EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009L0153

Direttiva tal-Kummissjoni 2009/153/KE tat- 30 ta’ Novembru 2009 li temenda l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tal-isem komuni u l-purità tas-sustanza attiva tal-proteini idrolizzati (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

OJ L 314, 1.12.2009, p. 67–68 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/06/2011; Impliċitament imħassar minn 32009R1107

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/153/oj

1.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/67


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/153/KE

tat-30 ta’ Novembru 2009

li temenda l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tal-isem komuni u l-purità tas-sustanza attiva tal-proteini idrolizzati

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari t-tieni inċiż tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 91/414/KEE kienet emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/127/KE (2) biex tinkludi ċerti proteini idrolizzati.

(2)

L-Istat Membru relatur irċieva informazzjoni addizzjonali dwar proteini idrolizzati. Jidher li l-proteini idrolizzati jistgħu jiġu oriġinati minn ħafna komposti organiċi differenti. Għalhekk huwa xieraq li wieħed jirreferi għall-isem komuni u l-ispeċifikazzjonijiet ta’ purità, kif stabbilit fir-rapport ta’ reviżjoni dwar il-proteini idrolizzati.

(3)

Għaldaqstant, id-Direttiva 91/414/KEE għandha tiġi emendata skont dan.

(4)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar 2010. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Marzu 2010.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 344, 20.12.2008, p. 89.


ANNESS

Fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, ir-ringiela 240 tinbidel b’dan li ġej:

NRU

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Dħul fis-seħħ

Skadenza tal-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“240

PROTEINI IDROLIZZATI

Nru tas-CAS: mhux assenjat

Nru CIPAC: mhux assenjat

Mhux disponibbli

Rapport ta’ reviżjoni (SANCO/2615/2008)

L-1 ta’ Settembru 2009

fil-31 ta’ Awwissu 2019

PARTI A

L-użu bħala attirant biss jista’ jiġi awtorizzat. Proteini idrolizzati li ġejjin mill-annimali jridu jkunu konformi mar-Regolament (KE)1774/2002

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-proteini idrolizzati (SANCO/2615/2008) u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu.

Il-kundizzjonijiet ta’ użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni ta’ sustanzi attivi huma pprovduti fir-rapport ta’ reviżjoni.


Top