament)

L-Esportazzjoni temporanja għal esibizzjoni jew fiera

Awtorità Emittenti: Unjoni Ewropea

Parti 1 –   Oġġetti

Din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni tkopri kull oġġett b’użu doppju speċifikat fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament minbarra:

(a)

l-oġġetti kollha elenkati fl-Anness IIg;

(b)

kull oġġett fit-taqsima D stabbilita fl-Anness I għal dan ir-Regolament (din ma tinkludix is-softwer neċessarju għall-funzjonament tajjeb tal-apparat għall-iskop tad-demonstrazzjoni);

(c)

l-oġġetti kollha fit-taqsima E stabbilita fl-Anness I għal dan ir-Regolament;

(d)

l-oġġetti li ġejjin speċifikati fl-Anness I għal dan ir-Regolament:

1A002a

1C002.b.4

1C010

1C012.a

1C227

1C228

1C229

1C230

1C231

1C236

1C237

1C240

1C350

1C450

5A001b5

5A002a2 sa 5A002a9

5B002 Apparat kif ġej:

a.

Apparat iddisinjat speċifikament għall-‘iżvilupp’ jew il-‘produzzjoni’ ta’ apparat speċifikat minn 5A002a2 sa 5B002a9

b.

Apparat għall-kejl iddisinjat speċifikament sabiex ikunu evalwati u validati l-funzjonijiet tas-‘sigurtà tal-informazzjoni’ tal-apparat speċifikati minn 5A002a2 sa 5A002a9

6A001

6A002a

6A008l3

8A001b

8A001d

9A011

Parti 2 –   Destinazzjonijiet

Din l-awtorizzazzjoni hija valida fl-Unjoni kollha għall-esportazzjonijiet lejn id-destinazzjonijiet li ġejjin:

L-Albanija, l-Arġentina, il-Kroazja, il-Bosnja-Ħerzegovina, il-Brażil, iċ-Ċili, iċ-Ċina (inklużi Ħong Kong u l-Makaw), dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, it-Territorji Barranin Franċiżi, l-Islanda, l-Indja, il-Kazakistan, il-Messiku, il-Montenegro, il-Marokk, ir-Russja, is-Serbja, Singapor, il-Korea t’Isfel, it-Tuneżija, it-Turkija, l-Ukraina, l-Emirati Għarab Magħquda

Parti 3 –   Il-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti għall-użu

1.

Din l-awtorizzazzjoni tawtorizza l-esportazzjoni ta’ oġġetti elenkati fil-Parti 1 bil-kondizzjoni li l-esportazzjoni tikkonċerna esportazzjoni temporanja għall-esibizzjoni jew għal fiera kif definit fil-punt 6 u li l-oġġetti jkunu importati mill-ġdid fi żmien perjodu ta’ 120 ġurnata wara l-esportazzjoni inizjali, sħaħ u mingħajr modifiki, fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea.

2.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa rreġistrat l-esportatur kif definit fl-Artikolu 9(6) ta’ dan ir-Regolament tista’ fuq talba tal-esportatur tirrinunzja l-ħtieġa li l-oġġetti jkunu importati mill-ġdid kif imsemmi fil-paragrafu 1 hawn fuq. Għar-rinunzja tar-rekwiżit, il-proċedura għall-awtorizzazzjonijiet individwali stabbilita fl-Artikolu 9(2) u fl-Artikolu 14(1) ta’ dan ir-Regolament għandha tapplika kif xieraq.

3.

Din l-awtorizzazzjoni ma tawtorizzax l-esportazzjoni ta’ oġġetti meta:

(1)

l-esportatur kien infurmat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa rreġistrat li l-oġġetti kkonċernati huma jew jistgħu jkunu intiżi, fit-totalità tagħhom jew parzjalment:

(a)

għal użu relatat mal-iżvilupp, produzzjoni, ġestjoni, operazzjoni, manutenzjoni, ħażna, skoperta, identifikazzjoni jew disseminazzjoni ta’ armi kimiċi, bijoloġiċi jew nukleari jew apparat splussiv nukleari ieħor, jew l-iżvilupp, produzzjoni, manutenzjoni jew ħażna ta’ missili li kapaċi jkunu parti minn armi simili,

