EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1276

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1276/2007 tad- 29 ta’ Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006, u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 552/2007, f'dak li jirrigwarda l-iffissar ta' limiti baġitarji għas-sena 2007

OJ L 284, 30.10.2007, p. 11–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2014

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1276/oj

30.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 284/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1276/2007

tad-29 ta’ Ottubru 2007

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006, u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 552/2007, f'dak li jirrigwarda l-iffissar ta' limiti baġitarji għas-sena 2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta' appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u partikolarment Artikoli 64(2) u 70(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 tat-30 ta' Jannar 2006 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar 'il bogħod ta' l-Unjoni (2), u b'mod partikolari t-tieni sentenza l-Artikolu 20(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jistabbilixxi, għal kull Stat Membru, il-limiti nazzjonali li ma għandhomx jinqabżu mill-ammonti ta' referenza stipulati fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III tar-Regolament imsemmi.

(2)

L-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006 jistabbilixxi l-ammonti massimi annwali li bihom il-Komunità tiffinanzja l-miżuri pprovduti fit-Titoli II u III ta' l-istess Regolament.

(3)

L-Annessi I, II u III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 552/2007 tat-22 ta' Mejju 2007 li jistabbilixxi l-kontribuzzjoni massima tal-Komunità għall-iffinanzjar ta' programmi ta' ħidma fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u għall-iffissar, għall-2007, tal-limiti finanzjarji għall-implimentazzjoni sħiħa jew parzjali ta' l-Iskema ta' Pagament Uniku u tal-pakketti finanzjarji annwali għall-Iskema ta' Pagament Uniku, stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, u li jemenda dak ir-Regolament (3), jistabbilixxu, rispettivament u fil-każijiet kollha għas-sena kalendarja 2007, il-limiti baġitarji għall-pagamenti diretti li għandhom jingħataw skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 66 sa 69 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-limiti baġitarji għall-pagamenti diretti li għandhom jingħataw skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 70 ta' l-istess Regolament, kif ukoll il-limiti baġitarji għall-iskema ta' pagament uniku.

(4)

Skond l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 20(3) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006, il-Portugall iddeċieda li għas-sena 2007 jnaqqas mil-limitu nazzjonali d-drittijiet tal-primjum għall-baqra li tredda', u jittrasferixxi, bil-għan li jissaħħaħ il-kontribut tal-Komunità pprovdut bl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 247/2006, l-ammont finanzjarju korrispondenti għall-iffinanzjar tal-miżuri speċifiċi stipulati fir-Regolament imsemmi. Għaldaqstant, jeħtieġ illi jitnaqqas mil-limitu nazzjonali korrispondenti għall-Portugall fl-2007, stipulat fl-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-ammont li għandu jiżdied ma' l-ammont finanzjarju stabbilit fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006, u jeħtieġ li jitnaqqas mil-limiti baġitarji applikabbli fil-Portugall fl-2007 il-primjum għall-baqra li tredda' [suckler], inklużi s-suppliment u l-pagamenti għal-laħam taċ-ċanga (l-Artikolu 69 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003), stipulati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 552/2007.

(5)

Skond deċiżjoni meħuda mill-Portugall, l-ammonti li ġejjin mill-primjum għall-prodotti tal-ħalib u l-pagamenti supplimentari, stipulati fl-Artikoli 95 u 96 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, ġew inklużi fl-iskema ta' pagament uniku mill-2007 'l quddiem. Abbażi ta' dan, ġie kkalkulat il-limitu baġitarju ta' l-iskema ta' pagament uniku msemmi fit-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għall-Portugall fl-2007. Dan il-limitu ġie ffissat fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 552/2007. Madankollu, meta ġew stipulati l-limiti baġitarji għall-2007, ma tqisitx l-esklużjoni mill-iskema ta' pagament uniku tal-primjums għall-prodotti tal-ħalib u tal-pagamenti supplimentari favur il-bdiewa ta' l-Azores u Madeira, bl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 70(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(6)

Għaldaqstant, jixraq illi jiġu mmodifikati, għall-Portugall fl-2007, il-limiti baġitarji applikabbli għall-pagamenti diretti mogħtija skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 kif ukoll għall-iskema ta' pagament uniku, permezz ta' tnaqqis fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 552/2007 ta' ammont korrispondenti għall-ammonti tal-primjum għall-prodotti tal-ħalib kif ukoll għall-pagamenti supplimentari lill-produtturi tal-ħalib, u billi jiżdiedu dawn ta' l-aħħar fl-Anness II tar-Regolament imsemmi.

