EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0835

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 835/2011 tad- 19 ta’ Awwissu 2011 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 dwar il-livelli massimi għall-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi fl-oġġetti tal-ikel Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 215, 20.8.2011, p. 4–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 023 P. 274 - 278

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 24/05/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R0915

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/835/oj

20.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 835/2011

tad-19 ta’ Awwissu 2011

li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 dwar il-livelli massimi għall-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi fl-oġġetti tal-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta' Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 li jiffissa l-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (2) jistabbilixxi l-livelli massimi għall-benzo(a)pyrene f'varjetà ta' oġġetti tal-ikel.

(2)

Benzo(a)pyrene jagħmel parti mill-grupp ta’ idrokarburi poliċikliki aromatiċi (polycyclic aromatic hydrocarbons, PAH) u jintuża bħala markatur għall-okkurenza u l-effett ta’ PAH karċinoġeniċi fl-ikel ibbażat fuq opinjoni xjentifika ta' dak li kien il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel (Scientific Committee on Food, SCF) (3). Fl-opinjoni tiegħu ta’ Diċembru 2002, l-SCF issuġġerixxa l-ħtieġa ta’ analiżi oħra tal-proporzjonijiet relattivi ta’ dawn il-PAH fl-ikel għal reviżjoni futura dwar jekk il-benzo(a)pyrene hux addattat biex jinżamm bħala markatur jew le.

(3)

Inġabret dejta ġdida dwar l-okkurenza ta' PAH karċinoġeniċi f’oġġetti tal-ikel mill-Istati Membri fil-qafas tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2005/108/KE (4). Il-Kummissjoni staqsiet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (European Food Safety Authority, EFSA) biex tirrevedi l-opinjoni tal-SCF u tikkunsidra d-dejta ġdida dwar l-okkurenza, tagħrif xjentifiku ieħor ġdid li huwa rilevanti kif ukoll l-approċċ tal-Marġni tal-Esponiment (Margin of Exposure, MOE). Permezz ta’ din ir-reviżjoni, l-EFSA ntalbet teżamina mill-ġdid jekk il-benzo(a)pyrene hux addattat biex jinżamm bħala markatur jew le.

(4)

Il-Bord Xjentifiku dwar l-Aġenti ta’ Kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari (il-Bord tal-CONTAM) tal-EFSA adotta opinjoni dwar l-Idrokarburi Poliċikliċi Aromatiċi fl-Ikel fid-9 ta’ Ġunju 2008 (5). F’din l-opinjoni l-EFSA kkonkludiet li l-benzo(a)pyrene mhuwiex markatur adattat għall-okkurenza ta’ idrokarburi aromatiċi poliċikliċi fl-ikel u li sistema ta’ erba’ sustanzi speċifiċi (PAH4 (6)) jew tmien sustanzi speċifiċi (PAH8 (7)) tkun l-aktar indikatur addattat għal-PAH fl-ikel. L-EFSA kkonkludiet li sistema ta’ tmien sustanzi (PAH8) ma toffriex wisq valur miżjud meta mqabbla ma’ sistema ta’ erba’ sustanzi (PAH4).

(5)

Barra minn hekk, il-Bord tal-CONTAM, permezz tal-approċċ tal-Marġni tal-Esponiment (MOE), ikkonkluda li hemm periklu baxx għas-saħħa tal-konsumatur fil-medja stmata tal-esponiment tad-dieta. Madankollu, għal konsumaturi ta' livell għoli l-MOE kien qrib l-10 000 jew inqas, li jindika periklu għoli għas-saħħa tal-konsumatur.

(6)

Skont l-opinjoni tal-EFSA, is-sistema fis-seħħ tal-użu tal-benzo(a)pyrene bħala l-uniku markatur għall-grupp ta’ idrokarburi aromatiċi poliċikliċi, ma tistax tinżamm. Għalhekk hemm il-ħtieġa ta’ emenda tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006.

(7)

Għandhom ikunu introdotti livelli massimi ġodda għas-somma ta’ erba’ sustanzi (PAH4) (benzo(a)pyrene, benz(a)anthracene, benzo(b)fluoranthene u chrysene), filwaqt li jinżamm livell massimu separat għall-benzo(a)pyrene.

