EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0185

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 tal- 4 ta’ Marzu 2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

OJ L 55, 5.3.2010, p. 1–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 07 Volume 010 P. 226 - 280

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/11/2015; Imħassar b' 32015R1998

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/185/oj

5.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 55/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 185/2010

tal-4 ta’ Marzu 2010

li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni msemmija fl-Artikolu 4(1) u tal-miżuri ġenerali li jissupplimentaw l-istandards bażiċi komuni msemmija fl-Artikolu 4(2) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Jekk ikun fihom miżuri ta’ sigurtà sensittivi, dawn il-miżuri għandhom jitqiesu bħala tagħrif tal-UE ikklassifikat fi ħdan it-tifsira tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, il-KEFA, il-Euratom tad-29 ta’ Novembru 2001 li temenda r-regoli interni tal-proċedura (2), kif ipprovdut bl-Artikolu 18, il-punt (a) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 u għalhekk ma għandhomx jiġu ppubblikati. Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati separatament, permezz ta’ Deċiżjoni indirizzata lill-Istati Membri.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 għandu japplika bis-sħiħ mid-data speċifikata fir-regoli tal-implimentazzjoni adottati skont il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 4(2) u 4(3) ta’ dak ir-Regolament iżda mhux aktar tard mid-29 ta’ April 2010. Dan ir-Regolament għandu għalhekk japplika mid-29 ta’ April 2010 sabiex tiġi armonizzata l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 u l-atti li jimplimentawh.

(4)

Il-metodi, inklużi t-teknoloġiji, użati għall-individwazzjoni tal-esplożivi likwidi se jiżviluppaw fuq perjodu ta’ żmien. Skont l-iżviluppi teknoloġiċi u l-esperjenzi tal-operat, kemm f’livell Komunitarju u globali, il-Kummissjoni se tagħmel proposti, meta hu xieraq, sabiex tirrevedi d-dispożizzjonijiet teknoloġiċi u dwar l-operat tal-iskrinjar tal-likwidi, aerosols u ġellijiet.

(5)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1217/2003 tal-4 ta’ Lulju 2003 li jistabbilixxi speċifikazzjonijiet komuni għal programmi ta’ kontroll ta’ kwalità għas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili nazzjonali (3), (KE) Nru 1486/2003 tat-22 ta’ Awwissu 2003 li jistabbilixxi proċeduri sabiex jitmexxew spezzjonijiet mill-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurta’ tal-avjazzjoni ċivili (4), (KE) Nru 1138/2004 tal-21 ta’ Ġunju 2004 li jistabbilixxi tifsira komuni għal partijiet kritiċi taż-żoni ta’ sigurtà ristretta fl-ajruporti (5), u (KE) Nru 820/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistipula miżuri għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni (6), li kollha implimentaw ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili (7) għandhom għalhekk jiġu rrevokati.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili stabbilit bl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għan

Dan ir-Regolament jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ standards bażiċi komuni sabiex l-avjazzjoni ċivili tkun issalvagwardjata kontra atti illeġittimi ta’ interferenza li jipperikolaw is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u l-miżuri ġenerali li jissupplimentaw l-istandards bażiċi komuni.

Artikolu 2

Regoli ta’ implimentazzjoni

1.   Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 1 huma stipulati fl-Anness.

2.   Skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, il-programmi nazzjonali tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili għandhom iqisu dan ir-Regolament kif xieraq.

Artikolu 3

Revoka

Ir-Regolamenti (KE) Nru 1217/2003, (KE) Nru 1486/2003, (KE) Nru 1138/2004 u (KE) Nru 820/2008 għandhom jiġu rrevokati b’effett mid-29 ta’ April 2010.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mid-29 ta’ April 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.

(2)  ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1.

(3)  ĠU L 169, 8.7.2003, p. 44.

(4)  ĠU L 213, 23.8.2003, p. 3.

(5)  ĠU L 221, 22.6.2004, p. 6.

(6)  ĠU L 221, 19.8.2008, p. 8.

(7)  ĠU L 355, 30.12.2002, p. 1.


ANNESS

1   SIGURTÀ FL-AJRUPORTI

1.0.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1.0.1.

Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, l-awtorità, l-operatur tal-ajruport, it-trasportatur tal-ajru jew l-entità responsabbli skont il-programm nazzjonali tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti f’dan il-kapitolu.

1.0.2.

Għall-finijiet ta’ dan il-kapitolu, inġenju tal-ajru, xarabank, karru tal-bagalji jew mezzi oħra tat-trasport, jew passaġġi minn fejn jgħaddu n-nies, jew jetway għandhom jitqiesu bħala parti minn ajruport.

Għall-finijiet ta’ dan il-kapitolu, “bagalji sikuri” tfisser bagalji skrinjati għal ġol-istiva li huma protetti b’mod fiżiku sabiex jiġi evitat li jiddaħħal kwalunkwe oġġett fihom.

1.0.3.

Mingħajr preġudizzju għall-kriterji għad-derogi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 272/2009, l-awtorità xierqa tista’ tippermetti proċeduri ta’ sigurtà speċjali jew eżenzjonijiet għall-protezzjoni u s-sigurtà taż-żoni tal-ajru fl-ajruporti fi ġranet meta ma jkunx hemm ippjanat li jitilqu aktar minn tmien titjiriet, sakemm inġenju tal-ajru wieħed biss ikun se jitgħabba, ikun se jinħatt, ikunu se jitilgħu n-nies fuqu jew ikunu se jiżbarkaw mill-inġenju tal-ajru fi kwalunkwe ħin wieħed jew fil-parti kritika taż-żona ta’ sigurtà ristretta jew f’ajruport li ma jkunx fl-ambitu tal-punt 1.1.3.

1.1.   REKWIŻITI TA’ PPJANAR FL-AJRUPORTI

1.1.1.   Konfini

1.1.1.1.

Il-konfini bejn iż-żoni tal-art, iż-żoni tal-ajru, iż-żoni ta’ sigurtà ristretta, il-partijiet kritiċi u, fejn applikabbli, iż-żoni demarkati għandhom ikunu jistgħu jiġu identifikati b’mod ċar f’kull ajruport sabiex ikunu jistgħu jittieħdu l-miżuri xierqa ta’ sigurtà f’kull waħda minn dawk iż-żoni.

1.1.1.2.

Il-konfini bejn iż-żona tal-art u ż-żona tal-ajru għandhom ikunu ostaklu fiżiku li l-pubbliku ġenerali jkun jista’ jarah b’mod ċar u li ma jippermettix aċċess għal persuni mhux awtorizzati.

1.1.2.   Żoni ta’ sigurtà ristretta

1.1.2.1.

Iż-żoni ta’ sigurtà ristretta għandhom jinkludi tal-anqas dan li ġej:

(a)

parti minn ajruport li l-passiġġieri skrinjati li sejrin għandhom aċċess għaliha; u

(b)

parti minn ajruport li minnha jistgħu jgħaddu jew li fiha jistgħu jinżammu l-bagalji skrinjati għal ġol-istiva, sakemm ma tikkonċernax il-bagalji sikuri; u

(c)

parti minn ajruport allokata għall-parkeġġ tal-inġenji tal-ajru li jkunu se jitilgħu n-nies fuqhom jew li jkunu se jitgħabbew.

1.1.2.2.

Parti minn ajruport għandha titqies bħala żona ta’ sigurtà ristretta tal-anqas għall-perjodu taż-żmien li tulu jkunu qegħdin jitwettqu l-attivitajiet imsemmija fil-punt 1.1.2.1.

Meta tiġi stabbilita żona ta’ sigurtà ristretta, għandha titwettaq tfittxija ta’ sigurtà tal-partijiet li setgħu ġew ikkontaminati immedjatament qabel ma tiġi stabbilita t-tali żona sabiex jiġi żgurat b’mod raġonevoli li ma fihiex oġġetti pprojbiti. Din id-dispożizzjoni għandha titqies li ġiet ssodisfata għall-inġenji tal-ajru li jkunu soġġetti għal tfittxija ta’ sigurtà tal-inġenji tal-ajru.

1.1.2.3.

Kull meta persuni mhux awtorizzati jista’ jkun li kellhom aċċess għal żoni ta’ sigurtà ristretta, għandha titwettaq tfittxija ta’ sigurtà minnufih tal-partijiet li setgħu ġew ikkontaminati sabiex jiġi żgurat b’mod raġonevoli li ma fihomx oġġetti pprojbiti. Din id-dispożizzjoni għandha titqies li ġiet ssodisfata għall-inġenji tal-ajru li jkunu soġġetti għal tfittxija ta’ sigurtà tal-inġenji tal-ajru.

1.1.3.   Partijiet kritiċi ta’ żoni ta’ sigurtà ristretta

1.1.3.1.

Il-partijiet kritiċi għandhom jiġu stabbiliti fl-ajruporti fejn aktar minn 40 persuna jkollha karta tal-identifikazzjoni tal-ajruport li tagħti aċċess għaż-żoni ta’ sigurtà ristretta.

1.1.3.2.

Il-partijiet kritiċi għandhom jinkludu tal-anqas dan li ġej:

(a)

il-partijiet kollha ta’ ajruport li l-passiġġieri skrinjati li sejrin għandhom aċċess għalihom; u

(b)

il-partijiet kollha ta’ ajruport li minnhom jistgħu jgħaddu jew li fihom jistgħu jinżammu l-bagalji skrinjati għal ġol-istiva, sakemm ma jikkonċernawx il-bagalji sikuri;

Parti minn ajruport għandha titqies bħala parti kritika tal-anqas għall-perjodu taż-żmien li tulu jkunu qegħdin jitwettqu l-attivitajiet imsemmija fil-punt (a) jew (b).

1.1.3.3.

Meta tiġi stabbilita parti kritika, għandha titwettaq tfittxija ta’ sigurtà tal-partijiet li setgħu ġew ikkontaminati immedjatament qabel ma tiġi stabbilita t-tali parti sabiex jiġi żgurat b’mod raġonevoli li ma fihiex oġġetti pprojbiti. Din id-dispożizzjoni għandha titqies li ġiet issodisfata għall-inġenji tal-ajru li jkunu soġġetti għal tfittxija ta’ sigurtà tal-inġenji tal-ajru.

1.1.3.4.

Kull meta persuni mhux skrinjati jista’ jkun li kellhom aċċess għal partijiet kritiċi, għandha titwettaq tfittxija ta’ sigurtà minnufih tal-partijiet li setgħu ġew ikkontaminati sabiex jiġi żgurat b’mod raġonevoli li ma fihomx oġġetti pprojbiti.

Din id-dispożizzjoni għandha titqies li ġiet ssodisfata għall-inġenji tal-ajru li jkunu soġġetti għal tfittxija jew kontroll ta’ sigurtà tal-inġenji tal-ajru.

Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika meta persuni koperti bil-punt 1.3.2 u l-punt 4.1.1.7 ikun kellhom aċċess għal dawk il-partijiet.

Persuni li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi għajr dawk elenkati fid-Dokument Mehmuż 4-B għandhom jitqiesu bħala persuni mhux skrinjati.

1.2.   KONTROLL FUQ L-AĊĊESS

1.2.1.   Aċċess għaż-żona tal-ajru

1.2.1.1.

L-aċċess għaż-żona tal-ajru jista’ jiġi awtorizzat biss jekk il-persuni u l-vetturi jkollhom raġuni leġittima għala jkunu qegħdin hemm.

1.2.1.2.

Sabiex persuna tingħata aċċess għal żona tal-ajru għandu jkollha awtorizzazzjoni.

1.2.1.3.

Sabiex vettura tingħata aċċess għal żona tal-ajru l-vettura għandha turi l-pass tal-vettura.

1.2.1.4.

Persuni li jinsabu fiż-żona tal-ajru, għandhom, meta mitluba, jippreżentaw l-awtorizzazzjoni tagħhom għall-kontroll.

1.2.2.   Aċċess għaż-żoni ta’ sigurtà ristretta

1.2.2.1.

L-aċċess għaż-żona ta’ sigurtà ristretta jista’ jingħata biss jekk il-persuni u l-vetturi jkollhom raġuni leġittima għala jkunu qegħdin hemm.

1.2.2.2.

Sabiex tingħata aċċess għal żona ta’ sigurtà ristretta persuna għandha tippreżenta waħda mill-awtorizzazzjonijiet li ġejjin:

(a)

karta għall-imbark valida jew l-ekwivalenti; jew

(b)

karta tal-identifikazzjoni tal-ekwipaġġ valida; jew

(c)

karta tal-identifikazzjoni tal-ajruport valida; jew

(d)

karta tal-identifikazzjoni valida tal-awtorità xierqa nazzjonali; jew

(e)

karta tal-identifikazzjoni tal-awtorità tal-konformità valida rikonoxxuta mill-awtorità nazzjonali xierqa.

1.2.2.3.

Sabiex vettura tingħata aċċess għaż-żoni ta’ sigurtà ristretta l-vettura għandha turi l-pass tal-vettura validu.

1.2.2.4.

Il-karta tal-imbark jew l-ekwivalenti msemmija fil-punt 1.2.2.2 (a) għandha tiġi ċċekkjata qabel ma persuna tingħata aċċess għaż-żoni ta’ sigurtà ristretta sabiex jiġi żgurat b’mod raġonevoli li tkun valida.

Il-karta msemmija fil-punt 1.2.2.2 (b) – (e), rispettivament, għandha tiġi ċċekkjata qabel ma persuna tingħata aċċess għaż-żoni ta’ sigurtà ristretta sabiex jiġi żgurat b’mod raġonevoli li tkun valida u tikkorrispondi mad-detentur.

1.2.2.5.

Għall-prevenzjoni ta’ aċċess mhux awtorizzat għaż-żoni ta’ sigurtà ristretta l-punti tal-aċċess għandhom jiġu kkontrollati minn:

(a)

sistema elettronika li tillimita l-aċċess għal kull persuna waħda waħda; jew

(b)

persuni awtorizatti li jimplimentaw il-kontroll fuq l-aċċess.

1.2.2.6.

Il-pass tal-vettura għandu jiġi ċċekkjat qabel ma vettura tingħata aċċess għal żoni ta’ sigurtà ristretta sabiex jiġi żgurat li jkun validu u jikkorrispondi mal-vettura.

1.2.2.7.

L-aċċess għal żoni ta’ sigurtà ristretta għandu wkoll ikun soġġett għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

1.2.3.   Rekwiżiti għall-karti tal-identifikazzjoni tal-ekwipaġġ u l-karti tal-identifikazzjoni tal-ajruport tal-Komunità

1.2.3.1.

Karta tal-identifikazzjoni tal-ekwipaġġ ta’ membru tal-ekwipaġġ impjegat minn trasportatur tal-ajru Komunitarju u karta tal-identifikazzjoni tal-ajruport jistgħu jinħarġu biss għal persuna li jkollha ħtieġa operazzjonali u li jkun sarilha kontroll tal-isfond b’eżitu pożittiv skont il-punt 11.1.3.

1.2.3.2.

Il-karti tal-identifikazzjoni tal-ekwipaġġ u tal-ajruport għandhom jinħarġu għal perjodu mhux itwal minn ħames snin.

1.2.3.3.

Il-karta tal-identifikazzjoni ta’ persuna li ma tgħaddix mill-kontroll tal-isfond għandha tiġi rtirata immedjatament.

1.2.3.4.

Il-karta tal-identifikazzjoni għandha tintlibes f’post fejn tidher tal-anqas kull meta d-detentur ikun f’żoni ta’ sigurtà ristretta.

Persuna li ma turix il-karta tagħha f’żoni ta’ sigurtà ristretta għajr f’dawk iż-żoni fejn ikun hemm il-passiġġieri għandha tintalab tagħmel dan minn persuni responsabbli għall-implimentazzjoni tal-punt 1.5.1 (c) u, skont kif ikun xieraq, tiġi rrappurtata.

1.2.3.5.

Il-karta tal-identifikazzjoni għandha tingħata lura immedjatament lill-entità li tkun ħarġitha:

(a)

malli tintalab mill-entità li tkun ħarġitha; jew

(b)

malli jintemm l-impjieg; jew

(c)

malli jinbidel min jimpjega; jew

(d)

malli jkun hemm bidla fil-ħtieġa li wieħed ikollu aċċess għaż-żoni li għalihom tkun ingħatat awtorizzazzjoni; jew

(e)

malli tiskadi l-karta; jew

(f)

malli tiġi rtirata l-karta;

1.2.3.6.

L-entità li toħroġ il-karta għandha tiġi nnotifikata immedjatament dwar telf, serq jew f’każ li l-karta tal-identifikazzjoni ma ngħatatx lura.

1.2.3.7.

Karta elettronika għandha tiġi invalidata immedjatament wara li tingħata lura, tiskadi, tiġi rtirata jew ikun hemm notifika dwar telf, serq jew f’każ li ma tingħatax lura.

1.2.3.8.

Il-karti tal-identifikazzjoni tal-ekwipaġġ u l-karti tal-identifikazzjoni tal-ajruport Komunitarji għandhom ukoll ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

1.2.4.   Rekwiżiti supplimentari għall-karti tal-identifikazzjoni tal-ekwipaġġ tal-Komunità

1.2.4.1.

Karta tal-identifikazzjoni ta’ membru tal-ekwipaġġ impjegat minn trasportatur tal-ajru Komunitarju għandha turi:

(a)

isem id-detentur u ritratt tiegħu; u

(b)

isem it-trasportatur tal-ajru; u

(c)

il-kelma “crew” bl-Ingliż, li għandha tibda tidher sa mhux aktar tard minn 5 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament; u

(d)

id-data ta’ skadenza, li għandha tiġi applikata sa mhux aktar tard minn 5 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

1.2.5.   Rekwiżiti supplimentari għall-karti tal-identifikazzjoni tal-ajruport

1.2.5.1.

Karta tal-identifikazzjoni tal-ajruport għandha turi:

(a)

isem id-detentur u ritratt tiegħu; u

(b)

isem min iħaddem lid-detentur, sakemm il-karta ma tkunx ipprogrammata elettronikament; u

(c)

isem l-entità li toħroġ il-karta jew isem l-ajruport; u

(d)

iż-żoni li d-detentur għandu aċċess għalihom; u

(e)

id-data ta’ skadenza, sakemm il-karta ma tkunx ipprogrammata elettronikament.

L-ismijiet u ż-żoni ta’ aċċess jistgħu jiġu ssostitwiti b’identifikazzjoni ekwivalenti.

1.2.5.2.

Sabiex jiġi evitat l-użu ħażin tal-karti tal-identifikazzjoni tal-ajruport, għandu jkun hemm sistema li tiżgura b’mod raġonevoli li jiġi individwat kwalunkwe attentat ta’ użu ta’ karti li jkunu ntilfu, insterqu jew li ma jkunux ingħataw lura. Malli t-tali użu jiġi individwat, għandha tittieħed azzjoni xierqa.

1.2.6.   Rekwiżiti għall-passes tal-vetturi

1.2.6.1.

Pass ta’ vettura jista’ jinħareġ biss fejn tkun ġiet stabbilita ħtieġa operazzjonali.

1.2.6.2.

Pass ta’ vettura għandu jkun speċifiku għall-vettura u juri:

(a)

iż-żoni li għandha aċċess għalihom; u

(b)

id-data ta’ skadenza.

Passes elettroniċi ta’ vetturi mhumiex meħtieġa juru ż-żoni li l-vettura għandha aċċess għalihom u lanqas id-data ta’ skadenza, sakemm dan it-tagħrif ikun jista’ jinqara b’mod elettroniku u jiġi ċċekkjat qabel ma jingħata l-aċċess għaż-żoni ta’ sigurtà ristretta.

1.2.6.3.

Pass elettroniku ta’ vettura għandu jitwaħħal mal-vettura b’mod li jiżgura li ma jistax jiġi ttrasferit minn vettura għall-oħra.

1.2.6.4.

Il-pass tal-vettura għandu jitqiegħed f’post fejn jidher kull meta l-vettura tkun tinsab f’żona tal-ajru.

1.2.6.5.

Il-pass tal-vettura għandu jingħata lura immedjatament lill-entità li tkun ħarġitu:

(a)

malli jintalab mill-entità li tkun ħarġitu; jew

(b)

meta l-vettura ma tkunx se tibqa’ tintuża sabiex ikollha aċċess għaż-żona tal-ajru; jew

(c)

malli jiskadi l-pass, sakemm il-pass ma jiġix invalidat awtomatikament.

1.2.6.6.

L-entità li toħroġ il-karta għandha tiġi nnotifikata immedjatament dwar telf, serq jew f’każ li l-pass tal-vettura ma jingħatax lura.

1.2.6.7.

Pass elettroniku tal-vettura għandu jiġi invalidat immedjatament wara li jingħata lura, jiskadi, jew ikun hemm notifika dwar telf, serq jew f’każ li ma jingħatax lura.

1.2.6.8.

Sabiex jiġi evitat l-użu ħażin tal-passes tal-vetturi, għandu jkun hemm sistema li tiżgura b’mod raġonevoli li jiġi individwat kwalunkwe attentat ta’ użu ta’ passes tal-vetturi li jkunu ntilfu, insterqu jew li ma jkunux ingħataw lura. Malli t-tali użu jiġi individwat, għandha tittieħed azzjoni xierqa.

1.2.7.   Aċċess skortat

1.2.7.1.

Il-membri tal-ekwipaġġ, għajr dawk li jkollhom karta tal-identifikazzjoni tal-ajruport valida, għandhom jiġu skortati l-ħin kollu meta jkunu f’żoni ta’ sigurtà ristretta għajr:

(a)

żoni fejn jista’ jkun hemm il-pasiġġeri; u

(b)

żoni fil-qrib ħafna tal-inġenju tal-ajru li jkunu waslu jew sejrin fuqu; u

(c)

żoni allokati għall-ekwipaġġ.

1.2.7.2.

Eċċezzjonalment, persuna tista’ tiġi eżentata mir-rekwiżiti tal-punt 1.2.5.1 u l-obbligi tal-kontrolli tal-isfond sakemm il-persuna tiġi skortata l-ħin kollu meta tkun fiż-żoni ta’ sigurtà ristretta.

1.2.7.3.

Skorta:

(a)

għandu jkollha karta tal-identifikazzjoni valida kif imsemmi fil-punt 1.2.2.2 (c), (d) jew (e); u

(b)

għandha tkun awtorizzata tiskorta f’żoni ta’ sigurtà ristretta; u

(c)

iżżomm lill-persuna jew lill-persuni skortata/i l-ħin kollu direttament taħt għajnejha; u

(d)

tiżgura b’mod raġonevoli li ma jitwettaq l-ebda ksur tas-sigurtà mill-persuna jew il-persuni skortata/i.

1.2.7.4.

Vettura tista’ tiġi eżentata mir-rekwiżiti tal-punt 1.2.6 sakemm tiġi skortata l-ħin kollu meta tkun fiż-żoni tal-ajru.

1.2.8.   Eżenzjonijiet oħra

Eżenzjonijiet oħra għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

1.3.   SKRINJAR TA’ PERSUNI GĦAJR IL-PASSIĠĠIERI U L-OĠĠETTI LI JĠORRU MAGĦHOM

1.3.1.   Skrinjar ta’ persuni għajr il-passiġġieri u l-oġġetti li jġorru magħhom

1.3.1.1.

L-iskrinjar ta’ persuni għajr il-passiġġieri u l-oġġetti li jġorru magħhom għandu jitwettaq bl-istess mod għall-passiġġieri u l-bagalji tal-kabina, rispettivament.

1.3.1.2.

Il-punti 4.1.1.1 – 4.1.1.6 u 4.1.1.8 għandhom japplikaw fir-rigward tal-iskrinjar ta’ persuni għajr il-passiġġieri.

1.3.1.3.

Il-punti 4.1.2.1 – 4.1.2.9 u 4.1.2.12 għandhom japplikaw fir-rigward tal-iskrinjar tal-oġġetti li persuni għajr il-passiġġieri jġorru magħhom.

1.3.1.4.

L-oġġetti elenkati fid-Dokument Mehmuż 4-C jistgħu jinġarru biss jekk il-persuna tkun awtorizzata ġġorrhom sabiex twettaq il-ħidmiet li huma essenzjali għat-tħaddim tal-faċilitajiet tal-ajruport jew tal-inġenji tal-ajru, jew sabiex twettaq il-ħidmiet ta’ waqt it-titjira.

1.3.1.5.

Fejn persuni għajr il-passiġġieri u l-oġġetti li jġorru magħhom jeħtieġ li jiġu skrinjati fuq bażi aleatorja, il-frekwenza għandha tiġi stabbilita mill-awtorità xierqa abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskji.

1.3.1.6.

L-iskrinjar ta’ persuni għajr il-passiġġieri u l-oġġetti li jġorru magħhom għandhom ikunu wkoll soġġetti għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

1.3.2.   Eżenzjonijiet u proċeduri ta’ skrinjar speċjali

1.3.2.1.

L-awtorità xierqa tista’, għal raġunijiet oġġettivi, tippermetti li persuni għajr il-passiġġieri jkunu eżentati mill-iskrinjar, jew li jkunu soġġetti għal proċeduri ta’ skrinjar speċjali, sakemm ikunu skortati minn persuna awtorizzata tiskorta skont il-punt 1.2.7.3.

1.3.2.2.

