EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R1225

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1225/2010 tat- 13 ta’ Diċembru 2010 li jiffissa għall-2011 u l-2012 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-UE għal stokkijiet ta’ ħut ta’ ċerti speċijiet tal-baħar fond

OJ L 336, 21.12.2010, p. 1–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 22/12/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1225/oj

21.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1225/2010

tat-13 ta’ Diċembru 2010

li jiffissa għall-2011 u l-2012 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-UE għal stokkijiet ta’ ħut ta’ ċerti speċijiet tal-baħar fond

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 43(3) tat-Trattat, il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1) jesiġi li jiġu stabbiliti miżuri li jirregolaw l-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi u l-insegwiment sostenibbli tal-attivitajiet tas-sajd waqt li jitqiesu l-pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi eżistenti u b’mod partikolari rapporti magħmulin mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF).

(3)

Hija r-responsabbiltà tal-Kunsill li jadotta miżuri dwar l-istabbiliment u l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd skont l-attività jew l-attivitajiet tas-sajd, inklużi ċerti kondizzjonijiet li huma funzjonalment marbutin magħhom, fejn adatt. L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jitqassmu fost l-Istati Membri b’mod li tkun żgurata lil kull Stat Membru l-istabbiltà relattiva f’attivitajiet tas-sajd għal kull stokk jew sajd u wara li jitqiesu kif imiss l-għanijiet tal-Politika Komuni dwar is-Sajd stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 2371/2002.

(4)

Il-qabdiet totali permissibbli (TACs) għandhom jiġu stabbiliti abbażi tal-parir xjentifiku disponibbli, billi jittieħed kont tal-aspetti bijoloġiċi u soċjo-ekonomiċi filwaqt li jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll fid-dawl tal-opinjonijiet espressi matul il-konsultazzjoni tal-partijiet interessati, b’mod partikolari dawk tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sajd u l-Akkwakultura tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali kkonċernati.

(5)

L-opportunitajiet tas-sajd għandhom ikunu f’konformità ma’ ftehimiet u prinċipji internazzjonali, bħall-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1995 dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni ta’ stokkijiet transżonali u stokkijiet ta’ ħut li jpassi ħafna (2), u mal-prinċipji dettaljati ta’ ġestjoni stabbiliti fil-Linji Gwida Internazzjonali tal-2008 għall-Ġestjoni tas-Sajd f’Baħar Fond fl-Ibħra Miftuħa tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Biedja tan-Nazzjonijiet Uniti, li skonthom, b’mod partikolari, regolatur għandu jkun aktar kawt meta l-informazzjoni ma tkunx ċerta, ma tkunx affidabbli jew ma tkunx adegwata. In-nuqqas ta’ informazzjoni xjentifika adegwata m’għandux jintuża bħala raġuni biex ikunu posposti jew jonqos li jittieħdu miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni.

(6)

Il-pariri xjentifiċi l-aktar riċenti mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) (3) u mill-STECF (4) jindikaw li l-biċċa l-kbira tal-istokkijiet tal-baħar fond jinqabdu b’mod mhux sostenibbli u li l-opportunitajiet tas-sajd għal dawk l-istokkijiet, biex tkun żgurata s-sostenibbiltà tagħhom, għandhom jitnaqqsu sakemm l-evoluzzjoni tad-daqsijiet tal-istokkijiet turi xejra pożittiva. L-ICES tat ukoll il-parir li m’għandu jkun permess ebda sajd dirett għall-orange roughy.

(7)

Dwar il-klieb il-baħar tal-baħar fond, l-ispeċijiet kummerċjali ewlenin huma meqjusin li tbattlu, u għalhekk m’għandux isir sajd dirett għalihom. Sakemm l-ammont ta’ qbid inċidentali li ma jistax ikun evitat ikun stabbilit permezz ta’ proġetti ta’ selettività u ta’ miżuri tekniċi oħra, ebda qbid inċidentali m’għandu jitħalla jinħatt l-art.

(8)

L-opportunitajiet tas-sajd għall-ispeċijiet tal-baħar fond, kif elenkati fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 tas-16 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi ħtiġijiet speċifiċi ta’ aċċess u kondizzjonijiet relattivi għas-sajd ta’ ħażniet tal-baħar fond (5), huma deċiżi abbażi ta’ darbtejn f’sena. Madankollu, issir eċċezzjoni għall-istokkijiet tal-arġentina u għas-sajd ewlieni għal-linarda, li għalihom l-opportunitajiet tas-sajd jiddependu mir-riżultat tan-negozjati annwali man-Norveġja. L-opportunitajiet tas-sajd għal dawk l-istokkijiet għalhekk huma stabbiliti f’regolament annwali rilevanti ieħor li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd.

