EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0847

2009/847/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 20 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2005/176/KE li twaqqaf l-għamla kkodifikata u l-kodiċi għan-notifika ta’ mard tal-annimali skont id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9007) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

OJ L 307, 21.11.2009, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 052 P. 180 - 180

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/847/oj

21.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 307/7


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-20 ta’ Novembru 2009

li temenda d-Deċiżjoni 2005/176/KE li twaqqaf l-għamla kkodifikata u l-kodiċi għan-notifika ta’ mard tal-annimali skont id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9007)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/847/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1982 dwar in-notifika ta’ mard tal-annimali fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 82/894/KEE tikkonċerna n-notifiki ta’ tifqigħat ta’ mard tal-annimali elenkati fl-Anness I magħha.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/176/KE (2) tistipula l-forma kkodifikata u l-kodiċi għan-notifika ta’ mard tal-annimali skont id-Direttiva 82/894/KEE. L-Anness X/01 ma’ dik id-deċiżjoni telenka l-kodiċijiet għar-reġjuni veterinarji fil-Ġermanja.

(3)

Il-Ġermanja aġġustat l-ismijiet u l-konfini tar-reġjuni veterinarji tagħha. L-aġġustament ta’ dawn ir-reġjuni taffettwa s-Sistema ta’ Notifika tal-Mard tal-Annimali. Ir-reġjuni l-ġodda għandhom għalhekk jissostitwixxu dawk li bħalissa huma elenkati f’dik is-sistema. Huwa għalhekk xieraq li l-Anness X/01 mad-Deċiżjoni 2005/176/KE jiġi emendat skont dan.

(4)

Id-Deċiżjoni 2005/176/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(5)

Biex titħares il-kunfidenzjalità tat-tagħrif trażmess, l-Annessi ma’ din id-Deċiżjoni m’għandhomx jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness X/01 tad-Deċiżjoni 2005/176/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 378, 31.12.1982, p. 58.

(2)  ĠU L 59, 5.3.2005, p. 40.


Top