(8)

Din is-sistema tiżgura li l-livelli ta’ PAH fl-ikel jinżammu f’livelli li ma joħolqux periklu għas-saħħa u li l-ammont ta’ PAH jista’ wkoll ikun ikkontrollat f’dawk il-kampjuni li fihom il-benzo(a)pyrene mhux osservat, imma fejn huma preżenti PAH oħrajn.

(9)

Il-livell massimu separat ta’ benzo(a)pyrene huwa miżmum biex ikun żgurat il-qbil ta’ dejta preċedenti ma’ dik futura. Wara xi żmien ta’ implimentazzjoni ta’ din l-emenda u abbażi ta' dejta ġdida li se tkun iġġenerata fil-futur, għandu jkun eżaminat mill-ġdid il-bżonn taż-żamma ta' livell massimu għall-benzo(a)pyrene.

(10)

Dwar is-somma tal-erba’ sustanzi (PAH4), għandhom jintużaw limiti ta’ konċentrazzjoni aktar baxxi bħala bażi għad-deċiżjonijiet ta' konformità.

(11)

Il-livelli massimi għall-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi ma għandhomx ikunu perikolużi u għandhom jinżammu raġonevolment baxxi kemm jista’ jkun (l-ALARA) u msejsa fuq prattiċi tajba tal-fabbrikazzjoni u tal-biedja u/jew is-sajd. Id-dejta l-ġdida dwar l-okkurenza tal-PAH turi li l-livelli fl-isfond ta’ PAH f’xi oġġetti tal-ikel huma anqas minn dawk maħsuba. Il-livelli massimi ta’ benzo(a)pyrene għalhekk ġew adattati biex jirriflettu livelli fl-isfond anqas kif ukoll aktar realistiċi f’molluski b’żewġ valvoli friski jew iffumigati.

(12)

Dejta għal ħut iffumigat u laħam iffumigat uriet ukoll li huma possibbli livelli massimi aktar baxxi. Madankollu, f’xi każijiet jista’ jkun hemm il-bżonn tal-adattament tat-teknoloġija għall-iffumigar li qed tintuża. Għalhekk, għandha tkun stabbilita proċedura b’żewġ stadji għal laħam iffumigat u ħut iffumigat li toffri transizzjoni ta' sentejn mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament qabel ma jibdew japplikaw il-livelli massimi aktar baxxi.

(13)

Instab li sardin iffumigat u sardin iffumigat fil-bott kellu livelli ogħla ta’ PAH minn ħut ieħor iffumigat. Għandhom ikunu stabbiliti livelli massimi speċifiċi għal sardin iffumigat u sardin iffumigat fil-bott biex juru dak li huwa possibbli f'dawn l-oġġetti tal-ikel.

(14)

Qabel, livell massimu ta’ benzo(a)pyrene fil-“laħam tal-muskoli tal-ħut, għajr ħut iffumigat” kien stabbilit bħala indikatur għat-tniġġiż ambjentali potenzjali. Madankollu, intwera li f’ħut frisk il-PAH jiġu metabolizzati malajr u ma jakkumulawx fil-laħam tal-muskoli. Għalhekk, iż-żamma ta’ livell massimu ta’ PAH f’ħut frisk ma għadhiex meħtieġa.

(15)

Instabu livelli għoljin ta’ PAH f’xi tipi ta’ laħam ittrattati bis-sħana u prodotti tal-laħam ittrattat bis-sħana mibjugħin lill-konsumatur finali. Dawn il-livelli jistgħu jkunu evitati jekk jintużaw kundizzjonijiet ta’ proċessar xierqa kif ukoll apparat adattat. Għalhekk ikun xieraq li jiġu stabbiliti livelli massimi ta’ PAH f’laħam u fi prodotti tal-laħam li jkunu għaddew minn proċess ta’ trattament tas-sħana li huwa magħruf li potenzjalment jirriżulta fil-formazzjoni ta’ PAH, jiġifieri xiwi jew barbecue biss.