Il-persuni skrinjati għajr il-passiġġieri li temporanjament jitilqu mill-partijiet kritiċi jistgħu jiġu eżentati mill-iskrinjar malli jaslu lura sakemm ikunu ilhom biżżejjed taħt osservazzjoni minn persuni awtorizzati biex jiġi żgurat b’mod raġonevoli li ma jdaħħlux oġġetti pprojbiti f’dawk il-partijiet kritiċi.

1.3.2.3.

Eżenzjonijiet u proċeduri ta’ skrinjar speċjali għandhom ikunu wkoll soġġetti għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

1.4.   EŻAMI TAL-VETTURI

1.4.1.   Vetturi li jidħlu fil-partijiet kritiċi

1.4.1.1.

Il-vetturi kollha għandhom jiġu eżaminati qabel ma jidħlu fil-partijiet kritiċi. Għandhom jiġu protetti minn interferenzi illeġittimi minn wara l-eżami sa ma jidħlu fil-partijiet kritiċi.

1.4.1.2.

Is-sewwieq u kwalunkwe okkupant ieħor tal-vettura ma għandhomx ikunu fil-vettura meta jsir l-eżami. Huma jkunu meħtieġa joħorġu l-affarijiet personali tagħhom minn ġol-vettura għall-iskrinjar.

1.4.1.3.

Jeħtieġ li jkun hemm metodoloġiji definiti li jiżguraw li l-għażla taż-żoni li għandhom jiġu eżaminati tkun aleatorja.

1.4.1.4.

Il-vetturi li jidħlu fil-partijiet kritiċi għandhom ikunu wkoll soġġetti għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

1.4.2.   Vetturi li jidħlu f’żoni ta’ sigurtà ristretta għajr il-partijiet kritiċi

1.4.2.1.

Is-sewwieq u kwalunkwe okkupant ieħor tal-vettura ma għandhomx ikunu fil-vettura meta jsir l-eżami. Huma jkunu meħtieġa joħorġu l-affarijiet personali tagħhom minn ġol-vettura għall-iskrinjar.

1.4.2.2.

Għandu jkun hemm metodoloġiji definiti li jiżguraw li l-għażla kemm tal-vetturi kif ukoll taż-żoni li għandhom jiġu eżaminati tkun aleatorja.

1.4.2.3.

Il-vetturi li jidħlu fiż-żoni ta’ sigurtà ristretta għajr il-partijiet kritiċi għandhom ikunu wkoll soġġetti għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

1.4.3.   Metodi ta’ eżaminar

1.4.3.1.

Tfittxija bl-idejn għandha tikkonsisti minn kontroll manwali bir-reqqa taż-żoni magħżula, inkluż il-kontenut tagħhom, sabiex jiġi żgurat b’mod raġonevoli li ma jkunx fihom oġġetti pprojbiti.

1.4.3.2.

Il-metodi li ġejjin jistgħu jintużaw biss bħala mezz supplimentari ta’ eżaminar:

(a)

klieb li jindividwaw l-isplussivi; u

(b)

tagħmir għall-individwazzjoni ta’ traċċi tal-isplussivi (ETD).

1.4.3.3.

Il-metodi tal-eżaminar għandhom ikunu wkoll soġġetti għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

1.4.4.   Eżenzjonijiet u proċeduri ta’ eżaminar speċjali

1.4.4.1.

L-awtorità xierqa tista’, għal raġunijiet oġġettivi, tippermetti li vetturi jkunu eżentati mill-eżami, jew li jkunu soġġetti għal proċeduri ta’ eżaminar speċjali, sakemm ikunu skortati minn persuna awtorizzata tiskorta skont il-punt 1.2.7.3.

1.4.4.2.

Eżenzjonijiet u proċeduri ta’ eżaminar speċjali għandhom ikunu wkoll soġġetti għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

1.5.   SORVELJANZA, GĦASSA U KONTROLLI FIŻIĊI OĦRA

1.5.1.

Għandha titwettaq sorveljanza jew għassa sabiex jiġu mmonitorjati:

(a)

il-konfini bejn iż-żoni tal-art, iż-żoni tal-ajru, iż-żoni ta’ sigurtà ristretta, il-partijiet kritiċi u, fejn applikabbli, iż-żoni demarkati; u

(b)

iż-żoni tat-terminals u ż-żoni li jkunu fil-qrib tagħhom li jkunu aċċessibbli għall-pubbliku, inklużi ż-żoni ta’ parkeġġ u l-partijiet tat-toroq li jgħaddu minnhom il-vetturi; u

(c)

il-validità tal-karti tal-identifkazzjoni tal-persuni f’żoni ta’ sigurtà ristretta għajr f’dawk iż-żoni fejn ikun hemm il-passiġġieri u li l-karti tal-identifikazzjoni tagħhom ikunu jidhru; u

(d)

il-validità tal-passes tal-vetturi u li l-passes ikunu jidhru meta l-vetturi jinsabu fiż-żoni tal-ajru; u

(e)

il-bagalji tal-istiva, il-merkanzija u l-posta, il-provvisti għal matul it-titjira, il-posta u l-materjali tat-trasportatur tal-ajru fil-partijiet kritiċi li jkunu qegħdin jistennew biex jitgħabbew.

1.5.2.

Il-frekwenza ta’ u l-mezzi għat-twettiq tas-sorveljanza u l-għassa għandhom jiġu bbażati fuq valutazzjoni tar-riskji mwettqa mill-awtorità xierqa, li tqis:

(a)

id-daqs tal-ajruport, inklużi l-għadd u n-natura tal-operazzjonijiet; u

(b)

it-taqsim tal-ajruport, b’mod partikolari l-interrelazzjoni bejn iż-żoni stabbiliti fl-ajruport; u

(c)

il-possibbiltajiet u l-limitazzjonijiet tal-mezzi għat-twettiq tas-sorveljanza u l-għassa.

Il-partijiet tal-valutazzjoni tar-riskji relatati mal-frekwenza ta’ u l-mezzi għat-twettiq tas-sorveljanza u l-għassa għandhom, meta mitluba, jiġu pprovduti bil-miktub għal finijiet ta’ monitoraġġ tal-konformità.

1.5.3.

Is-sorveljanza u l-għassa ma għandhomx isegwu mudell prevedibbli. Il-validità tal-karti tal-identifikazzjoni għandhom jiġu ċċekkjati fuq bażi aleatorja.

1.5.4.

Għandu jkun hemm miżuri li jiskoraġġixxu kemm li persuni jiksru l-punti ta’ kontroll tas-sigurtà kif ukoll, li f’każ li jseħħ it-tali ksur, jippermettu li l-ksur u r-riperkussjonijiet tiegħu jiġu solvuti u rrettifikati.

2   ŻONI DEMARKATI TAL-AJRUPORTI

L-ebda dispożizzjoni f’dan ir-Regolament.

3   SIGURTÀ TAL-INĠENJI TAL-AJRU

3.0.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

3.0.1.

Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, trasportatur tal-ajru għandu jiżgura l-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti f’dan il-kapitolu fir-rigward tal-inġenji tal-ajru tiegħu.

3.0.2.

Il-pajjiżi terzi fejn l-istandards tas-sigurtà applikati huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni fir-rigward tas-sigurtà tal-inġenji tal-ajru huma elenkati fid-Dokument Mehmuż 3-B.

3.0.3.

Inġenju tal-ajru jeħtieġ li ma jkunx soġġett għal kontroll ta’ sigurtà ta’ inġenju tal-ajru. Għandu jkun soġġett għal tfittxija ta’ sigurtà tal-inġenju tal-ajru skont il-punt 3.1.

3.0.4.

Trasportatur tal-ajru għandu, meta mitlub, jiġi nnotifkat mill-operatur tal-ajruport dwar jekk l-inġenju tal-ajru tiegħu jkunx jinsab f’parti kritika jew le. Meta dan it-tagħrif ma jkunx ċar, wieħed għandu jassumi li l-inġenju tal-ajru jinsab f’parti li mhijiex kritika.

3.0.5.

Meta żona ma tibqax titqies bħala parti kritika minħabba bidla fl-istatus tas-sigurtà l-ajruport imbagħad għandu jgħarraf lil dawk it-trasportaturi bl-ajru milquta.

3.1.   TFITTXIJA TA’ SIGURTÀ TAL-INĠENJU TAL-AJRU

3.1.1.   Meta għandha titwettaq tfittxija ta’ sigurtà ta’ inġenju tal-ajru

3.1.1.1.

Inġenju tal-ajru dejjem għandu jiġi soġġett għal tfittxija tas-sigurtà ta’ inġenju tal-ajru kull meta jkun hemm raġuni sabiex wieħed jemmen li persuni mhux awtorizzati setgħu kellhom aċċess għalih.

3.1.1.2.

Tfittxija tas-sigurtà ta’ inġenju tal-ajru għandha tikkonsisti minn eżami taż-żoni tal-inġenju tal-ajru ddefiniti li huma stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

3.1.1.3.

Inġenju tal-ajru li jasal f’parti kritika minn pajjiż terz li mhux elenkat fid-Dokument Mehmuż 3-B għandu jkun soġġett għal tfittxija tas-sigurtà ta’ inġenju tal-ajru fi kwalunkwe ħin wara l-iżbarkar tal-passiġġieri u/jew il-ħatt tal-istiva.

3.1.1.4.

Inġenju tal-ajru li jkun ġej minn Stat Membru fejn kien fi tranżitu wara li jkun wasal minn pajjiż terz li mhux elenkat fid-Dokument Mehmuż 3-B għandu jitqies bħala inġenju tal-ajru li jkun ġej minn pajjiż terz.

3.1.1.5.

Il-ħin li fih għandha titwettaq it-tfittxija tas-sigurtà ta’ inġenju tal-ajru għandu jkun ukoll soġġett għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

3.1.2.   Kif għandha titwettaq tfittxija ta’ sigurtà ta’ inġenju tal-ajru

Il-mod kif għandha titwettaq it-tfittxija tas-sigurtà ta’ inġenju tal-ajru għandu jkun soġġett għad-dispożizzjonijiet stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

3.1.3.   Tagħrif dwar it-tfittxija tas-sigurtà ta’ inġenju tal-ajru

It-tagħrif li ġej dwar it-tfittxija tas-sigurtà ta’ inġenju tal-ajru ta’ titjira li tkun se titlaq għandu jiġi rreġistrat u għandu jinżamm x’imkien mhux fuq l-inġejnu tal-ajru matul it-titjira jew għal 24 siegħa, skont liema minnhom ikun l-itwal.

in-numru tat-titjira; u

id-destinazzjoni; u

l-oriġini tat-titjira preċedenti; u

indikazzjoni dwar jekk twettqitx jew le t-tfittxija tas-sigurtà ta’ inġenju tal-ajru.

Meta t-tfittxija tas-sigurtà ta’ inġenju tal-ajru tkun twettqet, it-tagħrif għandu jinkludi wkoll:

id-data u l-ħin meta tkun twettqet it-tfittxija tas-sigurtà tal-inġenju tal-ajru; u

l-isem u l-firma tal-persuna responsabbli għat-twettiq tat-tfittxija tas-sigurtà tal-inġenju tal-ajru.

3.2.   PROTEZZJONI TAL-INĠENJI TAL-AJRU

3.2.1.   Protezzjoni tal-inġenji tal-ajru - ġenerali

3.2.1.1.

Ikun fejn ikun ipparkjat fl-ajruport, inġenju tal-ajru għandu jkun protett minn aċċess mhux awtorizzat billi:

(a)

jkun żgurat li l-persuni li jfittxu li jiksbu aċċess mhux awtorizzat jiġu kkontrollati minnufih; jew

(b)

jkollu l-bibien esterni tiegħu magħluqa. Meta l-inġenju tal-ajru jkun f’parti kritika, il-bibien esterni li ma jkunux aċċessibbli mill-art għandhom jitqiesu magħluqa jekk l-għajnuniet għall-aċċess ikunu tneħħew u tqiegħdu ‘ll bogħod biżżejjed mill-inġenju tal-ajru sabiex l-aċċess jiġi evitat b’mod raġonevoli; jew

(c)

jkun hemm mezzi elettroniċi li immedjatament jindividwaw aċċess mhux awtorizzat.

3.2.1.2.

Il-Punt 3.2.1.1 ma għandux japplika għal inġenju tal-ajru pparkjat f’ħangar li jkun imsakkar jew protett b’xi mod ieħor minn aċċess mhux awtorizzat.

3.2.2.   Protezzjoni addizzjonali ta’ inġenju tal-ajru bil-bibien esterni magħluqa f’parti oħra għajr il-parti kritika

3.2.2.1.

Meta l-bibien esterni jingħalqu u l-inġenju tal-ajru jkun f’parti għajr il-parti kritika, kull bieb estern għandu wkoll:

(a)

ikollu l-għajnuniet għall-aċċess imneħħija; jew

(b)

ikun issiġillat; jew

(c)

ikun imsakkar; jew

(d)

jiġi mmonitorjat.

Il-punt (a) ma għandux japplika għal bieb li jkun aċċessibbli mill-art.

3.2.2.2.

Meta jitneħħew l-għajnuniet għall-aċċess għall-bibien li ma jkunux aċċessibbli mill-art, għandhom jitqiegħdu ‘l bogħod biżżejjed mill-inġenju tal-ajru sabiex l-aċċess jiġi evitat b’mod raġonevoli.

3.2.2.3.

Meta l-bibien esterni jkunu msakkra, il-persuni li jkollhom ħtieġa operazzjonali biss għandhom ikunu jistgħu jiftħu dawn il-bibien.

3.2.2.4.

Meta l-bibien esterni jiġu mmonitorjati, il-monitoraġġ għandu jiżgura li l-aċċess mhux awtorizzat għall-inġenju tal-ajru jiġi individwat immedjatament.

3.2.2.5.

Il-protezzjoni tal-inġenji tal-ajru bil-bibien esterni magħluqa f’parti għajr parti kritika għandha tkun soġġetta wkoll għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

DOKUMENT MEHMUŻ 3-A

TFITTXIJA TAS-SIGURTÀ TA’ INĠENJU TAL-AJRU

Id-dispożizzjonijiet dettaljati għal tfittxija tas-sigurtà ta’ inġenju tal-ajru huma stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

DOKUMENT MEHMUŻ 3-B

SIGURTÀ TAL-INĠENJI TAL-AJRU

PAJJIŻI TERZI RIKONOXXUTI LI QEGĦDIN JAPPLIKAW L-ISTANDARDS TAS-SIGURTÀ EKWIVALENTI GĦALL-ISTANDARDS BAŻIĊI KOMUNI

Fir-rigward tas-sigurtà tal-inġenji tal-ajru, il-pajjiżi terzi li ġejjin ġew rikonoxxuti li qegħdin japplikaw l-istandards tas-sigurtà ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni:

4   PASSIĠĠIERI U BAGALJI TAL-KABINA

4.0.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

4.0.1.

Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, l-awtorità, l-operatur tal-ajruport, it-trasportatur tal-ajru jew l-entità responsabbli skont il-programm nazzjonali tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti f’dan il-kapitolu.

4.0.2.

Il-pajjiżi terzi fejn l-istandards tas-sigurtà applikati huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni fir-rigward tas-sigurtà tal-passiġġieri u tal-bagalji tal-kabina huma elenkati fid-Dokument Mehmuż 4-B.

4.0.3.

Il-passiġġieri u l-bagalji tal-kabina tagħhom li jkunu ġejjin minn Stat Membru fejn l-inġenju tal-ajru kien fi tranżitu wara li jkun wasal minn pajjiż terz li ma jkunx elenkat fid-Dokument Mehmuż 4-B għandhom jitqiesu bħala passiġġieri u bagalji tal-kabina li ġejjin minn pajjiż terz, sakemm ma jkunx hemm konferma li dawn il-passiġġieri u l-bagalji tal-kabina tagħhom ġew skrinjati f’dak l-Istat Membru.

4.0.4.

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu “likwidi, aerosols u ġellijiet” (LAGs) għandhom jinkludu pejsts, lozjonijiet, taħlitiet likwidi/solidi u l-kontenut ta’ reċipjenti taħt pressjoni, bħalma huma l-pejst għat-tindif tas-snien, il-ġell tax-xagħar, xarbiet, sopop, xropp, fwieħa, fowm tal-leħja u oġġetti oħra b’konsistenzi simili.

4.1.   SKRINJAR TAL-PASSIĠĠIERI U TAL-BAGALJI TAL-KABINA

4.1.1.   Skrinjar tal-passiġġieri

4.1.1.1.

Qabel l-iskrinjar, il-passiġġieri għandhom jinżgħu il-kowtijiet u l-ġkieket u dawn għandhom jiġu skrinjati bħala bagalji tal-kabina.

4.1.1.2.

Il-passiġġieri għandhom jiġu skrinjati permezz ta’:

(a)

tfittxija bl-idejn; jew

(b)

individwaturi tal-metall li tgħaddi minnhom (WTMD).

Meta dak li jkun qiegħed iwettaq l-iskrinjar ma jkunx jista’ jiddetermina jekk il-passiġġieri humiex iġorru oġġetti pprojbiti jew le, il-passiġġier ma għandux jingħata aċċess għal żoni ta’ sigurtà ristretta jew għandu jerġa’ jiġi skrinjat sa ma dak li jkun qiegħed iwettaq l-iskrinjar ikun sodisfatt.

4.1.1.3.

Meta ssir tfittxija bl-idejn din għandha titwettaq b’mod li jiżgura b’mod raġonevoli li l-persuna ma tkunx qiegħda ġġorr oġġetti pprojbiti.

4.1.1.4.

Meta t-tagħmir jiskatta l-allarm tad-WTMD, il-kawża tal-allarm għandha tiġi riżolta.

4.1.1.5.

Tagħmir ta’ individwazzjoni tal-metall li jinżamm fl-idejn (HHMD) jista’ jintuża biss bħala mezz supplimentari għall-iskrinjar. Ma għandux jissostitwixxi r-rekwiżiti ta’ tfittxija bl-idejn.

4.1.1.6.

Meta annimal ħaj jitħalla jinġarr fil-kabina ta’ inġenju tal-ajru, dan għandu jiġi skrinjat jew bħala passiġġier jew bħala bagalja tal-kabina.

4.1.1.7.

L-awtorità xierqa tista’ toħloq kategoriji ta’ passiġġieri li, għal raġunijiet oġġettivi, għandhom ikunu soġġetti għal proċeduri speċjali ta’ skrinjar jew jistgħu jiġu eżentati mill-iskrinjar. Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa dwar il-kategoriji maħluqa.

4.1.1.8.

L-iskrinjar tal-passiġġieri għandu jkun ukoll soġġett għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

4.1.2.   L-iskrinjar tal-bagalji tal-kabina

4.1.2.1.

Qabel l-iskrinjar, il-kompjuters li jinġarru u oġġetti kbar oħra li jaħdmu bl-elettriku għandhom jitneħħew mill-bagalji tal-kabina u għandhom jiġu skrinjati b’mod separat.

4.1.2.2.

Qabel l-iskrinjar, l-LAGs għandhom jitneħħew mill-bagalji tal-kabina u għandhom jiġu skrinjati b’mod separat, sakemm it-tagħmir li jkun qiegħed jintuża għall-iskrinjar tal-bagalji tal-kabina jkun jista’ jiskrinja kontenituri multipli tal-LAGs magħluqa fil-bagalji.

Meta l-LAGs jitneħħew mill-bagalji tal-kabina, il-passiġġier għandu jippreżenta:

(a)

l-LAGs kollha f’kontenituri individwali b’kapaċità ta’ mhux aktar minn 100 millilitru jew l-ekwivalenti f’borża tal-plastik trasparenti li tista’ terġa’ tiġi ssiġillata mill-ġdid b’kapaċità li ma taqbiżx il-litru (1), fejn il-kontenut tal-borża tal-plastik ikun joqgħod tajjeb fil-borża u l-borża tkun magħluqa kompletament; u

(b)

l-LAGs l-oħra b’mod separat.

4.1.2.3.

Il-bagalji tal-kabina għandhom jiġu skrinjati permezz ta’:

(a)

tfittxija bl-idejn; jew

(b)

tagħmir tar-raġġi X; jew

(c)

tagħmir b’sistemi għall-individwazzjoni tal-isplussivi (EDS).

Meta dak li jkun qiegħed iwettaq l-iskrinjar ma jkunx jista’ jiddetermina jekk il-bagalji tal-kabina fihomx oġġetti pprojbiti jew le, dawn għandhom jew jiġu rrifjutati jew jerġgħu jiġu skrinjati sa ma dak li jkun qiegħed iwettaq l-iskrinjar ikun sodisfatt.

4.1.2.4.

Tfittxija bl-idejn tal-bagalji tal-kabina għandha tikkonsisti minn kontroll manwali tal-bagalji, inkluż il-kontenut tagħhom, sabiex jiġi żgurat b’mod raġonevoli li ma jkunx fihom oġġetti pprojbiti.

4.1.2.5.

Meta jintuża tagħmir tar-raġġi X jew bl-EDS, dak li jkun qiegħed iwettaq l-iskrinjar għandu jara kull immaġni.

4.1.2.6.

Meta jintuża tagħmir tar-raġġi X jew bl-EDS, l-allarmi kollha għandhom jiġu riżolti sa ma dak li jkun qiegħed iwettaq l-iskrinjar ikun sodisfatt sabiex jiġi żgurat b’mod raġonevoli li l-ebda oġġett ipprojbit ma jinġarr fiż-żona ta’ sigurtà ristretta (SRA) jew abbord l-inġenju tal-ajru.

4.1.2.7.

Meta jintuża tagħmir tar-raġġi X jew bl-EDS, kwalunkwe oġġett li minħabba d-densità tiegħu ma jħallix lil dak li jkun qiegħed iwettaq l-iskrinjar janalizza l-kontenut tal-bagalji tal-kabina għandu jinħareġ mill-bagalji. Il-bagalji għandhom jerġgħu jiġu skrinjati u l-oġġett għandu jiġi skrinjat b’mod separat bħala bagalja tal-kabina.

4.1.2.8.

Kwalunkwe bagalja li fiha jinsab oġġett kbir li jaħdem bl-elettriku għandha terġà tiġi skrinjata mingħajr dak l-oġġett fiha u l-oġġett li jaħdem bl-elettriku għandu jiġi skrinjat b’mod separat.

4.1.2.9.

Klieb għall-individwazzjoni ta’ splussivi u tagħmir ta’ individwazzjoni ta’ traċċi tal-isplussivi (ETD) jistgħu jintużaw biss bħala mezzi supplimentari għall-iskrinjar.

4.1.2.10.

L-awtorità xierqa tista’ toħloq kategoriji ta’ bagalji tal-kabina li, għal raġunijiet oġġettivi, għandhom ikunu soġġetti għal proċeduri speċjali ta’ skrinjar jew jistgħu jiġu eżentati mill-iskrinjar. Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa dwar il-kategoriji maħluqa.

4.1.2.11.

L-awtorità xierqa tista’ tippermetti li basket diplomatiku jiġi eżentat mill-iskrinjar jew ikun soġġett għal proċeduri ta’ sigurtà speċjali sakemm ikunu ġew issodisfati r-rekwiżiti tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi.

4.1.2.12.

L-iskrinjar tal-bagalji tal-kabina għandu jkun ukoll soġġett għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

4.1.3.   Skrinjar tal-likwidi, aerosols u ġellijiet (LAGs)

4.1.3.1.

L-LAGs għandhom jiġu skrinjati permezz ta’:

(a)

tagħmir tar-raġġi X;

(b)

sistemi għall-individwazzjoni ta’ splussivi (EDS);

(c)

tagħmir ta’ individwazzjoni ta’ traċċi tal-isplussivi (ETD);

(d)

strixxi għall-ittestjar permezz ta’ reazzjoni kimika; jew

(e)

skeners għal-likwidi bbottiljati.

4.1.3.2.

Dewqan jew ittestjar fuq il-ġilda jista’ jintuża bħala mezz supplimentari ta’ skrinjar.

4.1.3.3.

L-iskrinjar tal-LAGs għandu jkun ukoll soġġett għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

4.1.3.4.