(b)

għal użu finali militari kif definit fl-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament meta l-pajjiż li qed jixtri jew dak ta’ destinazzjoni huwa soġġett għal embargo tal-armi impost minn deċiżjoni jew pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill jew deċiżjoni tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa jew embargo tal-armi impost minn riżoluzzjoni vinkolanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, jew

(c)

għal użu bħala partijiet jew komponenti ta’ oġġetti militari mniżżla fil-listi militari nazzjonali li kienu esportati minn territorju tal-Istat Membru kkonċernat mingħajr awtorizzazzjoni jew bi ksur tal-awtorizzazzjoni preskritta mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru;

(2)

l-esportatur huwa konxju li l-oġġetti kkonċernati huma intiżi, fit-totalità tagħhom jew parzjalment, għall-użu msemmi fis-sottoparagrafu (1);

(3)

l-oġġetti relevanti huma esportati lejn żona bla dazju jew maħżen ħieles li qiegħed f’destinazzjoni koperta minn din l-awtorizzazzjoni;

(4)

l-esportatur kien infurmat minn awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun irreġistarat, jew huwa konxju (pereżempju minn informazzjoni mibgħuta mill-produttur) li l-oġġetti kkonċernati kienu klassifikati mill-awtorità kompetenti li għandhom marka protettiva ta’ klassifikazzjoni tas-sigurta nazzjonali, ekwivalenti għal CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla;

(5)

r-ritorn tagħhom, fl-istat oriġinali tagħhom mingħajr it-tneħħija, l-ikkupjar jew id-disseminazzjoni ta’ kwalunkwe komponent jew softwer, ma jkunx jista’ jiġi ggarantit mill-esportatur, jew meta t-trasferiment tat-teknoloġija jkun marbut ma’ preżentazjoni;

(6)

l-oġġetti relevanti jkunu se jiġu esportati għal preżentazzjoni privata jew dimostrazzjoni (pereżempju f’showrooms tal-impriża stess);

(7)

l-oġġetti relevanti jkunu se jiġu amalgamati fi kwalunkwe proċess ta’ produzzjoni;

(8)

l-oġġetti relevanti jkunu se jintużaw għall-iskop intenzjonat tagħhom, minbarra sal-punt minimu meħtieġ għal dimostrazzjoni effettiva, iżda mingħajr ma r-riżultati ta’ testijiet speċifiċi jsiru disponibbli għal terzi persuni;

(9)

l-esportazzjoni tkun se ssir bħala riżlutat ta’ tranżazzjoni kummerċjali, b’mod partikolari rigward il-bejgħ, il-kiri jew il-lokazzjoni tal-oġġetti relevanti;

(10)

l-oġġetti relevanti jkunu se jiġu maħżuna f’esibizzjoni jew fiera għall-iskop uniku ta’ bejgħ, kiri jew lokazzjoni mingħajr ma jiġu ppreżentati jew dimostrati;

(11)

l-esportatur jagħmel xi arranġamenti li jżommuh milli jkollu l-oġġetti relevanti taħt il-kontroll tiegħu tul il-perjodu kollu ta’ esportazzjoni temporanja.

4.

L-esportaturi jridu jsemmu n-numru ta’ referenza tal-UE X002 u jispeċifikaw li l-oġġetti qed jiġu importati skont l-Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni UE002 fil-kaxxa 44 tad-Dokument Uniku Amministrattiv.

5.

Kull esportatur li juża din l-awtorizzazzjoni għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa rreġistrat bl-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni mhux aktar tard minn 30 ġurnata mid-data tal-ewwel esportazzjoni jew, alternattivament, u bi qbil ma’ rekwiżit mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-esportatur ikun irreġistrat, qabel l-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-metodu ta’ notifika magħżul għal din l-awtorizzazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni nnotifikata lilha fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ir-rekwiżiti ta’ rappurtar marbuta mal-użu ta’ din l-awtorizzazzjoni u informazzjoni addizzjonali li l-Istat Membru li minnu ssir l-esportazzjoni jista’ jirrikjedi fuq oġġetti esportati taħt din l-awtorizzazzjoni huma ddefiniti mill-Istati Membri.

Stat Membru jista’ jobbliga lill-esportaturi rreġistrati f’dak l-Istat Membru biex jirreġistraw qabel l-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni. Ir-reġistrazzjoni għandha tkun awtomatika u għandha tiġi rikonoxxuta lill-esportatur mill-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta tiġi riċevuta, soġġett għall-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament.