(9)

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (6), għandhom jiġu identifikati l-istokkijiet li huma soġġetti għad-diversi miżuri msemmijin fih.

(10)

Sabiex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, huwa importanti li dawn l-attivitajiet tas-sajd jinfetħu fl-1 ta’ Jannar 2011,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi għas-snin 2011 u 2012 l-opportunitajiet tas-sajd annwali disponibbli għall-bastimenti tal-UE għall-istokkijiet ta’ ħut ta’ ċerti speċijiet tal-baħar fond fl-ilmijiet tal-UE u f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

“bastiment tal-UE” tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru u li jkun irreġistrat fl-Unjoni;

(b)

“ilmijiet tal-UE” tfisser l-ilmijiet taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni tal-Istati Membri bl-eċċezzjoni ta’ ilmijiet maġenb it-territorji msemmijin fl-Anness II għat-Trattat;

(c)

“qabda totali permissibbli” (TAC) tfisser il-kwantità li tista’ tinqabad u tinħatt l-art minn kull stokk kull sena;

(d)

“kwota” tfisser proporzjon mit-TAC li tkun allokata lill-Unjoni, lil Stat Membru jew lil pajjiż terz;

(e)

“ilmijiet internazzjonali” tfisser ilmijiet li jaqgħu ‘l barra mis-sovranità u l-ġuriżdizzjoni ta’ kwalunkwe Stat.

2.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet taż-żoni li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

Iż-żoni tal-ICES huma dawk definiti fir-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta’ statistiċi ta’ qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu fil-grigal tal-Atlantiku (7);

(b)

Iż-żoni tas-CECAF (l-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant jew iż-żona ewlenija tas-sajd 34 tal-FAO) huma kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 216/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta’ statistiċi ta’ qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu f’ċerti żoni li m’humiex fl-Atlantiku tat-Tramuntana (8).

Artikolu 3

TACs u allokazzjonijiet

It-TACs għall-ispeċijiet tal-baħar fond li jinqabdu mill-bastimenti tal-UE fl-ilmijiet tal-UE u f’ċerti ilmijiet li mhumiex tal-UE, l-allokazzjoni ta’ TACs bħal dawn fost l-Istati Membri u l-kondizzjonijiet marbutin funzjonalment magħhom, fejn adatt, huma stipulati fl-Anness.

Artikolu 4

Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet

L-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri msemmija fl-Anness għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:

(a)

bdil magħmul skont l-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002;

(b)

tnaqqis u riallokazzjonijiet magħmulin skont l-Artikolu 37 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal- 20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (9) jew skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta’ bastimenti ta’ pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità (10);

(c)

ħatt l-art addizzjonali permess skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

(d)

kwantitajiet miżmuma skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

(e)

tnaqqis magħmul skont l-Artikoli 105 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Artikolu 5

Relazzjoni mar-Regolament (KE) Nru 847/96

Għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 847/96, il-kwoti kollha fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala kwoti analitiċi.

Artikolu 6

Kondizzjonijiet għall-ħatt l-art tal-qbid u l-qbid inċidentali

Il-ħut minn stokkijiet li għalihom huma ffissati opportunitajiet tas-sajd b’dan ir-Regolament għandu jinżamm abbord jew jinħatt l-art biss jekk ikun inqabad minn bastimenti ta’ Stat Membru li jkollu kwota li ma tkunx eżawrita.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jkun japplika mill-1 ta’ Jannar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

K. PEETERS


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  Ftehim dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni ta’ stokkijiet transżonali u stokkijiet ta’ ħut li jpassi ħafna (ĠU L 189, 3.7.1998, p. 16).

(3)  Rapport tal-Kumitat Konsultattiv tal-ICES dwar stokkijiet imqassmin fil-wisa’ u dwar stokkijiet migratorji, ktieb 9, Ġunju 2010.

(4)  Rapporti Xjentifiċi u Tekniċi taċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka, Analiżi mill-ġdid tal-parir xjentifiku għall-2011, il-parti 2, Lulju 2010.

(5)  ĠU L 351, 28.12.2002, p. 6.

(6)  ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3.

(7)  ĠU L 87, 31.3.2009, p. 70.

(8)  ĠU L 87, 31.3.2009, p. 1.

(9)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(10)  ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33.