L-LAGs li jinġarru mill-passiġġieri jistgħu jiġu eżentati mill-iskrinjar jekk l-LAG jkun:

(a)

f’kontenituri individwali b’kapaċità li ma taqbiżx il-100 millilitru jew l-ekwivalenti f’borża tal-plastik trasparenti li tista’ terġa tiġi ssiġillata mill-ġdid li ma taqbiżx il-litru (1), billi l-kontenut tal-borża tal-plastik joqgħod tajjeb u l-borża tkun magħluqa kompletament; jew

(b)

se jintuża matul il-vjaġġ u huwa meħtieġ għal raġunijiet mediċi inkella bħala rekwiżit speċjali tad-dieta, inkluż l-ikel tat-trabi. Meta jintalab jagħmel dan, il-passiġġier għandu jagħti prova tal-awtentiċità tal-likwidu eżentat; jew

(c)

inxtara minn żona tal-ajru lil hinn mill-punt fejn jiġu kkontrollati l-karti tat-tlugħ, minn ħwienet li huma soġġetti għal proċeduri approvati tas-sigurtà bħala parti mill-programm tas-sigurtà tal-ajruport, bil-kundizzjoni li l-likwidu jkun ippakkjat f’borża li tidher li ma tkunx ġiet imbagħbsa kif ukoll li tagħti biżżejjed provi li jkun inxtara mill-ajruport dakinhar; jew

(d)

inkiseb fiż-żona ta’ sigurtà ristretta minn ħwienet li huma soġġetti għal proċeduri approvati tas-sigurtà bħala parti mill-programm tas-sigurtà fl-ajruport; jew

(e)

inkiseb minn ajruport ieħor tal-Komunità, bil-kundizzjoni li l-likwidu jkun ippakkjat f’borża li tidher li ma tkunx ġiet imbagħbsa kif ukoll li tagħti biżżejjed provi li jkun inxtara mill-ajruport minn żona tal-ajru dakinhar; jew

(f)

inkiseb abbord inġenju tal-ajru ta’ trasportatur tal-ajru Komunitarju, bil-kundizzjoni li l-likwidu jkun ippakkjat f’borża li tidher li ma tkunx ġiet imbagħbsa u li tagħti biżżejjed provi li jkun inxtara abbord dak l-inġenju tal-ajru dakinhar;

4.2.   PROTEZZJONI TAL-PASSIĠĠIERI U TAL-BAGALJI TAL-KABINA

Il-protezzjoni tal-passiġġieri u tal-bagalji tal-kabina għandha tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

4.3.   PASSIĠĠIERI POTENZJALMENT PROBLEMATIĊI

4.3.1.

Trasportatur tal-ajru għandu jiġi nnotifkat bil-miktub minn qabel mill-awtorità kompetenti dwar il-ħsieb li passiġġier potenzjalment problematiku se jittella’ abbord l-inġenju tal-ajru tiegħu.

4.3.2.

In-notifika għandha tinkludi d-dettalji li ġejjin:

(a)

l-identità u s-sess tal-persuna; u

(b)

ir-raġuni tal-vjaġġ; u

(c)

l-isem u t-titlu tal-iskorta/i, jekk ikun(u) ipprovdut/i; u

(d)

valutazzjoni tar-riskji mill-awtorità kompetenti, inklużi r-raġunijiet dwar jekk għandux ikun hemm skorta jew le; u

(e)

arranġament minn qabel dwar il-postijiet, jekk meħtieġa; u

(f)

in-natura tad-dokumenti tal-ivvjaġġar disponibbli.

It-trasportatur tal-ajru għandu jipprovdi lill-pilota kmandant b’dan it-tagħrif qabel ma l-passiġġieri jitilgħu abbord l-inġenju tal-ajru.

4.3.3.

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-persuni taħt kustodja legali dejjem jiġu skortati.

4.4.   OĠĠETTI PPROJBITI

4.4.1.

Il-passiġġieri ma għandux ikollhom il-permess li jġorru l-oġġetti elenkati fid-Dokument Mehmuż 4-C fiż-żoni ta’ sigurtà ristretta jew abbord inġenju tal-ajru.

4.4.2.

Tista’ tingħata eżenzjoni għall-punt 4.4.1. bil-kundizzjoni li:

(a)

l-awtorità xierqa tkun tat kunsens li l-oġġett jista’ jinġarr; u

(b)

it-trasportatur tal-ajru ġie mgħarraf dwar il-passiġġier u l-oġġett li qiegħed iġorr qabel ma l-passiġġieri jkunu telgħu abbord l-inġenju tal-ajru, u

(c)

ikun hemm konformità mar-regoli tas-sikurezza applikabbli.

Dawn l-oġġetti għandhom imbagħad jitqiegħdu taħt kundizzjonijiet sikuri abbord l-inġenju tal-ajru.

4.4.3.

It-trasportatur tal-ajru għandu jiżgura li l-passiġġieri jiġu mgħarrfa dwar l-oġġetti pprojbiti elenkati fid-Dokument Mehmuż 4-C qabel ma jsir iċ-check in.

DOKUMENT MEHMUŻ 4-A

REKWIŻITI GĦAL TFITTXIJA BL-IDEJN

Id-dispożizzjonijiet dettaljati għal tfittxija bl-idejn huma stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

DOKUMENT MEHMUŻ 4-B

PASSIĠĠIERI U BAGALJI TAL-KABINA

PAJJIŻI TERZI RIKONOXXUTI LI QEGĦDIN JAPPLIKAW L-ISTANDARDS TAS-SIGURTÀ EKWIVALENTI GĦALL-ISTANDARDS BAŻIĊI KOMUNI

Fir-rigward tas-sigurtà tal-inġenji tal-ajru, il-pajjiżi terzi li ġejjin ġew rikonoxxuti li qegħdin japplikaw l-istandards tas-sigurtà ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni:

DOKUMENT MEHMUŻ 4-C

PASSIĠĠIERI U BAGALJI TAL-KABINA

LISTA TA’ OĠĠETTI PPROJBITI

Mingħajr preġudizzju għar-regoli tas-sikurezza applikabbli, il-passiġġieri ma għandhomx permess iġorru l-oġġetti li ġejjin fiż-żoni ta’ sigurtà ristretta u abbord inġenju tal-ajru:

a)   armi tan-nar u kwalunkwe apparat ieħor li jiskarika l-projettili— apparat li jista’, jew li jidher li jista’ jintuża sabiex jikkawża ġrieħi serji billi jiskarika projettili, inklużi:

armi tan-nar ta’ kull tip, bħalma huma l-pistoli, ir-revolvers, l-azzarini, is-snieter

armi tan-nar tal-logħob, kopji u imitazzjonijiet tal-armi tan-nar li dak li jkun jista’ jaħsibhom armi ta’ vera

partijiet komponenti ta’ armi tan-nar, esklużi l-miri teleskopiċi

armi tal-arja u tas-CO2 kkumpressati, bħalma huma pistoli, armi li jisparaw il-pritkuni, azzarini u armi li jisparaw il-ball bearings

pistoli tas-suffarelli tas-sinjali u pistoli tat-tlielaq

qwies, “cross bows” u vleġeġ

apparat li jispara l-ħarpuni jew il-froxxni

wdab u żbandoli

b)   apparat li jistordi— apparat maħsub speċifikament biex jistordi jew jimmobilizza, inklużi:

apparat li jixxokkja, bħalma huma l-pistoli li jistordu, tasers u lembubi li jistordu

apparat li jistordi l-annimali u li joqtol l-annimali

kimiċi, gassijiet u sprejs li jrendu inkapaċi, bħalma huma l-mace, l-isprejs tal-bżar, l-isprejs tal-bżar aħdar, il-gass tad-dmugħ, sprejs tal-aċidu u sprejs li jgerrxu l-annimali

c)   oġġetti b’ponta taqta’ jew xifer jaqta’— oġġetti b’ponta taqta’ jew xifer jaqta’ li jistgħu jintużaw sabiex jikkawżaw ġrieħi serji, inklużi:

oġġetti għat-tqattigħ, bħall-imnanar, mannaretti u skieken tal-biċċiera

fisien u baqquni tas-silġ

xfafar tal-leħja

xfafar tal-kartun

skieken bi xfafar ta’ aktar minn 6 ċm

mqassijiet bi xfafar ta’ aktar minn 6 ċm mill-fulkru

tagħmir tal-arti marzjali bil-ponta taqta’ jew b’xifer jaqta’

xwabel

d)   għodod tal-ħaddiema— għodod li jistgħu jintużaw jew biex jikkawżaw ġrieħi serji jew inkella biex jheddu s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru, inklużi:

lievi

drillers u trapani, inklużi d-drillers portabbli mingħajr wajer

għodod bi xfafar jew xaftijiet ta’ aktar minn 6 ċm li jistgħu jintużaw bħala armi, bħalma huma t-turnaviti u l-furmaturi

srieraq, inklużi s-srieraq portabbli mingħajr wajer

torċi tal-ħruq

apparat li jispara l-boltijiet u l-imsiemer

e)   strumenti spuntati— oġġetti li jistgħu jintużaw biex jikkawżaw ġrieħi serji mad-daqqa, inklużi:

mazez tal-baseball u tas-softball

mazez u lembubi, bħall-billy clubs, blackjacks u lembubi tal-għassa

tagħmir tal-arti marzjali

f)   splussivi u sustanzi u apparat inċendjarji/u— splussivi u sustanzi u apparat inċendjarji/u li jistgħu, jew jidhru li jistgħu, jintużaw biex jikkawżaw ġrieħi serji jew biex jheddu s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru, inklużi:

munizzjon

mezzi detonaturi

detonaturi u miċeċ

tagħmir splussiv ta’ imitazzjoni

mini, granadi u oġġetti splussivi militari oħra

logħob tan-nar u pirotekniki oħra

bombi tad-duħħan u stoċċijiet li jiġġeneraw id-dħaħen

dinamite, porvli u splussivi plastiċi

5   BAGALJI TAL-ISTIVA

5.0.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

5.0.1.

Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, l-awtorità, l-operatur tal-ajruport, it-trasportatur tal-ajru jew l-entità responsabbli skont il-programm nazzjonali tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti f’dan il-kapitolu.

5.0.2.

Il-pajjiżi terzi fejn l-istandards tas-sigurtà applikati huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni fir-rigward tal-bagalji tal-istiva huma elenkati fid-Dokument Mehmuż 5-A.

5.0.3.

Il-bagalji tal-istiva li jkunu ġejjin minn Stat Membru fejn l-inġenju tal-ajru kien fi tranżitu wara li jkun wasal minn pajjiż terz li ma jkunx elenkat fid-Dokument Mehmuż 5-A għandhom jitqiesu bħala bagalji tal-istiva li ġejjin minn pajjiż terz, sakemm ma jkunx hemm konferma li dawn il-bagalji tal-istiva ġew skrinjati f’dak l-Istat Membru.

5.0.4.

Għall-finijiet ta’ dan il-kapitolu, “bagalji sikuri” tfisser bagalji skrinjati għal ġol-istiva li huma protetti b’mod fiżiku sabiex jipprevjenu t-tidħil ta’ kwalunkwe oġġett.

5.1.   SKRINJAR TAL-BAGALJI TAL-ISTIVA

5.1.1.

Il-metodi li ġejjin, jew individwalment jew flimkien, għandhom jintużaw għall-iskrinjar tal-bagalji:

(a)

tfittxija bl-idejn; jew

(b)

tagħmir tar-raġġi X; jew

(c)

sistemi għall-individwazzjoni ta’ splussivi (EDS); jew

(d)

tagħmir ta’ individwazzjoni ta’ traċċi tal-isplussivi (ETD).

Meta dak li jkun qiegħed iwettaq l-iskrinjar ma jkunx jista’ jiddetermina jekk il-bagalji tal-istiva fihomx oġġetti pprojbiti jew le, għandhom jew jiġu rrifjutati jew jerġgħu jiġu skrinjati sa ma dak li jkun qiegħed iwettaq l-iskrinjar ikun sodisfatt.

5.1.2.

Tfittxija bl-idejn għandha tikkonsisti minn kontroll manwali bir-reqqa tal-bagalji, inkluż il-kontenut kollu tagħhom, sabiex jiġi żgurat b’mod raġonevoli li ma jkunx fihom oġġetti pprojbiti.

5.1.3.

Meta jintuża tagħmir tar-raġġi X jew bl-EDS, kwalunkwe oġġett ta’ densità li ma tħallix lil dak li jkun qiegħed iwettaq l-iskrinjar janalizza l-kontenut tal-bagalji għandu jagħti lok sabiex il-bagalji jiġu soġġetti għal metodu ieħor ta’ skrinjar.

5.1.4.

L-iskrinjar b’tagħmir ta’ individwazzjoni ta’ traċċi tal-isplussivi (ETD) għandu jikkonsisti mill-analiżi ta’ kampjuni meħuda kemm minn ġol-bagalji kif ukoll mill-parti ta’ barra tal-bagalji u mill-kontenut tagħhom. Il-kontenut jista’ jiġi soġġett ukoll għal tfittxija bl-idejn.

5.1.5.

L-awtorità xierqa tista’ toħloq kategoriji ta’ bagalji tal-istiva li, għal raġunijiet oġġettivi, għandhom ikunu soġġetti għal proċeduri speċjali ta’ skrinjar jew jistgħu jiġu eżentati mill-iskrinjar. Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa dwar il-kategoriji maħluqa.

5.1.6.

L-iskrinjar tal-bagalji tal-istiva għandu jkun ukoll soġġett għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

5.2.   PROTEZZJONI TAL-BAGALJI TAL-ISTIVA

5.2.1.

Il-passiġġieri ma għandux ikollhom aċċess għal bagalji tal-istiva skrinjati, sakemm ma jkunux il-bagalji tagħhom stess u jkunu taħt sorveljanza sabiex ikun żgurat li:

(a)

l-ebda oġġett ipprojbit kif hemm elenkat fid-Dokument Mehmuż 5-B ma jiddaħħal fil-bagalji tal-istiva; jew

(b)

l-ebda oġġett ipprojbit kif hemm elenkat fid-Dokument Mehmuż 4-C ma jitneħħa mill-bagalji tal-istiva u jiddaħħal f’żoni ta’ sigurtà ristretta jew abbord inġenju tal-ajru.

5.2.2.

Bagalji tal-istiva li ma jkunux ġew protetti minn interferenza mhux awtorizzata għandhom jerġgħu jiġu skrinjati mill-ġdid.

5.2.3.

Il-protezzjoni ta’ bagalji tal-istiva għandha tkun ukoll soġġetta għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

5.3.   TAQBIL TAL-BAGALJI

5.3.1.   Identifikazzjoni tal-bagalji tal-istiva

5.3.1.1.

Trasportatur tal-ajru għandu, waqt il-proċess li tulu l-passiġġieri jkunu telgħin abbord, jiżgura li passiġġier jippreżenta karta tat-tlugħ valida jew l-ekwivalenti li tikkorrispondi mal-bagalji tal-istiva li sar iċ-check in tagħhom.

5.3.1.2.

Trasportatur tal-ajru għandu jiżgura li teżisti proċedura li tidentifika l-bagalji tal-istiva tal-passiġġieri li ma telgħux abbord jew li telqu mill-inġenju tal-ajru qabel it-tluq.

5.3.1.3.

Jekk il-passiġġier ma jkunx abbord l-inġenju tal-ajru, il-bagalji tal-istiva li jikkorrispondu mal-karta tat-tlugħ tiegħu jew l-ekwivalenti għandhom jitqiesu bħala mhux akkumpanjati.

5.3.1.4.

Trasportatur tal-ajru għandu jiżgura li kull oġġett li jinsab fil-bagalji tal-istiva mhux akkumpanjati jkun identifikabbli b’mod ċar bħala li huwa awtorizzat għat-trasport bl-ajru.

5.3.2.   Fatturi li l-passiġġieri ma għandhomx kontroll fuqhom

5.3.2.1.

Ir-raġuni għaliex il-bagalja tkun saret bagalja mhux akkumpanjata għandha tiġi rreġistrata qabel ma titgħabba fuq l-inġenju tal-ajru, sakemm ma jiġux applikati l-kontrolli tas-sigurtà msemmija fil-punt 5.3.3.

5.3.2.2.

Id-dispożizzjonijiet dettaljati addizzjonali dwar il-fatturi li l-passiġġieri ma għandhomx kontroll fuqhom huma stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

5.3.3.   Kontrolli tas-sigurtà xierqa għall-bagalji tal-istiva mhux akkumpanjati

5.3.3.1.

Bagalji tal-istiva mhux akkumpanjati li mhumiex koperti bil-punt 5.3.2 għandhom jiġu skrinjati permezz ta’ wieħed mill-metodi stipulati fil-punt 5.1.1 u, fejn applikabbli, bl-applikazzjoni tar-rekwiżiti addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

5.3.3.2.

Bagalji tal-istiva li jsiru bagalji mhux akkumpanjati minħabba fatturi għajr dawk imsemmija fil-punt 5.3.2 għandhom jerġgħu jiġu skrinjati wara li jitneħħew mill-inġenju tal-ajru u qabel jerġgħu jitgħabbew.

5.3.3.3.

Id-dispożizzjonijiet dettaljati addizzjonali għal kontrolli tas-sigurtà xierqa għall-bagalji tal-istiva mhux akkumpanjati huma stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

5.4.   OĠĠETTI PPROJBITI

5.4.1.

Il-passiġġieri ma għandux ikollhom il-permess li jġorru l-oġġetti elenkati fid-Dokument Mehmuż 5-B fil-bagalji tal-istiva tagħhom.

5.4.2.

Tista’ tingħata eżenzjoni għall-punt 5.4.1 bil-kundizzjoni li:

(a)

l-awtorità xierqa jkollha regoli nazzjonali li jippermettu l-ġarr tal-oġġett; u

(b)

jkun hemm konformità mar-regoli tas-sikurezza applikabbli.

5.4.3.

Il-passiġġieri għandhom jiġu mgħarrfa dwar l-oġġetti pprojbiti elenkati fid-Dokument Mehmuż 5-B qabel ma jitlesta ċ-check in.

DOKUMENT MEHMUŻ 5-A

BAGALJI TAL-ISTIVA

PAJJIŻI TERZI RIKONOXXUTI LI QEGĦDIN JAPPLIKAW L-ISTANDARDS TAS-SIGURTÀ EKWIVALENTI GĦALL-ISTANDARDS BAŻIĊI KOMUNI

Fir-rigward tal-bagalji tal-istiva, il-pajjiżi terzi li ġejjin ġew rikonoxxuti li qegħdin japplikaw l-istandards tas-sigurtà ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni:

DOKUMENT MEHMUŻ 5-B

BAGALJI TAL-ISTIVA

LISTA TA’ OĠĠETTI PPROJBITI

Il-passiġġieri ma għandhomx il-permess iġorru l-oġġetti li ġejjin fil-bagalji tal-istiva tagħhom:

splussivi u sustanzi u apparat inċendjarji/u— splussivi u sustanzi u apparat inċendjarji/u li jistgħu jintużaw biex jikkawżaw ġrieħi serji jew biex jheddu s-sikurezza tal-inġenju tal-ajru, inklużi:

munizzjon

mezzi detonaturi

detonaturi u miċeċ

mini, granadi u oġġetti splussivi militari oħra

logħob tan-nar u pirotekniki oħra

bombi tad-duħħan u stoċċijiet li jiġġeneraw id-dħaħen

dinamite, porvli u splussivi plastiċi

6   MERKANZIJA U POSTA

6.0.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

6.0.1.

L-awtorità, l-operatur tal-ajruport, it-trasportatur tal-ajru jew l-entità kif inhuma ddefinti f’dan il-kapitolu għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti f’dan il-kapitolu.

6.0.2.

Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala oġġetti pprojbiti f’kunsinni tal-merkanzija:

apparat esplożiv u inċendjarju armat li ma jinġarrx skont ir-regoli tas-sikurezza applikabbli.

6.0.3.

Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala oġġetti pprojbiti f’kunsinni tal-posta:

apparat esplożiv u inċendjarju, kemm jekk ikun armat kif ukoll jekk le, u l-partijiet komponenti tagħhom.

6.1.   KONTROLLI TAS-SIGURTÀ — DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

6.1.1.

Il-merkanzija u l-posta kollha għandhom jiġu skrinjati minn aġent regolat qabel ma jitgħabbew fuq inġenju tal-ajru, sakemm:

(a)

il-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa ma jkunux ġew applikati għall-kunsinna minn aġent regolat u l-kunsinna ma tkunx ġiet protetta minn interferenza mhux awtorizzata minn meta ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà sa ma titgħabba; jew

(b)

il-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa ma jkunux ġew applikati għall-kunsinna minn kunsinnatur magħruf u l-kunsinna ma tkunx ġiet protetta minn interferenza mhux awtorizzata minn meta ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà sa ma titgħabba; jew

(c)

il-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa ma jkunux ġew applikati għall-kunsinna minn kunsinnatur in konto, il-kunsinna ma tkunx ġiet protetta minn interferenza mhux awtorizzata minn meta ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà sa ma titgħabba, u ma tinġarrx fuq inġenju tal-ajru tal-passiġġieri; jew

(d)

il-kunsinna ma tkunx eżentata mill-iskrinjar u ma tkunx ġiet protetta minn interferenza mhux awtorizzata minn meta tkun saret merkanzija bl-ajru identifikabbli jew posta tal-ajru identifikabbli sa ma titgħabba.

6.1.2.

Kull meta jkun hemm raġuni sabiex wieħed jemmen li kunsinna li jkunu sarulha l-kontrolli tas-sigurtà ġiet imbgħabsa jew ma ġietx protetta minn interferenza mhux awtorizzata, din għandha tiġi skrinjata minn aġent regolat qabel ma titgħabba fuq l-inġenju tal-ajru.

6.1.3.

Persuna li jkollha aċċess mingħajr skorta għal merkanzija bl-ajru identifikabbli jew posta bl-ajru identifikabbli li għalihom ikunu ġew applikati il-kontrolli tas-sigurtà jeħtieġ li jkun sarilha jew kontroll tal-isfond jew kontroll ta’ qabel l-impjieg, b’eżitu pożittiv skont il-punt 11.1.

6.2.   SKRINJAR

6.2.1.   Skrinjar

6.2.1.1.

Meta l-merkanzija jew il-posta tkun qiegħda tiġi skrinjata:

(a)

għandu jintuża l-mezz jew il-metodu li l-aktar li huwa probabbli li jindividwa oġġetti pprojbiti, fil-qies tan-natura tal-kunsinna; u

(b)

il-mezz jew il-metodu użat għandu jkun ta’ standard biżżejjed li jiżgura b’mod raġonevoli li l-ebda oġġett ipprojbit ma’ jkun moħbi fil-kunsinna.

6.2.1.2.

Meta dak li jkun qiegħed iwettaq l-iskrinjar ma jistax ikun żgur b’mod raġonevoli li m’hemm l-ebda oġġett ipprojbit fil-kunsinna, il-kunsinna għandha tiġi rrifjutata jew terġa’ tiġi skrinjata sa ma dak li jkun qiegħed iwettaq l-iskrinjar ikun sodisfatt.

6.2.1.3.

L-iskrinjar tal-merkanzija u tal-posta għandu jkun ukoll soġġett għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

6.2.2.   Eżenzjonijiet mill-iskrinjar

Id-dispożizzjonijiet għall-eżenzjonijiet mill-iskrinjar huma stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

6.3.   AĠENTI REGOLATI

6.3.1.   Approvazzjoni ta’ aġenti regolati

6.3.1.1.

Aġenti regolati għandhom ikunu approvati mill-awtorità xierqa.

L-approvazzjoni bħala aġent regolat għandha tkun speċifika għas-sit.

Kwalunkwe entità li tapplika l-kontrolli tas-sigurtà kif inhuma msemmija fil-punt 6.3.2 għandha tkun approvata bħala aġent regolat. Dan jinkludi fornituri ta’ servizzi ta’ loġistika li jkunu partijiet terzi responsabbli għall-magazzinaġġ integrat u servizzi tat-trasport, trasportaturi bl-ajru u aġenti tal-immaniġġar.

Aġent regolat jista’ jidħol f’sottokuntratt dwar:

(a)

kwalunkwe kontroll tas-sigurtà msemmi fil-punt 6.3.2 ma’ kwalunkwe aġent regolat ieħor;

(b)

kwalunkwe kontroll tas-sigurtà msemmi fil-punt 6.3.2 ma’ entità oħra, meta l-kontrolli jitwettqu fil-post tal-aġent regolat stess jew f’ajruport, u jkunu koperti bil-programm tas-sigurtà tal-aġent regolat jew tal-ajruport;

(c)

kwalunkwe kontroll tas-sigurtà msemmi fil-punt 6.3.2 ma’ entità oħra, meta l-kontrolli jitwettqu x’imkien ieħor li ma jkunx il-post tal-aġent regolat stess jew f’ajruport, u l-entità tkun ġiet iċċertifikata jew approvata u elenkata sabiex tforni dawn is-servizzi mill-awtorità xierqa; u

(d)

il-protezzjoni u t-trasport ta’ kunsinni għal għand trasportatur li jissodisfa r-rekwiżiti tal-punt 6.6.

6.3.1.2.

L-awtorità xierqa ta’ kull Stat Membru għandha tiddefinixxi fil-programm tas-sigurtà nazzjonali tal-avjazzjoni ċivili tagħha kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, ir-responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni tal-proċedura li ġejja dwar l-approvazzjoni ta’ aġenti regolati:

(a)

L-applikant għandu jfittex li jikseb l-approvazzjoni mill-awtorità xierqa tal-Istat Membru li fih ikunu jinsabu l-postijiet inklużi fl-applikazzjoni.

L-applikant għandu jressaq programm ta’ sigurtà quddiem l-awtorità xierqa konċernata. Il-programm għandu jiddeskrivi l-metodi u l-proċeduri li l-aġent għandu jsegwi sabiex ikun konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu. Il-programm għandu jiddeskrivi wkoll kif il-konformità ma’ dawn il-metodi u l-proċeduri għandha tiġi mmonitorjata mill-aġent innifsu. Programm tas-sigurtà ta’ trasportatur tal-ajru li jiddeskrivi l-metodi u l-proċeduri li t-trasportatur tal-ajru għandu jsegwi sabiex ikun konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu għandu jitqies li jissodisfa r-rekwiżit għal programm ta’ sigurtà ta’ aġent regolat.