Fejn applikabbli, ir-rekwiżiti stipulati fl-ewwel u t-tielet subparagrafu għandhom ikunu bbażati fuq dawk definiti għall-użu tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali nazzjonali għall-esportazzjoni mogħtija minn dawk l-Istati Membri li jipprovdu tali awtorizzazzjonijiet.

6.

Għall-fini ta’ din l-awtorizzazzjoni, ‘esibizzjoni jew fiera’ tfisser avvenimenti kummerċjali ta’ tul ta’ żmien speċifiku li matulu diversi esibituri jagħmlu wirja tal-prodotti tagħhom għal viżitaturi kummerċjali jew għall-pubbliku ġenerali.

ANNESS IIe

AWTORIZZAZZJONI ĠENERALI TAL-UNJONI Nru UE005

(imsemmija fl-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament)

Telekomunikazzjoni

Awtorità Emittenti: L-Unjoni Ewropea

Parti 1 -   Oġġetti

Din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni tkopri l-oġġetti b'użu doppju speċifikati fl-Anness I għal dan ir-Regolament:

(a)

l-oġġetti li ġejjin minn Kategorija 5 Parti l:

(i)

Oġġetti, inklużi komponenti ddisinjati jew żviluppati speċifikament u aċċessorji msemmija fl-annotazzjonijiet 5A001b Nru 2 u 5A001c u d,

(ii)

Oġġetti speċifikati fl-annotazzjonijiet 5B001 u 5D001, fejn apparat tal-ittestjar, spezzjoni, u produzzjoni huwa kkonċernat u softwer għal oġġetti msemmija taħt i);

(b)

Teknoloġija kkontrollata minn 5E001a, meta din tinħtieġ għall-istallazzjoni, operat, manutenzjoni jew tiswija ta’ oġġetti speċifikati taħt a u intiżi għall-istess utent finali.

Parti 2 -   Destinazzjonijiet

Din l-awtorizzazzjoni hija valida fl-Unjoni kollha għall-esportazzjonijiet lejn id-destinazzjonijiet li ġejjin:

L-Arġentina, iċ-Ċina (inklużi Ħong Kong u l-Makaw), il-Kroazja, l-Indja, ir-Russja, l-Afrika t'Isfel, it-Turkija, l-Ukraina.

Parti 3 –   Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għall-użu

1.

Din l-awtorizzazzjoni ma tawtorizzax l-esportazzjoni ta’ oġġetti meta:

(1)

l-esportatur kien infurmat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa rreġistrat kif definit fl-Artikolu 9(6) ta’ dan ir-Regolament li l-oġġetti inkwistjoni huma jew jistgħu jkunu intiżi, fit-totalità tagħhom jew parzjalment:

(a)

għal użu relatat mal-iżvilupp, produzzjoni, ġestjoni, operazzjoni, manutenzjoni, ħażna, skoperta, identifikazzjoni jew disseminazzjoni ta’ armi kimiċi, bijoloġiċi jew nukleari jew apparat splussiv nukleari ieħor, jew l-iżvilupp, produzzjoni, manutenzjoni jew ħażna ta’ missili li kapaċi jkunu parti minn armi simili,

(b)

għal użu finali militari (kif definit fl-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament) meta l-pajjiż li qed jixtri jew dak ta’ destinazzjoni huwa soġġett għal embargo tal-armi impost minn deċiżjoni jew Pożizzjoni Komuni adottata mill-Kunsill jew deċiżjoni tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa jew embargo tal-armi impost minn riżoluzzjoni vinkolanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti,

(c)

għal użu bħala partijiet jew komponenti ta’ oġġetti militari mniżżla fil-listi militari nazzjonali li kienu esportati minn territorju tal-Istat Membru kkonċernat mingħajr awtorizzazzjoni jew bi ksur tal-awtorizzazzjoni preskritta mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru, jew

(d)

għal użu relatat ma’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem, prinċipji demokratiċi jew libertà tal-espressjoni kif definiti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, bl-użu ta’ teknoloġiji ta’ interċettazzjoni u tagħmir għat-trasferiment ta’ dejta diġitali għall-monitoraġġ ta’ telefons mobbli u ta’ messaġġi miktuba, u s-sorveljanza speċifika tal-użu tal-Internet (eż. permezz taċ-Ċentri ta’ Monitoraġġ u ta’ Portals għall-Interċettazzjoni Legali);

(2)

l-esportatur, taħt l-obbligu tiegħu li jeżerċita diliġenza xierqa, huwa konxju li l-oġġetti kkonċernati huma intiżi, fit-totalità tagħhom jew parzjalment, għal kull użu msemmi fis-subparagrafu 1.

