EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009L0037

Direttiva tal-Kummissjoni 2009/37/KE tat- 23 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex jiġu inklużi bħala sustanzi attivi l-chlormequat, il-komposti tar-ram, il-propaquizafop, il-quizalofop-P, it-teflubenzuron u ż-zeta-cypermethrin (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

OJ L 104, 24.4.2009, p. 23–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/06/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/37/oj

24.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 104/23


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/37/KE

tat-23 ta’ April 2009

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex jiġu inklużi bħala sustanzi attivi l-chlormequat, il-komposti tar-ram, il-propaquizafop, il-quizalofop-P, it-teflubenzuron u ż-zeta-cypermethrin

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 1490/2002 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ xogħol msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-ħsieb li jiġu possibbilment inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista tinkludi l-chlormequat, il-komposti tar-ram, il-propaquizafop, il-quizalofop-P, it-teflubenzuron u ż-zeta-cypermethrin.

(2)

Għal dawn is-sustanzi attivi l-effetti fuq is-saħħa umana u l-ambjent ġew ivvalutati skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 451/2000 u (KE) Nru 1490/2002 għal firxa ta’ użi proposti min-notifikanti. Barra minn hekk, dawn ir-Regolamenti jinnominaw lill-Istati Membri relaturi li għandhom jippreżentaw ir-rapporti ta’ valutazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel (EFSA) skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Għall-chlormequat u t-teflubenzuron l-Istat Membru relatur kien ir-Renju Unit u l-informazzjoni kollha rilevanti tressqet fis-27 ta’ April 2007 u fis-6 ta’ Awwissu 2007 rispettivament. Għal-komposti tar-ram l-Istat Membru relatur kien Franza u l-informazzjoni kollha rilevanti tressqet fis-7 ta’ Gunju 2007. Għall-propaquizafop l-Istat Membru relatur kien l-Italja u kull informazzjoni rilevanti tressqet fit-22 ta Settembru 2005. Għall-quizalofop-P l-Istat Membru relatur kien il-Finlandja u l-informazzjoni rilevanti kollha ntbagħtet fl-1 ta’ Frar 2007 (varjant tal-quizalofop-P-ethyl) u fit-2 ta’ Mejju 2007 (varjant tal-quizalofop-P-tefuryl). Għaż-zeta-alfa-cipermetrin, l-Istat Membri relatur kien il-Belgju u giet ippreżentata l-informazzjoni rilevanti kollha fl-10 ta’ Lulju 2006.

(3)

Ir-rapporti ta’ valutazzjoni kienu riveduti inter pares mill-Istati Membri u l-EFSA u ppreżentati lill-Kummissjoni fid-29 ta’ Settembru 2008 għall-chlormequat u t-teflub enzuron, fit-30 ta’ Settembru 2008 għal-komposti tar-ram u ż-zeta-cypermethrin u fis-26 ta’ Novembru 2008 għall-propaquizafop u l-quizalofop-P fil-format tar-Rapporti Xjentifiċi tal-EFSA (4). Dawn ir-rapporti ġew riveduti mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u finalizzati fit-23 ta’ Jannar 2009 fil-format tar-rapporti tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni għall-chlormequat, il-komposti tar-ram, il-propaquizafop, il-quizalofop-P, it-teflubenzuron u ż-zeta-cypermethrin.

