EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0210

2010/210/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 6 ta’ April 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2009/296/KE li tistabbilixxi programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni marbut mal-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran (notifikata bid-dokument numru C(2010) 2060)

OJ L 89, 9.4.2010, p. 20–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 04 Volume 009 P. 217 - 221

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/210/oj

9.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 89/20


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta’ April 2010

li temenda d-Deċiżjoni 2009/296/KE li tistabbilixxi programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni marbut mal-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 2060)

(2010/210/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli ta’ Politika Komuni tas-Sajd (1), u partikolarment l-Artikolu 95 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn fl-Atlantiku (ICCAT) fl-2006 adottat pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran (Rakkomandazzjoni tal-ICCAT 06-05), li daħal fis-seħħ fit-13 ta’ Ġunju 2007. Dak il-Pjan għall-Irkupru ġie traspost f’leġiżlazzjoni tal-Komunità bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1559/2007 (2).

(2)

Fl-24 ta’ Novembru 2008 l-ICCAT adottat ir-Rakkomandazzjoni 08-05, li temenda ir-Rakkomandazzjoni 06-05. Dik ir-Rakkomandazzjoni ġiet trasposta f’leġiżlazzjoni tal-Komunità bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 tas-6 ta’ April 2009 li jistabbilixxi pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 43/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1559/2007 (3).

(3)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazjoni b’suċċess tar-Rakkomandazzjoni 08-05 tal-ICCAT, kien meħtieġ programm ta’ kontroll u spezzjoni speċifiku. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/296/KE (4) stabbiliet b’hekk programm speċifiku ta’ kontroll u spezzjoni li jkopri perjodu ta’ sentejn (2) (mill-15 ta’ Marzu 2009 sal-15 ta’ Marzu 2011).

(4)

Fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2009/296/KE, it-Taqsima intitolata “Kompiti ta’ Spezzjoni” għandha tiġi aġġornata biex tirrifletti l-provvedimenti tar-Regolament (KE) Nru 302/2009.

(5)

Waqt il-laqgħa annwali tagħha f’Novembru 2009, il-Kummissjoni tal-ICCAT iddeċidiet li ttejjeb l-effiċjenza tal-ispezzjonijiet imwettqa taħt l-Iskema Internazzjonali tal-Ispezzjonijiet tal-ICCAT u din l-opinjoni adottat mudell ġdid għar-rapporti ta’ spezzjoni.

(6)

Id-Deċiżjoni 2009/296/KE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni ġew stabbiliti flimkien mal-Istati Membri kkonċernati.

(8)

Il-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2009/296/KE hija emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri li l-ispetturi tagħhom jiskopru kwalunkwe ksur waqt spezzjoni tal-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 2, għandhom jinfurmaw lill-Partijiet li ġejjin dwar id-data tal-ispezzjoni u d-dettalji tal-ksur:

(a)

l-Istat Membru tal-bandiera rilevanti u l-Kummissjoni, u fejn xieraq;

(b)

l-Istat Membru li fih tkun stabbilita l-istallazzjoni tal-farm jew l-impriża involuta fl-ipproċessar u/jew il-kummerċ tal-prodotti tat-tonn.”

(b)

Il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“3.   L-Istati Membri li l-ispetturi tagħhom josservaw attività jew kundizzjoni li tista’ tikkostitwixxi ksur serju, kif definit fit-Taqsima I(1) tal-Anness VI għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 (*), għandhom minnufih jinnotifikaw lill-Kummissjoni li imbagħad tinnotifika direttament lill-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd, kif ukoll lis-Segretarjat tal-ICCAT.

(*)  ĠU L 96, 15.4.2009, p. 1.”"

(c)

Fil-paragrafu 4, l-ewwel sentenza tinbidel b’dan li ġej:

“F’każ li ksur serju, kif definit fis-Sezzjoni I(1) tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 302/2009, jinstab abbord bastiment tas-sajd tal-Komunità, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jiżgura li, wara l-ispezzjoni, il-bastiment tas-sajd iwaqqaf kull attività ta’ sajd.”