(3)

l-esportatur, taħt l-obbligu tiegħu li jeżerċita diliġenza xierqa, ikun jaf li l-oġġetti inkwistjoni jkunu se jerġgħu jiġu esportati lejn kwalunkwe destinazzjoni għajr dawk elenkati fil-Parti 2 ta’ dan l-Anness jew fil-Parti 2 tal-Anness IIa jew lejn Stati Membri;

(4)

l-prodotti relevanti huma esportati f'żona mingħajr dazji jew f'maħżen ħieles li jinstabu f'destinazzjoni koperta minn din l-awtorizzazzjoni.

2.

L-esportaturi jridu jsemmu n-numru ta’ referenza tal-UE X002 u jispeċifikaw li l-oġġetti qed jiġu importati skont l-Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni UE005 fil-kaxxa 44 tad-Dokument Uniku Amministrattiv.

3.

Kull esportatur li juża din l-awtorizzazzjoni għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa rreġistrat bl-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni mhux aktar tard minn 30 ġurnata mid-data tal-ewwel esportazzjoni jew, alternattivament, u bi qbil ma’ rekwiżit mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-esportatur ikun irreġistrat, qabel l-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummisjsoni dwar il-metodu ta’ notifika magħżul għal din l-awtorizzazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni nnotifikata lilha fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ir-rekwiżiti ta’ rappurtar marbuta mal-użu ta’ dik l-awtorizzazzjoni u informazzjoni addizzjonali li l-Istat Membru li minnu ssir l-esportazzjoni jista' jesiġi fuq oġġetti esportati skont din l-awtorizzazzjoni huma ddefiniti mill-Istati Membri.

Stat Membru jista' jobbliga lill-esportaturi rreġistrati f'dak l-Istat Membru biex jirreġistraw qabel l-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni. Ir-reġistrazzjoni għandha tkun awtomatika u għandha tiġi rikonoxxuta lill-esportatur mill-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta tiġi riċevuta, soġġett għall-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament.

Fejn applikabbli, ir-rekwiżiti stipulati fl-ewwel u t-tielet subparagrafu għandhom ikunu bbażati fuq dawk definiti għall-użu tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali nazzjonali għall-esportazzjoni mogħtija minn dawk l-Istati Membri li jipprovdu tali awtorizzazzjonijiet.

ANNESS IIf

AWTORIZZAZZJONI ĠENERALI TAL-UNJONI Nru UE006

(imsemmija fl-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament)

Kimiċi

Parti 1 –   Oġġetti

Din l-awtorizzazzjoni ġenerali għall-esportazzjoni tkopri l-oġġetti b’użu doppju li ġejjin speċifikati fl-Anness I għal dan ir-Regolament:

 

1C350:

1.

Tijodiglikol (111-48-8);

2.

Fosforu ossiklorur (10025-87-3);

3.

Metilfosfonat tad-dimetil (756-79-6);

5.

Metilfosfonil tad-diklorur (676-97-1);

6.

Fosfit tad-dimetil (DMP) (868-85-9);

7.

Triklorur tal-fosforu (7719-12-2);

8.

Fosfit tat-trimetil (TMP) (121-45-9);

9.

Tijonil tal-klorur (7719-09-7);

10.

3-Idrossi-1-metilpiperidina (3554-74-3);

11.

Klorur tan-N,N- diisopropil -2-amminoetil (96-79-7);

12.

N,N-Diisopropil-2-amminoetantijol (5842-07-9);

13.

Kinuklidin-3-ol (1619-34-7);

14.

Fluworur tal-potassju (7789-23-3);

15.

3-Kloroetanol (107-07-3);

16.

Dimetilammina (124-40-3);

17.

2-Etilfosfonat tad-dietil (78-38-6);

18.

N,N-dimetilfosforammidat tad-dietil (2404-03-7);

19.

Fosfit tad-dietil (762-04-9);

20.

Idroklorur tad-dimetilammina (506-59-2);

21.

Diklorur tal-etilfosfinil (1498-40-4);

22.

Diklorur tal-etilfosfonil (1066-50-8);

24.