L-applikant għandu jressaq ukoll id-“Dikjarazzjoni tal-impenji – aġent regolat” kif tinsab fid-Dokument Mehmuż 6-A. Din id-dikjarazzjoni għandha tkun iffirmata mir-rappreżentant legali tal-applikant jew mill-persuna responsabbli għas-sigurtà.

Id-dikjarazzjoni ffirmata għandha tinżamm mill-awtorità xierqa konċernata.

(b)

l-awtorità xierqa, jew il-validatur indipendenti li jaġixxi f’isimha, għandhom jeżaminaw il-programm tas-sigurtà u mbagħad iwettqu verifika fuq il-post tas-siti speċifikati sabiex jiġi vvalutat jekk l-applikant huwiex konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu.

L-awtorità xierqa, jew il-validatur independenti li jaġixxi f’isimha, għandhom iqisu jekk l-applikant huwiex jew le d-detentur ta’ ċertifikat tal-Operatur Ekonomiku Awtorizzat (AEO) imsemmi fil-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 14a (1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1875/2006 (1) li jemenda r-Regolament (KEE) 2454/93 (2).

(c)

Jekk l-awtorità xierqa tkun sodisfatta bit-tagħrif ipprovdut taħt il-punti (a) u (b), għandha tiżgura li d-dettalji meħtieġa tal-aġent jiddaħħlu fil-“bażi tad-dejta tal-KE tal-aġenti regolati u l-kunsinnaturi magħrufa mhux aktar tard mill-jum tax-xogħol li jkun imiss. Meta t-tagħrif jiddaħħal fil-bażi tad-dejta l-awtorità xierqa għandha tassenja identifikatur alfanumeriku uniku skont il-format standard lil kull sit approvat.

Jekk l-awtorità xierqa ma tkunx sodisfatta bit-tagħrif ipprovdut taħt il-punti (a) u (b) ir-raġunijiet għandhom jiġu nnotifikati minnufih lill-entità li tkun qiegħda tfittex li tikseb l-approvazzjoni bħala aġent regolat.

Meta programm tas-sigurtà ta’ trasportatur tal-ajru jiddeskrivi l-metodi u l-proċeduri li t-trasportatur tal-ajru għandu jsegwi sabiex ikun konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu, it-trasportatur tal-ajru jista’ jitqies li jissodisfa r-rekwiżiti tal-punti (a) u (b) għas-siti kollha speċifikati fil-programm. Verifika fuq il-post tas-siti speċifikati fil-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru għandha titwettaq mhux aktar tard minn sentejn (2) wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Meta aġent regolat ikun ġie approvat jew skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2320/2002 inkella skont ir-Regolament (KE) Nru 820/2008 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 4333, jista’ jitqies bħala aġent regolat għall-finijiet tar-Regolament (KE) 300/2008 u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu għas-siti kollha fejn tkun saret verifika fuq il-post.

(d)

Aġent regolat ma għandux jitqies approvat qabel ma d-dettalji tiegħu jiddaħħlu fil-“bażi tad-dejta tal-KE tal-aġenti regolati u l-kunsinnaturi magħrufa”.

6.3.1.3.

Aġent irregolat għandu jinnomina tal-anqas persuna waħda f’kull sit li għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm tas-sigurtà li jkun ġie sottomess. Jeħtieġ li din il-persuna jkun sarilha kontroll tal-isfond b’eżitu pożittiv skont il-punt 11.1.

6.3.1.4.

Aġent regolat għandu jerġa’ jiġi vvalidat mill-ġdid f’intervalli regolari li ma jaqbżux il-ħames (5) snin. Dan għandu jinkludi verifika fuq il-post sabiex jiġi vvalutat jekk l-aġent regolat għadux konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 u mal-atti tal-implimentazzjoni tiegħu.

Spezzjoni fuq il-post ta’ aġent regolat mill-awtorità xierqa skont il-programm nazzjonali tiegħu tal-kontroll tal-kwalità tista’ titqies bħala verifika fuq il-post, sakemm din tkun tkopri r-rekwiżiti kollha meħtieġa għall-approvazzjoni.

6.3.1.5.

Jekk l-awtorità xierqa ma tibqax sodisfatta fir-rigward tal-konformità tal-aġent regolat mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 u mal-atti tal-implimentazzjoni tiegħu, għandha tirtira l-istatus ta’ aġent regolat għas-sit(i) speċifiku/ċi.

Immedjatament wara l-irtirar, u f’kull każ fi żmien 24 siegħa, l-awtorità xierqa għandha tiżgura li l-bidla fl-istatus tal-aġent hija indikata fil-“bażi tad-dejta tal-KE tal-aġenti regolati u l-kunsinnaturi magħrufa”.

6.3.1.6.

Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ kull Stat Membru li japplika miżuri aktar stretti skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, aġent regolat approvat skont il-punt 6.3 għandu jkun rikonoxxut fl-Istati Membri kollha.

6.3.1.7.

Ir-rekwiżiti tal-punt 6.3.1, għajr il-punt 6.3.1.2 (d), ma għandhomx japplikaw meta l-awtorità xierqa stess tkun se tiġi approvata bħala aġent regolat.

6.3.2.   Kontrolli tas-sigurtà li għandhom jiġu applikati minn aġent regolat

6.3.2.1.

Meta jaċċetta kwalunkwe kunsinna, aġent regolat għandu jistabbilixxi jekk l-entità li mingħandha jkun irċieva l-kunsinna hijiex aġent regolat, kunsinnatur magħruf, kunsinnatur in konto jew l-ebda wieħed minn dawn.

6.3.2.2.

Il-persuna li twassal il-kunsinni għand l-aġent regolat jew it-trasportatur tal-ajru għandha tippreżenta karta tal-identità, passaport, liċenzja tas-sewqan jew dokument ieħor, li jkun jinkludi ritratt tiegħu jew tagħha u li jkun inħareġ jew li huwa rikonoxxut mill-awtorità nazzjonali. Il-karta jew id-dokument għandhom jintużaw biex tkun stabbilita l-identità tal-persuna li twassal il-kunsinni.

6.3.2.3.

Meta jaċċetta kunsinni li għalihom ma jkunux ġew applikati minn qabel il-kontrolli tas-sigurtà kollha meħtieġa, l-aġent regolat għandu jiżgura li jkunu ġew skrinjati skont il-punt 6.2.

6.3.2.4.

Wara li jkunu ġew applikati l-kontrolli kollha tas-sigurtà msemmija fil-punti 6.3.2.1 sa 6.3.2.3 ta’ dan ir-Regolament u l-punt 6.3 f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni, l-aġent regolat għandu jiżgura li:

(a)

l-aċċess għal dawn il-kunsinni jkun ikkontrollat; u

(b)

dawn il-kunsinni jkunu protetti minn interferenza mhux awtorizzata sakemm jgħaddu f’idejn aġent regolat jew trasportatur tal-ajru ieħor.

6.3.2.5.

Wara li jkunu ġew applikati l-kontrolli kollha tas-sigurtà msemmija fil-punti 6.3.2.1 sa 6.3.2.4 ta’ dan ir-Regolament, l-aġent regolat għandu jiżgura li kwalunkwe kunsinna ppreżentata lil trasportatur tal-ajru jew lil aġent regolat ieħor ikollha mehmuża magħha d-dokumentazzjoni xierqa, jew fil-forma ta’ airway bill jew f’dikjarazzjoni separata u jew f’forma elettronika jew bil-miktub.

6.3.2.6.

Id-dokumentazzjoni għandha tkun disponibbli għal spezzjoni mill-awtorità xierqa fi kwalunkwe ħin qabel ma l-kunsinna titgħabba fuq l-inġenju tal-ajru u għandha tipprovdi t-tagħrif li ġej:

(a)

l-isem u l-indirizz tas-sit speċifiku tal-aġent regolat li ħareġ l-istatus tas-sigurtà u/jew l-identifikatur alfanumeriku uniku kif ikun wasal mingħand l-awtorità xierqa;

(b)

identifikatur uniku tal-kunsinna, bħalma huwa n-numru tal-(house jew master) airway bill;

(c)

il-kontenut tal-kunsinna;

(d)

l-istatus tas-sigurtà tal-kunsinna, bl-indikazzjonijiet:

“SPX”, jiġifieri sikur għall-inġenji tal-ajru tal-passiġġieri, tal-merkanzija u tal-posta; jew

“SCO”, jiġifieri sikur għall-inġenji tal-ajru tal-merkanzija u tal-posta biss.

(e)

ir-raġuni li għaliha nħareġ l-istatus tas-sigurtà, bl-indikazzjonijiet:

“KC”, jiġifieri wasal mingħand kunsinnatur magħruf; jew

“AC”, jiġifieri wasal mingħand kunsinnatur in konto; jew

il-mezz jew il-metodu li ntuża għall-iskrinjar; jew

ir-raġunijiet għala l-kunsinna ġiet eżentata mill-iskrinjar.

(f)

isem il-persuna li ħarġet l-istatus tas-sigurtà, jew identifikazzjoni ekwivalenti, u d-data u l-ħin ta’ meta nħarġet;

(g)

l-isem u l-indirizz tas-sit speċifiku, jew l-identifkatur uniku li jkun wasal mingħand l-awtorità xierqa, ta’ kwalunkwe aġent regolat li jkun aċċetta l-istatus tas-sigurtà mogħti lil kunsinna mingħand aġent regolat ieħor.

6.3.2.7.

Fil-każ ta’ konsolidazzjonijiet, se jitqies li r-rekwiżiti taħt il-punti 6.3.2.6 (c), (e), (f) u (g) se jkunu ntlaħqu, jekk l-aġent regolat ikun kapaċi jistabbilixxi n-natura tal-kontenut, ir-raġuni li għaliha jkun inħareġ l-istatus tas-sigurtà u/jew isem il-persuna li tkun ħarġet l-istatus tas-sigurtà u d-data u l-ħin ta’ meta jkun inħareġ, rispettivament, permezz ta’ traċċa li tista’ tiġi vverifikata fi kwalunkwe ħin qabel ma l-kunsinna titgħabba fuq l-inġenju tal-ajru u wara li titgħabba tul it-titjira jew għal 24 siegħa, skont liema minnhom ikun l-itwal.

6.3.2.8.

Meta jaċċetta kunsinni li għalihom ma jkunux ġew applikati minn qabel il-kontrolli tas-sigurtà kollha meħtieġa, l-aġent regolat jista’ jagħżel li ma japplikax il-kontrolli tas-sigurtà kif imsemmija fil-punt 6.3.2, iżda li jgħaddi l-kunsinni lil aġent regolat ieħor sabiex jiżgura l-applikazzjoni ta’ dawn il-kontrolli tas-sigurtà.

Il-kontrolli tas-sigurtà li għandhom jiġu applikati minn aġent regolat għandhom ikunu soġġetti wkoll għad-dispożizzjonijiet l-oħra stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

6.4.   KUNSINNATURI MAGĦRUFA

6.4.1.   Approvazzjoni ta’ kunsinnaturi magħrufa

6.4.1.1.

Kunsinnaturi magħrufa għandhom ikunu approvati mill-awtorità xierqa.

L-approvazzjoni bħala kunsinnatur magħruf għandha tkun speċifika għas-sit.

6.4.1.2.

L-awtorità xierqa ta’ kull Stat Membru għandha tiddefinixxi fil-programm tas-sigurtà nazzjonali tagħha tal-avjazzjoni ċivili kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, ir-responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni tal-proċedura li ġejja dwar l-approvazzjoni ta’ kunsinnaturi magħrufa:

(a)

L-applikant għandu jfittex li jikseb l-approvazzjoni mill-awtorità xierqa tal-Istat Membru li fih jinsab is-sit tiegħu.

L-applikant għandu jiġi pprovdut bil-“Gwida għall-kunsinnaturi magħrufa” kif tinsab fid-Dokument Mehmuż 6-B.

(b)

L-awtorità xierqa, jew validatur indipendenti li jaġixxi f’isimha, għandhom iwettqu verifika fuq il-post tas-siti speċifikati sabiex jiġi vvalutat jekk l-applikant huwiex konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu.

Sabiex jiġi vvalutat jekk l-applikant huwiex konformi jew le ma’ dawn ir-rekwiżiti, l-awtorità xierqa, jew validatur indipendenti li jaġixxi f’isimha, għandhom jużaw il-“Lista ta” verifika tal-validazzjoni għall-kunsinnaturi magħrufa kif tinsab fid-Dokument Mehmuż 6-C. Din il-lista ta’ verifika tinkludi dikjarazzjoni tal-impenji li għandha tiġi ffirmata mir-rappreżentant legali tal-applikant jew mill-persuna responsabbli għas-sigurtà tas-sit.

L-awtorità xierqa, jew validatur independenti li jaġixxi f’isimha, għandhom iqisu jekk l-applikant huwiex jew le d-detentur ta’ ċertifikat tal-AEO msemmi fil-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 14a (1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1875/2006 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993.

Ladarba timtela l-lista ta’ verifika tal-validazzjoni, it-tagħrif li jkun hemm fil-lista ta’ verifika għandu jiġi ttrattat bħala tagħrif ikklassifikat.

Id-dikjarazzjoni ffirmata għandha tinżamm mill-awtorità xierqa konċernata jew tinżamm mill-validatur indipendenti u meta tintalab tkun disponibbli għall-awtorità xierqa konċernata.

(c)

Jekk l-awtorità xierqa tkun sodisfatta bit-tagħrif ipprovdut taħt il-punti (a) u (b), għandha tiżgura li d-dettalji meħtieġa tal-kunsinnatur jiddaħħlu fil-bażi tad-dejta tal-aġenti regolati u l-kunsinnaturi magħrufa” mhux aktar tard mill-jum tax-xogħol li jkun imiss. Meta t-tagħrif jiddaħħal fil-bażi tad-dejta l-awtorità xierqa għandha tagħti identifikatur alfanumeriku uniku skont il-format standard għal kull sit approvat.

Jekk l-awtorità xierqa ma tkunx sodisfatta bit-tagħrif ipprovdut taħt il-punti (a) u (b) ir-raġunijiet għandhom jiġu mgħarrfa minnufih lill-entità li tkun qiegħda tfittex li tikseb l-approvazzjoni bħala kunsinnatur magħruf.

(d)

Meta kunsinnatur magħruf ikun ġie approvat qabel id-29 ta’ April 2010, sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti koperti bil-punt 6.4.2 kienu nltaħqu, jista’ jitqies bħala kunsinnatur magħruf għall-finijiet tar-Regolament (KE) 300/2008 u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu sa tliet (3) snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(e)

Kunsinnatur magħruf ma għandux jitqies approvat qabel ma d-dettalji tiegħu jiddaħħlu fil-“bażi tad-dejta tal-KE tal-aġenti regolati u l-kunsinnaturi magħrufa”.

6.4.1.3.

Kunsinnatur magħruf għandu jinnomina tal-anqas persuna waħda f’kull sit li għandha tkun responsabbli għall-applikazzjoni u s-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-kontrolli tas-sigurtà f’dak il-post. Din il-persuna jeħtieġ li jkun sarilha kontroll tal-isfond b’eżitu pożittiv.

6.4.1.4.

Kunsinnatur magħruf għandu jerġa’ jiġi vvalidat mill-ġdid f’intervalli regolari li ma jaqbżux il-ħames (5) snin. Dan għandu jinkludi verifika fuq il-post sabiex jiġi vvalutat jekk il-kunsinnatur magħruf għadux konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu.

Spezzjoni mill-awtorità xierqa fil-bini ta’ kunsinnatur magħruf skont il-programm nazzjonali tiegħu tal-kontroll tal-kwalità tista’ titqies bħala verifika fuq il-post, sakemm din tkun tkopri l-oqsma kollha speċifikati fil-lista ta’ verifika tad-Dokument Mehmuż 6-C.

6.4.1.5.

Jekk l-awtorità xierqa ma tibqax sodisfatta fir-rigward tal-konformità tal-kunsinnatur magħruf mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu, għandha tirtira l-istat ta’ kunsinnatur magħruf għas-sit(i) speċifiku/ċi.

Eżatt wara l-irtirar, u f’kull każ fi żmien 24 siegħa, l-awtorità xierqa għandha tiżgura li l-bidla fl-istat tal-kunsinnatur tkun indikata fil-“bażi tad-dejta tal-KE tal-aġenti regolati u l-kunsinnaturi magħrufa”.

6.4.1.6.

Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ kull Stat Membru li japplika miżuri aktar stretti skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, kunsinnatur magħruf approvat skont il-punt 6.4 għandu jkun rikonoxxut fl-Istati Membri kollha.

Kunsinnaturi magħrufa approvati skont il-punt 6.4.1.2 (d) għandhom ikunu soġġetti wkoll għad-dispożizzjoni l-oħra stipulati fil-punt 6.4 ta’ Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

6.4.2.   Kontrolli tas-sigurtà li għandhom jiġu applikati minn kunsinnatur magħruf

6.4.2.1.

Kunsinnatur magħruf għandu jiżgura li:

(a)

jkun hemm livell ta’ sigurtà fis-sit jew fil-bini li jkun suffiċjenti sabiex il-merkanzija bl-ajru identifikabbli u l-posta bl-ajru identifikabbli jkunu protetti minn interferenza mhux awtorizzata; u

(b)

il-persunal kollu li jkollu aċċess għal merkanzija bl-ajru identifikabbli jew posta bl-ajru identifikabbli li jkunu diġà sarulhom il-kontrolli tas-sigurtà jkunu ġew irreklutati u mħarrġa skont ir-rekwiżiti tal-kapitolu 11; u

(c)

matul il-produzzjoni, l-ippakkjar, il-ħżin, il-bgħit u/jew it-trasport, skont kif ikun xieraq, merkanzija bl-ajru identifikabbli u posta bl-ajru identifikabbli jkunu protetti minn interferenza mhux awtorizzata jew minn tbagħbis;

Meta, għal kwalunkwe raġuni, dawn il-kontrolli tas-sigurtà ma jkunux ġew applikati għall-kunsinna, jew meta l-kunsinna ma tkunx oriġinat mingħand il-kunsinnatur magħruf għall-kont tiegħu stess, il-kunsinnatur magħruf għandu jindika dan b’mod ċar lill-aġent regolat sabiex ikun jista’ jiġi applikat il-punt 6.3.2.3.

6.4.2.2.

Il-kunsinnatur magħruf għandu jaċċetta li l-kunsinni li ma jkunux sarulhom il-kontrolli tas-sigurtà xierqa jiġu skrinjati skont il-punt 6.2.1.

6.5.   KUNSINNATURI IN KONTO

6.5.1.

Il-kunsinnaturi in konto għandhom jiġu nnominati minn aġent regolat.

6.5.2.

Il-proċedura li ġejja għandha tapplika sabiex kunsinnatur jiġi nnominat bħala kunsinnatur in konto:

(a)

L-aġent regolat għandu jipprovdi lill-entità bl-“Istruzzjonijiet tas-sigurtà tal-avjazzjoni għall-kunsinnaturi in konto” u d-“Dikjarazzjoni tal-impenji – kunsinnaturi in konto” kif jinsabu fid-Dokument Mehmuż 6-D. Dawn l-istruzzjonijiet u d-dikjarazzjoni għandhom jiġu pprovduti lill-aġent regolat mill-awtorità xierqa tal-Istat Membru li fih jinsab is-sit tiegħu.

(b)

L-entità għandha tissottometti “Dikjarazzjoni tal-impenji – kunsinnaturi in konto” kif jinsabu fid-Dokument Mehmuż 6-D lill-aġent regolat, sakemm l-entità ma tkunx id-detentur ta’ ċertifikat tal-AEO kif imsemmi fil-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 14a(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1875/2006 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993.

L-entità għandha tinnomina wkoll tal-anqas persuna waħda responsabbli għas-sigurtà fil-bini tagħha u għandha tgħarraf lill-aġent regolat bl-isem u bid-dettalji ta’ kuntatt ta’ din il-persuna.

Fejn applikabbli, id-dikjarazzjoni ffirmata għandha tinżamm mill-aġent regolat u meta tintalab tkun disponibbli għall-awtorità xierqa konċernata.

Meta r-rekwiżit li timtela Dikjarazzjoni tal-Impenji tkun ġiet irtirata abbażi ta’ ċerifikat tal-AEO, il-kunsinnatur in konto għandu jgħarraf minnufih lill-aġent regolat jekk ma jkunx għadu d-detentur tat-tali ċertifikat.

(c)

L-aġent regolat għandu jwettaq validazzjoni billi jistabbilixxi d-dettalji li ġejjin tal-kunsinnatur in konto prospettiv:

id-dettalji tal-kumpanija, inkluż l-indirizz kummerċjali bona fide; u

in-natura tan-negozju; u

id-dettalji ta’ kuntatt, inklużi dawk tal-persuna/i responsabbli għas-sigurtà; u

in-numru ta’ referenza tal-VAT jew in-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija; u

meta tiġi applikata l-eżenzjoni taħt il-punt 6.5.2 (b), in-numru taċ-ċertifikat tal-AEO.

(d)

Jekk l-aġent regolat ikun sodisfatt bit-tagħrif ipprovdut taħt il-punti (b) u (c), l-aġent regolat jista’ jinnomina l-entità bħala kunsinnatur in konto.

6.5.3.

L-aġent regolat għandu jżomm bażi tad-dejta bit-tagħrif imsemmi fil-punt 6.5.2 (c). Il-bażi tad-dejta għandha tkun disponibbli għal spezzjoni mill-awtorità xierqa.

6.5.4.

Jekk ma jkun hemm l-ebda attività fiċ-ċaqliq tal-merkanzija jew tal-posta bl-ajru fil-kont tal-kunsinnatur in konto fi żmien sentejn (2), l-istatus ta’ kunsinnatur in konto għandu jiskadi.

6.5.5.

Jekk l-awtorità xierqa jew l-aġent regolat ma jibqgħux sodisfatti fir-rigward tal-konformità tal-kunsinnatur in konto mal-istruzzjonijiet kif jinsabu fid-Dokument Mehmuż 6-D, l-aġent regolat għandu jirtira minnufih l-istatus ta’ kunsinnatur in konto.

6.5.6.

Meta, għal kwalunkwe raġuni, il-kontrolli tas-sigurtà speċifikati fl-“Istruzzjonijiet tas-sigurtà tal-avjazzjoni għall-kunsinnaturi in konto” ma jkunux ġew applikati għall-kunsinna, jew meta l-kunsinna ma tkunx oriġinat mingħand il-kunsinnatur in konto għall-kont tiegħu stess, il-kunsinnatur in konto għandu jindika dan b’mod ċar lill-aġent regolat sabiex ikun jista’ jiġi applikat il-punt 6.3.2.3.

6.6.   PROTEZZJONI TA’ MERKANZIJA U POSTA

6.6.1.   Protezzjoni ta’ merkanzija u posta matul it-trasport

6.6.1.1.

Sabiex jiġi żgurat li l-kunsinni li jkunu sarulhom il-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa jkunu protetti minn interferenza mhux awtorizzata matul it-trasport:

(a)

il-kunsinni għandhom jiġu ppakkjati jew issiġġilati mill-aġent regolat, il-kunsinnatur magħruf jew il-kunsinnatur in konto sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe tbagħbis ikun evidenti; u

(b)

il-kompartiment tal-vettura għat-tagħbija tal-merkanzija fejn se jiġu ttrasportati l-kunsinni għandha tissakkar u tiġi ssiġillata jew vetturi li jkollhom il-purtieri fil-ġnub tagħhom għandhom jingħalqu b’mod sikur permezz tal-ħbula tat-TIR sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe tbagħbis ikun evidenti, jew il-parti tat-tagħbija ta’ vetturi bi pjattaforma għall-ġarr għandha tinżamm taħt osservazzjoni; u jew

(c)

id-dikjarazzjoni tat-trasportatur kif tinsab fid-Dokument Mehmuż 6-E għandha ssir bi qbil mat-trasportatur f’isem l-aġent regolat, il-kunsinnatur magħruf jew il-kunsinnatur in konto, sakemm it-trasportatur innifsu ma jkunx aġent regolat.

Id-dikjarazzjoni ffirmata għandha tinżamm mill-aġent regolat, mill-kunsinnatur magħruf jew mill-kunsinnatur in konto li t-trasportatur ikun qiegħed jipprovdi it-trasport għalihom. Meta tintalab, kopja tad-dikjarazzjoni ffirmata għandha tkun disponibbli wkoll għall-aġent regolat jew għat-trasportatur tal-ajru li jirċievi l-kunsinna jew l-awtorità xierqa konċernata; jew

(d)

it-trasportatur għandu jipprovdi lill-aġent regolat, lill-kunsinnatur magħruf jew lill-kunsinnatur in konto li jkun qiegħed jipprovdi t-trasport għalihom, evidenza li jkun ġie ċċertifikat jew approvat minn awtorità xierqa.

Din l-evidenza għandha tinkludi r-rekwiżiti li jinsabu fid-Dokument Mehmuż 6-E u l-kopji għandhom jinżammu mill-aġent regolat, mill-kunsinnatur magħruf jew mill-kunsinnatur in konto konċernat. Meta tintalab, għandha tkun disponibbli wkoll kopja għall-aġent regolat jew għat-trasportatur tal-ajru li jirċievi l-kunsinna jew għal awtorità xierqa oħra.

6.6.1.2.