(4)

Mill-eżamijiet varji li saru jidher li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-chlormequat, il-komposti tar-ram, il-propaquizafop, il-quizalofop-P, it-teflubenzuron u ż-zeta-cypermethrin jistgħu jiġu kkunsidrati li jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiziti stabbiliti fl-Artikolu 5(1) (a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, partikolarment b’riferenza għall-użi li għalihom ġew eżaminati u dettaljati fir-rapport tar-reviżjoni tal-Kummissjoni. Huwa għalhekk xieraq li dawn is-sustanzi attivi jkunu inklużi fl-Anness I, sabiex ikun żgurat li fl-Istati Membri kollha l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi attivi jkunu jistgħu jingħataw skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

(5)

Bla ħsara għal dik il-konklużjoni, huwa xieraq li jinkiseb iktar tagħrif dwar ċerti punti speċifiċi. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414/KE jistipula li l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tista’ tiġi suġġetta għall-kundizzjonijiet. Għalhekk, għall-chlormequat in-notifikant għandu l-obbligu li jippreżenta aktar informazzjoni dwar id-destin u l-imġiba (studji ta’ assorbiment li għandhom isiru fl-20 °C, kaklolu mill-ġdid tal-konċentrazzjonijiet inbassra fl-ilma taħt l-art, fl-ilma tal-wiċċ u s-sediment), il-metodi ta’ monitoraġġ għall-kalkolu tas-sustanza fi prodotti u ilma għall-annimali, u r-riskju għall-organiżmi akkwatiċi, l-għasafar u l-mammiferi. Barra minn hekk għall-komposti tar-ram, in-notifikant għandu l-obbligu li jippreżenta aktar informazzjoni dwar ir-riskju minn ġbid ta’ arja fil-pulmun u dwar il-valutazzjoni tar-riskju għall-organiżmi mhux milquta, il-ħamrija u l-ilma. Aktar minn hekk, hu xieraq f’dak li jirrigwarda l-propaquizafop, li jkun meħtieġ li n-notifikant jippreżenta informazzjoni dwar l-impurità rilevanti Ro 41-5259 u dwar ir-riskju għall-organiżmi akkwatiċi u għall-antropodi li ma għandhomx jintlaqtu. Addizzjonalment, hu xieraq fir-rigward tal-quizalofop-P, li jkun meħtieġ li n-notifikant jippreżenta aktar informazzjoni dwar ir-riskju fuq antropodi mhux milquta. Finalment, hu xieraq għaż-żeta-cypermethrin li jkun meħtieġ li n-notifikant jippreżenta aktar informazzjoni dwar id-destin u l-imġiba (id-degradazzjoni erobika fil-ħamrija), ir-riskju għall-għasafar (riskju fit-tul), l-organiżmi akkwatiċi u l-artropodi mhux milquta.

(6)

Barra minn hekk, fir-rigward tal-komposti tar-ram, ir-ram jinsab fil-natura u hu mikronutrijent essenzjali. Ir-ram jakkumula fil-ħamrija u l-livell tar-ram fil-ħamrija jista’ jiġi affettwat mhux biss mill-applikazzjonijiet ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti iżda wkoll mit-trobbija tal-annimali u mill-applikazzjoni ta’ demel. Għalhekk, meħtieġ li l-Istati Membri jibdew programmi ta’ monitoraġġ f’oqsma vulnerabbli, fejn il-kontaminazzjoni tal-kompartiment tal-ħamrija mir-ram hi preokkupanti, sabiex jiġu ffissati, fejn xieraq, limiti bħar-rati massimi ta’ applikazzjoni.

(7)

L-Artikoli 5(4) u 6(1) tad-Direttiva 91/414/KE jistipula li l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tista’ tigi suġġetta għal restrizzjonijiet. Fil-każ tal-komposti tar-ram, il-valutazzjoni tar-riskju wriet preokkupazzjonijiet eko-tossikoloġiċi, restrizzjoni dwar il-perjodu ta’ inklużjoni titqies neċessarja biex l-Istati Membri jitħallew janalizzaw wara perjodu iqsar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jinsabu diġà fis-suq li fihom ir-ram. Barra minn hekk, il-komposti tar-ram huma attwalment soġġetti għall-valutazzjoni skont il-qafas tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (5), kif ukoll għall-valutazzjoni skont il-qafas tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH). Bħalma jgħodd għas-sustanzi kollha inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, l-istatus tal-komposti tar-ram jista’ jigi rivedut taħt l-Artikolu 5(5) ta’ din id-Direttiva, fid-dawl ta’ kwalunkwe tagħrif ġdid li jsir disponibbli.