ANNESS

Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għal żoni tal-ICES, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

PARTI 1

Definizzjoni tal-ispeċijiet u l-gruppi tal-ispeċijiet

1.

Fil-lista li tinsab fil-Parti 2 ta’ dan l-Anness, l-istokkijiet ta’ ħut jissemmew skont l-ordni alfabetiku tal-ismijiet bil-Latin tal-ispeċi. Madankollu, il-klieb il-baħar tal-baħar fond tqiegħdu fil-bidu ta’ dik il-lista. Hawn taħt tidher ukoll tabella ta’ korrispondenza tal-ismijiet komuni u tal-ismijiet bil-Latin għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

Isem komuni

Isem xjentifiku

Ċinturin iswed

Aphanopus carbo

Alfonsinos

Beryx spp.

Roundnose grenadier

Coryphaenoides rupestris

Orange roughy

Hoplostethus atlanticus

Linarda

Molva dypterygia

Paġell tal-garġi

Pagellus bogaraveo

Lipp tal-qawwi

Phycis spp.

2.

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “klieb il-baħar tal-baħar fond” tfisser il-lista ta’ speċijiet li ġejja:

Isem komuni

Isem xjentifiku

Catsharks tal-baħar fond

Apristurus spp.

Frilled shark

Chlamydoselachus anguinL-UEs

Żagħrun

Centrophorus granulosus

Leafscale gulper shark

Centrophorus squamosus

Mazzola Portugiża

Centroscymnus coelolepis

Longnose velved dogfish

Centroscymnus crepidater

Mazzol iswed

Centroscyllium fabricii

Mazzola (munqar l-għasfur)

Deania calcea

Murruna sewda

Dalatias licha

Mazzola kbira tal-fanal

Etmopterus princeps

Mazzola tal-fanal

Etmopterus spinax

Gattarell ħalqu iswed

Galeus melastomus

Mouse catshark

Galeus murinus

Murruna b’sitt garġi

Hexanchus griseus

Sailfin roughshark (Sharpback shark)

Oxynotus paradoxus

Knifetooth dogfish

Scymnodon ringens

Greenland shark

Somniosus microcephalus

PARTI 2

Opportunitajiet tas-sajd annwali applikabbli għall-bastimenti tal-UE f’żoni fejn jeżistu TACs skont l-ispeċi u skont iż-żona (f’tunnellati metriċi ta’ piż ħaj)

Speċi

:

Klieb il-baħar tal-baħar fond

Żona

:

L-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ V, VI, VII, VIII u IX (DWS/56789-)

Sena

2011 (1)

2012

 

Ġermanja

0

0

 

Estonja

0

0

 

Irlanda

0

0

 

Spanja

0

0

 

Franza

0

0

 

Litwanja

0

0

 

Polonja

0

0

 

Portugall

0

0

 

Renju Unit

0

0

 

UE

0

0

 

TAC

0

0

 


Speċi

:

Klieb il-baħar tal-baħar fond

Żona

:

L-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ X (DWS/10-)

Sena

2011 (2)

2012

 

Portugall

0

0

 

UE

0

0

 

TAC

0

0

 


Speċi

:

Klieb il-baħar tal-baħar fond u Deania hystricosa u Deania profundorum

Żona

:

L-ilmijiet internazzjonali ta’ XII (DWS/12-)

Sena

2011 (3)

2012

 

Irlanda

0

0

 

Spanja

0

0

 

Franza

0

0

 

Renju Unit

0

0

 

UE

0

0

 

TAC

0

0

 


Speċi

:

Ċinturin iswed

Aphanopus carbo

Żona

:

L-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ I, II, III u IV (BSF/1234-)

Sena

2011

2012

 

Ġermanja

4

3

 

Franza

4

3

 

Renju Unit

4

3

 

UE

12

9

 

TAC

12

9

 


Speċi

:

Ċinturin iswed

Aphanopus carbo

Żona

:

L-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ V, VI, VII u XII (BSF/56712-)

Sena

2011

2012

 

Ġermanja

27

25

 

Estonja

13

12

 

Irlanda

67

62

 

Spanja

134

124

 

Franza

1 884

1 743

 

Latvja

88

81

 

Litwanja

1

1

 

Polonja

1

1

 

Renju Unit

134

12

 

Oħrajn (4)

7

6

 

UE

2 356

2 179

 

TAC

2 356

2 179

 


Speċi

:

Ċinturin iswed

Aphanopus carbo

Żona

:

L-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ VIII, IX u X (BSF/8910-)

Sena

2011

2012

 

Spanja

11

11

 

Franza

26

26

 

Portugall

3 311

3 311

 

UE

3 348

3 348

 

TAC

3 348

3 348

 


Speċi

:

Ċinturin iswed

Aphanopus carbo

Żona

:

L-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ CECAF 34.1.2. (BSF/C3412-)

Sena

2011

2012

 

Portugall

4 071

3 867

 

UE

4 071

3 867

 

TAC

4 071

3 867

 


Speċi

:

Alfonsinos

Beryx spp.