Il-punti 6.6.1.1 (b), (c) u (d) ma għandhomx japplikaw waqt it-trasport fiż-żona tal-ajru.

6.6.2.   Protezzjoni ta’ merkanzija u posta fl-ajruporti

6.6.2.1.

Il-kunsinni tal-merkanzija u tal-posta li jkunu f’parti kritika għandhom jitqiesu bħala protetti minn interferenza mhux awtorizzata.

6.6.2.2.

Il-kunsinni tal-merkanzija u tal-posta li jkunu f’parti għajr parti kritika għandhom jitqiesu bħala protetti minn interferenza mhux awtorizzata jekk:

(a)

ikunu protetti b’mod fiżiku sabiex ma jkun jista’ jiddaħħal l-ebda oġġett li jkun jista’ jintuża f’att ta’ interferenza mhux awtorizzata; jew

(b)

ma jitħallewx waħedhom u l-aċċess ikun limitat għal persuni involuti fil-protezzjoni u t-tagħbien tal-kunsinni tal-merkanzija u tal-posta fuq l-inġenju tal-ajru.

DOKUMENT MEHMUŻ 6-A

DIKJARAZZJONI TAL-IMPENJI – AĠENT REGOLAT

Skont ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu,

Niddikjara li,

skont l-aħjar tagħrif u twemmin tiegħi, it-tagħrif li jinsab fil-programm tas-sigurtà tal-kumpanija huwa veru u preċiż,

il-prattiki u l-proċeduri stabbiliti f’dan il-programm tas-sigurtà se jiġu implimentati u se jinżammu fis-siti kollha koperti bil-programm,

dan il-programm tas-sigurtà se jiġi aġġustat u adattat sabiex ikun konformi ma’ kull bidla rilevanti futura fil-leġiżlazzjoni tal-KE, sakemm [isem il-kumpanija] ma tkunx avżat lil [isem l-awtorità xierqa] li ma tixtieqx tibqa’ fin-negozju bħala aġent regolat,

[isem il-kumpanija] se tgħarraf lil [isem l-awtorità xierqa] bil-miktub dwar:

(a)

bidliet żgħar li jsiru fil-programm tas-sigurtà tagħha, bħalma huma isem il-kumpanija, il-persuna responsabbli għas-sigurtà jew id-dettalji tal-kuntatt, il-bdil tal-persuna li teħtieġ l-aċċess għall-“Bażi tad-dejta tal-KE tal-aġenti regolati u l-kunsinnaturi magħrufa”, minnufih u tal-anqas fi żmien għaxart (10) ijiem tax-xogħol, u

(b)

bidliet kbar li jkunu ppjanati, bħalma huma proċeduri ġodda ta’ skrinjar, xogħlijiet kbar ta’ kostruzzjoni li jistgħu jaffettwaw il-konformità tagħha mal-leġiżlazzjoni tal-KE rilevanti jew bidla fil-post/indirizz, tal-anqas 15-il jum tax-xogħol qabel ma jinbdew/il-bidla ppjanata.

sabiex tiġi żgurata konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-KE, [isem il-kumpanija] se tikkoopera bis-sħiħ fl-ispezzjonijiet kollha, kif meħtieġ, u se tipprovdi aċċess għad-dokumenti kollha, kif jintalab mill-ispetturi,

[isem il-kumpanija] se tgħarraf lil [isem l-awtorità xierqa] dwar kwalunkwe ksur serju tas-sigurtà u dwar kwalunkwe ċirkustanza suspettuża li tista’ tkun rilevanti għas-sigurtà tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru, b’mod partikolari dwar kwalunkwe tentattiv ta’ ħabi ta’ oġġetti pprojbiti fil-kunsinni,

[isem il-kumpanija] se tiżgura li l-persunal kollu rilevanti jirċievi t-taħriġ xieraq u jkun konxju tar-responsabbiltajiet tiegħu għas-sigurtà taħt il-programm tas-sigurtà tal-kumpanija, u

[isem il-kumpanija] se tgħarraf lil [isem l-awtorità xierqa] jekk:

(a)

twaqqaf in-negozju;

(b)

ma tibqax timmaniġġa merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru; jew

(c)

ma tkunx tista’ tibqa’ tissodisfa r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-KE rilevanti.

Naċċetta responsabbiltà sħiħa għal din id-dikjarazzjoni.

Isem:

Kariga fil-kumpanija:

Data:

Firma:

DOKUMENT MEHMUŻ 6-B

Id-dispożizzjonijiet għall-gwida għall-Kunsinnaturi Magħrufa huma stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

DOKUMENT MEHMUŻ 6-C

Id-dispożizzjonijiet għal-lista ta’ verifika tal-validazzjoni għall-kunsinnaturi magħrufa huma stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

DOKUMENT MEHMUŻ 6-D

STRUZZJONIJIET TAS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI GĦALL-

KUNSINNATURI IN KONTO

Dawn l-istruzzjonijiet tħejjew għall-użu tiegħek u għat-tagħrif tal-persunal tiegħek involut fit-tħejjija u l-kontroll tal-kunsinni tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru. Dawn l-istruzzjonijiet qegħdin jiġu pprovduti lilek skont ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu.

Bini

L-aċċess għaż-żoni fejn jitħejjew, jiġu ppakkjati u/jew maħżuna l-kunsinni tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli għandhom jiġu kkontrollati sabiex jiġi żgurat li l-ebda persuna mhux awtorizzata ma jkollha aċċess għall-kunsinni.

Il-viżitaturi għandhom ikunu akkumpanjati l-ħin kollu, jew ma għandhomx jingħataw aċċess għal, dawk iż-żoni fejn jitħejjew, jiġu ppakkjati jew/u maħżuna l-kunsinni tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli.

Persunal

L-integrità tal-persunal kollu li jiġi rreklutat li jkun se jkollu aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru identifikabbli għandha tiġi vverifikata. Din il-verifika għandha tinkludi tal-anqas kontroll tal-identità (jekk possibbli permezz ta’ karta tal-identità, liċenzja tas-sewqan jew passaport li jkollhom ritratt tal-persuna) u kontroll tal-curriculum vitae u/jew ir-referenzi pprovduti.

Il-persunal kollu li jkollu aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru għandu jkun konxju tar-responsabbiltajiet tiegħu għas-sigurtà kif stabbiliti f’dawn l-istruzzjonijiet.

Il-persuna nnominata bħala responsabbli

Tal-anqas persuna waħda għandha tiġi nnominata (il-persuna nnominata bħala responsabbli) għall-applikazzjoni u l-kontroll ta’ dawn l-istruzzjonijiet.

Integrità tal-kunsinna

Il-kunsinni tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru ma għandu jkun fihom l-ebda oġġett ipprojbit, sakemm ma jkunux ġew iddikjarati kif suppost u soġġetti għal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli.

Il-kunsinni tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru għandhom jiġu protetti minn interferenza mhux awtorizzata.

Il-kunsinni tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru għandha tiġi ppakkjata b’mod adegwat u, fejn possibbli, jingħalqu b’mod li juri li ma kienx hemm tbagħbis.

Il-kunsinni tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru li jkunu qegħdin jiġu ttrasportati għandhom jiġu deskritti b’mod sħiħ fuq id-dokumentazzjoni mehmuża flimkien mat-tagħrif korrett rigward l-indirizz.

Trasport

Meta l-kunsinnatur in konto jkun responsabbli għat-trasport tal-kunsinni tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru, il-kunsinni għandhom jiġu protetti minn interferenza mhux awtorizzata.

Meta l-kunsinnatur in konto juża kuntrattur:

(a)

il-kunsinni għandhom jiġu ssiġillati qabel ma jiġu ttrasportati; u

(b)

jeħtieġ li jkun hemm qbil dwar id-dikjarazzjoni tat-trasportatur kif tinsab fid-Dokument Mehmuż 6-E min-naħa tat-trasportatur li jittrasporta f’isem il-kunsinnatur in konto.

Id-dikjarazzjoni ffirmata jew kopja tal-ekwivalenti mingħand l-awtorità xierqa, għandha tinżamm mill-kunsinnatur in konto.

Irregolaritajiet

L-irregolaritajiet li jkunu ovvji kif ukoll dawk issuspettati relatati ma’ dawn l-istruzzjonijiet għandhom jiġu rrapportati lill-persuna nnominata bħala responsabbli. Il-persuna nnominata bħala responsabbli għandha tieħu azzjoni xierqa.

Kunsinni minn sorsi oħra

Kunsinnatur in konto jista’ jgħaddi kunsinni li ma jkunx oriġinahom huwa stess għal għand aġent irregolat, bil-kundizzjoni li:

(a)

ikunu sseparati minn kunsinni li jkun oriġina huwa stess; u

(b)

l-oriġini tkun indikata b’mod ċar fuq il-kunsinna jew fuq id-dokumentazzjoni mehmuża magħha.

It-tali kunsinni kollha għandhom jiġu skrinjati qabel ma jitgħabbew fuq inġenju tal-ajru.

Spezzjonijiet mingħajr avviż

L-ispetturi tas-sigurtà tal-avjazzjoni mill-awtorità xierqa jistgħu jwettqu spezzjonijiet mingħajr avviż sabiex jivverifikaw il-konformità ma’ dawn l-istruzzjonijiet. L-ispetturi għandhom dejjem iġorru magħhom pass uffiċjali, li għandu jinwtera kull meta jintalab meta tkun qiegħda titwettaq spezzjoni fil-bini tiegħek. Il-pass għandu jinkludi isem l-ispettur kif ukoll ritratt tiegħu.

Oġġetti pprojbiti

Apparat esplożiv u inċendjarju armat ma għandux jinġarr f’kunsinni ta’ merkanzija sakemm ir-rekwiżiti tar-regoli tas-sikurezza kollha ma jkunux ġew ssodisfati kompletament. Apparat esplożiv u inċendjarju, kemm jekk ikun armat kif ukoll jekk le, ma għandux jinġarr f’kunsinni ta’ posta.

Dikjarazzjoni tal-impenji

Id-“Dikjarazzjoni tal-impenji – kunsinnatur in konto” m’hemmx għalfejn tiġi ffirmata u mogħtija lill-aġent regolat, jekk il-kumpanija tiegħek tkun id-detentur ta’ ċertifikat tal-AEO msemmi fil-punt (b) jew (c) tal-Artikolu 14a(1) tar-Regolament (KE) Nru 1875/2006 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993.

Madankollu, għandek tgħarraf minnufih lill-aġent regolat jekk il-kumpanija tiegħek ma tkunx għadha d-detentur ta’ ċertifikat tal-AEO. F’dan il-każ, l-aġent regolat għandu jinfurmak kif tista’ tkun żgur dwar l-istatus tal-kunsinnatur in konto.

DIKJARAZZJONI TAL-IMPENJI — KUNSINNATUR IN KONTO

Skont ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu,

Niddikjara li,

[isem il-kumpanija] tikkonforma ma’ dawn l-istruzzjonijiet tas-sigurtà tal-avjazzjoni għall-kunsinnaturi in konto,

[isem il-kumpanija] tiżgura li dawn l-istruzzjonijiet jiġu kkomunikati lill-persunal li għandu aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru,

[isem il-kumpanija] iżżomm il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru sikura sa ma tingħadda għand l-aġent regolat,

[isem il-kumpanija] taċċetta li l-kunsinni jistgħu jkunu soġġetti għall-kontrolli tas-sigurtà, inkluż l-iskrinjar, u

[isem il-kumpanija] taċċetta spezzjonijiet mingħajr avviż fil-bini tagħha mill-awtorità xierqa tal-Istat Membru fejn tinsab sabiex tivvaluta jekk [isem il-kumpanija] hijiex konformi ma’ dawn l-istruzzjonijiet.

Naċċetta responsabbiltà sħiħa għal din id-dikjarazzjoni.

Isem:

Kariga fil-kumpanija:

Data:

Firma:

DOKUMENT MEHMUŻ 6-E

DIKJARAZZJONI TAT-TRASPORTATUR

Skont ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu,

Waqt il-ġbir, il-ġarr, il-ħżin u t-twassil tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru li jkunu sarulha l-kontrolli tas-sigurtà [f’isem isem l-aġent regolat/il-kunsinnatur magħruf/il-kunsinnatur in konto], nikkonferma li se jkun hemm konformità mal-proċeduri tas-sigurtà li ġejjin:

Il-persunal kollu li jittrasporta din il-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru se jkun irċieva taħriġ ta’ għarfien dwar is-sigurtà,

L-integrità tal-persunal kollu li jiġi rreklutat li jkollu aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru se tkun ivverifikata. Din il-verifika għandha tinkludi tal-anqas kontroll tal-identità (jekk possibbli permezz ta’ karta tal-identità, liċenzja tas-sewqan jew passaport li jkollhom ritratt tal-persuna) u kontroll tal-curriculum vitae u/jew ir-referenzi pprovduti,

Il-kompartimenti għat-tagħbija fil-vetturi se jkunu ssiġġilatti jew imsakkra. Vetturi li jkollhom il-purtieri fil-ġnub tagħhom se jingħalqu b’mod sikur permezz tal-ħbula tat-TIR. Il-partijiet tat-tagħbija tat-trakkijiet bi pjattaforma għall-ġarr se jinżammu taħt osservazzjoni meta l-merkanzija bl-ajru tkun qiegħda tiġi ttrasportata,

Immedjatament qabel it-tagħbien, għandha ssir tiftixa fil-kompartiment tat-tagħbija u l-integrità ta’ din it-tiftixa għandha tinżamm sa ma jintemm it-tagħbien,

Kull sewwieq se jġorr miegħu l-karta tal-identità, il-passaport, il-liċenzja tas-sewqan jew dokument ieħor, li jkollu ritratt tal-persuna, li jkun inħareġ jew li jkun rikonoxxut mill-awtoritajiet nazzjonali,

Bejn il-ġbir u t-twassil, is-sewwieqa mhumiex se jieqfu f’postijiet li ma jkunux inklużi fl-iskeda. Meta dan ma jkunx jista’ jiġi evitat, is-sewwieq se jiċċekkja s-sigurtà tat-tagħbija u l-integrità tal-qofol u/jew tas-siġilli malli jasal lura. Jekk is-sewwieq jiskopri kwalunkwe evidenza ta’ interferenza, se jinnotifika lis-superviżur tiegħu u l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru mhux se titwassal mingħajr notifika waqt it-twassil tagħha,

It-trasport mhux se jingħata b’kuntratt lil parti terza, sakemm il-parti terza ma jkollhiex hija wkoll ftehim ta’ trasportatur ma’ [l-istess isem ta’ hawn fuq tal-aġent regolat/il-kunsinnatur magħruf/il-kunsinnatur in konto, jew tal-awtorità xierqa li tkun approvat jew iċċertifikat lit-trasportatur], u

L-ebda servizz ieħor (eż. il-ħżin) mhuwa se jingħata b’kuntratt lil kwalunkwe parti oħra għajr aġent regolat jew entità li tkun ġiet iċċertifikata jew approvata u elenkata għad-dispożizzjoni ta’ dawn is-servizzi mill-awtorità xierqa.

Naċċetta responsabbiltà sħiħa għal din id-dikjarazzjoni.

Isem:

Kariga fil-kumpanija:

Data:

Firma:

DOKUMENT MEHMUŻ 6-F

MERKANZIJA U POSTA

PAJJIŻI TERZI RIKONOXXUTI LI QEGĦDIN JAPPLIKAW L-ISTANDARDS TAS-SIGURTÀ EKWIVALENTI GĦALL-ISTANDARDS BAŻIĊI KOMUNI

Fir-rigward tal-merkanzija u l-posta, il-pajjiżi terzi li ġejjin ġew rikonoxxuti li qegħdin japplikaw l-istandards tas-sigurtà ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni:

7   POSTA U MATERJALI TAT-TRASPORTATURI BL-AJRU

7.0.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor jew sakemm l-implimentazzjoni tal-kontrolli tas-sigurtà msemmija fil-kapitoli 4, 5 u 6, rispettivament, ma jkunux żgurati minn awtorità, operatur ta’ ajruport, entità jew trasportatur tal-ajru ieħor, trasportatur tal-ajru għandu jiżgura l-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti f’dan il-kapitolu fir-rigward tal-posta u l-materjali tat-trasportatur tal-ajru tiegħu.

7.1.   POSTA U MATERJALI TAT-TRASPORTATURI BL-AJRU LI SE JITGĦABBEW FUQ L-INĠENJU TAL-AJRU

7.1.1.

Qabel ma jitgħabbew fl-istiva ta’ inġenju tal-ajru, posta u materjali tat-trasportaturi bl-ajru se jiġu jew skrinjati jew inkella protetti skont il-kapitolu 5 jew se jkunu soġġetti għall-kontrolli tas-sigurtà u protetti skont il-kapitolu 6.

7.1.2.

Qabel ma jitgħabbew fi kwalunkwe parti ta’ inġenju tal-ajru għajr l-istiva, posta u materjali tat-trasportaturi bl-ajru għandhom jiġu skrinjati u protetti skont id-dispożizzjonijiet dwar il-bagalji tal-kabina fil-kapitolu 4.

7.1.3.

Posta u materjali tat-trasportaturi bl-ajru li se jitgħabbew fuq inġenju tal-ajru se jkunu soġġetti wkoll għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

7.2.   MATERJALI TAT-TRASPORTATURI BL-AJRU UŻATI GĦALL-IPPROĊESSAR TAL-PASSIĠĠIERI U L-BAGALJI

7.2.1.

Materjali tat-trasportaturi bl-ajru li jintużaw għall-finijiet ta’ pproċessar tal-passiġġieri u l-bagalji u li jistgħu jintużaw biex jikkompromettu s-sigurtà tal-avjazzjoni għandhom ikunu protetti jew jinżammu taħt sorveljanza sabiex jiġi evitat aċċess mhux awtorizzat.

Iċ-check in magħmul mill-passiġġier innifsu u alternattivi applikabbli tal-Internet għall-użu mill-passiġġieri għandhom jitqiesu bħala aċċess awtorizzat għat-tali materjali.

7.2.2.

Il-materjali mormija li jistgħu jintużaw biex jiffaċilitaw aċċess mhux awtorizzat jew iressqu l-bagalji fiż-żona ta’ sigurtà jew fuq inġenju tal-ajru għandhom jinqerdu jew jiġu invalidati.

7.2.3.

Sistemi għall-kontroll tat-tluq u sistemi għaċ-check in għandhom ikunu mmaniġġati b’tali mod li jipprevjenu l-aċċess mhux awtorizzat.

Iċ-check in magħmul mill-passiġġier innifsu għandu jitqies bħala aċċess awtorizzat għat-tali sistemi.

8   PROVVISTI GĦAL MATUL IT-TITJIRA

8.0.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

8.0.1.

Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, l-awtorità, l-operatur tal-ajruport, it-trasportatur tal-ajru jew l-entità responsabbli skont il-programm nazzjonali tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti f’dan il-kapitolu.

8.0.2.

Għall-fini ta’ dan il-kapitolu, “provvisti għal matul it-titjira” tfisser l-oġġetti kollha li huwa ppjanat li jittieħdu abbord l-inġenju tal-ajru għall-użu, il-konsum jew ix-xiri mill-passiġġieri jew l-ekwipaġġ matul it-titjira, għajr:

(a)

bagalji tal-kabina,

(b)

oġġetti li jinġarru minn persuni li ma jkunux passiġġieri, u

(c)

posta u materjali tat-trasportaturi tal-ajru.

Għall-fini ta’ dan il-kapitolu, “fornitur regolat tal-provvisti għal matul it-titjira” tfisser fornitur li l-proċeduri tiegħu jilħqu r-regoli u l-istandards komuni tas-sigurtà li jkunu suffiċjenti sabiex jippermettu t-twassil tal-provvisti għal matul it-titjira direttament sal-inġenju tal-ajru.

Għall-fini ta’ dan il-kapitolu, “fornitur magħruf tal-provvisti għal matul it-titjira” tfisser fornitur li l-proċeduri tiegħu jilħqu r-regoli u l-istandards komuni tas-sigurtà li jkunu suffiċjenti sabiex jippermettu t-twassil tal-provvisti għal matul it-titjira għand trasportatur tal-ajru jew fornitur regolat, iżda mhux direttament sal-inġenju tal-ajru.

8.0.3.

Il-provvisti għandhom jitqiesu bħala provvisti għal matul it-titjira mill-waqt li jkunu identifikabbli bħala provvisti sabiex jittieħdu abbord inġenju tal-ajru għall-użu, il-konsum jew ix-xiri mill-passiġġieri jew l-ekwipaġġ matul it-titjira.

8.1.   KONTROLLI TAS-SIGURTÀ

8.1.1.   Kontrolli tas-sigurtà – dispożizzjonijiet ġenerali

8.1.1.1.

Il-provvisti għal matul it-titjira għandhom jiġu skrinjati qabel ma jittieħdu f’żona ta’ sigurtà ristretta, sakemm:

(a)

il-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa ma jkunux ġew applikati minn trasportatur tal-ajru li jwassal dawn il-provvisti sal-inġenju tal-ajru tiegħu stess u l-provvisti ma jkunux ġew protetti minn interferenza mhux awtorizzata mill-waqt li dawk il-kontrolli jkunu ġew applikati sat-twassil tal-provvisti fl-inġenju tal-ajru; jew

(b)

il-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa ma jkunux ġew applikati għall-provvisti minn fornitur regolat u l-provvisti ma jkunux ġew protetti minn interferenza mhux awtorizzata mill-waqt li jkunu ġew applikati dawk il-kontrolli sal-wasla fiż-żona ta’ sigurtà ristretta jew, fejn applikabbli, sat-twassil għand it-trasportatur tal-ajru jew fornitur regolat ieħor; jew

(c)

il-kontrolli tas-sigurtà meħtieġa ma jkunux ġew applikati għall-provvisti minn fornitur magħruf u l-provvisti ma jkunux ġew protetti minn interferenza mhux awtorizzata mill-waqt li dawk il-kontrolli jkunu ġew applikati sat-twassil tal-provvisti fl-inġenju tal-ajru jew għand il-fornitur regolat.

8.1.1.2.

Kwalunkwe provvista għal matul it-titjira li tasal mingħand aġent regolat jew fornitur magħruf li turi sinjali ta’ tbagħbis jew fejn ikun hemm x’jagħti ‘l wieħed x’jifhem li ma kinitx protetta minn interferenza mhux awtorizzata mill-waqt li l-kontrolli tas-sigurtà jkunu ġew applikati, għandha tiġi skrinjata.

8.1.1.3.

Il-kontrolli tas-sigurtà tal-provvisti għal matul it-titjira għandhom ikunu wkoll soġġetti għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

8.1.2.   Skrinjar

8.1.2.1.

Meta l-provvisti għal matul it-titjira jiġu skrinjati, il-mezz jew il-metodu użat għandu jqis in-natura tal-provvisti u għandu jkun ta’ standard suffiċjenti sabiex jiżgura b’mod raġonevoli li l-ebda oġġett ipprojbit ma jkun moħbi fil-provvisti.

8.1.2.2.

L-iskrinjar tal-provvisti għal matul it-titjira għandhom ikunu wkoll soġġetti għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

8.1.3.   Approvazzjoni ta’ fornituri regolati

8.1.3.1.

Fornituri regolati għandhom ikunu approvati mill-awtorità xierqa.

L-approvazzjoni bħala fornitur regolat għandha tkun speċifika għas-sit.

Kwalunkwe entità li tiżgura li l-kontrolli tas-sigurtà kif inhuma msemmija fil-punt 8.1.5 u li twassal il-provvisti għal matul it-titjira direttament sal-inġenju tal-ajru għandha tiġi approvata bħala fornitur regolat. Dan ma għandux japplika għal trasportatur tal-ajru li japplika dawn il-kontrolli tas-sigurtà huwa stess u li jwassal il-provvisti sal-inġenju tal-ajru tiegħu stess.

8.1.3.2.

L-awtorità xierqa ta’ kull Stat Membru għandha tiddefinixxi fil-programm tas-sigurtà nazzjonali tal-avjazzjoni ċivili tagħha kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, ir-responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni tal-proċedura li ġejja dwar l-approvazzjoni ta’ fornituri regolati:

(a)

L-entità għandha tfittex li tikseb l-approvazzjoni mill-awtorità xierqa tal-Istat Membru li fih jinsab is-sit tagħha sabiex tingħata l-istatus ta’ fornitur regolat.

L-applikant għandu jressaq programm ta’ sigurtà quddiem l-awtorità xierqa konċernata. Il-programm għandu jiddeskrivi l-metodi u l-proċeduri li l-fornitur għandu jsegwi sabiex ikun konformi mar-rekwiżiti tal-punt 8.1.5. Il-programm għandu jiddeskrivi wkoll kif il-konformità ma’ dawn il-metodi u l-proċeduri għandha tiġi ssorveljata mill-fornitur innifsu.

L-applikant għandu jressaq ukoll id-“Dikjarazzjoni tal-impenji – fornitur regolat ta” provvisti għal matul it-titjira’ kif tinsab fid-Dokument Mehmuż 8-A. Din id-dikjarazzjoni għandha tkun iffirmata mir-rappreżentant legali jew mill-persuna responsabbli għas-sigurtà.

Id-dikjarazzjoni ffirmata għandha tinżamm mill-awtorità xierqa konċernata.

