EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0482

2010/482/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 26 ta’ Lulju 2010 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Islanda u n-Norveġja dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib fil-kooperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib fil-kooperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha

OJ L 238, 9.9.2010, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/482/oj

9.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 238/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Lulju 2010

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Islanda u n-Norveġja dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib fil-kooperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib fil-kooperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha

(2010/482/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-punt (d) tal-Artikolu 82(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 87(2), flimkien mal-punt (a) tal-Artikolu 218 (6),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Ottubru 2008, il-Kunsill awtorizza lill-Presidenza, assistita mill-Kummissjoni, biex tiftaħ negozjati dwar ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Islanda u n-Norveġja dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib fil-kooperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib fil-kooperazzjoni transkonfinali, b’mod parikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha (minn issa “il-Ftehim”).

(2)

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/1023/ĠAI tal-21 ta’ Settembru 2009 (1) l-Ftehim kien iffirmat fit-30 ta’ Novembru 2009, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 8 tal-Ftehim, xi wħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu jiġu applikati fuq bażi proviżorja, mid-data tal-firma.

(4)

Il-Ftehim għadu ma ġiex konkluż. Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti mill-Unjoni sabiex jiġi konkluż il-Ftehim huma rregolati bl-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat.

(6)

[F’konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-Pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju tal-Libertà, Sigurtà u Ġustizzja anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dawn l-Istati Membri innotifikaw ix-xewqa tagħhom illi jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.]

(7)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Islanda u n-Norveġja dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI dwar it-titjib fil-kooperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjin fil-kooperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kriminalità transkonfinali, u l-Anness tagħha (2) (“il-Ftehim”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat sabiex jaħtar lill-persuna(i) li jkollha s-setgħa li tiddepożita, f’isem l-Unjoni, in-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim sabiex torbot lill-Unjoni (3).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjail tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

S. VANACKERE


(1)  ĠU L 353, 31.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 353, 31.12.2009, p. 3.

(3)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għandha tkun pubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


Top