(8)

Għandu jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jingħataw iż-żmien li jħejju ruħhom sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ġodda li jirriżultaw mill-inklużjoni.

(9)

Mingħajr preġudizzju għall-obbligi definiti bid-Direttiva 91/414/KEE bħala konsegwenza tal-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni sabiex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet eżistenti ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-chlormequat, il-komposti tar-ram, il-propaquizafop, il-quizalofop-P, it-teflubenzuron u ż-zeta-cypermethrin sabiex jaċċertaw li r-rekwiżiti stipulati bid-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha u l-kundizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Anness I, jiġu sodisfatti. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, ibiddlu jew jirtiraw, kif ikun xieraq, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti, skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. B’deroga mill-iskadenza stabbilita hawn fuq, għandu jiġi stipulat perjodu itwal għall-preżentazzjoni u l-valutazzjoni tal-fajl komplut tal-Anness III ta’ kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE.

(10)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi eżaminati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 (7) uriet li jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet ta’ detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati iktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li d-dmirijiet tal-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment id-dmir li jivverifikaw li d-detentur ta’ awtorizzazzjoni jkollu x’juri li għandu aċċess għall-fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ din id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponix xi obbligi ġodda fuq l-Istati Membri jew dawk li għandhom l-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-direttivi li ġew adottati sal-ġurnata preżenti li jemendaw l-Anness I.

(11)

Għaldaqstant hu xieraq li tiġi emendata d-Direttiva 91/414/KEE skont dan.

(12)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2010, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Ġunju 2010.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri, fejn meħtieġ, u bi qbil mad-Direttiva 91/414/KEE, għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-chlormequat, il-komposti tar-ram, il-propaquizafop, il-quizalofop-P, it-teflubenzuron u ż-zeta-cypermethrin bħala sustanzi attivi sat-31 ta’ Mejju 2010.

Sa dik id-data huma għandhom, b’mod partikolari, jivverifikaw li l-kundizzjonijiet fl-Anness I tad-Direttiva li jikkonċernaw il-chlormequat, il-komposti tar-ram, il-propaquizafop, il-quizalofop-P, it-teflubenzuron u ż-zeta-cypermethrin ikunu ntlaħqu, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-parti B tal-annotazzjoni li jikkonċernaw dik is-sustanza attiva, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkollu f’idejh, jew li jkollu aċċess għall-fajl li jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva.

2.   Bħala deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih il-chlormequat, il-komposti tar-ram, il-propaquizafop, il-quizalofop-P, it-teflubenzuron, iż-zeta-cypermethrin bħala jew l-unika sustanza attiva inkella bħala waħda minn diversi sustanzi attivi li kollha kemm huma ġew elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sal-30 ta’ Novembru 2009, l-Istati Membri għandhom jevalwaw mill-ġdid il-prodott skont il-prinċipji uniformi previsti fl-Anness VI għad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III ta’ din id-Direttiva u billi titqies il-parti B tal-annotazzjoni fl-Anness I għat-tali Direttiva dwar il-chlormequat, il-komposti tar-ram, il-propaquizafop, il-quizalofop-P, it-teflubenzuron u ż-zeta-cypermethrin rispettivament. Fuq il-bażi ta’ din il-valutazzjoni, huma għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara din id-determinazzjoni l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih il-chlormequat, il-komposti tar-ram, il-propaquizafop, il-quizalofop-P, it-teflubenzuron u ż-zeta-cypermethrin bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mit-31 ta’ Mejju 2014; jew

(b)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih il-chlormequat, il-komposti tar-ram, il-propaquizafop, il-quizalofop-P, it-teflubenzuron u ż-zeta-cypermethrin bħala wieħed minn diversi sustanzi attivi, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni, meta meħtieġ, sal-31 ta’ Mejju 2014 jew sad-data ffissata għal din l-emenda jew dan l-iritrar fid-Direttiva jew id-Direttivi rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi rilevanti fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE, liema minnhom hija l-aħħar.

