EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008L0045

Direttiva tal-Kummissjoni 2008/45/KE ta' l- 4 ta' April 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ l-estensjoni ta' l-użu tas-sustanza attiva metconazole Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 94, 5.4.2008, p. 21–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/06/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/45/oj

5.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 94/21


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/45/KE

ta' l-4 ta' April 2008

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ l-estensjoni ta' l-użu tas-sustanza attiva metconazole

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jħarsu l-pjanti (1), u b’mod partikolari t-tieni inċiż tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Bis-saħħa tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/74/KE (2), il-metconazole kienet inkluża bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(2)

Meta kien qed japplika għall-inklużjoni tal-metconazole, in-notifikatur tagħha, BASF Aktiengesellschaft, issottometta data dwar l-użi biex jiġu kkontrollati l-fungi, liema data appoġġjat il-konklużjoni ġenerali li tgħid li hu mistenni li prodotti li jipproteġu l-pjanti li fihom il-metconazole għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' sikurezza stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE. Għalhekk, il-metconazole kienet inkluża fl-Anness I ta' din id-Direttiva bid-dispożizzjonijiet speċifiċi li l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw biss użi tagħha bħala fungiċida.

(3)

Barra l-kontroll ta' fungi f'ċerti użi agrikoli, in-notifikatur issa applika għal emenda f'dawk id-dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward ta' l-użu bħala regolatur fit-tkabbir tal-pjanti. Sabiex tkun appoġġjata din l-estensjoni ta' l-użu, in-notifikatur issottometta informazzjoni addizzjonali.

(4)

Il-Belġju evalwa l-informazzjoni u d-data sottomessi min-notifikatur. F'Ottubru 2007 informa lill-Kummissjoni li huwa wasal għall-konklużjoni li l-estensjoni ta' l-użu mitluba ma tikkawżax riskji oħrajn barra dawk li diġà kienu kkunsidrati fid-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-metconazole fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u fir-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni dwar is-sustanza. Dan jgħodd b'mod partikolari minħabba li l-estensjoni tkopri applikazzjonijiet b'rati li huma inqas minn dawk neċessarji għall-użu bħala fungiċida filwaqt li l-parametri l-oħrajn ta' applikazzjoni kif stabbiliti fid-dispożizzjonijiet speċifiċi ta' l-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE jibqgħu kif inhuma.

(5)

Għalhekk huwa ġustifikat li jkunu modifikati d-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-metconazole.

(6)

Għalhekk huwa xieraq li d-Direttiva 91/414/KEE tiġi emendata skond dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux iktar tard mill-5 ta' Awwissu 2008, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mis-6 ta' Awwissu 2008.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 4 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/41/KE (ĠU L 89, 1.4.2008, p. 12).

(2)  ĠU L 235, 30.8.2006, p. 17.


ANNESS

Fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, ir-ringiela 136 hi sostitwita b’dan li ġej:

“136

Metconazole

Nru tal-CAS 125116-23-6 (stereokimika mhux dikjarata)

CIPAC Nru 706

(1RS,5RS:1RS,5SR)-5-(4-chlorobenzyl)- -2.2-dimethyl-1-(1H-1,2,4-triazol-1-ylmethyl)cyclopentanol

≥ 940 g/kg

(total ta’ cis- u trans-isomers)

1 ta’ Ġunju 2007

31 ta’ Mejju 2017

Parti A

L-użi bħala fungiċida u regolatur għat-tkabbir tal-pjanti biss jistgħu jiġu awtorizzati.

Parti B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta’ l-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-metconazole, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali fit-23 ta’ Mejju 2006.

F'din il-valutazzjoni globali:

l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-protezzjoni ta' organiżmi akkwatiċi, għasafar u mammiferi. Il-kundizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri ta' tnaqqis tar-riskju, skond il-każ.

l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari lis-sikurezza ta’ l-operatur. Il-kundizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri ta' protezzjoni skond il-każ”.


Top