Żona

:

L-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV (ALF/3X14-)

Sena

2011

2012

 

Irlanda

10

10

 

Spanja

74

74

 

Franza

20

20

 

Portugall

214

214

 

Renju Unit

10

10

 

UE

328

328

 

TAC

328

328

 


Speċi

:

Roundnose grenadier

Coryphaenoides rupestris

Żona

:

L-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ I, II u IV (RNG/124-)

Sena

2011

2012

 

Danimarka

2

1

 

Ġermanja

2

1

 

Franza

9

10

 

Renju Unit

2

1

 

UE

15

13

 

TAC

15

13

 


Speċi

:

Roundnose grenadier

Coryphaenoides rupestris

Żona

:

L-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ III (RNG/03-) (5)

Sena

2011

2012

 

Danimarka

804

804

 

Ġermanja

5

5

 

Svezja

41

41

 

UE

850

850

 

TAC

850

850

 


Speċi

:

Roundnose grenadier

Coryphaenoides rupestris

Żona

:

L-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ Vb, VI, VII (RNG/5B67-)

Sena

2011 (6)

2012 (6)

 

Ġermanja

5

5

 

Estonja

43

38

 

Irlanda

190

165

 

Spanja

48

41

 

Franza

2 409

2 096

 

Litwanja

55

48

 

Polonja

28

25

 

Renju Unit

141

123

 

Oħrajn (7)

5

5

 

UE

2 924

2 546

 

TAC

2 924

2 546

 


Speċi

:

Roundnose grenadier

Coryphaenoides rupestris

Żona

:

L-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ VIII, IX, X, XII u XIV (RNG/8X-14-)

Sena

2011 (8)

2012 (8)

 

Ġermanja

30

26

 

Irlanda

6

6

 

Spanja

3 286

2 857

 

Franza

151

132

 

Latvja

53

46

 

Litwanja

6

6

 

Polonja

1 028

894

 

Renju Unit

13

12

 

UE

4 573

3 979

 

TAC

4 573

3 979

 


Speċi

:

Orange roughy

Hoplostethus atlanticus

Żona

:

L-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ VI (ORY/06-)

Sena

2011

2012

 

Irlanda

0

0

 

Spanja

0

0

 

Franza

0

0

 

Renju Unit

0

0

 

UE

0

0

 

TAC

0

0

 


Speċi

:

Orange roughy

Hoplostethus atlanticus

Żona

:

L-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ VII (ORY/07-)

Sena

2011

2012

 

Irlanda

0

0

 

Spanja

0

0

 

Franza

0

0

 

Renju Unit

0

0

 

Oħrajn

0

0

 

UE

0

0

 

TAC

0

0

 


Speċi

:

Orange roughy

Hoplostethus atlanticus

Żona

:

L-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ I, II, III, IV, V, VIII, IX, X, XII u XIV (ORY/1CX14C)

Sena

2011

2012

 

Irlanda

0

0

 

Spanja

0

0

 

Franza

0

0

 

Portugall

0

0

 

Renju Unit

0

0

 

UE

0

0

 

TAC

0

0

 


Speċi

:

Linarda

Molva dypterygia

Żona

:

L-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ II u IV (BLI/24-)

Sena

2011

2012

 

Danimarka

4

4

 

Ġermanja

4

4

 

Irlanda

4

4

 

Franza

25

25

 

Renju Unit

15

15

 

Oħrajn (9)

4

4

 

UE

56

56

 

TAC

56

56

 


Speċi

:

Linarda

Molva dypterygia

Żona

:

L-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ III (BLI/03-)

Sena

2011

2012

 

Danimarka

4

3

 

Ġermanja

2

2

 

Svezja

4

3

 

UE

10

8

 

TAC

10

8

 


Speċi

:

Paġell tal-garġi

Pagellus bogaraveo

Żona

:

L-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ VI, VII u VIII (SBR/678-)

Sena

2011 (10)

2012 (10)

 

Irlanda

6

6

 

Spanja

172

172

 

Franza

9

9

 

Renju Unit

22

22

 

Oħrajn (11)