Artikolu 4

Din id-Direttiva se tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 23 ta’ April 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

(3)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(4)  Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2008) 179, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva tal-chlormequat (iffinalizzat fid-29 ta’ Settembru 2008).

Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2008) 187, Konkluzjoni dwar ir-revizjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva tal-komponenti tar-ram (iffinalizzat fid-30 ta’ Settembru 2008).

Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2008) 204, Konkluzjoni dwar ir-revizjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva tal-propaquizafop (iffinalizzat fit-26 ta’ Novembru 2008).

Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2008) 205, Konkluzjoni dwar ir-revizjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva l-quizalofop-P (iffinalizzat fis-26 ta’ Novembru 2008).

Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2008) 184, Konkluzjoni dwar ir-revizjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva tat-teflubezuron (iffinalizzat fid-29 ta’ Settembru 2008).

Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2008) 196, Konkluzjoni dwar ir-revizjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva taż-zeta-cypermethrin (iffinalizzat fit-30 ta’ Settembru 2008).

(5)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(6)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1, kif ikkoreġut bil-ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3.

(7)  ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10.


ANNESS

It-tabella li ġejja għandha tiġi miżjuda fl-aħħar tal-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE:

Nru

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Dħul fis-seħħ

Skadenza tal-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“281

Chlormequat

CAS No 7003-89-6 (chlormequat)

CAS No 999-81-5 (chlormequat chloride)

CIPAC No 143 (chlormequat)

CIPAC No 143.302 (chlormequat chloride)

2-chloroethyltrimethylammonium (chlormequat)

2-chloroethyltrimethylammonium chloride (chlormequat chloride)

≥ 636 g/kg

Impuritajiet:

 

1,2-dichloroethane: max 0.1 g/kg (fuq il-kontenut niexef tal-chlormequat chloride).

 

Chloroethene (vinylchloride): massimu 0.0005 g/kg (fuq il-kontenut niexef tal-chlormequat chloride).

l-1 ta’ Diċembru 2009

it-30 ta’ Novembru 2019

PARTI A

L-użu bħala regolatur tat-tkabbir taċ-ċereali biss jista’ jiġi awtorizzat.

PARTI B

Waqt il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-chlormequat għal użu għajr dak fis-segala u t-triticale, notevolment fl-esponiment tal-konsumaturi, l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti għall-kriterji fl-Artikolu 4(1) (b), u għandhom jiżguraw li tiġi pprovduta kull dejta u informazzjoni meħtieġa qabel ma tingħata awtorizzazzjoni bħal din.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-chlormequat u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-23 ta’ Jannar 2009.

F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari:

għas-sikurezza tal-operaturi u jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-użu jippreskrivu tagħmir ta' protezzjoni personali xieraq;

lill-protezzjoni tal-għasafar u l-mammiferi.

Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri li jtaffu r-riskju, fejn xieraq.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu l-preżentazzji ta’ aktar informazzjoni dwar id-destin u l-imġiba (studji ta’ assorbiment li għandhom isiru fl-20 °C, kalkolu mill-ġdid tal-konċentrazzjonijiet imbassra fl-ilma taħt l-art, fl-ilma tal-wiċċ u s-sediment), il-metodi ta’ monitoraġġ għall-kalkolu tas-sustanza fi prodotti u ilma għall-annimali, u r-riskju għall-organiżmi akkwatiċi, l-għasafar u l-mammiferi. Huma għandhom jiżguraw li n-notifikanti li fuq talba tagħhom ġiet inkluża l-chlormequat f’dan l-Anness jipprovdu informazzjoni bħal din lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-30 ta’ Novembru 2011.