(16)

Il-butir tal-kakaw kien temporanjament eżenti mil-livell massimu fis-seħħ għal benzo(a)pyrene fi żjut u xaħmijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 u sal-1 ta’ April 2007 kienet imbassra reviżjoni tal-ħtieġa li jkun iffissat livell massimu ta’ PAH għall-butir tal-kawkaw. Ir-reviżjoni mbagħad ġiet posposta u r-riżultat tal-eżami xjentifiku tal-EFSA dwar il-PAH li kien qed isseħħ dak iż-żmien ġie sospiż.

(17)

Il-butir tal-kawkaw fih livelli ogħla ta’ PAH minn żjut u xaħmijiet oħra. Dan jiġri primarjament minħabba t-tnixxif b’mod mhux adattat taż-żerriegħa tal-kawkaw u l-fatt li l-butir tal-kawkaw ma jistax jiġi raffinat bħal żjut u xaħmijiet oħra veġetali. Il-butir tal-kawkaw huwa l-element prinċipali tal-prodotti tal-kawkaw mhux ipproċessati (eż. żerriegħa tal-kawkaw, żerriegħa tal-kawkaw nejja u pproċessata (cocoa mass), żerriegħa tal-kawkaw imneħħija minn ġol-qoxra (cocoa nibs) jew likur tal-kawkaw) u jinstab fiċ-ċikkulata u prodotti oħra tal-kawkaw li spiss jikkunsmaw it-tfal. B’hekk dan jikkontribwixxi għall-esponiment tal-bniedem, partikolarment għall-esponiment tat-tfal. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti livelli massimi għal PAH fiż-żerriegħa tal-kawkaw u fil-prodotti tagħha, għaldaqstant inkluż il-butir tal-kawkaw.

(18)

Il-livelli massimi ta’ PAH fiż-żerriegħa tal-kawkaw għandhom ikunu stabbiliti f’livelli kemm jista’ jkun baxxi b’kunsiderazzjoni għall-possibiltajiet teknoloġiċi kurrenti fil-pajjiżi li jipproduċu. Huma għandhom ikunu stabbiliti abbażi tax-xaħam minħabba l-konċentrazzjoni ta’ PAH fil-frazzjoni tax-xaħam, il-butir tal-kawkaw. Biex jippermettu li l-pajjiżi produtturi jagħmlu t-titjib teknoloġiku biex jadattaw għal dawn il-livelli massimi, id-data tal-applikazzjoni tal-livelli massimi għaż-żerriegħa tal-kawkaw u l-prodotti tagħha għandha tkun differita. Barra minn hekk, inizjalment, għal dawn il-prodotti għandu japplika livell massimu ogħla għas-somma tal-erba’ sustanzi. Wara perjodu tranżitorju ta’ sentejn għandu japplika livell massimu aktar baxx. Il-livelli ta’ PAH fiż-żerriegħa tal-kawkaw u l-prodotti tagħha għandhom ikunu ċċekkjati regolarment bil-ħsieb li tiġi evalwata l-possibiltà li l-livelli massimi jitnaqqsu aktar.

(19)

Dejta uriet li ż-żejt tal-ġewż tal-Indi jista’ jkollu ammonti ogħla ta’ PAH4 minn żjut u xaħmijiet veġetali oħra. Dan huwa minħabba l-preżenza proporzjonalment għolja ta’ benz(a)anthracene u chrysene li ma jistgħux jitneħħew faċilment waqt ir-raffinar taż-żejt tal-ġewż tal-Indi. Il-livelli massimi speċifiċi ta’ PAH fiż-żerriegħa tal-ġewż tal-Indi għalhekk għandhom ikunu stabbiliti f’livelli kemm jista’ jkun baxxi b’kunsiderazzjoni għall-possibiltajiet teknoloġiċi attwali tal-pajjiżi produtturi. Peress li fil-pajjiżi produtturi huwa mistenni titjib teknoloġiku, il-livelli ta’ PAH fiż-żejt tal-ġewż tal-Indi għandhom ikunu ċċekkjati regolarment bil-ħsieb li tiġi evalwata l-possibiltà li fil-futur ikunu stabbiliti livelli aktar baxxi.

