EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0674

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 674/2008 tas- 16 ta’ Lulju 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 u li jiffissa, għall-2008, il-limiti tal-baġit għall-implimentazzjoni parzjali jew mhux obbligatorja ta’ l-iskema ta’ pagament uniku u l-pakketti finanzjarji annwali ta’ l-iskema ta’ pagament uniku għaż-żona, previsti mir-Regolament (KE) Nru 1782/2003

OJ L 189, 17.7.2008, p. 5–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/03/2013; Impliċitament imħassar minn 32013R0228

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/674/oj

17.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 189/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 674/2008

tas-16 ta’ Lulju 2008

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 u li jiffissa, għall-2008, il-limiti tal-baġit għall-implimentazzjoni parzjali jew mhux obbligatorja ta’ l-iskema ta’ pagament uniku u l-pakketti finanzjarji annwali ta’ l-iskema ta’ pagament uniku għaż-żona, previsti mir-Regolament (KE) Nru 1782/2003

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi r-regoli komuni għall-iskemi ta’ appoġġ dirett fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-agrikolturi, u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u partikolarment il-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 64 tiegħu, il-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 70 tiegħu, il-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 143 ter tiegħu, u l-paragrafi 1 u t-tieni inċiż tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 143 ter quater,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 tat-30 ta’ Jannar 2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar il-bogħod ta’ l-Unjoni (2), u partikolarment it-tieni inċiż tal-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 20 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jiffissa, għal kull Stat Membru, il-limiti nazzjonali li ma jistgħux jinqabżu mill-ammonti ta’ referenza stipulati fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III tar-Regolament imsemmi.

(2)

Skond l-ewwel frażi tal-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 20, tar-Regolament (KE) Nru 247/2006, il-Portugall iddeċieda li jnaqqas, għall-2008 u għas-snin sussegwenti, il-limitu nazzjonali tad-drittijiet ta’ primjums għall-baqar li jreddgħu u li jitrasferixxi l-ammont finanzjarju korrispondenti biex isaħħaħ il-kontribuzzjoni tal-Komunità, prevista fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 247/2006, għall-finanzjament tal-miżuri speċifiċi previsti minn dan ir-Regolament. Għalhekk, jistgħu jitnaqqsu l-limiti nazzjonali għall-Portugall għall-2008 u għas-snin ta’ wara, iffissati fl-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-ammont li jrid jiġi miżjud ma’ l-ammonti finanzjarji iffissati fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 23, tar-Regolament (KE) Nru 247/2006, għas-snin tal-baġit 2009 u wara.

(3)

Għall-2008 hu meħtieġ li jiġu ffissati l-limiti tal-baġit għal kull wieħed mill-pagamenti stipulati fl-Artikoli 66 sa 69 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għall-Istati Membri li fl-2008 jimplimentaw l-iskema tal-pagament uniku previst fit-Titolu III tar-Regolament imsemmi, fil-kundizzjonijiet iffissati fis-sezzjoni 2 tal-Kapitolu 5 tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament.

(4)

Għall-2008 hu meħtieġ li jiġu ffissati l-limiti tal-baġit applikabbli għall-pagamenti diretti esklużi mill-iskema tal-pagament uniku għall-Istati Membri li fl-2008 għandhom rikors għall-għażla prevista fl-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(5)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza, għandhom jiġu ppubblikati l-limiti tal-baġit ta’ l-iskema tal-pagament uniku għall-2008 li jirriżultaw mit-tnaqqis tal-limiti stabbiliti għall-pagamenti stipulati fl-Artikoli 66 sa 70 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, limiti riveduti fl-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Għandhom jiġu ffissati l-pakketti finanzjarji annwali għall-2008 skond il-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 143 ter, tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għall-Istati Membri li fl-2008 jimplimentaw l-iskema ta’ pagament uniku għaż-żona previst fit-Titolu IV bis tar-Regolament imsemmi.

(7)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza, għandu jiġi ppubblikat l-ammont massimu tal-fondi għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku għaż-żona għall-għotja ta’ pagament separat għaz-zokkor fl-2008 taħt l-Artikolu 143 ter bis tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, stabbilit fuq il-bażi tan-notifika tagħhom.

(8)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza, għandu jiġi ppubblikat l-ammont massimu ta’ fondi għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku għaż-żona għall-għotja tal-pagament separat għall-frott u l-ħxejjex fl-2008 taħt l-Artikolu 143 ter ter tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, stabbilit fuq il-bażi tan-notifika tagħhom.

(9)

Għall-2008 għandhom jiġu ffissati l-limiti tal-baġit applikabbli għall-pagamenti tranżitorji għall-frott u l-ħxejjex, skond il-paragrafi 1 u 2 ta’ l-Artikolu 143 ter quater, tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għall-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku għaż-żona, stabbiliti fuq il-bażi tan-notifika tagħhom.

(10)

Għalhekk għandhom jiġu emendati r-Regolamenti (KE) Nru 1782/2003 u (KE) Nru 247/2006.