(b)

L-awtorità xierqa, jew validatur indipendenti li jaġixxi f’isimha, għandhom jeżaminaw il-programm tas-sigurtà u mbagħad iwettqu verifika fuq il-post tas-siti speċifikati sabiex jiġi vvalutat jekk l-applikant huwiex konformi mar-rekwiżiti tal-punt 8.1.5.

(c)

Jekk l-awtorità xierqa tkun sodisfatta bit-tagħrif ipprovdut taħt il-punti (a) u (b), tista’ tapprova l-fornitur bħala fornitur regolat għal siti speċifiċi. Jekk l-awtorità xierqa ma tkunx sodisfatta, l-entità li tkun qiegħda tfittex li tikseb l-approvazzjoni bħala fornitur regolat għandha tiġi nnotifikata minnufih bir-raġunijiet għal dan.

8.1.3.3.

Fornitur regolat għandu jerġa’ jiġi vvalidat mill-ġdid f’intervalli regolari li ma jaqbżux il-ħames (5) snin. Dan għandu jinkludi verifika fil-post sabiex jiġi vvalutat jekk il-fornitur regolat għadux konformi mar-rekwiżiti tal-punt 8.1.5.

Spezzjoni fil-bini ta’ fornitur regolat mill-awtorità xierqa skont il-programm nazzjonali tiegħu tal-kontroll tal-kwalità tista’ titqies bħala verifika fuq il-post, sakemm din tkun tkopri r-rekwiżiti kollha tal-punt 8.1.5.

8.1.3.4.

Jekk l-awtorità xierqa ma tibqax sodisfatta fir-rigward tal-konformità tal-fornitur regolat mar-rekwiżiti tal-punt 8.1.5, għandha tirtira l-istatus ta’ fornitur regolat għas-siti speċifikati.

8.1.3.5.

Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ kull Stat Membru li japplika miżuri aktar stretti skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, fornitur regolat approvat skont il-punt 8.1.3 għandu jkun rikonoxxut fl-Istati Membri kollha.

8.1.4.   Nominazzjoni tal-fornituri magħrufa

8.1.4.1.

Kwalunkwe entità li tiżgura li l-kontrolli tas-sigurtà kif inhuma msemmija fil-punt 8.1.5.1 u li twassal il-provvisti għal matul it-titjira, iżda mhux direttament sal-inġenju tal-ajru, għandha tiġi nnominata bħala fornitur magħruf mill-kumpanija li l-entità tkun qiegħda tforni. Dan ma għandux japplika għal fornitur regolat.

8.1.4.2.

Sabiex tiġi nnominata bħala fornitur magħruf, l-entità għandha tissottometti d-“Dikjarazzjoni tal-impenji – fornitur magħruf tal-provvisti għal matul it-titjira” kif tinsab fid-Dokument Mehmuż 8-B lil kull kumpanija li tforni. Din id-dikjarazzjoni għandha tiġi ffirmata mir-rappreżentant legali jew mill-persuna responsabbli għas-sigurtà.

Id-dikjarazzjoni ffirmata għandha tinżamm mill-kumpanija li l-fornitur magħruf ikun qiegħed iforni bħala mezz ta’ validazzjoni.

8.1.4.3.

Jekk ma jsir l-ebda forniment f’perjodu ta’ sentejn (2), l-istatus ta’ fornitur magħruf għandu jiskadi.

8.1.4.4.

Jekk l-awtorità xierqa jew il-kumpanija li l-fornitur magħruf iforni ma tibqax sodisfatta fir-rigward tal-konformità tal-fornitur magħruf mar-rekwiżiti tal-punt 8.1.5.1, il-kumpanija konċernata għandha tirtira l-istatus ta’ fornitur magħruf.

8.1.5.   Il-kontrolli tas-sigurtà li għandhom jiġu applikati minn trasportatur tal-ajru, fornitur regolat u fornitur magħruf.

8.1.5.1.

It-trasportatur tal-ajru, il-fornitur regolat u l-fornitur magħruf tal-provvisti għal matul it-titjira għandhom:

(a)

jinnominaw persuna fil-kumpanija li tkun responsabbli għas-sigurtà; u

(b)

jiżguraw li l-persuni b’aċċess għall-provvisti għal matul it-titjira jirċievu taħriġ ta’ għarfien dwar is-sigurtà qabel ma jingħataw aċċess għal dawn il-provvisti; u

(c)

jevitaw aċċess mhux awtorizzat fil-bini tagħhom u għall-provvisti għal waqt it-titjira; u

(d)

jiżguraw b’mod raġonevoli li l-ebda oġġett ipprojbit ma jkun moħbi fil-provvisti għal matul it-titjira; u

(e)

japplikaw siġilli li juru sinjali tat-tbagħbis fil-vetturi kollha u/jew fil-kontejners li jittrasportaw il-provvisti għal matul it-titjira jew jipproteġuhom fiżikament.

Il-punt (e) ma għandux japplika għal waqt it-trasport li jsir fiż-żona tal-ajru.

8.1.5.2.

Il-kontrolli tas-sigurtà li għandhom jiġu applikati minn trasportatur tal-ajru jew minn fornitur regolat għandhom ikunu soġġetti wkoll għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

8.2.   PROTEZZJONI TAL-PROVVISTI GĦAL MATUL IT-TITJIRA

Id-dispożizzjonijiet dettaljati għall-protezzjoni tal-provvisti għal matul it-titjira huma stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

DOKUMENT MEHMUŻ 8-A

DIKJARAZZJONI TAL-IMPENJI

FORNITUR REGOLAT TAL-PROVVISTI GĦAL MATUL IT-TITJIRA

Skont ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu,

Niddikjara li,

skont l-aħjar tagħrif u twemmin tiegħi, it-tagħrif li jinsab fil-programm tas-sigurtà tal-kumpanija huwa veru u preċiż;

il-prattiki u l-proċeduri stabbiliti f’dan il-programm tas-sigurtà se jiġu implimentati u se jinżammu fis-siti kollha koperti bil-programm;

dan il-programm tas-sigurtà se jiġi aġġustat u adattat sabiex ikun konformi ma’ kull bidla rilevanti futura fil-leġiżlazzjoni tal-KE, sakemm [isem il-kumpanija] ma tkunx avżat lil [isem l-awtorità xierqa] li ma tixtieqx tibqa’ twassal il-provvisti għal matul it-titjira direttament sal-inġenju tal-ajru (u għaldaqstant ma tixtieqx tibqa’ fin-negozju bħala fornitur regolat);

[isem il-kumpanija] se tgħarraf lil [isem l-awtorità xierqa] bil-miktub dwar:

(a)

bidliet żgħar fil-programm tas-sigurtà tagħha, bħalma huma isem il-kumpanija, il-persuna responsabbli għas-sigurtà jew id-dettalji tal-kuntatt, minnufih iżda tal-anqas fi żmien għaxart (10) ijiem tax-xogħol; u

(b)

bidliet kbar li jkunu ppjanati, bħalma huma proċeduri ġodda ta’ skrinjar, xogħlijiet kbar ta’ kostruzzjoni li jistgħu jaffettwaw il-konformità tagħha mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-KE jew bidla fil-post/indirizz, tal-anqas fi żmien 15-il jum tax-xogħol qabel ma jinbdew/il-bidla ppjanata.

sabiex tiġi żgurata konformità mal-leġiżlazzjoni tal-KE rilevanti, [isem il-kumpanija] se tikkoopera bis-sħiħ fl-ispezzjonijiet kollha, kif meħtieġ, u se tipprovdi aċċess għad-dokumenti kollha, kif jintalab mill-ispetturi;

[isem il-kumpanija] se tgħarraf lil [isem l-awtorità xierqa] dwar kwalunkwe ksur serju tas-sigurtà u dwar kwalunkwe ċirkustanza suspettuża li tista’ tkun rilevanti għas-sigurtà tal-provvisti għal matul it-titjira, b’mod partikolari dwar kwalunkwe tentattiv ta’ ħabi ta’ oġġetti pprojbiti fil-provvisti;

[isem il-kumpanija] se tiżgura li l-persunal kollu rilevanti jirċievi t-taħriġ xieraq u jkun konxju mir-responsabbiltajiet tiegħu għas-sigurtà taħt il-programm tas-sigurtà tal-kumpanija; u

[isem il-kumpanija] se tgħarraf lil [isem l-awtorità xierqa] jekk:

(a)

twaqqaf in-negozju;

(b)

ma tibqax twassal il-provvisti għal waqt it-titjira direttament sal-inġenju tal-ajru; jew

(c)

ma tkunx tista’ tibqa’ tissodisfa r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-KE.

Naċċetta responsabbiltà sħiħa għal din id-dikjarazzjoni.

Isem:

Kariga fil-kumpanija:

Data:

Firma:

DOKUMENT MEHMUŻ 8-B

DIKJARAZZJONI TAL-IMPENJI

FORNITUR MAGĦRUF TAL-PROVVISTI GĦAL MATUL IT-TITJIRA

Skont ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu,

Niddikjara li,

[isem il-kumpanija] tikkonforma mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-KE;

sabiex tiġi żgurata konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-KE, [isem il-kumpanija] se tikkoopera bis-sħiħ fl-ispezzjonijiet kollha, kif meħtieġ, u se tipprovdi aċċess għad-dokumenti kollha, kif jintalab mill-ispetturi;

[isem il-kumpanija] se tgħarraf lil [isem it-trasportatur tal-ajru jew tal-fornitur regolat li tforni bil-provvisti għal matul it-titjira] dwar kwalunkwe ksur serju tas-sigurtà u dwar kwalunkwe ċirkustanza suspettuża li tista’ tkun rilevanti għas-sigurtà tal-provvisti għal matul it-titjira, b’mod partikolari dwar kwalunkwe tentattiv ta’ ħabi ta’ oġġetti pprojbiti fil-provvisti;

[il-kumpanija] se tiżgura li l-persunal kollu rilevanti jirċievi t-taħriġ xieraq u jkun konxju mir-responsabbiltajiet tiegħu għas-sigurtà; u

[isem il-kumpanija] se tgħarraf [lit-trasportatur tal-ajru jew lill-fornitur regolat li tforni bil-provvisti għal matul it-titjira] jekk:

(a)

twaqqaf in-negozju; jew

(b)

ma tkunx tista’ tibqa’ tissodisfa r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-KE.

Naċċetta responsabbiltà sħiħa għal din id-dikjarazzjoni.

Isem:

Kariga fil-kumpanija:

Data:

Firma:

9   PROVVISTI TAL-AJRUPORT

9.0.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

9.0.1.

Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor jew sakemm l-implimentazzjoni tal-iskrinjar ma tkunx ġiet skrinjata minn awtorità jew entità, operatur ta’ ajruport għandu jiżgura l-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti f’dan il-kapitolu.

9.0.2.

Għall-fini ta’ dan il-kapitolu,

(a)

“provvisti tal-ajruporti” tfisser l-oġġetti kollha maħsuba biex jinbiegħu, jintużaw jew ikunu disponibbli għal kwalunkwe skop jew attività f’żoni ta’ sigurtà ristretta tal-ajruporti;

(b)

“fornitur magħruf tal-provvisti tal-ajruporti” tfisser fornitur li l-proċeduri tiegħu jilħqu r-regoli tas-sigurtà komuni u l-istandards suffiċjenti biex jippermettu t-twassil tal-provvisti tal-ajruporti saż-żoni ta’ sigurtà ristretta.

9.0.3.

Il-provvisti għandhom jitqiesu bħala provvisti tal-ajruporti mill-waqt li jsiru identifikabbli bħala provvisti biex jinbiegħu, jintużaw jew ikunu disponibbli f’żoni ta’ sigurtà ristretta tal-ajruporti.

9.1.   KONTROLLI TAS-SIGURTÀ

9.1.1.   Kontrolli tas-sigurtà – dispożizzjonijiet ġenerali

9.1.1.1.

Il-provvisti tal-ajruporti għandhom jiġu skrinjati qabel ma jitħallew jidħlu fiż-żoni ta’ sigurtà ristretta, sakemm il-provvisti ma jkunux sarulhom il-kontrolli tas-sigurtà minn fornitur magħruf u l-provvisti ma jkunux ġew protetti minn interferenza mhux awtorizzata mill-waqt li jkunu ġew applikati dawk il-kontrolli sa ma jittieħdu fiż-żona ta’ sigurtà.

9.1.1.2.

Il-provvisti tal-ajruport li joriġinaw fiż-żona ta’ sigurtà jistgħu jiġu eżentati minn dawn il-kontrolli tas-sigurtà.

9.1.1.3.

Kwalunkwe provvista tal-ajruport li tasal mingħand fornitur magħruf li turi sinjali ta’ tbagħbis jew fejn ikun hemm x’jagħti ‘l wieħed x’jifhem li ma kinitx protetta minn interferenza mhux awtorizzata mill-waqt li l-kontrolli tas-sigurtà jkunu ġew applikati, għandha tiġi skrinjata.

9.1.1.4.

Malli jitwasslu fil-ħanut fiż-żona ta’ sigurtà, il-persunal tal-ħanut għandu jwettaq kontroll viżiv tal-provvisti tal-ajruport sabiex jiżgura li ma jkun hemm l-ebda sinjali ta’ tbagħbis.

9.1.2.   Skrinjar

9.1.2.1.

Meta l-provvisti tal-ajruport jiġu skrinjati, il-mezz jew il-metodu użat għandu jqis in-natura tal-provvista u għandu jkun ta’ standard suffiċjenti sabiex jiżgura b’mod raġonevoli li l-ebda oġġett pprojbit ma jkun moħbi fil-provvista.

9.1.2.2.

L-iskrinjar tal-provvisti tal-ajruporti għandu jkun ukoll soġġett għad-dispożizzjonijiet addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

9.1.3.   Nominazzjoni tal-fornituri magħrufa

9.1.3.1.

Kwalunkwe entità li tiżgura li l-kontrolli tas-sigurtà kif inhuma msemmija fil-punt 9.1.4 u li twassal il-provvisti tal-ajruport għandha tiġi nnominata bħala fornitur magħruf mill-operatur tal-ajruport.

9.1.3.2.

Sabiex tiġi nnominata bħala fornitur magħruf, l-entità għandha tissottometti d-“Dikjarazzjoni tal-impenji – fornitur magħruf tal-provvisti tal-ajruport” kif jinsabu fid-Dokument Mehmuż 9-A lill-operatur tal-ajruport. Din id-dikjarazzjoni għandha tiġi ffirmata mir-rappreżentant legali jew mill-persuna responsabbli għas-sigurtà.

Id-dikjarazzjoni ffirmata għandha tinżamm mill-operatur tal-ajruport bħala mezz ta’ validazzjoni.

9.1.3.3.

Jekk l-entità ma twassal xejn f’perjodu ta’ sentejn (2), l-istatus ta’ fornitur magħruf għandu jiskadi.

9.1.3.4.

Jekk l-awtorità xierqa jew l-operatur tal-ajruport ma jibqgħux sodisfatti fir-rigward tal-konformità tal-fornitur magħruf mar-rekwiżiti tal-punt 9.1.4, l-operatur tal-ajruport għandu jirtira l-istatus ta’ fornitur magħruf.

9.1.4.   Kontrolli tas-sigurtà li għandhom jiġu applikati minn fornitur magħruf

Fornitur magħruf tal-provvisti tal-ajruporti għandu:

(a)

jinnomina persuna fil-kumpanija li tkun responsabbli għas-sigurtà; u

(b)

jiżgura li l-persuni b’aċċess għall-provvisti tal-ajruport jirċievu taħriġ ta’ għarfien dwar is-sigurtà qabel ma jingħataw aċċess għal dawn il-provvisti; u

(c)

jevita aċċess mhux awtorizzat fil-bini tiegħu u għall-provvisti tal-ajruport; u

(d)

jiżgura b’mod raġonevoli li l-ebda oġġett ipprojbit ma jkun moħbi fil-provvisti tal-ajruport; u

(e)

japplika siġilli li juru sinjali tat-tbagħbis fil-vetturi kollha u/jew fil-kontejners li jittrasportaw il-provvisti tal-ajruporti jew jipproteġuhom fiżikament.

9.2.   PROTEZZJONI TAL-PROVVISTI TAL-AJRUPORTI

Id-dispożizzjonijiet dettaljati għall-protezzjoni tal-provvisti tal-ajruporti huma stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

DOKUMENT MEHMUŻ 9-A

DIKJARAZZJONI TAL-IMPENJI

FORNITUR MAGĦRUF TAL-PROVVISTI TAL-AJRUPORTI

Skont ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu,

Niddikjara li,

[isem il-kumpanija] tikkonforma mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-KE;

sabiex tiġi żgurata konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-KE, [isem il-kumpanija] se tikkoopera bis-sħiħ fl-ispezzjonijiet kollha, kif meħtieġ, u se tipprovdi aċċess għad-dokumenti kollha, kif jintalab mill-ispetturi;

[isem il-kumpanija] se tgħarraf lil [isem l-awtorità xierqa u l-operatur tal-ajruport] dwar kwalunkwe ksur serju tas-sigurtà u dwar kwalunkwe ċirkustanza suspettuża li tista’ tkun rilevanti għas-sigurtà tal-provvisti għall-ajruporti, b’mod partikolari dwar kwalunkwe tentattiv ta’ ħabi ta’ oġġetti pprojbiti fil-provvisti;

[il-kumpanija] se tiżgura li l-persunal kollu rilevanti jirċievi t-taħriġ xieraq u jkun konxju mir-responsabbiltajiet tiegħu għas-sigurtà; u

[isem il-kumpanija] se tgħarraf lil [isem l-operatur tal-ajruport] jekk:

(a)

twaqqaf in-negozju; jew

(b)

ma tkunx tista’ tibqa’ tissodisfa r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-KE rilevanti.

Naċċetta responsabbiltà sħiħa għal din id-dikjarazzjoni.

Isem:

Kariga fil-kumpanija:

Data:

Firma:

10   MIŻURI TA’ SIGURTÀ GĦAL MATUL IT-TITJIRA

L-ebda dispożizzjoni f’dan ir-Regolament.

11   REKLUTAĠĠ U TAĦRIĠ TAL-PERSUNAL

11.0.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

11.0.1.

L-awtorità, l-operatur tal-ajru, it-trasportatur tal-ajru jew l-entità li jimmobilizzaw il-persuni li jimplimentaw, jew li jkunu responsabbli għall-implimentazzjoni skont il-programm nazzjonali tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 għandhom jiżguraw li dawn il-persuni jissodisfaw l-istandards stabbiliti f’dan il-kapitolu.

11.0.2.

Għall-fini ta’ dan il-kapitolu, “ċertifikazzjoni” tfisser evalwazzjoni formali u konferma minn jew f’isem l-awtorità xierqa li tindika li l-persuna wettqet b’suċċess it-taħriġ rilevanti u li l-persuna għandha l-kompetenzi meħtieġa biex twettaq il-funzjonijiet assenjati lilha f’livell aċċettabbli.

11.0.3.

Għall-finijiet ta’ dan il-kapitolu, “stat tar-residenza” għandu jkun kwalunkwe pajjiż fejn il-persuna tkun ilha residenti b’mod kontinwu għal sitt (6) xhur jew aktar u “vojt” fir-reġistru tal-edukazzjoni jew tax-xogħol għandu jfisser kwalunkwe vojt ta’ aktar minn 28 jum.

11.0.4.

Il-kompetenzi li persuni jiksbu qabel ir-reklutaġġ għandhom jitqiesu meta tkun qiegħda tiġi vvalutata kwalunkwe ħtieġa ta’ taħriġ taħt din it-taqsima.

11.1.   REKLUTAĠĠ

11.1.1.

Persuni li jiġu rreklutati biex jimplimentaw, jew biex ikunu responsabbli għall-implimentazzjoni ta’, skrinjar, kontroll fuq l-aċċess jew kontrolli tas-sigurtà f’żona ta’ sigurtà għandu jkun sarilhom kontroll tal-isfond b’eżitu pożittiv.

11.1.2.

Persuni li jiġu rreklutati biex jimplimentaw, jew biex ikunu responsabbli għall-implimentazzjoni ta’, skrinjar, kontroll fuq l-aċċess jew kontrolli tas-sigurtà f’post ieħor għajr f’żona ta’ sigurtà għandu jkun sarilhom kontroll tal-isfond jew kontroll ta’ qabel l-impjieg b’eżitu pożittiv. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan ir-Regolament, l-awtorità xierqa skont ir-regoli nazzjonali applikabbli għandha tiddetermina jekk għandux jitwettaq kontroll tal-isfond jew kontroll ta’ qabel l-impjieg.

11.1.3.

Skont ir-regoli Komunitarji u nazzjonali, kontroll tal-isfond għandu tal-anqas:

(a)

jistabbilixxi l-identità tal-persuna abbażi ta’ evidenza li tinsab fid-dokumenti;

(b)

ikopri r-reġistri kriminali fl-istati tar-residenza kollha matul tal-anqas il-ħames (5) snin preċedenti; u

(c)

ikopri x-xogħol, l-edukazzjoni u kwalunkwe vojt marbut magħhom tal-anqas fil-ħames (5) snin preċedenti.

11.1.4.

Skont ir-regoli Komunitarji u nazzjonali, kontroll ta’ qabel l-impjieg għandu:

(a)

jistabbilixxi l-identità tal-persuna abbażi ta’ evidenza dokumentarja;

(b)

ikopri x-xogħol, l-edukazzjoni u kwalunkwe vojt marbut magħhom tal-anqas fil-ħames (5) snin preċedenti; u

(c)

jesiġi li l-persuna tiffirma dikjarazzjoni li tagħti d-dettalji dwar kwalunkwe storja kriminali fl-istati kollha tar-residenza matul tal-anqas il-ħames (5) snin preċedenti.

11.1.5.

Kontrolli tal-isfond jew ta’ qabel l-impjieg għandhom isiru qabel ma l-persuna tattendi kwalunkwe taħriġ tas-sigurtà li jinvolvi aċċess għat-tagħrif li ma jkunx disponibbli pubblikament.

11.1.6.

Il-proċess tar-reklutaġġ għall-persuni kollha li jiġu rreklutati taħt il-punti 11.1.1 u 11.1.2 għandu jinkludi tal-anqas applikazzjoni bil-miktub u stadju li jinkludi intervista mfassla sabiex tipprovdi valutazzjoni inizjali tal-ħiliet u l-attitudni.

11.1.7.

Il-persuni li jiġu rreklutati biex jimplimentaw il-kontrolli tas-sigurtà għandu jkollhom il-ħiliet mentali u fiżiċi u l-attitudni meħtieġa biex iwettqu l-ħidmiet assenjati lilhom b’mod effikaċi u għandhom jkunu konxji tan-natura ta’ dawn ir-rekwiżiti mill-bidu nett tal-proċess tar-reklutaġġ.

Dawn il-ħiliet u din l-attitudni għandhom jiġu vvalutati matul il-proċess tar-reklutaġġ u qabel jintemm kwalunkwe perjodu ta’ prova.

11.1.8.

Ir-reġistri tar-reklutaġġ, inklużi r-riżultati ta’ kwalunkwe test ta’ valutazzjoni, għandhom jinżammu għall-persuni kollha rreklutati taħt il-punti 11.1.1 u 11.1.2 tal-anqas matul id-dewmien tal-kuntratt tagħhom.

11.2.   TAĦRIĠ

11.2.1.   Obbligi ta’ taħriġ ġenerali

11.2.1.1.

Il-persuni għandhom ikunu temmew b’suċċess it-taħriġ rilevanti qabel ma jiġu awtorizzati jimplimentaw il-kontrolli tas-sigurtà mingħajr sorveljanza.

11.2.1.2.

It-taħriġ tal-persuni li jwettqu l-ħidmiet elenkati fil-punti 11.2.3.1 sa 11.2.3.5 u l-punt 11.2.4 għandu jinkludi elementi teoretiċi, prattiċi u ta’ taħriġ fuq il-post tax-xogħol.

11.2.1.3.

Il-kontenut tal-korsijiet għandu jiġi speċifikat jew approvat mill-awtorità xierqa qabel ma:

(a)

dak li jħarreġ jagħti kwalunkwe taħriġ meħtieġ taħt ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu; jew

(b)

taħriġ ibbażat fuq il-kompjuter jintuża sabiex jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu.

Taħriġ ibbażat fuq il-kompjuter jista’ jintuża bl-appoġġ jew mingħajr l-appoġġ ta’ dak li jħarreġ jew ta’ kowċ.

11.2.1.4.

Ir-reġistri tat-taħriġ għandhom jinżammu għall-persuni kollha mħarrġa tal-anqas matul id-dewmien tal-kuntratt tagħhom.