282

Komposti tar-ram

 

 

l-1 ta’ Diċembru 2009

it-30 ta’ Novembru 2016

PARTI A

L-użi bħala batteriċida u ta’ funġiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Waqt il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom ir-ram għall-użi għajr dawk tat-tadam fis-serer, l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti għall-kriterji fl-Artikolu 4(1) (b), u għandhom jiżguraw li tiġi pprovduta kull dejta jew informazzjoni meħtieġa qabel ma tingħata awtorizzazzjoni bħal din.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-komposti tar-ram u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-23 ta’ Jannar 2009.

F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari:

lill-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku kif manifatturat kummerċjalment għandu jkun appoġġat b’dejta analitika xierqa. Il-materjal tat-test użat fil-fajls tat-tossicità għandu jiġi mqabbel u vverifikat ma’ din l-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku;

lis-sikurezza tal-operaturi u l-ħaddiema u jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-użu jippreskrivu l-applikazzjoni ta' tagħmir xieraq ta' protezzjoni personali fejn xieraq;

il-protezzjoni tal-ilma u tal-organiżmi mhux milquta. B’rabta ma' dawn ir-riskji identifikati, il-miżuri għat-taffija tar-riskju, bħalma huma ż-żoni ta' paraventu, għandhom jiġu applikati fejn xieraq;

l-ammont tas-sustanza attiva applikata u jiżguraw li l-ammonti awtorizzati, f’termini ta’ rati u għadd ta’ applikazzjonijiet, huma l-minimu meħtieġ biex jitwettqu l-effetti mixtieqa.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni biex ikomplu jindirizzaw:

ir-riskju minn ġbid għal ġol-pulmini;

il-valutazzjoni tar-riskju għall-organiżmi mhux milquta u għall-ħamrija u l-ilma.

Huma għandhom jiżguraw li n-notifikanti li fuq talba tagħhom ġew inklużi l-komposti tar-ram f’dan l-Anness jipprovdu informazzjoni bħal din lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-30 ta’ Novembru 2011.

L-Istati Membri għandhom jibdew programmi ta’ monitoraġġ f’oqsma vulnerabbli, fejn il-kontaminazzjoni tal-kompartiment tal-ħamrija mir-ram hi preokkupanti, sabiex jiġu ffissati, fejn xieraq, limiti bħar-rati massimi ta' applikazzjoni.

idrossidu tar-ram

CAS Nru 20427-59-2

CIPAC Nru 44.305

Ram (II) idrossidu

≥ 573 g/kg

ossikloridu tar-ram

CAS N 1332-65-6 jew 1332-40-7

CIPAC Nru 44.602

Ossidu tar-ram

≥ 550 g/kg

ossidu tar-ram

CAS Nru 1317-39-1

CIPAC Nru 44.603

Mhux allokat

≥ 820 g/kg

taħlita bordeaux

CAS Nru 8011-63-0

CIPAC Nru 44.604

Mhux allokat

≥ 245 g/kg

Sulfat tar-ram tribażiku

CAS Nru 12527-76-3

CIPAC Nru 44.306

Mhux allokat

≥ 490 g/kg

L-impuritajiet li ġejjin huma ta’ preokkupazzjoni tossikoloġika u ma għandhomx jaqbżu l-livelli ta’ hawn taħt:

 

Ċomb massimu 0.0005 g/kg ta’ kontenut ta’ ram.

 

Kadmju massimu 0.0001 g/kg ta’ kontenut ta’ ram.

 

Arseniku massimu 0.0001 g/kg ta’ kontenut ta’ ram.

283

Propaquizafop

CAS N° 111479-05-1

CIPAC Nru 173

2-isopropylidenamino-oxyethyl (R)-2-[4-(6-chloro-quinoxalin-2-yloxy)phenoxy]propionate

≥ 920 g/kg

Toluene kontenut massimu 5 g/kg

l-1 ta’ Diċembru 2009

it-30 ta’ Novembru 2019

PARTI A

L-użi bħala erbiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-propaquizafop u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-23 ta’ Jannar 2009.

