EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0451

2009/451/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 8 ta' Ġunju 2009 dwar l-intenzjoni tar-Renju Unit biex taċċetta ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 4427)

OJ L 149, 12.6.2009, p. 73–73 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 19 Volume 013 P. 132 - 132

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/451/oj

12.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 149/73


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-8 ta' Ġunju 2009

dwar l-intenzjoni tar-Renju Unit biex taċċetta ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 4427)

(2009/451/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 11a tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-ittra mir-Renju Unit lill-Kunsill u lill-Kummisjoni tal-15 ta’ Jannar 2009,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Diċembru 2008 il-Kunsill adotta Regolament (KE) Nru 4/2009 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni fi kwistjonijiet relatati mal-obbligi tal-manteniment (1).

(2)

Skont l-Artikolu 1 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea, ir-Renju Unit ma pparteċipax fl-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 4/2009.

(3)

Skont l-Artikolu 4 tal-imsemmi Protokoll, ir-Renju Unit innotifika lill-Kunsill u lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra datata 15 ta’ Jannar 2009, li waslet għand il-Kummissjoni fis-17 ta’ Jannar 2009, bl-intenzjoni tiegħu li jaċċetta r-Regolament (KE) Nru 4/2009.

(4)

Fil-21 ta’ April 2009 il-Kummissjoni tat opinjoni pożittiva lill-Kunsill dwar l-intenzjoni tar-Renju Unit li jaċċetta r-Regolament (KE) Nru 4/2009,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 4/2009 għandu japplika għar-Renju Unit skont l-Artikolu 2.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 4/2009 għandu jidħol fis-seħħ fir-Renju Unit fl-1 ta’ Lulju 2009.

L-Artikoli 2(2), l-Artikolu 47(3) u l-Artikoli 71, 72 u 73 tar-Regolament għandhom japplikaw mit-18 ta’ Settembru 2010.

Id-dispożizzjonjiet l-oħra tar-Regolament għandhom jibdew japplikaw mit-18 ta’ Ġunju 2011, bla ħsara għall-Protokoll tal-Aja tal-2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi tal-manteniment applikabbli fil-Komunità f’dik id-data. Fin-nuqqas ta’ dan, ir-Regolament għandu japplika mid-data tal-applikazzjoni tal-Protokoll fil-Komunità.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi President


(1)  ĠU L 7, 10.1.2009, p. 1.


Top