(d)

Il-paragrafu 5 jinbidel b’dan li ġej:

“5.   L-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jiżguraw li, jekk il-prosekuzzjoni ta’ ksur tiġi trasferita lill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 86 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (**), is-sigurtà u l-kontinwità ta’ kwalunkwe evidenza tal-infrazzjoni ċitati mill-ispetturi tiegħu tkun garantita f’kull każ.

(**)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.”"

(2)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

it-Taqsima intitolata “Kompiti ta’ Spezzjoni” hija emendata kif ġej:

(i)

Il-punt 1.6(e) jinbidel b’dan li ġej:

“(e)

li il-kaptan tal-bastiment tal-qbid u tat-tug jiżgura l-monitoraġġ tal-attivitajiet kollha tat-trasferiment b’kamera tal-vidjow fl-ilma.”

(ii)

Il-punt 1.10(a) jinbidel b’dan li ġej:

“(a)

li d-dokumentazzjoni hija preżenti u kkompletata u rraportata kif xieraq (dokumenti tal-qbid u ċertifikat tar-riesportazzjoni tat-tonn, dikjarazzjoni tat-trasferiment, dikjarazzjoni tal-qbid mill-gaġeġ, dikjarazzjoni tat-trażbord);”

(b)

it-Taqsima intitolata “Rapport ta’ Spezzjonijiet” titbiddel bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

Maria DAMANAKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 340, 22.12.2007, p. 8.

(3)  ĠU L 96, 15.4.2009, p. 1.

(4)  ĠU L 80, 26.3.2009, p. 18.


ANNESS

RAPPORTI TA’ SPEZZJONIJIET ICCAT

IR-Rapport ta’ Spezzjoni Nru …

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Infrazzjoni Serja Osservata

Isem il-bastiment: …

Bandiera tal-bastiment: …

Numru tal-ICCAT: …

sajd mingħajr liċenzja, permess jew awtorizzazzjoni maħruġ mill-PKK tal-bandiera;

in-nuqqas ta’ żamma ta’ reġistri suffiċjenti ta’ dejta dwar il-qabdiet u relatata mal-qabdiet skont ir-rekwiżiti ta’ rappurtar tal-Kummissjoni jew rappurtar ħażin ta’ dejta bħal din dwar il-qabdiet u/jew relatata mal-qabdiet;

sajd f’żona magħluqa;

sajd waqt staġun magħluq;

it-teħid jew iż-żamma intenzjonali ta’ speċijiet bi ksur ta’ kwalunkwe miżura applikabbli ta’ konservazzjoni u ġestjoni adottata mill-ICCAT;

infrazzjoni sinifikanti tal-limiti tal-qbid jew kwota fis-seħħ skont l-ICCAT;

l-użu ta’ rkaptu pprojbit tas-sajd;

il-falsifikazzjoni jew il-ħabi intenzjonali tal-marki, l-identità jew ir-reġistrazzjoni ta’ bastiment tas-sajd;

il-ħabi, it-tbagħbis jew it-twarrib ta’ xhieda li jkollha x’taqsam ma’ investigazzjoni ta’ infrazzjoni;

infrazzjonijiet multipli li meħuda flimkien jikkostitwixxu nuqqas serju ta’ osservanza tal-miżuri skont l-ICCAT;

assalt, reżistenza, intimidazzjoni, fastidju sesswali, indħil ma’ jew tfixkil jew dewmien żejjed ta’ spettur jew osservatur awtorizzat;

tbagħbis jew diżattivazzjoni intenzjonali tas-sistema tal-monitoraġġ tal-bastiment;

sajd bl-assistenza ta’ ajruplani ta’ lokalizzazzjoni;

indħil fis-sistema tal-monitoraġġ bis-satellita u/jew operazzjonijiet mingħajr is-sistema VMS;

l-attività tat-trasferiment mingħajr dikjarazzjoni tat-trasferiment;

ieħor (speċifika)

Firma tal-ispettur …

Firma tax-xhud …

Data …


Top