Fluworur tal-idroġenu (7664-39-3);

25.

Benżilat tal-metil (76-89-1);

26.

Diklorur tal-metilfosfinil (676-83-5);

27.

N,N-Diisopropil-2-amminoetanol (96-80-0);

28.

Alkoħol tal-Pinakolil (464-07-3);

30.

Fosfit tat-trietil (122-52-1);

31.

Triklorur tal-arseniku (7784-34-1);

32.

Aċidu benżiliku(76-93-7);

33.

Metilfosfonat tad-Dietil (15715-41-0);

34.

Etilfosfonat tad-Dimetil (6163-75-3);

35.

Difluworur tal-etilfosfonil (430-78-4);

36.

Difluworur tal-metilfosfonil (753-59-3);

37.

3-kinuklidon (3731-38-2);

38.

Pentaklorur tal-fosforu (10026-13-8);

39.

Pinakolon (75-97-8);

40.

Ċjanur tal-Potassju (151-50-8);

41.

Bifluworur tal-potassju (7789-29-9);

42.

Bifluworur tal-ammonja (1341-49-7);

43.

Fluworur tas-sodju (7681-49-4);

44.

Bifluworur tas-sodju (1333-83-1);

45.

Ċjanur tas-Sodju(143-33-9);

46.

Trietanolammina (102-71-6);

47.

Pentasulfur tal-fosforu (1314-80-3);

48.

Diisopropilammina (108-18-9);

49.

Dietilamminoetanol (100-37-8);

50.

Sulfur tas-sodju (1313-82-2);

51.

Monoklorur tal-kubrit (10025-67-9);

52.

Diklorur tal-kubrit (10545-99-0);

53.

Idroklorur tat-trietanolammina (637-39-8);

54.

Idroklorur tan-N,N-diisopropil-2-amminoetilklorur (4261-68-1);

55.

Aċidu metilfosfoniku (993-13-5);

56.

Metilfosfonat tad-dietil (683-08-9);

57.

Diklorur tan-N,N-dimetilamminofosforil (677-43-0);

58.

Fosfit tat-triisopropil (116-17-6);

59.

Etildietanolammina (139-87-7);

60.

Fosforotiat tal-O,O-Dietil (2465-65-8);

61.

Fosforoditiat tal-O,O-Dietil (298-06-6);

62.

Eżafluworisilikat tas-sodju (16893-85-9);

63.

Diklorur metilfosfonotiojku (676-98-2).

 

1C450 a:

4.

Fosġen: Diklorur tal-Karbonil (75-44-5);

5.

Klorur taċ-ċjanoġenu (506-77-4);

6.

Ċjanur tal-idroġenu (74-90-8);

7.

Kloropikrin: Trikloronitrometan (76-06-2);

 

1C450 b:

1.

Kimiċi, għajr dawk speċifikati fil-Kontrolli tal-Oġġetti Militari jew fl-1C350, li għandhom atomu tal-fosforu li miegħu huwa marbut grupp wieħed tal-metil, etil jew propil (normali jew iso) iżda mhux atomi tal-karbonju oħrajn;

2.

Dialoġenuri fosforamidiċi tan-N,N-dialkil [metil, etil jew propil (normali jew iso)] għajr id-diklorur tan-N,N-dimetilamminofosforil li huwa speċifikat fl-1C350.57:

3.

N,N-diakil [metil, etil jew propil (normali jew iso)]-fosforammidati tad-dialkil [metil, etil jew propil (normali jew iso)] għajr N,N-dimetilfosforammidat tad-dietil li huwa speċifikat fl-1C350;

4.

N,N-dialkil [metil, etil jew propil (normali jew iso)] amminoetil-2-klururi u mluħa protonati korrispondenti, għajr il-klorur tan-N,N diisopropil-2-amminoetil jew idroklorur tan-N,N-diisopropil-2-amminoetilklorur li huma speċifikati fl-1C350;

5.

N,N-Dialkil [metil, etil jew propil (normali jew iso)] amminoetan-2-oli u mluħa protonati korrispondenti; għajr N,N-diisopropil-2-amminoetanal (96-80-0) u N,N-dietilamminoetanol (100-37-8) li huma speċifikati fl-1C350;

6.

N,N-dialkil [metil, etil jew propil (normali jew iso)] amminoetan-2-tijoli u mluħa protonati korrispondenti, għajr N,N-diisopropil-2-amminoetantijol li huwa speċifikat fl-1C350;

8.

