EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0359

2009/359/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ April 2009 għall-kompletezza tad-definizzjoni tal-iskart inert fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 22(1)(f) tad-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji tal-estrazzjoni (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3012)

OJ L 110, 1.5.2009, p. 46–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 034 P. 144 - 145

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/359/oj

1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 110/46


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ April 2009

għall-kompletezza tad-definizzjoni tal-iskart inert fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 22(1)(f) tad-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji tal-estrazzjoni

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 3012)

(2009/359/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji tal-estrazzjoni u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (1), u b’mod partikolari l-punt (f) tal-Artikolu 22(1) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2006/21/KE jipprovdi definizzjoni għall-iskart inert.

(2)

L-għan li d-definizzjoni tal-iskart inert tiġi kkomplimentata huwa li jiġu stabbiliti kriterji u kundizzjonijiet ċari li bihom l-iskart mill-industriji tal-estrazzjoni jkun jista’ jitqies bħala skart inert.

(3)

Biex jiġi mminimizzat il-piż amministrattiv marbut mal-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, huwa xieraq minn perspettiva teknika li dak l-iskart li dwaru hu disponibbli t-tagħrif rilevanti eżistenti jiġi eżentat minn ittestjar speċifiku, u li l-Istati Membri jitħallew jistabbilixxu listi ta’ materjal ta’ skart li jkun jista’ jitqies bħala inert skont il-kriterji stipulati f’din id-Deċiżjoni preżenti.

(4)

Sabiex tiġi żgurata l-kwalità u r-rappreżentattività tat-tagħrif użat, din id-Deċiżjoni għandha tiġi applikata fil-qafas tal-karatterizzazzjoni tal-iskart imwettqa skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/360/KE (2) u għandha tissejjes fuq l-istess għejjun ta’ tagħrif.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-iskart għandu jitqies bħala skart inert, skont it-tifsira fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2006/21/KE, meta l-kriterji li ġejjin ikunu ssodisfati kemm fit-terminu qasir kif ukoll fit-tul:

(a)

l-iskart ma jkunx ser jgħaddi minn xi diżintegrazzjoni jew dissoluzzjoni sinifikanti jew bidla sinifikanti oħra li x’aktarx tikkawża xi effett avvers ambjentali jew ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem;

(b)

l-iskart ikollu kontenut massimu ta’ kubrit sulfur ta’ 0.1 %, jew l-iskart ikollu kontenut massimu ta’ kubrit sulfur ta’ 1 % u l-proporzjoni ta’ potenzjal newtralizzanti, iddefinit bħala l-proporzjon bejn il-potenzjal newtralizzanti u l-potenzjal aċidiku, u ddeterminat abbażi ta’ test statiku prEN 15875 ikun akbar minn 3;

(ċ)

l-iskart ma jippreżenta l-ebda riskju ta’ awtokombustjoni jew ma jkunx ser jieħu n-nar;

(d)

il-kontenut ta’ sustanzi potenzjalment ta’ ħsara għall-ambjent jew is-saħħa tal-bniedem fl-iskart, u partikolarment As, Cd, Co, Cr, Cu, Hg, Mo, Ni, Pb, V u Zn, inkluż kwalunkwe partiċelli fini waħidhom tal-iskart, ikun biżżejjed baxx biex ikun ta’ riskju insinifikanti għall-bniedem u l-ambjent, kemm fit-terminu l-qasir kif ukoll fit-tul. Sabiex jitqies baxx biżżejjed biex ikun ta’ riskju insinifikanti għall-bniedem u l-ambjent, il-kontenut ta’ dawn is-sustanzi ma għandux jaqbeż il-valuri tal-limitu nazzjonali għal siti identifikati bħala mhux kontaminati jew livelli naturali kuntestwali nazzjonali rilevanti;

(e)

l-iskart ikun sostanzjalment ħieles minn prodotti wżat f’estrazzjoni jew ipproċessar li jista’ jkun ta’ ħsara għall-ambjent jew is-saħħa tal-bniedem.

2.   L-iskart jista’ jitqies bħala skart inert mingħajr ittestjar speċifiku jekk ikun jista’ jinxtehed, għas-sodisfazzjoni tal-awtorità kompetenti, li l-kriterji stipulati fil-paragrafu 1 tqiesu kif xieraq u tħarsu abbażi tat-tagħrif eżistenti jew proċeduri jew skemi validi.

3.   L-Istati Membri jistgħu jfasslu listi ta’ materjali tal-iskart li jridu jitqiesu bħala inert skont il-kriterji ddefiniti fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 2

Il-valutazzjoni tal-propjetà inert tal-iskart skont din id-Deċiżjoni għandha tiġi kkompletata fil-qafas tal-karatterizzazzjoni tal-iskart imsemmija fid-Deċiżjoni 2009/360/KE u għandha tissejjes fuq l-istess għejjun ta’ tagħrif.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 30 ta’ April 2009.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 102, 11.4.2006, p. 15.

(2)  Ara paġna 48 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9.


Top