(20)

Dejta attwali dwar l-okkurenza ta’ PAH f’ċereali u ħxejjex hija limitata. Id-dejta disponibbli tindika li ċ-ċereali u l-ħxejjex fihom livelli pjuttost baxxi ta’ PAH. Il-livelli baxxi li bħalissa jidhru fid-dejta ta’ okkurenza disponibbli ma jiġġustifikawx l-iffissar immedjat ta’ livelli massimi. Madankollu, l-EFSA identifikat iċ-ċereali u l-ħxejjex bħala kontributuri importanti għall-esponiment tal-bniedem minħabba l-konsum għoli tagħhom. Għalhekk għandhom ikunu ċċekkjati aktar il-livelli ta’ PAH f’dawn iż-żewġ prodotti. Abbażi ta’ aktar dejta, għandha tiġi evalwata l-ħtieġa tal-iffissar ta’ livelli massimi.

(21)

Instabu livelli għoljin ta’ PAH f’xi supplimenti tal-ikel. Madankollu, il-livelli huma varjabbli u jiddependu mit-tip speċifiku ta’ suppliment tal-ikel. Hemm il-ħtieġa u għandha tinġabar aktar dejta dwar supplimenti tal-ikel. Kemm-il darba din id-dejta ssir disponibbli, tkun evalwata l-ħtieġa li jkunu ffissati livelli massimi ta’ PAH f’supplimenti tal-ikel.

(22)

L-Istati Membri u l-operaturi fin-negozju tal-ikel għandhom jingħataw żmien biex jadattaw għal-livelli massimi stabbiliti b’dan ir-Regolament. Id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għalhekk għandha tkun differita. Għandu jingħata perjodu tranżitorju għall-prodotti diġà mqegħdin fis-suq qabel l-applikazzjoni tal-emendi introdotti b’dan ir-Regolament.

(23)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 għandu jiġi emendat skont l-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   Oġġetti tal-ikel li mhumiex konformi mal-livelli massimi applikabbli mill-1 ta’ Settembru 2012 skont it-Taqsima 6 “Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi” tal-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1881/2006, kif emendat permezz ta’ dan ir-Regolament, li huma mqiegħda legalment fis-suq qabel l-1 ta’ Settembru 2012, jistgħu jkomplu jinbigħu wara dik id-data sad-data ta' durabbiltà minima tagħhom jew id-data sa meta jridu jintużaw.

2.   Oġġetti tal-ikel li mhumiex konformi mal-livelli massimi applikabbli mill-1 ta’ Settembru 2014 skont il-punti 6.1.4 u 6.1.5 tal-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1881/2006, kif emendati permezz ta’ dan ir-Regolament, li huma mqiegħda legalment fis-suq qabel l-1 ta’ Settembru 2014, jistgħu jkomplu jinbigħu wara dik id-data sad-data ta' durabbiltà minima tagħhom jew id-data sa meta jridu jintużaw.

3.   Oġġetti tal-ikel li mhumiex konformi mal-livelli massimi applikabbli mill-1 ta’ April 2013 skont il-punt 6.1.2 tal-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1881/2006, kif emendat permezz ta’ dan ir-Regolament, li huma mqiegħda legalment fis-suq qabel l-1 ta’ April 2013, jistgħu jkomplu jinbigħu wara dik id-data sad-data ta' durabbiltà minima tagħhom jew id-data sa meta jridu jintużaw.

4.   Oġġetti tal-ikel li mhumiex konformi mal-livelli massimi applikabbli mill-1 ta’ April 2015 skont il-punt 6.1.2 tal-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1881/2006, kif emendat permezz ta’ dan ir-Regolament, li huma mqiegħda legalment fis-suq qabel l-1 ta’ April 2015, jistgħu jkomplu jinbigħu wara dik id-data sad-data ta' durabbiltà minima tagħhom jew id-data sa meta jridu jintużaw.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1.

(2)  ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5.

(3)  Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel fuq ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem mill-Idrokarburi Poliċikliċi Aromatiċi fl-ikel (espressa fl-4 ta’ Diċembru 2002)

http://ec.europa.eu/food/fs/sc/scf/out153_en.pdf

(4)  ĠU L 34, 8.2.2005, p. 43.

(5)  The EFSA Journal (2008) 724, 1-114.

(6)  Benzo(a)pyrene, Chrysene, Benz(a)anthracene, benzo(b)fluoranthene.