Metildietanolammina (105-59-9).

Parti 2 –   Destinazzjonijiet

Din l-awtorizzazzjoni hija valida fl-Unjoni kollha għall-esportazzjonijiet lejn id-destinazzjonijiet li ġejjin:

l-Arġentina, il-Kroazja, l-Islanda, il-Korea t’Isfel, it-Turkija, l-Ukraina.

Parti 3 –   Il-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti għall-użu

1.

Din l-awtorizzazzjoni ma tawtorizzax l-esportazzjoni ta’ oġġetti meta:

(1)

l-esportatur kien infurmat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa rreġistrat kif definit fl-Artikolu 9(6) ta’ dan ir-Regolament li l-oġġetti inkwistjoni huma jew jistgħu jkunu intiżi, fit-totalità tagħhom jew parzjalment:

(a)

għal użu relatat mal-iżvilupp, produzzjoni, ġestjoni, operazzjoni, manutenzjoni, ħażna, skoperta, identifikazzjoni jew disseminazzjoni ta’ armi kimiċi, bijoloġiċi jew nukleari jew apparat splussiv nukleari ieħor, jew l-iżvilupp, produzzjoni, manutenzjoni jew ħażna ta’ missili li kapaċi jkunu parti minn armi simili,

(b)

għal użu finali militari (kif definit fl-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament) meta l-pajjiż li qed jixtri jew dak ta’ destinazzjoni huwa soġġett għal embargo tal-armi impost minn deċiżjoni jew pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill jew deċiżjoni tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa jew embargo tal-armi impost minn riżoluzzjoni li torbot tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, jew

(c)

għal użu bħala partijiet jew komponenti ta’ oġġetti militari mniżżla fil-listi militari nazzjonali li kienu esportati minn territorju tal-Istat Membru kkonċernat mingħajr awtorizzazzjoni jew bi ksur tal-awtorizzazzjoni preskritta mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru;

(2)

l-esportatur, taħt l-obbligu tiegħu li jeżerċita diliġenza xierqa, huwa konxju li l-oġġetti kkonċernati huma intiżi, fit-totalità tagħhom jew parzjalment, għall-użu msemmi fis-subparagrafu 1;

(3)

l-esportatur, taħt l-obbligu tiegħu li jeżerċita diliġenza xierqa, ikun jaf li l-oġġetti kkonċernati jkunu se jerġgħu jiġu esportati lejn kwalunkwe destinazzjoni għajr dawk elenkati fil-Parti 2 ta’ dan l-Anness jew tal-Parti 2 tal-Anness IIa jew lejn Stati Membri; jew

(4)

il-prodotti relevanti huma esportati f’żona mingħajr dazji jew f’maħżen ħieles li jinstabu f’destinazzjoni koperta minn din l-awtorizzazzjoni.

2.

L-esportaturi jridu jsemmu n-numru ta’ referenza tal-UE X002 u jispeċifikaw li l-oġġetti qed jiġu importati skont l-Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni UE005 fil-kaxxa 44 tad-Dokument Uniku tal-Amministrazzjoni.

3.

Kull esportatur li juża din l-awtorizzazzjoni għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa rreġistrat bl-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni mhux aktar tard minn 30 ġurnata mid-data tal-ewwel esportazzjoni jew, alternattivament, u bi qbil ma’ rekwiżit mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-esportatur ikun irreġistrat, qabel l-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummisjsoni dwar il-metodu ta’ notifika magħżul għal din l-awtorizzazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni nnotifikata lilha fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ir-rekwiżiti ta’ rappurtar marbuta mal-użu ta’ dik l-awtorizzazzjoni u informazzjoni addizzjonali li l-Istat Membru li minnu ssir l-esportazzjoni jista’ jesiġi dwar oġġetti esportati taħt din l-awtorizzazzjoni huma ddefiniti mill-Istati Membri.

Stat Membru jista’ jobbliga lill-esportaturi rreġistrati f’dak l-Istat Membru biex jirreġistraw qabel l-ewwel użu ta’ din l-awtorizzazzjoni. Ir-reġistrazzjoni għandha tkun awtomatika u għandha tiġi rikonoxxuta lill-esportatur mill-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta tiġi riċevuta, soġġett għall-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament.