11.2.2.   Taħriġ bażiku

Taħriġ bażiku tal-persuni li jwettqu l-ħidmiet elenkati fil-punti 11.2.3.1, 11.2.3.4 u 11.2.3.5 kif ukoll il-punti 11.2.4, 11.2.5 u 11.5 għandu jirriżulta fil-kompetenzi li ġejjin:

(a)

għarfien dwar atti preċedenti ta’ interferenza illeċita fl-avjazzjoni ċivili, atti terrostiċi u theddid attwali;

(b)

għarfien dwar il-qafas legali għas-sigurtà tal-avjazzjoni;

(c)

għarfien dwar l-għanijiet u l-organizzazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni, inklużi l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-persuni li jimplimentaw il-kontrolli tas-sigurtà;

(d)

għarfien dwar il-proċeduri tal-kontroll fuq l-aċċess;

(e)

għarfien dwar is-sistemi tal-karti tal-identifikazzjoni li jintużaw fl-ajruport;

(f)

għarfien dwar il-proċeduri sabiex persuni jiġu kkontrollati u taċ-ċirkustanzi li fihom persuni għandhom jiġu ċċalinġjati jew irrappurtati;

(g)

għarfien dwar il-proċeduri tar-rappurtar;

(h)

il-ħila li jiġu identifikati oġġetti pprojbiti;

(i)

il-ħila li jkun hemm reazzjoni xierqa għal inċidenti relatati mas-sigurtà;

(j)

għarfien dwar kif l-imġiba u r-reazzjonijiet tal-bniedem jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tas-sigurtà; u

(k)

il-ħila li wieħed jikkomunika b’mod ċar u kunfidenti.

11.2.3.   Taħriġ speċifiku dwar l-impjieg għall-persuni li jimplimentaw il-kontrolli tas-sigurtà

11.2.3.1.

Taħriġ speċifiku ta’ persuni li jimplimentaw l-iskrinjar tal-persuni, il-bagalji tal-kabina, l-oġġetti li jinġarru u l-bagalji tal-istiva għandu jirriżulta fil-kompetenzi li ġejjin:

(a)

fehim tal-konfigurazzjoni tal-punt tal-kontroll tal-iskrinjar u l-proċess tal-iskrinjar;

(b)

għarfien dwar kif oġġetti pprojbiti jistgħu jinħbew;

(c)

il-ħila li jkun hemm reazzjoni xierqa f’każ ta’ individwazzjoni ta’ oġġetti pprojbiti;

(d)

għarfien dwar il-kapaċitajiet u l-limitazzjonijiet tat-tagħmir tas-sigurtà jew il-metodi tal-iskrinjar użati;

(e)

għarfien dwar il-proċeduri ta’ reazzjoni f’emerġenza;

u, meta l-ħidmiet assenjati lill-persuna jkunu jeħtieġu dan:

(f)

ħiliet interpersonali, b’mod partikolari kif wieħed għandu jittratta differenzi kulturali u passiġġieri potenzjalment problematiċi;

(g)

għarfien dwar it-tekniki tat-tfittxijiet bl-idejn;

(h)

il-ħila li jitwettqu tfittxijiet bl-idejn ta’ standard suffiċjenti sabiex l-individwazzjoni ta’ oġġetti pprojbiti moħbija tiġi żgurata b’mod raġonevoli;

(i)

għarfien dwar l-eżenzjonijiet mill-iskrinjar u l-proċeduri tas-sigurtà speċjali;

(j)

il-ħila li wieħed jopera t-tagħmir tas-sigurtà li jintuża;

(k)

il-ħila li wieħed jinterpreta b’mod korrett l-immaġnijiet mogħtija mit-tagħmir tas-sigurtà; u

(l)

għarfien dwar ir-rekwiżiti ta’ protezzjoni għall-bagalji tal-istiva.

11.2.3.2.

It-taħriġ tal-persuni li jimplimentaw l-iskrinjar ta’ merkanzija u posta għandu jirriżulta fil-kompetenzi li ġejjin:

(a)

għarfien dwar atti preċedenti ta’ interferenza illeċita fl-avjazzjoni ċivili, atti terrostiċi u theddid attwali;

(b)

għarfien dwar ir-rekwiżiti legali rilevanti;

(c)

għarfien dwar l-għanijiet u l-organizzazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni, inklużi l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-persuni li jimplimentaw il-kontrolli tas-sigurtà fil-katina tal-forniment;

(d)

il-ħila li jiġu identifikati oġġetti pprojbiti;

(e)

il-ħila li jkun hemm reazzjoni xierqa f’każ ta’ individwazzjoni ta’ oġġetti pprojbiti;

(f)

għarfien dwar il-ħiliet u l-limitazzjonijiet tat-tagħmir tas-sigurtà jew il-metodi tal-iskrinjar użati;

(g)

għarfien dwar kif oġġetti pprojbiti jistgħu jinħbew;

(h)

għarfien dwar il-proċeduri ta’ reazzjoni f’emerġenza;

(i)

għarfien dwar ir-rekwiżiti ta’ protezzjoni għall-merkanzija u l-posta;

u, meta l-ħidmiet assenjati lill-persuna jkunu jeħtieġu dan:

(j)

għarfien dwar ir-rekwiżiti tal-iskrinjar għall-merkanzija u l-posta, inklużi l-eżenzjonijiet u l-proċeduri tas-sigurtà speċjali;

(k)

għarfien dwar il-metodi xierqa tal-iskrinjar għal tipi differenti ta’ merkanzija u posta;

(l)

għarfien dwar it-tekniki tat-tfittxijiet bl-idejn;

(m)

il-ħila li jitwettqu tfittxijiet bl-idejn ta’ standard suffiċjenti sabiex l-individwazzjoni ta’ oġġetti pprojbiti moħbija tiġi żgurata b’mod raġonevoli;

(n)

il-ħila li wieħed jopera t-tagħmir tas-sigurtà li jintuża;

(o)

il-ħila li wieħed jinterpreta b’mod korrett l-immaġnijiet mogħtija mit-tagħmir tas-sigurtà; u

(p)

għarfien dwar ir-rekwiżiti għat-trasport.

11.2.3.3.

It-taħriġ tal-persuni li jimplimentaw l-iskrinjar ta’ posta u materjali tat-trasportaturi tal-ajru, provvisti għal matul it-titjira u provvisti tal-ajruport għandu jirriżulta fil-kompetenzi li ġejjin:

(a)

għarfien dwar atti preċedenti ta’ interferenza illeċita fl-avjazzjoni ċivili, atti terroristiċi u theddid attwali;

(b)

għarfien dwar ir-rekwiżiti legali rilevanti;

(c)

għarfien dwar l-għanijiet u l-organizzazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni, inklużi l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-persuni li jimplimentaw il-kontrolli tas-sigurtà fil-katina tal-forniment;

(d)

il-ħila li jiġu identifikati oġġetti pprojbiti;

(e)

il-ħila li jkun hemm reazzjoni xierqa f’każ ta’ individwazzjoni ta’ oġġetti pprojbiti;

(f)

għarfien dwar kif oġġetti pprojbiti jistgħu jinħbew;

(g)

għarfien dwar il-proċeduri ta’ reazzjoni f’emerġenza;

(h)

għarfien dwar il-kapaċitajiet u l-limitazzjonijiet tat-tagħmir tas-sigurtà jew il-metodi tal-iskrinjar użati;

u, meta l-ħidmiet assenjati lill-persuna jkunu jeħtieġu dan:

(i)

għarfien dwar it-tekniki tat-tfittxijiet bl-idejn;

(j)

il-ħila li jitwettqu tfittxijiet bl-idejn ta’ standard suffiċjenti sabiex l-individwazzjoni ta’ oġġetti pprojbiti moħbija tiġi żgurata b’mod raġonevoli;

(k)

il-ħila li wieħed jopera t-tagħmir tas-sigurtà li jintuża;

(l)

il-ħila li wieħed jinterpreta b’mod korrett l-immaġnijiet mogħtija mit-tagħmir tas-sigurtà; u

(m)

għarfien dwar ir-rekwiżiti għat-trasport.

11.2.3.4.

Taħriġ speċifiku ta’ persuni li jwettqu l-eżamijiet tal-vetturi għandu jirriżulta fil-kompetenzi li ġejjin:

(a)

għarfien dwar ir-rekwiżiti legali għall-eżamijiet tal-vetturi, inklużi l-eżenzjonijiet u l-proċeduri tas-sigurtà speċjali;

(b)

il-ħila li jkun hemm reazzjoni xierqa f’każ ta’ individwazzjoni ta’ oġġetti pprojbiti;

(c)

għarfien dwar kif oġġetti pprojbiti jistgħu jinħbew;

(d)

għarfien dwar il-proċeduri ta’ reazzjoni f’emerġenza;

(e)

għarfien dwar it-tekniki tal-eżaminar tal-vetturi; u

(f)

il-ħila li jitwettqu eżamijiet tal-vetturi ta’ standard suffiċjenti sabiex l-individwazzjoni ta’ oġġetti pprojbiti moħbija tiġi żgurata b’mod raġonevoli;

11.2.3.5.

Taħriġ speċifiku għall-persuni li jimplimentaw il-kontroll fuq l-aċċess f’ajruport kif ukoll is-sorveljanza u l-għassa għandu jirriżulta fil-kompetenzi li ġejjin:

(a)

għarfien dwar ir-rekwiżiti legali għall-kontroll fuq l-aċċess, inklużi l-eżenzjonijiet u l-proċeduri tas-sigurtà speċjali;

(b)

għarfien dwar is-sistemi tal-kontroll fuq l-aċċess li jintużaw fl-ajruport;

(c)

għarfien dwar l-awtorizzazzjonijiet, inklużi l-karti tal-identifikazzjoni u l-passes tal-vetturi, li jipprovdu aċċess għaż-żoni tal-ajru u l-ħila li dawk l-awtorizzazzjonijiet jiġu identifikati;

(d)

għarfien dwar il-proċeduri għall-għassa u sabiex persuni jiġu kkontrollati u taċ-ċirkustanzi li fihom persuni għandhom jiġu ċċalinġjati jew irrappurtati;

(e)

il-ħila li jkun hemm reazzjoni xierqa f’każ ta’ individwazzjoni ta’ oġġetti pprojbiti;

(f)

għarfien dwar il-proċeduri ta’ reazzjoni f’emerġenza; u

(g)

ħiliet interpersonali, b’mod partikolari kif wieħed għandu jittratta differenzi kulturali u passiġġieri potenzjalment problematiċi.

11.2.3.6.

It-taħriġ tal-persuni li jimplimentaw it-tfittxijiet ta’ sigurtà tal-inġenju tal-ajru għandu jirriżulta fil-kompetenzi li ġejjin:

(a)

għarfien dwar ir-rekwiżiti legali għat-tfittxijiet ta’ sigurtà tal-inġenju tal-ajru;

(b)

għarfien dwar il-konfigurazzjoni tat-tip(i) ta’ inġenju tal-ajru li fuqu l-persuna se timplimenta t-tfittxijiet ta’ sigurtà tal-inġenju tal-ajru;

(c)

il-ħila li jiġu identifikati oġġetti pprojbiti;

(d)

il-ħila li jkun hemm reazzjoni xierqa f’każ ta’ individwazzjoni ta’ oġġetti pprojbiti;

(e)

għarfien dwar kif oġġetti pprojbiti jistgħu jinħbew; u

(f)

il-ħila li jiġu implimentati tfittxijiet ta’ sigurtà tal-inġenju tal-ajru ta’ standard suffiċjenti sabiex l-individwazzjoni ta’ oġġetti pprojbiti moħbija tiġi żgurata b’mod raġonevoli.

11.2.3.7.

It-taħriġ tal-persuni li jimplimentaw il-protezzjoni tal-inġenju tal-ajru għandu jirriżulta fil-kompetenzi li ġejjin:

(a)

għarfien dwar kif l-inġenju tal-ajru għandu jkun protett u kif għandu jiġi evitat aċċess mhux awtorizzat;

(b)

għarfien dwar proċeduri għall-issiġillar tal-inġenju tal-ajru, jekk applikabbli;

(c)

għarfien dwar is-sistemi tal-karti tal-identifikazzjoni li jintużaw fl-ajruport;

(d)

għarfien dwar il-proċeduri sabiex persuni jiġu kkontrollati u taċ-ċirkustanzi li fihom persuni għandhom jiġu ċċalinġjati jew irrappurtati; u

(e)

għarfien dwar il-proċeduri ta’ reazzjoni f’emerġenza.

11.2.3.8.

It-taħriġ tal-persuni li jimplimentaw it-tqabbil tal-bagalji għandu jirriżulta fil-kompetenzi li ġejjin:

(a)

għarfien dwar atti preċedenti ta’ interferenza illeċita fl-avjazzjoni ċivili, atti terrostiċi u theddid attwali;

(b)

għarfien dwar ir-rekwiżiti legali rilevanti;

(c)

għarfien dwar l-għanijiet u l-organizzazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni, inklużi l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-persuni li jimplimentaw il-kontrolli tas-sigurtà;

(d)

il-ħila li jkun hemm reazzjoni xierqa f’każ ta’ individwazzjoni ta’ oġġetti pprojbiti;

(e)

għarfien dwar il-proċeduri ta’ reazzjoni f’emerġenza;

(f)

għarfien dwar ir-rekwiżiti u t-tekniki ta’ tqabbil tal-passiġġieri u l-bagalji; u

(g)

għarfien dwar ir-rekwiżiti ta’ protezzjoni għall-materjali tat-trasportaturi tal-ajru li jintużaw għall-ipproċessar tal-passiġġieri u l-bagalji.

11.2.3.9.

It-taħriġ tal-persuni li jimplimentaw il-kontrolli tas-sigurtà għall-merkanzija u l-posta għajr l-iskrinjar, jew li jkollhom aċċess għal merkanzija bl-ajru identifikabbli jew posta bl-ajru identifikabbli, għandu jirriżulta fil-kompetenzi li ġejjin:

(a)

għarfien dwar atti preċedenti ta’ interferenza illeċita fl-avjazzjoni ċivili, atti terrostiċi u theddid attwali;

(b)

għarfien dwar ir-rekwiżiti legali rilevanti;

(c)

għarfien dwar l-għanijiet u l-organizzazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni, inklużi l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-persuni li jimplimentaw il-kontrolli tas-sigurtà fil-katina tal-forniment;

(d)

għarfien dwar il-proċeduri sabiex persuni jiġu kkontrollati u taċ-ċirkustanzi li fihom persuni għandhom jiġu ċċalinġjati jew irrappurtati;

(e)

għarfien dwar il-proċeduri tar-rappurtar;

(f)

il-ħila li jiġu identifikati oġġetti pprojbiti;

(g)

il-ħila li jkun hemm reazzjoni xierqa f’każ ta’ individwazzjoni ta’ oġġetti pprojbiti;

(h)

għarfien dwar kif oġġetti pprojbiti jistgħu jinħbew;

(i)

għarfien dwar ir-rekwiżiti ta’ protezzjoni għall-merkanzija u l-posta; u

(j)

għarfien dwar ir-rekwiżiti għat-trasport, jekk applikabbli.

11.2.3.10.

It-taħriġ tal-persuni li jimplimentaw il-kontrolli tas-sigurtà ta’ posta u materjali tat-trasportaturi tal-ajru, provvisti għal matul it-titjira u provvisti tal-ajruport għandu jirriżulta fil-kompetenzi li ġejjin:

(a)

għarfien dwar atti preċedenti ta’ interferenza illeċita fl-avjazzjoni ċivili, atti terrostiċi u theddid attwali;

(b)

għarfien dwar ir-rekwiżiti legali rilevanti;

(c)

għarfien dwar l-għanijiet u l-organizzazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni, inklużi l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-persuni li jimplimentaw il-kontrolli tas-sigurtà;

(d)

għarfien dwar il-proċeduri sabiex persuni jiġu kkontrollati u ċ-ċirkustanzi li fihom persuni għandhom jiġu ċċalinġjati jew irrappurtati;

(e)

għarfien dwar il-proċeduri tar-rappurtar;

(f)

il-ħila li jiġu identifikati oġġetti pprojbiti;

(g)

il-ħila li jkun hemm reazzjoni xierqa f’każ ta’ individwazzjoni ta’ oġġetti pprojbiti;

(h)

għarfien dwar kif oġġetti pprojbiti jistgħu jinħbew;

(i)

għarfien dwar ir-rekwiżiti ta’ protezzjoni għal posta u materjali tat-trasportaturi tal-ajru, provvisti għal matul it-titjira u provvisti tal-ajruport, kif applikabbli; u

(j)

għarfien dwar ir-rekwiżiti għat-trasport, jekk applikabbli.

11.2.4.   Taħriġ speċifiku għall-persuni li jagħmlu superviżjoni diretta fuq persuni li jimplimentaw il-kontrolli tas-sigurtà (“superviżuri”)

It-taħriġ speċifiku tas-superviżuri għandu, minbarra l-kompetenzi tal-persuni li se jiġu ssorveljati, jirriżulta fil-kompetenzi li ġejjin:

(a)

għarfien dwar ir-rekwiżiti legali u dwar kif għandhom jiġu ssodisfati;

(b)

għarfien dwar il-ħidmiet tas-sorveljanza;

(c)

għarfien dwar il-kontroll intern tal-kwalità;

(d)

il-ħila li jkun hemm reazzjoni xierqa f’każ ta’ individwazzjoni ta’ oġġetti pprojbiti;

(e)

għarfien dwar il-proċeduri ta’ reazzjoni f’emerġenza;

(f)

il-ħila li wieħed jipprovdi konsulenza esperta u ta’ fiduċja u taħriġ fuq il-post tax-xogħol u li jimmotiva lill-oħrajn;

u, meta l-ħidmiet assenjati lill-persuna jkunu jeħtieġu dan:

(g)

għarfien dwar l-immaniġġar ta’ konflitti; u

(h)

għarfien dwar il-kapaċitajiet u l-limitazzjonijiet tat-tagħmir tas-sigurtà jew il-metodi tal-iskrinjar użati.

11.2.5.   Taħriġ speċifiku għall-persuni b’responsabbiltà ġenerali fil-livell nazzjonali jew lokali li jiżguraw li programm tas-sigurtà u l-implimentazzjoni tiegħu jissodisfaw id-dsipożizzjonijiet legali kollha (“maniġers tas-sigurtà”)

Taħriġ speċifiku ta’ maniġers tas-sigurtà għandu jirriżulta fil-kompetenzi li ġejjin:

(a)

għarfien dwar ir-rekwiżiti legali u dwar kif għandhom jiġu ssodisfati;

(b)

għarfien dwar il-kontroll tal-kwalità intern, nazzjonali, Komunitarju u internazzjonali;

(c)

il-ħila li wieħed jimmotiva lill-oħrajn;

(d)

għarfien dwar il-kapaċitajiet u l-limitazzjonijiet tat-tagħmir tas-sigurtà jew il-metodi tal-iskrinjar użati.

11.2.6.   Taħriġ ta’ persuni għajr passiġġieri li jeħtieġu aċċess mingħajr skorta għaż-żoni ta’ sigurtà ristretta

11.2.6.1.

Persuni għajr passiġġieri li jeħtieġu aċċess mingħajr skorta għaż-żoni ta’ sigurtà ristretta u li ma jaqgħux taħt il-punti 11.2.3 sa 11.2.5 u 11.5 għandhom jirċievu taħriġ ta’ għarfien dwar is-sigurtà qabel ma tinħarġilhom awtorizzazzjoni li tagħtihom aċċess mingħajr skorta għaż-żoni ta’ sigurtà ristretta.

11.2.6.2.

It-taħriġ ta’ għarfien dwar is-sigurtà għandu jirriżulta fil-kompetenzi li ġejjin:

(a)

għarfien dwar atti preċedenti ta’ interferenza illeċita fl-avjazzjoni ċivili, atti terrostiċi u theddid attwali;

(b)

għarfien dwar ir-rekwiżiti legali rilevanti;

(c)

għarfien dwar l-għanijiet u l-organizzazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni, inklużi l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-persuni li jimplimentaw il-kontrolli tas-sigurtà;

(d)

fehim tal-konfigurazzjoni tal-punt tal-kontroll tal-iskrinjar u l-proċess tal-iskrinjar;

(e)

għarfien dwar il-kontroll fuq l-aċċess u l-proċeduri rilevanti tal-iskrinjar;

(f)

għarfien dwar il-karti tal-identifikazzjoni tal-ajruport li jintużaw fl-ajruport;

(g)

għarfien dwar il-proċeduri tar-rappurtar; u

(h)

il-ħila li jkun hemm reazzjoni xierqa għal inċidenti relatati mas-sigurtà.

11.2.6.3.

Kull persuna li tattendi taħriġ ta’ għarfien dwar is-sigurtà għandha tkun meħtieġa turi fehim tas-suġġetti kollha msemmija fil-punt 11.2.6.2 qabel ma tinħarġilha awtorizzazzjoni li tagħtiha aċċess mingħajr skorta għaż-żoni tas-sigurtà ristretta.

11.3.   ĊERTIFIKAZZJONI JEW APPROVAZZJONI

11.3.1.

Persuni li jwettqu l-ħidmiet elenkati fil-punti 11.2.3.1 sa 11.2.3.5 għandhom ikunu soġġetti għal:

(a)

proċess ta’ ċertifikazzjoni jew approvazzjoni inizjali; u

(b)

ċertifikazzjoni mill-ġdid tal-anqas kull tliet (3) snin għall-persuni li joperaw tagħmir tar-raġġi X jew tagħmir bl-EDS; u

(c)

ċertifikazzjoni jew approvazzjoni mill-ġdid tal-anqas kull ħames (5) snin għall persuni l-oħra kollha.

11.3.2.

Persuni li joperaw tagħmir tar-raġġi X jew tagħmir bl-EDS għandhom, bħala parti mill-proċess taċ-ċertifikazzjoni jew tal-approvazzjoni, jgħaddu minn test standardizzat tal-interpretazzjoni tal-immaġnijiet.

11.3.3.

Il-proċess taċ-ċertifikazzjoni jew l-approvazzjoni mill-ġdid għall-persuni li joperaw tagħmir tar-raġġi X jew tagħmir bl-EDS għandhom jinkludu kemm it-test standardizzat tal-interpretazzjoni tal-immaġnijiet kif ukoll evalwazzjoni tal-prestazzjoni operazzjonali.

11.3.4.

Jekk wieħed jonqos milli jattendi u jtemm b’suċċess ċertifikazzjoni jew approvazzjoni mill-ġdid fi żmien raġonevoli, li normalment ma jaqbiżx tliet (3) xhur, dan iwassal sabiex id-drittijiet tas-sigurtà jiġu rtirati.

11.3.5.

Ir-reġistri taċ-ċertifikazzjoni jew l-approvazzjoni għandhom jinżammu għall-persuni kollha ċertifikati jew approvati, rispettivament, tal-anqas matul id-dewmien tal-kuntratt tagħhom.

11.4.   TAĦRIĠ RIKORRENTI

11.4.1.

Il-persuni li joperaw it-tagħmir tar-raġġi X jew it-tagħmir bl-EDS għandhom ikunu soġġetti għal taħriġ rikorrenti li jikkonsisti minn taħriġ u ttestjar dwar l-għarfien tal-immaġnijiet. Dan għandu jkun fil-forma ta’:

(a)

taħriġ li jsir fil-klassi u/jew ibbażat fuq il-kompjuter; jew

(b)

taħriġ TIP fil-post tax-xogħol, bil-kundizzjoni li librerija TIP li jkollha tal-anqas 6 000 immaġni, kif speċifikat hawn taħt, tintuża fuq it-tagħmir tar-raġġi X jew bl-EDS li jintuża u l-persuna taħdem b’dan it-tagħmir matul tal-anqas terz mis-sigħat tax-xogħol tagħha.

Ir-riżultati tal-ittestjar għandhom jiġu pprovduti lill-persuna u rreġistrati u jistgħu jitqiesu bħala parti mill-proċess taċ-ċertifikazzjoni jew tal-approvazzjoni mill-ġdid.

Għat-taħriġ fil-klassi u/jew ibbażat fuq il-kompjuter, il-persuni għandhom ikunu soġġetti għal taħriġ u ttestjar tal-għarfien tal-immaġnijiet għal tal-anqas sitt (6) sigħat f’kull perjodu ta’ sitt (6) xhur. Għandha tintuża librerija tal-immaġnijiet li jkun fiha tal-anqas 1 000 immaġni li tal-anqas 250 minnhom ikunu oġġett differenti ta’ theddid inklużi immaġnijiet tal-partijiet komponenti tal-oġġetti ta’ theddid, fejn l-oġġett ikun inqabad f’varjetà differenti ta’ orjentazzjonijiet. Għandu jkun hemm għażla imprevedibbli tal-immaġnijiet mil-librerija matul it-taħriġ u l-ittestjar.

Għat-taħriġ TIP fil-post tax-xogħol, il-librerija TIP għandha tkun tikkonsisti minn tal-anqas 6 000 immaġni li 1 500 minnhom ikunu ta’ oġġetti differenti ta’ theddid, inklużi immaġnijiet tal-partijiet komponenti tal-oġġetti ta’ theddid, fejn l-oġġett ikun inqabad f’varjetà differenti ta’ orjentazzjonijiet.

11.4.2.

Il-persuni li jwettqu l-ħidmiet elenkati taħt il-punt 11.2 għajr dawk imsemmija fil-punt 11.4.1 għandhom jattendu taħriġ rikorrenti fi frekwenza suffiċjenti li tiżgura li l-kompetenzi jinżammu u jinkisbu skont l-iżviluppi tas-sigurtà.