F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari:

lill-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku kif manifatturat kummercjalment għandu jkun appoġġat b’dejta analitika xierqa. Il-materjal tat-test użat fil-fajls tat-tossiċità għandu jiġi mqabbel u vverifikat ma’ din l-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku;

lis-sikurezza tal-operaturi u jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-użu jippreskrivu l-applikazzjoni ta’ tagħmir ta' protezzjoni personali xieraq;

lill-protezzjoni ta’ organiżmi akkwatiċi u ta’ pjanti li ma għandhomx jintlaqtu u għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni jinkludu, fejn xieraq, miżuri ta' tnaqqis tar-riskju bħalma huma ż-żoni ta’ lqugħ;

lill-protezzjoni ta' pjanti li ma għandhomx jintlaqtu u għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni jinkludu, fejn xieraq, miżuri li jnaqqsu r-riskju.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li n-notifikant jippreżenta lill-Kummissjoni:

aktar informazzjoni dwar l-impurità rilevanti Ro 41-5259;

informazzjoni biex jiġi indirizzat aktar ir-riskju tal-organiżmi akkwatiċi u tal-antropodi li ma għandhomx jintlaqtu.

Għandhom jiżguraw li n-notifikanti jipprovdu l-Kummissjoni bi studji bħal dawn sat-30 ta’ Novembru 2011.

284

Quizalofop-P:

 

 

l-1 Diċembru 2009

it-30 Novembru 2019

PARTI A

L-użi bħala erbiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-quizalofop-P, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-23 ta’ Jannar 2009.

F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari:

lill-ispecifikazzjoni tal-materjal tekniku kif manifatturat kummercjalment għandu jkun appoġġat b’dejta analitika xierqa. Il-materjal tat-test użat fil-fajls tat-tossiċità għandu jiġi mqabbel u vverifikat ma’ din l-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku;

lis-sikurezza tal-operaturi u l-ħaddiema u jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-użu jippreskrivu l-applikazzjoni ta’ tagħmir ta' protezzjoni personali xieraq;

lill-protezzjoni ta' pjanti li ma għandhomx jintlaqtu u għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni jinkludu, fejn xieraq, miżuri li jtaffu r-riskju bħala żoni ta' lqugħ.

Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri li jtaffu r-riskju, fejn xieraq.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li n-notifikanti jippreżentaw lill-Kummissjoni aktar informazzjoni dwar ir-riskju għall-antropodi li ma għandhomx jintlaqtu.

Għandhom jiżguraw li n-notifikanti jipprovdu informazzjoni ta’ din ix-xorta lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Novembru 2011.

Quizalofop-P-ethyl

CAS 100646-51-3

CIPAC Nru 641.202

ethyl (R)-2-[4-(6-chloroquinoxalin-2-yloxy)phenoxy] propionate

≥ 950 g/kg

Quizalofop-P-tefuryl

CAS 119738-06-6

CIPAC Nru 641.226

(RS)-Tetrahydrofurfuryl(R)-2-[4-(6-chloroquinoxalin-2-yloxy)phenoxy]propionate

≥ 795 g/kg

285

Teflubenzuron

CAS Nru 83121-18-0

CIPAC Nru 450

1-(3,5-dichloro-2,4-difluorophenyl)-3-(2,6-difluorobenzoyl)urea

≥ 970 g/kg

1 ta’ Diċembru 2009

30 ta’ Novembru 2019

PARTI A

L-użi biss bħala insettiċidi fis-serer tal-ħġieġ (fuq sottostratt artifiċjali jew fuq sistemi magħluqa ta’ idroponiċi) jistgħu jiġu awtorizzati.