(11)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-ammonti li jikkonċernaw il-Portugall għall-2008 u għas-snin ta’ wara huma sostitwiti mill-ammonti li ġejjin:

“2008

:

608 221

2009

:

608 751

2010 u ta’ wara

:

608 447.”

Artikolu 2

Fit-tabella li tidher fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 247/2006, l-ammonti li jikkonċernaw l-Azores u Madeira għas-sena tal-baġit 2009 u għas-snin ta’ wara huma sostitwiti mill-ammonti li ġejjin:

“2009

:

87,08

2010 u ta’ wara

:

87,18.”

Artikolu 3

1.   Il-limiti tal-baġit għall-2008 stipulati fl-Artikoli 66 sa 69 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 huma ffissati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-limiti tal-baġit għall-2008 stipulati fil-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 huma ffissati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

3.   Il-limiti tal-baġit għall-iskema ta’ pagament uniku stipulata fit-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fl-2008 huma ffissati fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

4.   Il-pakketti finanzjarji annwali għall-2008 stipulati fil-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 143 ter, tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 huma ffissati fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

5.   L-ammonti massimi tal-fondi għad-dispożizzjoni tar-Repubblika Ċeka, tal-Latvja, ta’ l-Ungerija, tal-Polonja, tar-Rumanija u tas-Slovakkja, għall-għotja ta’ pagament separat għaz-zokkor fl-2008, stipulati fil-paragrafu 4 ta’ l-Artikolu 143 ter bis, tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 huma ffissati fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament.

6.   L-ammonti massimi tal-fondi għad-dispożizzjoni tar-Repubblika Ċeka, ta’ l-Ungerija, tal-Polonja u tas-Slovakkja, għall-għotja ta’ pagament separat għall-frott u l-ħxejjex fl-2008, stipulati fil-paragrafu 4 ta’ l-Artikolu 143 ter ter tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 huma ffissati fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament.

7.   Il-limiti tal-baġit għall-2008 stipulati fit-tieni sentenza tal-paragrafi 1 u 2 ta’ l-Artikolu 143 ter quater, tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 huma ffissati fl-Anness VII ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 615/2008 (ĠU L 168, 28.6.2008, p. 1).

(2)  ĠU L 42, 14.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1276/2007 (ĠU L 284, 30.10.2007, p. 11).


ANNESS I

LIMITI TAL-BAĠIT GĦALL-PAGAMENTI DIRETTI LI JINGĦATAW SKOND ID-DISPOŻIZZJONIJIET TA’ L-ARTIKOLI 66 SA 69 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1782/2003

Sena kalendarja 2008

(f’eluf ta’ Euro)

 

BE

DK

DE

EL

ES

FR

IT

NL

AT

PT

SI

FI

SE

UK

Pagamenti taż-żona għall-għelejjel li jinħartu

 

 

 

 

372 670

1 154 046

 

 

 

 

 

 

 

 

Is-suppliment pagabbli għall-qamħ durum

 

 

 

 

42 025

14 820

 

 

 

 

 

 

 

 

Primjum għall-baqar li jreddgħu

77 565

 

 

 

261 153

734 416

 

 

70 578

78 695

 

 

 

 

Primjum addizzjonali għall-baqar li jreddgħu

19 389

 

 

 

26 000

 

 

 

99

9 462

 

 

 

 

Primjum speċjali għaċ-ċanga

 

33 085

 

 

 

 

 

 

 

 

6 298

24 420

37 446

 

Primjum għall-qtil, adulti

 

 

 

 

47 175

101 248

 

62 200

17 348

8 657

 

 

 

 

Primjum għall-qtil, għoġġiela

6 384

 

 

 

560

79 472

 

40 300

5 085

946

 

 

 

 

Primjum għan-nagħaġ u l-mogħoż

 

855

 

 

183 499

 

 

 

 

21 892

432

600

 

 

Primjum għan-nagħaġ

 

 

 

 

 

66 455

 

 

 

 

 

 

 

 

Primjum supplimentari għan-nagħaġ u l-mogħoż

 

 

 

 

55 795

 

 

 

 

7 184

149

200

 

 

Primjum supplimentari għan-nagħaġ

 

 

 

 

 

19 572

 

 

 

 

 

 

 

 

Għajnuna għal żona tal-ħops

 

 

2 277

 

 

98

 

 

27

 

124

 

 

 

It-tadam – l-Artikolu 68 ter, p. 1

 

 

 

10 720

28 117

4 017

91 984

 

 

16 667

 

 

 

 

Frott u ħxejjex. apparti t-tadam – l-Artikolu 68 ter, p. 2

 

 

 

17 920

93 733

43 152

9 700

 

 

 

 

 

 

 

L-Artikolu 69, is-setturi kollha

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3 421

 

L-Artikolu 69, għelejjel li jinħartu

 

 

 

47 323

 

 

141 712

 

 

1 878

 

5 840

 

 

L-Artikolu 69, ross

 

 

 

 

 

 

 

 

 

150

 

 

 

 

L-Artikolu 69, ċanga u vitella

 

 

 

8 810

54 966

 

28 674

 

 

1 681

3 713

10 118

 

29 800

L-Artikolu 69, laħam tan-nagħaġ u l-mogħoż

 

 

 

12 615

 