(7)

Qabel l-1 ta' Awissu 2004, Spanja ddeċidiet li tapplika parzjalment l-iskema ta' pagament uniku fil-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 64 sa 69 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, speċifikament il-pagamenti għal-laħam taċ-ċanga. Madankollu, bl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (4), mill-2007 'l quddiem ir-reġjun Spanjol tal-Kantabrija ma jistax jibqa' jirċievi l-għajnuna tranżitorja pprovduta fl-Artikolu msemmi. Għaldaqstant, mill-2007 'l quddiem, il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (EAGF) ma jistax jiffinanzja l-primjum nazzjonali supplimentari għall-baqra li tredda' pprovdut fl-Artikolu 125(5) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, mogħti lill-azjendi agrikoli li jinsabu fil-Kantabrija. Bil-għan li tiġi żgurata t-tkomplija ta' l-għajnuna Komunitarja fis-settur tal-baqar mhux miftum, Spanja talbet it-trasferiment ta' l-ammont korrispondenti għall-pagamenti li saru fil-Kantabrija sa l-2006 bħala primjum nazzjonali supplimentari, mil-limitu stipulat għall-2007 fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 552/2007 għall-primjum nazzjonali supplimentari għal-limitu stipulat fl-Anness imsemmi għall-primjum għall-baqra li tredda'. Għaldaqstant, il-limiti baġitarji msemmija għandhom jiġu aġġustati skond dan.

(8)

B'konsegwenza ta' dan, jeħtieġ illi jiġu emendati r-Regolamenti (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 247/2006 u (KE) Nru 552/2007.

(9)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-pagamenti diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-ammont korrispondenti għall-Portugall fl-2007 għandu jinbidel bl-ammont “570 997”.

Artikolu 2

Fit-tabella ta' l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006, l-ammont korrispondenti għall-Azores u Madeira għas-sena tal-baġit 2008 għandu jinbidel bl-ammont “86.98”.

Artikolu 3

Ir-Regolament (KE) Nru 552/2007 huwa emendat kif ġej:

1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

a)

l-ammont għall-“Primjum għall-baqra li tredda'” għal Spanja għandu jinbidel bl-ammont “261 153”;

b)

l-ammont għall-“Primjum supplimentari għall-baqra li tredda'” għal Spanja għandu jinbidel bl-ammont “26 000”;

c)

l-ammont għall-“Primjum għall-baqra li tredda'” għall-Portugall għandu jinbidel bl-ammont “78 695”;

d)

l-ammont għall-“Primjum supplimentari għall-baqra li tredda'” għall-Portugall għandu jinbidel bl-ammont “9 462”;

e)

l-ammont ta' l-“Artikolu 69, laħam taċ-ċanga” għall-Portugall għandu jinbidel bl-ammont “1 681”.

2)

L-Anness II għandu jinbidel bit-test ta' l-Anness għal dan ir-Regolament.

3)

Fl-Anness III, l-ammont korrispondenti għall-Portugall għandu jinbidel bl-ammont “413 774”.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1182/2007 (ĠU L 273, 17.10.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 42, 14.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2013/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 13).

(3)  ĠU L 131, 23.5.2007, p. 10.

(4)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1989/2006 (ĠU L 411, 30.12.2006, p. 6, emendat bil-ĠU L 27, 2.2.2007, p. 5).


ANNESS

“ANNESS II

LIMITI BAĠITARJI GĦALL-PAGAMENTI DIRETTI LI GĦANDHOM JINGĦATAW SKOND ID-DISPOŻIZZJONIJIET TA' L-ARTIKOLU 70 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1782/2003

Sena kalendarja 2007

(ammonti f'eluf ta' euro)

 

Il-Belġju

Il-Greċja

Spanja

Franza

L-Italja

L-Olanda

Il-Portugall

Il-Finlandja

L-Artikolu 70(1)(a)

Għajnuna għaż-żrieragħ

1 397

1 400

10 347

2 310

13 321

726

272

1 150

L-Artikolu 70(1)(b)

Pagamenti għall-għelejjel li jinħartu

 

 

23

 

 

 

 

 

Għajnuna għal-legumi tal-ħbub

 

 

1

 

 

 

 

 

Għajnuna speċifika għall-għelejjel tar-ross

 

 

 

3 053

 

 

 

 

Għajnuna għat-tabakk

 

 

 

 

 

 

166

 

Primjums għall-prodotti tal-ħalib

 

 

 

 

 

 

12 608

 

Pagamenti supplimentari għall-produtturi tal-ħalib

 

 

 

 

 

 

6 254 ”

 


Top