Fejn applikabbli, ir-rekwiżiti stipulati fl-ewwel u t-tielet subparagrafu għandhom ikunu bbażati fuq dawk definiti għall-użu tal-awtorizzazzjonijiet ġenerali nazzjonali għall-esportazzjoni mogħtija minn dawk l-Istati Membri li jipprovdu tali awtorizzazzjonijiet.

ANNESS IIg

(Lista msemmija fl-Artikolu 9(4)(a) ta’ dan ir-Regolament u fl-Annessi IIa, IIc u IId għal dan ir-Regolament)

L-annotazzjonijiet ma jipprovdux dejjem deskrizzjoni kompleta tal-oġġetti u n-noti relatati fl-Anness I. L-Anness I biss jipprovdi deskrizzjoni kompleta tal-oġġetti.

L-aċċenn għal oġġett f'dan l-Anness ma jaffettwax l-applikazzjoni tan-Nota Ġenerali dwar Softwer (GSN) fl-Anness I.

L-oġġetti kollha msemmija fl-Anness IV.

0C001 ‘Uranju naturali’ jew ‘uranju eżawrit’ jew torju fil-forma ta’ metall, liega, kompost kimiku jew konċentrat u kull materjal ieħor li fih wieħed jew iktar minn dawn il-preċedenti.

0C002 ‘Materja fissili speċjali’ minbarra dik speċifikata fl-Anness IV.

0D001 ‘Softwer’ iddisinjat speċifikament jew modifikat għall-‘iżvilupp’, ‘produzzjoni’, jew ‘…’ ta’ oġġetti speċifikati fil-Kategorija 0, sakemm dan huwa relatat ma’ 0C001 jew l-oġġetti msemmija fl-annotazzjoni 0C002 li huma esklużi mill-Anness IV.

0D001 ‘Teknoloġija’ skont in-Nota dwar Teknoloġija Nukleari għall-‘iżvilupp’, ‘produzzjoni’, jew ‘…’ ta’ oġġetti speċifikati fil-Kategorija 0, sakemm dan huwa relatat ma’ 0C001 jew l-oġġetti msemmija fl-annotazzjoni 0C002 li huma esklużi mill-Anness IV.

1A102 Komponenti ta’ karbonju-karbonju risaturati u mmermrin bis-sħana ddisinjati għal vetturi spazjali speċifikati f'9A004 jew rokits bil-ħoss speċifikati f'9A104.

1C351 Patoġeni umani, żonożi u ‘tossini’.

1C352 Patoġeni tal-annimali.

1C353 Elementi ġenetiċi u organiżmi mmodifikati ġenetikament.

1C354 Patoġeni tal-pjanti.

1C450a.1. amiton: O,O-Dietil S-[2-(dietilammino)etil] fosforotijolat (78-53-5) u mluħa alkilati jew protonati korrispondenti.

1C450a.2. PFIB: 1,1,3,3,3-Pentafluworo-2-(trifluworometil)-1-propen (382-21-8).

7E104 ‘Teknoloġija’ għall-integrazzjoni tal-kontroll tat-titjira, gwida, u propulzjoni tad-dejta lejn sistema tal-amministrazzjoni tat-titjira għall-ottimizazzjoni tas-sistema tat-traġitt tar-rokit.

9A009.a. Sistemi ibridi tal-propulzjoni tar-rokits b'kapaċità totali ta’ impuls li taqbeż 1.1 MNs.

9A117 Mekkaniżmi għas-separazzjoni fi stadji, mekkaniżmi għas-separazzjoni, u l-istadji intermedji tagħhom li jistgħu jintużaw fil-‘missili’.


DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI

Il-Kummissjoni beħsiebha tagħmel rieżami ta’ dan ir-Regolament minn issa sal-31 ta’ Diċembru 2013, b’mod partikolari l-kundizzjonijiet ta’ evalwazzjoni tal-implimentazzjoni possibbli ta’ awtorizzazzjoni ġenerali ta’ esportazzjoni għall-konsenji ta’ valur baxx.


DIKJARAZZJONI MILL-PARLAMENT EWROPEW, MILL-KUNSILL U MILL-KUMMISSJONI DWAR IL-KONSENJI TA’ VALUR BAXX

Dan ir-Regolament ma jaffettwax l-awtorizzazzjonijiet nazzjonali ġenerali ta’ esportazzjoni għall-konsenji ta’ valur baxx, trasportati mill-Istati Membri abbażi tal-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 428/2009.


Top