6

6

 

UE

215

215

 

TAC

215

215

 


Speċi

:

Paġell tal-garġi

Pagellus bogaraveo

Żona

:

L-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ IX (SBR/09-)

Sena

2011 (12)  (13)

2012 (12)  (13)

 

Spanja

614

614

 

Portugall

166

166

 

UE

780

780

 

TAC

780

780

 


Speċi

:

Paġell tal-garġi

Pagellus bogaraveo

Żona

:

L-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ X (SBR/10-)

Sena

2011

2012

 

Spanja

10

10

 

Portugall

1 116

1 116

 

Renju Unit

10

10

 

UE

1 136

1 136

 

TAC

1 136

1 136

 


Speċi

:

Lipp tal-qawwi

Phycis spp.

Żona

:

L-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ I, II, III u IV (GFB/1234-)

Sena

2011

2012

 

Ġermanja

9

9

 

Franza

9

9

 

Renju Unit

13

13

 

UE

31

31

 

TAC

31

31

 


Speċi

:

Lipp tal-qawwi

Phycis spp.

Żona

:

L-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ V, VI u VII (GFB/567-)

Sena

2011 (14)

2012 (14)

 

Ġermanja

10

10

 

Irlanda

260

260

 

Spanja

588

588

 

Franza

356

356

 

Renju Unit

814

814

 

UE

2 028

2 028

 

TAC

2 028

2 028

 


Speċi

:

Lipp tal-qawwi

Phycis spp.

Żona

:

L-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ VIII u IX (GFB/89-)

Sena

2011 (15)

2012 (15)

 

Spanja

242

242

 

Franza

15

15

 

Portugall

10

10

 

UE

267

267

 

TAC

267

267

 


Speċi

:

Lipp tal-qawwi

Phycis spp.

Żona

:

L-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ X u XII (GFB/1012-)

Sena

2011

2012

 

Franza

9

9

 

Portugall

36

36

 

Renju Unit

9

9

 

UE

54

54

 

TAC

54

54

 


(1)  Qabdiet inċidentali sa 3 % tal-kwoti tal-2009 huma permessi:

Bħala referenza: kwoti tal-2009

Ġermanja

20

Estonja

1

Irlanda

55

Spanja

93

Franza

339

Litwanja

1

Polonja

1

Portugall

127

Renju Unit

187

(2)  Massimu ta’ 8 % minn kull kwota jista’ jinstad fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ VIII u IX.

Bħala referenza: kwoti tal-2009

Portugall

10

(3)  Qabdiet inċidentali biss. Mhux permess sajd dirett għal din il-kwota.

Bħala referenza: kwoti tal-2009

Irlanda

1

Spanja

17

Franza

6

Renju Unit

1

(4)  Qabdiet inċidentali biss. Mhux permess sajd dirett għal din il-kwota.

(5)  Ebda sajd dirett għar-roundnose grenadier m’għandu jsir fiż-żona tal-ICES IIIa sakemm isiru konsultazzjonijiet bejn l-UE u n-Norveġja

(6)  Massimu ta’ 8 % minn kull kwota jista’ jinstad fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ VIII, IX, X, XII u XIV.

(7)  Qabdiet inċidentali biss. Mhux permess sajd dirett għal din il-kwota.

(8)  Massimu ta’ 8 % minn kull kwota jista’ jinstad fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ Vb, VI, VII.

(9)  Qabdiet inċidentali biss. Mhux permess sajd dirett għal din il-kwota.

(10)  Għandu jitħares daqs ta’ ħatt l-art minimu ta’ 35 ċm (tul totali). Madankollu 15 % tal-ħut li jinħatt l-art jista’ jkollu daqs minimu ta’ ħatt l-art ta’ mill-anqas 30 ċm (tul totali).

(11)  Qabdiet inċidentali biss. Mhux permess sajd dirett għal din il-kwota.

(12)  Għandu jitħares daqs ta’ ħatt l-art minimu ta’ 35 ċm (tul totali). Madankollu 15 % tal-ħut li jinħatt l-art jista’ jkollu daqs minimu ta’ ħatt l-art ta’ mill-anqas 30 ċm (tul totali).

(13)  Massimu ta’ 8 % minn kull kwota jista’ jinstad fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ VI, VII u VIII.

(14)  Massimu ta’ 8 % minn kull kwota jista’ jinstad fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ VIII u IX.

(15)  Massimu ta’ 8 % minn kull kwota jista’ jinstad fl-ilmijiet tal-UE u internazzjonali ta’ V, VI, VII.


Top