It-taħriġ rikorrenti għandu jitwettaq:

(a)

għall-kompetenzi li jinkisbu matul it-taħriġ bażiku u speċifiku inizjali, tal-anqas darba kull ħames (5) snin jew, f’każijiet fejn il-kompetenzi ma ġewx eżerċitati għal aktar minn sitt (6) xhur, qabel wieħed jerġa’ jibda jwettaq dmirijiet b’rabta mas-sigurtà; u

(b)

għal kompetenzi ġodda jew estiżi, kif meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-persuni li jimplimentaw, jew li huma responsabbli għall-implimentazzjoni tal-kontrolli tas-sigurtà jiġu mgħarrfa minnufih dwar theddid u rekwiżiti legali ġodda saż-żmien li fih dawn ikunu meħtieġa li jiġu applikati.

Ir-rekwiżiti taħt (a) ma għandhomx japplikaw għall-kompetenzi li nkisbu waqt taħriġ speċifiku li ma għadhomx meħtieġa għall-ħidmiet assenjati lill-persuna.

11.4.3.

Ir-reġistri tat-taħriġ rikorrenti għandhom jinżammu għall-persuni kollha mħarrġa tal-anqas matul id-dewmien tal-kuntratt tagħhom.

11.5.   KWALIFIKI TA’ DAWK LI JĦARRĠU U TAL-VALIDATURI INDIPENDENTI

11.5.1.

L-awtorità xierqa għandha żżomm jew ikollha aċċess għal-listi ta’ dawk li jħarrġu li jkunu ċċertifikati u, jekk xieraq, tal-validaturi indipendenti li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 11.5.2, 11.5.3 jew 11.5.4.

11.5.2.

Dawk li jħarrġu jew il-validaturi indipendenti għandu jkun sarilhom kontroll tal-isfond b’eżitu pożittiv skont il-punt 11.1.3 u għandhom jipprovdu evidenza tal-kwalifiki jew tal-għarfien rilevanti. Il-validaturi indipendenti għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe obbligu kuntrattwali jew ta’ ħlas mal-operaturi tal-ajruporti, it-trasportaturi tal-ajru jew l-entitajiet li huma rreklutati biex jimmonitorjaw.

11.5.3.

Dawk li jħarrġu li ġew irreklutati jew li kienu qegħdin jipprovdu taħriġ speċifikat f’dan ir-Regolament qabel ma daħal fis-seħħ għandhom, tal-anqas, jissodisfaw lill-awtorità xierqa li huma:

(a)

għandhom l-għarfien u l-kompetenzi speċifikati fil-punt 11.5.5; u

(b)

qegħdin jagħtu biss korsijiet approvati mill-awtorità xierqa skont il-punt 11.2.1.3.

11.5.4.

Il-validaturi indipendenti li ġew irreklutati qabel dan ir-Regolament daħal fis-seħħ għandhom, tal-anqas, jissodisfaw lill-awtorità xierqa li huma:

(a)

għandhom il-kompetenzi speċifikati fil-punt 11.5.6; u

(b)

huma ħielsa minn kwalunkwe obbligu kuntrattwali jew ta’ ħlas mal-operaturi tal-ajruporti, it-trasportaturi tal-ajru jew l-entitajiet li se jiġu mmonitorjati;

11.5.5.

Sabiex wieħed jiġi ċċertifikat bħala persuna kwalifikata sabiex tagħti t-taħriġ iddefinit fil-punti 11.2.3.1 sa 11.2.3.5 u fil-punti 11.2.4 u 11.2.5, għandu jkollu għarfien dwar l-ambjent tax-xogħol fil-qasam rilevanti tas-sigurtà tal-avjazzjoni u l-kwalifiki u l-kompetenzi fl-oqsma li ġejjin:

(a)

tekniki tal-istruzzjoni; u

(b)

elementi tas-sigurtà li għandhom jiġu mgħallma.

11.5.6.

Sabiex persuna tiġi ċċertifikata bħala validatur indipendenti, għandu jkollha għarfien dwar l-ambjent tax-xogħol fil-qasam rilevanti tas-sigurtà tal-avjazzjoni u l-kompetenzi fl-oqsma li ġejjin:

(a)

il-kontroll tal-kwalità; u

(b)

iż-żoni tas-sigurtà li se jiġu vvalidati jew immonitrojati.

11.5.7.

L-awtorità xierqa għandha jew tipprovdi t-taħriġ għal dawk li jħarrġu u l-validaturi indipendenti hija stess jew inkella tapprova u żżomm lista ta’ korsijiet xierqa ta’ taħriġ b’rabta mas-sigurtà. L-awtorità xierqa għandha tiżgura li dawk li jħarrġu u l-validaturi indipendenti jirċievu taħriġ jew tagħrif regolari dwar l-iżviluppi fl-oqsma rilevanti.

11.5.8.

Meta l-awtorità xierqa ma tibqax sodisfatta li t-taħriġ mogħti minn wieħed kwalifikat li jħarreġ qiegħed jirriżulta fil-kompetenzi rilevanti, l-awtorità xierqa għandha jew tirtira l-approvazzjoni tal-kors jew tiżgura li dak li jħarreġ jiġi sospiż jew jitneħħa mil-lista ta’ persuni kwalifikati li jħarrġu, kif xieraq.

11.6.   RIKONOXXIMENT REĊIPROKU TAT-TAĦRIĠ

Kwalunkwe kompetenza miksuba minn persuna sabiex tissodisfa r-rekwiżiti taħt ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 u l-atti tal-implimentazzjoni tiegħu fi Stat Membru wieħed għandhom jitqiesu fi Stat Membru ieħor.

12   TAGĦMIR TAS-SIGURTÀ

12.0.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

12.0.1.

L-awtorità, l-operatur jew l-entità li jużaw tagħmir għall-implimentazzjoni tal-miżuri li jkunu responsabbli għalihom skont il-programm nazzjonali tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 għandhom jieħdu passi raġonevoli sabiex jiżguraw li t-tagħmir jissodisfa l-istandards stabbiliti f’dan il-kapitolu.

L-awtorità xierqa għandha tipprovdi lill-manifatturi, fuq bażi ta’ ħtieġa għall-għarfien, bit-tagħrif ikklassifikat skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom (3).

12.0.2.

Għandu jsir ittestjar regolari għal kull biċċa tagħmir tas-sigurtà.

12.1.   TAGĦMIR LI WIEĦED JGĦADDI MINNU GĦALL-INDIVIDWAZZJONI TAL-METALL (WTMD)

12.1.1.   Prinċipji ġenerali

12.1.1.1.

It-tagħmir li wieħed jgħaddi minnu għall-individwazzjoni tal-metall (WTMD) għandu jkollu l-ħila jindividwa u jindika permezz ta’ allarm tal-anqas oġġetti metalliċi speċifikati, kemm individwalment kif ukoll meta jinsabu flimkien ma’ affarijiet oħra.

12.1.1.2.

L-individwazzjoni permezz tad-WTMD ma għandhiex tiddependi mill-pożizzjoni jew l-orjentazzjoni tal-oġġett metalliku.

12.1.1.3.

Id-WTMD għandu jkun imwaħħal sew ma’ bażi solida.

12.1.1.4.

Id-WTMD għandu jkollu indikatur viżiv li jindika li t-tagħmir qiegħed jaħdem.

12.1.1.5.

Il-mezzi għall-aġġustament tas-settings tal-individwazzjoni tad-WTMD għandhom ikunu protetti u aċċessibbli biss għall-persuni awtorizzati.

12.1.1.6.

Id-WTMD għandu jagħti kemm allarm viżiv kif ukoll allarm li jinstema’ meta jindividwa oġġetti metalliċi kif imsemmi fil-punt 12.1.1.1. Iż-żewġ tipi ta’ allarmi għandhom ikunu jidhru/jinstemgħu fuq medda ta’ 2 metri.

12.1.1.7.

L-allarm viżiv għandu jagħti indikazzjoni tas-saħħa tas-sinjal individwat mid-WTMD.

12.1.1.8.

Id-WTMD għandu jkun imqiegħed f’pożizzjoni sabiex jiġi żgurat li ma jkunx affettwat minn sorsi ta’ interferenza.

12.1.2.   Standards għad-WTMD

12.1.2.1.

Għandu jkun hemm żewġ standards għad-WTMD. Ir-rekwiżiti dettaljati dwar dawn l-istandards huma stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

12.1.2.2.

Id-WTMD kollha għandhom jissodisfaw l-istandard 1.

L-istandard 1 għandu jiskadi fl-1 ta’ Jannar 2011.

12.1.2.3.

L-istandard 2 għandu japplika għad-WTMD kollha installati mill-5 ta’ Jannar 2007, sakemm ma jkunx sar, qabel din id-data, kuntratt għall-istallazzjoni ta’ WTMD li tilħaq l-istandard 1.

Id-WTMD kollha għandhom jissodisfaw l-istandard 2 sal-1 ta’ Jannar 2011.

12.1.3.   Rekwiżiti addizzjonali għad-WTMD

Id-WTMD kollha li għalihom isir kuntratt għall-installazzjoni mill-5 ta’ Jannar 2007 għandhom ikunu jistgħu:

(a)

jiġġeneraw sinjal li jinstema’ u/jew viżiv fuq perċentwal ta’ persuni li ma jiskattawx l-allarm meta jgħaddu mid-WTMD kif imsemmi fil-punt 12.1.1.1. Għandu jkun possibbli li jkun iffissat perċentwal; u

(b)

jgħoddu n-numru ta’ persuni skrinjati, minbarra kwalunkwe persuna li tgħaddi mid-WTMD mid-direzzjoni opposta; u

(c)

jgħoddu n-numru ta’ allarmi; u

(d)

jikkalkulaw l-għadd ta’ allarmi bħala perċentwal tal-għadd ta’ persuni li jiġu skrinjati.

12.2.   TAGĦMIR LI JINŻAMM FL-IDEJN GĦALL-INDIVIDWAZZJONI TAL-METALL (HHMD)

12.2.1.

Tagħmir li jinżamm fl-idejn għall-individwazzjoni tal-metall (HHMD) għandu jkollu l-ħila jindividwa oġġetti metalliċi tal-ħadid kif ukoll dawk li ma jkunux tal-ħadid. L-individwazzjoni u l-identifikazzjoni tal-pożizzjoni tal-metall individwat għandha tiġi indikata permezz ta’ allarm.

12.2.2.

Il-mezzi għall-aġġustament tas-settings tas-sensitività tal-HHMD għandhom ikunu protetti u aċċessibbli biss għall-persuni awtorizzati.

12.2.3.

L-HHMD għandu jiskatta allarm li jinstema’ meta jindividwa oġġetti metalliċi. L-allarm għandu jkun jinstema’ fuq medda ta’ metru (1).

12.2.4.

Il-prestazzjoni tal-HHMD ma għandhiex tkun affettwata minn sorsi ta’ interferenza.

12.2.5.

L-HHMD għandu jkollu indikatur viżiv li jindika li t-tagħmir qiegħed jaħdem.

12.3.   TAGĦMIR TAR-RAĠĠI X

It-tagħmir tar-raġġi X għandu jkun konformi mar-rekwiżiti dettaljati stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

12.4.   TAGĦMIR B’SISTEMI GĦALL-INDIVIDWAZZJONI TAL-ISPLUSSIVI (EDS)

12.4.1.   Prinċipji ġenerali

12.4.1.1.

It-tagħmir b’sistemi għall-individwazzjoni tal-isplussivi (EDS) għandu jkun kapaċi jindividwa u jindika permezz ta’ allarm kwantitajiet individwali speċifikati u kwantitajiet ogħla minnhom ta’ materjal esplożiv li jkun jinsab fil-bagalji jew f’kunsinni oħra.

12.4.1.2.

L-individwazzjoni għandha tkun indipendenti mill-għamla, il-pożizzjoni jew l-orjentament tal-materjal esplożiv.

12.4.1.3.

L-EDS għandha tiskatta allarm f’kull waħda miċ-ċirkustanzi li ġejjin:

meta tindividwa materjal esplożiv; u

meta tindividwa l-preżenza ta’ oġġett li jipprevjeni l-individwazzjoni ta’ materjali esplożivi; u

meta l-kontenut ta’ bagalja jew ta’ kunsinna jkun ta’ densità hekk għolja li ma jkunx jista’ jiġi analizzat.

12.4.2.   Standards għall-EDS

12.4.2.1.

Għandu jkun hemm tliet standards għall-EDS. Ir-rekwiżiti dettaljati dwar dawn l-istandards huma stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

12.4.2.2.

L-EDS kollha għandhom jissodisfaw l-istandard 1.

L-istandard 2 għandu jiskadi fl-1 ta’ Settembru 2012.

L-awtorità xierqa tista’ tippermetti li EDS tal-istandard 1 installati bejn l-1 ta’ Jannar 2003 u l-1 ta’ Settembru 2006 jibqgħu jintużaw sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2014.

12.4.2.3.

L-istandard 2 għandu japplika għall-EDS kollha installati mill-1 ta’ Jannar 2007, sakemm ma jkunx sar, qabel id-19 ta’ Ottubru 2006, kuntratt għall-installazzjoni ta’ EDS li jilħaq l-istandard 1.

L-EDS kollha għandhom jilħqu l-istandard 2 sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru 2012, sakemm ma jkunx japplika t-tielet subparagrafu tal-punt 12.4.2.2.

L-istandard 2 għandu jiskadi fl-1 ta’ Settembru 2018.

12.4.2.4.

L-istandard 3 għandu japplika għall-EDS kollha installati mill-1 ta’ Settembru 2012.

L-EDS kollha għandhom jissodisfaw l-istandard 3 mill-1 ta’ Settembru 2018.

12.4.3.   Rekwiżiti dwar il-kwalità tal-immaġni għall-EDS

Il-kwalità tal-immaġni għall-EDS għandha tkun konformi mar-rekwiżiti dettaljati stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

12.5.   PROJEZZJONI TA’ IMMAĠNI TA’ THEDDIDA (TIP)

12.5.1.   Prinċipji ġenerali

12.5.1.1.

Il-projezzjoni ta’ immaġni ta’ theddida (TIP) għandu jkun jista’ jipprojetta immaġnijiet virtwali ta’ oġġetti ta’ theddid fuq l-immaġini tar-raġġi X tal-bagalji jew ta’ kunsinni oħra li jkunu qegħdin jiġu skrinjati.

L-immaġnijiet virtwali għandhom jitqiegħdu fl-immaġini bir-raġġi X tal-bagalji u l-kunsinni li jkunu qegħdin jiġu skrinjati b’distribuzzjoni uniformi u mhux f’pożizzjoni fissa.

Għandu jkun possibbli li jiġi ffissat perċentwal tal-immaġnijiet virtwali li jridu jiġu pprojettati.

12.5.1.2.

It-TIP ma għandux inaqqas il-prestazzjoni u t-tħaddim normali tal-apparat tar-raġġi X.

Ma għandha tingħata l-ebda indikazzjoni lil dak li jkun qiegħed iwettaq l-iskrinjar li immaġini virtwali ta’ oġġett ta’ theddid tkun appik se tiġi pprojettata jew ġiet ipprojettata sakemm ma jidhirx messaġġ skont il-punt 12.5.2.2.

12.5.1.3.

Il-mezzi ta’ ġestjoni tat-TIP għandhom ikunu protetti u aċċessibbli biss għall-persuni awtorizzati.

12.5.2.   Il-kompożizzjoni tat-TIP

12.5.2.1.

It-TIP għandha tkun magħmula tal-anqas minn:

(a)

librerija virtwali tal-immaġnijiet tal-oġġetti ta’ theddid;

(b)

mezz li jippreżenta l-messaġġi jew li jippermetti li l-messaġġi jitħassru; u

(c)

mezz li jirreġistra u jippreżenta r-reazzjonijiet ta’ kull wieħed minn dawk li jwettqu l-iskrinjar.

12.5.2.2.

It-TIP għandu jippreżenta messaġġ lill-persuni li jwettqu l-iskrinjar:

(a)

meta l-persuna li twettaq l-iskrinjar tkun irreaġixxiet u tkun ġiet ipprojettata immaġni virtwali ta’ oġġett ta’ theddid;

(b)

meta l-persuna li twettaq l-iskrinjar ma tkunx irreaġixxiet u tkun ġiet ipprojettata immaġni virtwali ta’ oġġett ta’ theddid;

(c)

meta l-persuna li twettaq l-iskrinjar tkun irreaġixxiet u ma tkun ġiet ipprojettata l-ebda immaġni virtwali ta’ oġġett ta’ theddid; u

(d)

meta tkun falliet il-projezzjoni ta’ immaġini virtwali ta’ oġġett ta’ theddid u dan ikun viżibbli għal dak li jkun qiegħed iwettaq l-iskrinjar.

Il-messaġġ għandu jkun ippreżentat b’tali mod li ma jaħbix l-immaġini tal-bagalja jew tal-kunsinna li jkun qed jirreferi għaliha.

Il-messaġġ għandu jibqa’ sakemm ikun tneħħa mill-persuna li tkun qiegħda twettaq l-iskrinjar. Fil-każ tal-punti (a) u (b) il-messaġġ għandu jiġi ppreżentat flimkien mal-immaġni virtwali tal-oġġett ta’ theddid.

12.5.2.3.

L-aċċess għat-tagħmir bit-TIP installat u użat għandu jkun jeħtieġ li dak li jwettaq l-iskrinjar juża identifikatur uniku.

12.5.2.4.

It-TIP għandu jkollu l-ħila jżomm ir-riżultati tar-reazzjonijet ta’ kull wieħed minn dawk li jwettqu l-iskrinjar għal tal-anqas 12-il xahar u f’format li jippermetti r-rappurtar.

12.5.2.5.

Il-kompożizzjoni tat-TIP għandha tkun ukoll soġġetta għar-rekwiżiti dettaljati addizzjonali stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

12.6.   TAGĦMIR TA’ INDIVIDWAZZJONI TA’ TRAĊĊI TAL-ISPLUSSIVI (ETD)

It-tagħmir ta’ individwazzjoni ta’ traċċi tal-isplussivi (ETD) għandu jkollu l-ħila jiġbor u janalizza partikuli fuq, jew fwar minn, uċuħ ikkontaminati jew kontenut ta’ bagalji jew kunsinni, u jindika permezz ta’ allarm il-preżenza ta’ traċċi ta’ splussivi.

12.7.   TAGĦMIR GĦALL-ISKRINJAR TAL-LIKWIDI, L-AEROSOLS U L-ĠELLIJIET (LAGS)

12.7.1.   Prinċipji ġenerali

12.7.1.1.

It-tagħmir elenkat fil-punt 4.1.3.1 li jintuża għall-iskrinjar tal-likwidi, l-erosols u l-ġellijiet (LAGs) għandu jkollu l-ħila jindividwa u jindika permezz ta’ allarm kwantitajiet individwali speċifikati jew kwantitajiet ogħla minnhom ta’ oġġetti ta’ theddid fl-LAGs.

12.7.1.2.

L-individwazzjoni għandha tkun indipendenti mill-għamla jew il-materjal tal-kontenitur tal-LAG.

12.7.1.3.

It-tagħmir għandu jintuża b’tali manjiera li jiżgura li l-kontenitur jitqiegħed f’pożizzjoni u jkun orjentat sabiex jiġi żgurat li l-kapaċitajiet ta’ individwazzjoni jintlaħqu b’mod sħiħ.

12.7.1.4.

It-tagħmir għandu jiskatta l-allarm f’kull waħda miċ-ċirkustanzi li ġejjin:

(a)

meta jindividwa materjal ta’ theddid;

(b)

meta jindividwa l-preżenza ta’ oġġett li jipprevjeni l-individwazzjoni ta’ materjal ta’ theddid;

(c)

meta ma jkunx jista’ jivvaluta jekk l-LAG huwiex beninn jew le; u

(d)

meta l-kontenut tal-bagalja li tkun qiegħda tiġi skrinjata jkun ta’ densità tant għolja li ma jkunx jista’ jiġi analizzat.

12.7.2.   Standards għat-tagħmir għall-iskrinjar tal-LAGs

12.7.2.1.

Għandu jkun hemm żewġ standards għat-tagħmir għall-iskrinjar tal-LAGs. Ir-rekwiżiti dettaljati dwar dawn l-istandards huma stipulati f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

12.7.2.2.

It-tagħmir kollu għall-iskrinjar tal-LAGs għandu jilħaq l-istandard 1.

L-istandard 1 għandu jiskadi fit-28 ta’ April 2014.

12.7.2.3.

L-istandard 2 għandu japplika għat-tagħmir kollu għall-iskrinjar tal-LAGs installat mid-29 ta’ April 2016.

It-tagħmir kollu għall-iskrinjar tal-LAGs għandu jilħaq l-istandard 2 sa mhux aktar tard mid-29 ta’ April 2016.

12.7.3.   Approvazzjoni għat-tagħmir għall-iskrinjar tal-LAGs

It-tagħmir li huwa approvat minn jew f’isem l-awtorità xierqa ta’ Stat Membru sabiex jissodisfa l-istandards kif stipulati fil-punt 12.7 ta’ Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni għandu jiġi rikonoxxut minn Stati Membri oħrajn li għadhom iridu jilħqu dawn l-istandards. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, l-isem, u meta jintalbu, dettalji rilevanti oħra tal-entitajiet maħtura sabiex japprovaw it-tagħmir. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar dawn l-entitajiet.

12.8.   METODI TA’ SKRINJAR LI JUŻAW TEKNOLOĠIJI ĠODDA

12.8.1.

Stat Membru jista’ jippermetti metodu ta’ skrinjar li juża teknoloġiji ġodda għajr dawk stipulati f’dan ir-Regolament, sakemm:

(a)

jintuża għall-fini ta’ evalwazzjoni ta’ metodu ġdid ta’ skrinjar; u

(b)

mhuwiex se jaffettwa ħażin il-livell globali ta’ sigurtà li jintlaħaq; u

(c)

għandu jingħata tagħrif xieraq lil dawk affettwati, inkluż il-passiġġieri, dwar il-fatt li qiegħda titwettaq prova.

12.8.2.

Tal-anqas erba’ (4) xhur qabel ma jkun ippjanat li jiddaħħal, l-Istat Membru konċernat għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-miktub dwar il-metodu ta’ skrinjar propost li jkun biħsiebu jippermetti, filwaqt li jinkludi valutazzjoni ta’ kif se jiggarantixxi li l-applikazzjoni tal-metodu l-ġdid se tissodisfa r-rekwiżit tal-punt 12.8.1 (b). In-notifika għandu jkun fiha wkoll tagħrif dettaljat dwar il-post(ijiet) fejn huwa ppjanat li se jintuża l-metodu tal-iskrinjar u t-tul previst tal-perjodu ta’ evalwazzjoni.

12.8.3.

Jekk il-Kummissjoni lill-Istat Membru tagħtih risposta pożittiva, jew jekk ma tasal l-ebda risposta fi żmien tliet xhur mill-wasla tat-talba bil-miktub, l-Istat Membru jkun jista’ jippermetti li jiddaħħal il-metodu tal-iskrinjar li juża teknoloġiji ġodda.

Jekk il-Kummissjoni ma tkunx sodisfatta li l-metodu tal-iskrinjar propost jipprovdi biżżejjed garanziji li l-livell globali tas-sigurtà tal-avjazzjoni se jinżamm fil-Komunità, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru b’dan fi żmien tliet xhur mill-wasla tan-notifika msemmija fil-punt 12.8.2., filwaqt li tispjega t-tħassib tagħha. F’tali ċirkustanza, l-Istat Membru konċernat ma għandux jibda bil-metodu tal-iskrinjar sakemm ma jkunx issodisfa lill-Kummissjoni.

12.8.4.

Il-perjodu massimu ta’ evalwazzjoni għal kull metodu ta’ skrinjar li juża teknoloġiji ġodda għandu jkun ta’ tmintax-il xahar. Il-Kummissjoni tista’ testendi l-perjodu ta’ evalwazzjoni b’massimu ta’ tnax-il xahar ieħor, bil-kundizzjoni li l-Istat Membru jipprovdi ġustifikazzjoni adegwata għall-estensjoni.

12.8.5.

F’intervalli ta’ mhux aktar minn sitt xhur matul il-perjodu tal-evalwazzjoni, l-awtorità xierqa fl-Istat Membru konċernat għandha tipprovdi lill-Kummissjoni b’rapport dwar il-progress li jkun sar fl-evalwazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri bil-kontenut tar-rapport dwar il-progress. Jekk ma jiġi pprovdut l-ebda rapport dwar il-progress, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istat Membru sabiex jissospendi l-prova.

12.8.6.

Jekk, abbażi ta’ rapport, il-Kummissjoni ma tkunx sodisfatta li l-metodu tal-iskrinjar li qiegħed jiġi ppruvat qiegħed jipprovdi garanziji suffiċjenti li l-livell globali tas-sigurtà tal-avjazzjoni qiegħed jinżamm fil-Komunità, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru li l-prova se tiġi sospiża sakemm ikunu jistgħu jingħataw it-tali garanziji.

12.8.7.

L-ebda perjodu ta’ evalwazzjoni ma għandu jkun itwal minn tletin xahar.

DOKUMENT MEHMUŻ 12-A

Id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni għad-WTMD jinsabu f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

DOKUMENT MEHMUŻ 12-B

Id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni għall-EDS jinsabu f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.

DOKUMENT MEHMUŻ 12-C

Id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni għat-tagħmir sabiex ikunu skrinjati l-likwidi, l-aerosols u l-ġellijiet (LAGS) jinsabu f’Deċiżjoni separata li ħadet il-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 360, 19.12.2006, p. 64.

(2)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1.


Top