 

8 665

 

 

616

 

 

 

 

L-Artikolu 69, qoton

 

 

 

 

13 432

 

 

 

 

 

 

 

 

 

L-Artikolu 69, żejt taż-żebbuġa

 

 

 

22 196

 

 

 

 

 

5 658

 

 

 

 

L-Artikolu 69, tabakk

 

 

 

7 578

2 353

 

 

 

 

 

 

 

 

 

L-Artikolu 69, zokkor

 

 

 

2 697

18 985

 

9 932

 

 

1 203

 

 

 

 

L-Artikolu 69, prodotti tal-ħalib

 

 

 

 

19 763

 

 

 

 

 

 

 

 

 


ANNESS II

LIMITI TAL-BAĠIT GĦALL-PAGAMENTI DIRETTI LI GĦANDHOM JINGĦATAW SKOND ID-DISPOŻIZZJONIJIET TA’ L-ARTIKOLU 70 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1782/2003

Sena kalendarja 2008

(f’eluf ta’ Euro)

 

Il-Belġju

Il-Greċja

Spanja

Franza

L-Italja

L-Olanda

Il-Portugall

Il-Finlandja

Il-punt a), paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 70

Għajnuna għaż-żrieragħ

1 397

1 400

10 347

2 310

13 321

726

272

1 150

Il-punt b), paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 70

Pagamenti għall-għelejjel li jinħartu

 

 

23

 

 

 

 

 

Għajnuna għal-legumi tal-ħbub

 

 

1

 

 

 

 

 

Għajnuna speċifika għall-għelejjel tar-ross

 

 

 

3 053

 

 

 

 

Għajnuna għat-tabakk

 

 

 

 

 

 

166

 

Primjum għall-prodotti tal-ħalib

 

 

 

 

 

 

12 608

 

Primjum supplementari għall-prodotti tal-ħalib

 

 

 

 

 

 

6 254

 


ANNESS III

LIMITI TAL-BAĠIT GĦALL-ISKEMA TA’ PAGAMENT UNIKU

Sena kalendarja 2008

Stat Membru

(f’eluf ta’ Euro)

Il-Belġju

502 200

Id-Danimarka

993 338

Il-Ġermanja

5 741 963

L-Irlanda

1 340 752

Il-Greċja

2 234 039

Spanja

3 600 357

Franza

6 159 613

L-Italja

3 827 342

Il-Lussemburgu

37 051

Malta

3 017

L-Olanda

743 163

L-Awstrija

649 473

Il-Portugall

434 232

Is-Slovenja

62 902

Il-Finlandja

523 362

L-Iżvezja

719 414

Ir-Renju Unit

3 947 375


ANNESS IV

PAKKETTI FINANZJARJI ANNWALI GĦALL-ISKEMA TA’ PAGAMENT UNIKU GĦAŻ-ŻONA

Sena kalendarja 2008

Stat Membru

(f’eluf ta’ Euro)

Il-Bulgarija

248 821

Ir-Repubblika Ċeka

437 762

L-Estonja

50 629

Ċipru

24 597

Il-Latvja

69 769

Il-Litwanja

184 702

L-Ungerija

641 446

Il-Polonja

1 432 192

Ir-Rumanija

529 556

Is-Slovakkja

188 923


ANNESS V

AMMONTI MASSIMI TAL-FONDI GĦAD-DISPOŻIZZJONI TA’ L-ISTATI MEMBRI GĦALL-GĦOTJA TAL-PAGAMENT SEPARAT GĦAZ-ZOKKOR STIPULAT FL-ARTIKOLU 143 ter bis TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1782/2003

Sena kalendarja 2008

Stat Membru

(f’eluf ta’ Euro)

Ir-Repubblika Ċeka

34 730

Il-Latvja

6 110

Il-Litwanja

9 476

L-Ungerija

37 865

Il-Polonja

146 677

Ir-Rumanija

2 781

Is-Slovakkja

17 712


ANNESS VI

AMMONTI MASSIMI TA’ FONDI GĦAD-DISPOŻIZZJONI TA’ L-ISTATI MEMBRI GĦALL-GĦOTJA TAL-PAGAMENT SEPARAT GĦALL-FROTT U L-ĦXEJJEX STIPULAT FL-ARTIKOLU 143 ter ter TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1782/2003

Sena kalendarja 2008

Stat Membru

(f’eluf ta’ Euro)

Ir-Repubblika Ċeka

414

L-Ungerija

4 756

Il-Polonja

6 715

Is-Slovakkja

516


ANNESS VII

LIMITI TAL-BAĠIT GĦALL-PAGAMENTI TRANŻITORJI FIS-SETTUR TAL-FROTT U L-ĦXEJJEX STIPULATI FL-ARTIKOLU 143 ter quater TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1782/2003

Sena kalendarja 2008

(f’eluf ta’ Euro)

Stat Membru

Ċipru

Ir-Rumanija

Is-Slovakkja

Tadam – l-Artikolu 143 ter quater, p. 1

 

869

509

Frott u ħxejjex apparti t-tadam – l-Artikolu 143 ter quater, p. 2

4 478

 

 


Top