PARTI B

Waqt il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-teflubenzuron għall-użi għajr dawk tat-tadam fis-serer, l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti għall-kriterji fl-Artikolu 4(1) (b), u għandhom jiżguraw li tiġi pprovduta kull dejta jew informazzjoni meħtieġa qabel ma tingħata awtorizzazzjoni bħal din.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar it-teflubenzuron u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-23 ta’ Jannar 2009.

F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari għal:

lis-sikurezza tal-operaturi u l-ħaddiema u jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-użu jippreskrivu l-applikazzjoni ta' tagħmir xieraq ta' protezzjoni personali fejn xieraq;

lill-protezzjoni ta’ organiżmi akkwatiċi. Reħi mill-applikazzjoni f’serer tal-ħġieġ għandu jkun imminimizzat u, f’kull każ, ma għandux ikollu l-potenzjal li jilħaq livelli sinifikanti fi ġbir ta’ ilma fil-viċinità;

il-protezzjoni tan-naħal li ma għandhomx jitħallew jidħlu fis-serra tal-ħġieġ;

il-protezzjoni ta’ kolonji ta’ naħal pollinaturi mqegħdin fis-serra tal-ħġieġ;

it-tneħħija sikura tal-ilma kkondensat, tal-ilma tad-dranaġġ u sottostratt sabiex jiġu evitati r-riski għall-organiżmi mhux milquta u l-kontaminazzjoni tal-ilma fil-wiċċ u tal-ilma taħt l-art.

Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri li jtaffu r-riskju, fejn xieraq.

286

Zeta-cypermethrin

CAS No 52315-07-8

CIPAC Nru 733

Taħlita ta’ stereoisomers (S)-α-cyano-3-phenoxybenzyl (1RS,3RS;1RS,3SR)-3-(2,2-dichlorovinyl)-2,2 dimethylcyclopropanecarboxylate fejn il-porzjon tal-(S);(1RS,3RS) isomeriku hu bħall-(S);(1RS,3SR) il-par isomeriku jinsab fi proporzjon ta’ 45-55 għal 55-45 rispettivament

≥ 850 g/kg

Impuritajiet:

 

toluene: massimu ta’ 2 g/kg

 

tars: massimu ta’ 12.5 g/kg

l-1 tDiċembru 2009

it-30 Novembru 2019

PARTI A

Jistgħu jiġu awtorizzati biss użi bħala erbiċida.

PARTI B

Waqt il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom iż-zeta-cypermethrin għal użu għajr dak fiċ-ċereali, notevolment fl-esponiment tal-konsumaturi għall-mPBAldehyde, prodott ta’ degradazzjoni li jista’ jifforma matul l-ipproċessar, l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti għall-kriterji fl-Artikolu 4(1)(b), u għandhom jiżguraw li tiġi pprovduta kull dejta u informazzjoni meħtieġa qabel ma tingħata awtorizzazzjoni bħal din.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' valutazzjoni dwar iż-zeta-cypermethrin, u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-23 ta’ Jannar 2009 għandhom jiġu kkunsidrati.

F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari:

lis-sikurezza tal-operaturi u jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-użu jippreskrivu l-applikazzjoni tat-tagħmir ta' protezzjoni personali, fejn xieraq;

lill-protezzjoni tal-għasafar, l-organiżmi akkwatiċi, in-naħal, l-antropodi u l-mikro-organiżi fil-ħamrija li ma għandhomx jintlaqtu.

Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri li jtaffu r-riskju, fejn xieraq.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu l-preżentazzjoni ta’ aktar informazzjoni dwar id-destin u l-imġiba (id-degradazzjoni erobika tal-ħamrija), ir-riskju fit-tul għall-għasafar, l-organiżmi akkwatiċi u l-antropodi li ma għandhomx jintlaqtu. Huma għandhom jiżguraw li n-notifikanti li fuq talba tagħhom ġiet inkluża ż-zeta-cypermethrin f’dan l-Anness jipprovdu informazzjoni bħal din lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-30 ta’ Novembru 2011.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanzi attivi huma pprovduti fir-rapport ta' reviżjoni.


Top