(7)  Benzo(a)pyrene, Chrysene, Benz(a)anthracene, benzo(b)fluoranthene, benzo(k)fluoranthene, benzo(g,h,i)perylene, dibenz(a,h)anthracene and indeno(1,2,3-c,d)pyrene.


ANNESS

L-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Taqsima 6: Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi mibdula b’dan li ġej:

“Taqsima 6   Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi

Oġġetti tal-ikel

Livelli massimi (μg/kg)

6.1

Benzo(a)pyrene, benz(a)anthracene, benzo(b)fluoranthene u chrysene

Benzo(a)pyrene

Is-somma ta’ benzo(a)pyrene, benz(a)anthracene, benzo(b)fluoranthene u chrysene (1)

6.1.1

Żjut u xaħmijiet (għajr butir tal-kakaw, u żejt tal-ġewż tal-Indi) maħsubin għal-konsum dirett mill-bniedem jew għall-użu bħala ingredjent fl-ikel

2,0

10,0

6.1.2

Żerriegħa tal-kawkaw u prodotti derivattivi

5,0 μg/kg xaħam mill-1.4.2013

35,0 μg/kg xaħam mill-1.4.2013 sal- 31.3.2015

30,0 μg/kg xaħam mill-1.4.2015

6.1.3

Żejt tal-ġewż tal-indi maħsub għall-konsum dirett mill-bniedem jew għall-użu bħala ingredjent fl-ikel

2,0

20,0

6.1.4

Laħam iffumigat u prodotti tal-laħam iffumigati

5,0 sal-31.8.2014

2,0 mill-1.9.2014

30,0 mill-1.9.2012 sal- 31.8.2014

12,0 mill-1.9.2014

6.1.5

Laħam tal-muskoli ta’ ħut iffumigat u prodotti mis-sajd iffumigati (25)(36), barra l-prodotti mis-sajd imsemmija fil-punti 6.1.6 u 6.1.7. Il-livell massimu għall-krustaċji ffumigati japplika għal-laħam tal-muskoli mill-appendiċi u ż-żaqq (44). Fil-każ ta’ granċijiet u krustaċji simili għall-granċijiet (Brachyura u Anomura) dan japplika għal-laħam tal-muskoli mill-appendiċi.

5,0 sal-31.8.2014

2,0 mill-1.9.2014

30,0 mill-1.9.2012 sal- 31.8.2014

12,0 mill-1.9.2014

6.1.6

Sardin iffumigat u sardin iffumigat fil-bott (25) (3) (sprattus sprattus); molluski bivalvi (friski, imkessħin jew iffriżati) (26); laħam ittrattat bis-sħana jew prodotti tal-laħam ittrattat bis-sħana (2) mibjugħin lill-konsumatur finali

5,0

30,0

6.1.7

Molluski bivalvi(36) (iffumigati)

6,0

35,0

6.1.8

Ikel ipproċessat b’bażi ta’ ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar (3)(29)

1,0

1,0

6.1.9

Formula għat-trabi u formula għal dawk it-trabi li qabżu s-sitt xhur, inklużi l-ħalib tat-trabi u l-ħalib tat-trabi ta’ iktar minn sitt xhur (8)(29)

1,0

1,0

6.1.10

Ikel tad-dieta għal raġunijiet mediċi speċjali (9)(29) maħsub speċifikament għat-trabi

1,0

1,0

(2)

In-nota (35) ta’ qiegħ il-paġna hija mħassra.


(1)  Limiti ta’ konċentrazzjoni aktar baxxi huma kkalkulati fuq il-premessa li l-valuri kollha tal-erba’ sustanzi taħt il-limitu ta’ kwantifikazzjoni huma żero.

(2)  Laħam u prodotti tal-laħam li għaddew minn trattament tas-sħana li potenzjalment jirriżulta fil-formazzjoni ta’ PAH, jiġifieri xiwi jew barbecue biss.

(3)  Għal prodotti fil-bott, l-analiżi għandha ssir fuq il-kontenut kollu tal-bott. Għandhom japplikaw l-Artikoli 2(1)(c) u 2(2) dwar il-livell massimu għall-prodott kompost sħiħ.”


Top